EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013L0002

Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE tas- 7 ta’ Frar 2013 li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 37, 8.2.2013, p. 10–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/2/oj

8.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/10


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2013/2/UE

tas-7 ta’ Frar 2013

li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 94/62/KE jiddefinixxi “l-imballaġġ” billi jiddeskrivi għadd ta’ kriterji. L-elementi elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva huma eżempji illustrattivi tal-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji.

(2)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u armonizzazzjoni tal-interpretazzjoni tad-definizzjoni ta’ “imballaġġ”, huwa meħtieġ li tirrevedi u temenda l-lista ta’ eżempji illustrattivi sabiex tikkjarifika l-każijiet addizzjonali fejn il-linja ta’ demarkazzjoni bejn x’inhuwa imballaġġ u x’ma huwiex, għadha mhix ċara. Ir-reviżjoni ssegwi sejħiet mill-Istati Membri u mill-operaturi ekonomiċi sabiex issaħħaħ l-implimentazzjoni tad-Direttiva u toħloq opportunitajiet indaqs fis-suq intern.

(3)

Id-Direttiva 94/62/KE għalhekk għandha tiġi emendata kif xieraq.

(4)

Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 21 tad-Direttiva 94/62/KE ma tax opinjoni dwar [il-miżuri stabbiliti f’din id-Direttiva] u l-Kummissjoni għalhekk issottomettiet lill-Kunsill proposta dwar il-miżuri u bagħtitha lill-Parlament Ewropew. Il-Kunsill ma aġixxix fi żmien il-perjodu ta’ xahrejn ipprovdut permezz tal-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (2) u għalhekk il-Kummissjoni ressqet il-proposta quddiem il-Parlament Ewropew mingħajr dewmien. Il-Parlament Ewropew ma opponiex il-miżura fi żmien erba’ xhur mit-tressiq imsemmi hawn fuq,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 94/62/KE huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2013. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10.

(2)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


ANNESS

“ANNESS I

EŻEMPJI ILLUSTRATTIVI GĦALL-KRITERJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(1)

Eżempji illustrattivi għall-kriterju (i)

Imballaġġ

 

Kaxxi tal-ħelu

 

Tgeżwira tal-plastik madwar kaxxa ta’ CD

 

Boroż tal-posta għall-katalgi u għar-rivisti (b’rivista ġo fihom).

 

Forom tal-karta għal madwar il-kejkijiet li jinbiegħu bil-kejk magħhom

 

Rollijiet, tubi u ċilindri li magħhom jiddawwar materjal flessibbli (pereżempju film tal-plastik, aluminju, karta), għajr rollijiet, tubi u ċilindri intenzjonati bħala parts tal-makkinarju tal-produzzjoni u mhux biex jintużaw għall-preżentazzjoni ta’ prodott bħala unità ta’ bejgħ

 

Qsari maħsubin biex jintużaw biss għall-bejgħ u għat-trasportazzjoni tal-pjanti u mhux biex jibqgħu mal-pjanta tul ħajjitha

 

Fliexken tal-ħġieġ għas-soluzzjonijiet tal-injezzjonijiet

 

Mgħażel tas-CD (CD spindles) (li jinbiegħu bis-CDs, mhux maħsubin biex jintużaw għall-ħżin)

 

Spallieri (li jinbiegħu bil-ħwejjeġ)

 

Kaxxi tas-sulfarini

 

Sistemi ta’ iżolament sterili (boroż, trejs u materjali meħtieġa għall-preservazzjoni tal-isterilità tal-prodott)

 

Kapsuli tal-magni tax-xarbiet (pereżempju kafè, kawkaw, ħalib) li jitħallew vojta wara l-użu

 

Ċilindri tal-azzar li jistgħu jerġgħu jimtlew użati għal tipi differenti ta’ gass, minbarra ċ-ċilindri għat-tifi tan-nar

Mhux imballaġġ

 

Qsari maħsuba biex jibqgħu mal-pjanta tul ħajjitha

 

Kaxxi tal-għodda

 

Boroż tat-tè

 

Saffi tax-xema’ madwar il-ġobon

 

Ġilda taz-zalzett

 

Spallieri (li jinbiegħu separatament)

 

Kapsuli tal-kafè tal-magni tax-xarbiet, boroż tal-fojl tal-kafè, u karta tal-filtru għall-imżiewed tal-kafè li tintrema’ flimkien mal-prodott tal-kafè użat

 

Kartriġis għall-printers

 

Kaxxi tas-CD, tad-DVD u tal-vidjo (li jinbiegħu b’CD, DVD jew vidjo ġo fihom)

 

Mgħażel tas-CD (li jinbiegħu vojta, maħsubin biex jintużaw għall-ħżin)

 

Boroż li jistgħu jinħallu għad-deterġenti

 

Dwal għall-oqbra (kontenituri għax-xemgħat)

 

Mitħna tal-id mekkanika għat-tħin (integrata f’reċipjent li jista’ jerġa’ jimtela, pereżempju mitħna tal-bżar li tista’ terġa’ timtela)

Eżempji illustrattivi għall-kriterju (ii)

Imballaġġ, jekk ikun imfassal u maħsub biex jimtela mal-bejgħ

 

Boroż tal-ġarr tal-karti jew tal-plastik

 

Platti u kikkri għar-rimi wara l-użu

 

Cling film

 

Boroż għas-sandwiċis

 

Fojl tal-aluminju

 

Fojl tal-plastik għall-ħwejjeġ imnaddfin fil-londri

Mhux imballaġġ

 

Oġġett li jħawwad

 

Pożati għar-rimi wara l-użu

 

Karta tat-tgeżwir (li tinbiegħ separatament)

 

Forom tal-karta għas-sajran fil-forn (li jinbiegħu vojta)

 

Forom tal karta għal madwar il-kejkijiet mingħajr il-kejk

Eżempji illustrattivi għall-kriterju (iii)

Imballaġġ

Tikketti mdendla direttament ma’ prodott jew imwaħħla miegħu

Parti mill-imballaġġ

 

Pinzell tal-maskara li jifforma parti mis-sistema tal-għeluq tal-kontenitur

 

Tikketti adesivi mwaħħla ma’ oġġett ieħor ta’ imballaġġ

 

Stejpils

 

Koperturi tal-plastik

 

Apparat għall-kejl tad-doża li jifforma parti mis-sistema tal-għeluq tal-kontenituri tad-deterġenti.

 

Mitħna tal-id mekkanika għat-tħin (integrata f’reċipjent li ma jistax jerġa’ jimtela, li jkun mimli bi prodott, pereżempju mitħna tal-bżar mimlija bil-bżar)

Mhux imballaġġ

Tikketti għall-identifikazzjoni permezz tal-frekwenza tar-radju (RFID)”


Top