EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0142

2012/142/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 14 ta’ Frar 2012 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mar-Regolament Nru 29 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar id-dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-kabina ta’ vettura kummerċjali Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 71, 9.3.2012, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/142(1)/oj

9.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Frar 2012

dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mar-Regolament Nru 29 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar id-dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-kabina ta’ vettura kummerċjali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/142/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jkunu iffitjati ma’ u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijet reċiproċi tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawk il-preskrizzjonijiet (“Il-Ftehim Rivedut tal-1958”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) u t-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (2),

Billi:

(1)

Il-ħtiġijiet standardizzati tar-Regolament Nru 29 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE) dwar id-dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-kabina ta’ vettura kummerċjali (3) (“Regolament UNECE Nru 29”) huma intiżi biex ineħħu l-barrieri tekniċi għan-negozju tal-vetturi bil-mutur bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u biex jiżguraw livell għoli ta’ sikurezza u ħarsien għall-okkupanti tal-vettura.

(2)

Fid-data tal-adeżjoni tagħha għall-Ftehim Rivedut tal-1958, l-Unjoni aderiet għal numru limitat tar-Regolamenti tal-Unece elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 97/836/KE; Ir-Regolament tal-UNECE Nru 29 ma kienx inkluż f’dik il-lista.

(3)

Fid-dawl tal-emendi sussegwenti tar-Regolament tal-UNECE Nru 29 u tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (4), li skont din l-Unjoni għandha tqies ir-Regolament tal-UNECE Nru 29, lir-Regolament tal-UNECE għandu jsir parti mis-sistema ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vetturi bil-mutur,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Ir-Regolament Nru 29 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar id-dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-kabina ta’ vettura kummerċjali huwa b’dan approvat.

Artikolu 2

Ir-Regolament Nru 29 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar id-dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-kabina ta’ vettura kummerċjali għandu jiġi parti mis-sistema ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vetturi bil-mutur.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun notifikata mill-Kummissjoni lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LIDEGAARD


(1)  ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.

(2)  Il-kunsens tad-19 ta' Jannar 2012 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 304, 20.11.2010, p. 21.

(4)  ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.


Top