EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0029

2011/29/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Diċembru 2010 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà

ĠU L 14, 19.1.2011, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/29(1)/oj

19.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 14/20


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Diċembru 2010

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà

(2011/29/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (1), u b’mod partikulari l-ħames paragrafu tal-punt 27 tagħha,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi, wara li eżaminaw il-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt is-subintestatura 1a u l-intestatura 4, fil-laqgħa ta’ konċiljazzjoni tal-11 ta’ Novembru 2011, iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja qablu li jimmobilizzaw l-Istrument ta’ Flessibilità biex, fil-baġit tal-2010, jikkomplementaw il-finanzjament, lil hinn mil-limitu massimu tas-sottointestatura 1a u l-intestatura 4, ta’:

EUR 18-il miljun għall-Programm tat-Tagħlim tul il-Ħajja taħt is-sottointestatura 1a;

EUR 16-il miljun għall-Programm tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni taħt is-sottointestatura 1a;

EUR 71 miljun għall-Palestina taħt l-intestatura 4.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (minn hawn ‘il quddiem “il-baġit tal-2011”), l-Istrument tal-Flessibilità għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 34 miljun f’approprjazzjonijiet għall-impenji taħt is-sottointestatura 1a u EUR 71 miljun f’approprjazzjonijiet għall-impenji taħt l-intestatura 4.

Dawk l-ammonti għandhom jintużaw sabiex jikkumplementaw il-finanzjament ta’:

EUR 18-il miljun għall-Programm tat-Tagħlim tul il-Ħajja taħt is-sottointestatura 1a;

EUR 16-il miljun għall-Programm tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni taħt is- sottointestatura 1a;

EUR 71 miljun għall-Palestina taħt l-intestatura 4.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, il-15 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

O. CHASTEL


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


Top