EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0640

2010/640/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Ottubru 2010 li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/920/KE u 2008/231/KE dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema “Operazzjoni u Ġestjoni tat-Traffiku” tas-sistemi ferrovjarji trans-Ewropej konvenzjonali u ta’ veloċità għolja (notifikata bid-dokument numru C(2010) 7179) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 280, 26.10.2010, p. 29–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Impliċitament imħassar minn 32012D0757

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/640/oj

26.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 280/29

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Ottubru 2010

li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/920/KE u 2008/231/KE dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema “Operazzjoni u Ġestjoni tat-Traffiku” tas-sistemi ferrovjarji trans-Ewropej konvenzjonali u ta’ veloċità għolja

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 7179)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/640/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (tfassil mill-ġdid) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji tas-17 ta’ Lulju 2009 dwar regoli konsistenti tas-Sistema Ewropea għall-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) fl-STI fir-rigward tal-Kmand tal-Kontroll u s-Sinjalazzjoni u fir-rigward tal-Operazzjoni u l-Ġestjoni tat-Traffiku (ERA/REC/2009-02/INT), dwar l-Anness P rivedut tal-STI fir-rigward tal-Operazzjoni u l-Ġestjoni tat-Traffiku għal ferroviji ta’ veloċità għolja u konvenzjonali (ERA/REC/2009-03/INT), dwar l-Anness T rivedut tal-STI fir-rigward tal-Operazzjoni u l-Ġestjoni tat-Traffiku għall-ferroviji konvenzjonali (ERA/REC/2009-04/INT) u dwar l-emenda li għandha l-għan li tintlaħaq konsistenza bejn id-Direttiva 2007/59/KE u l-STI fir-rigward tal-Operazzjoni u l-Ġestjoni tat-Traffiku rigward id-dispożizzjonijiet dwar il-kompetenzi tas-sewwieqa tal-ferroviji (ERA/REC/2009-05/INT),

Billi:

(1)

L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (ir-Regolament [tal]-Aġenzija) (2) jeħtieġ li l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (minn hawn ‘il quddiem “l-Aġenzija”) għandha tiżgura ruħha li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (minn hawn il-quddiem “l-STI”) jiġu adatatti għall-progress tekniku u għat-tendenzi tas-swieq u għar-rekwiżiti soċjali u tipproponi lill-Kummissjoni l-emendi għall-STI li tikkunsidra li huma meħtieġa.

(2)

Bid-Deċiżjoni C(2007) 3371 tat-13 ta’ Lulju 2007, il-Kummissjoni tat mandat ta’ qafas lill-Aġenzija biex twettaq ċerti attivitajiet skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 fuq l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja (3) u d-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 fuq l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (4). Skont it-termini ta’ dan il-mandat ta’ qafas, l-Aġenzija ntalbet twettaq ir-reviżjoni tal-STI fir-rigward tal-Operazzjoni u l-Ġestjoni tat-Traffiku tal-ferroviji konvenzjonali, adottata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/920/KE (5), u tal-STI riveduta fir-rigward tal-Operazzjoni u l-Ġestjoni tat-Traffiku tal-ferroviji ta’ veloċità għolja, adottata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/231/KE (6), kif ukoll biex tipprovdi opinjonijiet tekniċi dwar żbalji kritiċi u biex tippubblika lista ta’ żbalji minuri li ġew skoperti.

(3)

Sistema Ewropea għall-Kontroll tal-Ferroviji (minn hawn ‘il quddiem “ETCS”) u Sistema Globali ta’ Komunikazzjonijiet Mobbli – Ferroviji (minn hawn ‘il quddiem “GSM-R”) huma kkunsidrati bħala mezzi importanti biex tinkiseb sistema ferrovjarja trans-Ewropea armonizzata. Għalhekk, jeħtieġ li r-regoli għal dawn is-sistemi jiġu armonizzati malajr kemm jista’ jkun. Skont dan il-prinċipju, l-ECTS u l-GSM-R huma speċifikati fl-STI.

(4)

Huwa vitali li r-rekwiżiti stabbiliti fl-STI jkunu koerenti u mhux ambigwi. Dan ifisser ukoll li l-STI differenti ma jistgħux jirreferu għal rekwiżiti tekniċi fi stadji differenti ta’ żvilupp. Għalhekk, l-STI kollha għandhom jirreferu għal rekwiżiti tekniċi identiċi.

(5)

Sabiex ikunu armonizzati r-regoli rilevanti fl-STI għas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea konvenzjonali u ta’ veloċità għolja, ir-regoli rigward l-aspetti operattivi għandhom jiġu ppubblikati bħala Dokument Tekniku fuq is-sit web tal-Aġenzija.

(6)

L-STI fir-rigward tal-Operazzjoni u l-Ġestjoni tat-Traffiku għall-ferroviji konvenzjonali għandha tinkludi l-istess referenza bħall-STI riveduta fir-rigward tal-Operazzjoni u l-Ġestjoni tat-Traffiku għall-ferroviji ta’ veloċità għolja.

(7)

Ir-reviżjoni tad-dokument tekniku “Anness A għall-STI OPE” għandu jsegwi il-“Proċess ta’ Ġestjoni tal-Kontroll tal-Bidla (CCM)” li jiġi applikat għall-validazzjonijiet tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ERTMS.

(8)

Skont l-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2008/57/KE, kull vettura trid tingħata Numru Ewropew tal-Vettura (NEV) meta tingħata l-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz. Skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE tad-9 ta’ Novembru 2007 li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14(4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE (7), in-NEV jiġi rreġistrat fir-reġistru nazzjonali tal-vetturi li jinżamm u jiġi aġġornat mill-korp nazzjonali maħtur mill-Istat Membru kkonċernat.

(9)

Ir-rekwiżiti dwar l-Identifikazzjoni tal-Vettura stipulati fl-Anness P għall-STI fir-rigward tal-Operazzjoni u l-Ġestjoni tat-Traffiku (għal ferroviji ta’ veloċità għolja u dawk konvenzjonali) jeħtieġ li jiġu riveduti, filwaqt li jiġi kkunsidrat anki l-iżvilupp tal-qafas legali mogħti mid-Direttiva 2008/57/KE u mid-Deċiżjoni 2007/756/KE. Peress li numru ta’ kodiċijiet tekniċi jevolvu kontinwament minħabba l-progress tekniku, l-Aġenzija għandha tingħata l-kompitu li tippubblika u taġġorna l-listi ta’ kodiċijiet tekniċi ta’ din ix-xorta.

(10)

Ir-rekwiżiti dwar il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar huma punt mhux konkluż fl-STI fir-rigward tal-Operazzjoni u l-Ġestjoni tat-Traffiku għall-ferroviji konvenzjonali. L-aspetti operattivi tal-prestazzjoni tal-ibbrejkjar għandhom jiġu armonizzati.

(11)

Ir-rekwiżiti dwar il-kompetenza professjonali kif ukoll l-adegwatezza fiżika u psikoloġika tas-sewwieqa tal-ferroviji ġew stabbiliti fid-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Sabiex ikunu evitati ir-ripetizzjoni u d-duplikazzjoni, l-STI fir-rigward tal-Operazzjoni u l-Ġestjoni tat-Traffiku m’għandhomx jinkludu rekwiżiti ta’ din ix-xorta.

(12)

Għaldaqstant, id-Deċiżjonijiet 2006/920/KE u 2008/231/KE għandhom ikunu emendati skont dan.

(13)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda għad-Deċiżjoni 2006/920/KE

Id-Deċiżjoni 2006/920/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(a)

Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 1a u 1b li ġejjin:

“Artikolu 1a

Il-ġestjoni tal-kodiċijiet tekniċi

1.   L-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (ERA) għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-listi tal-kodiċijiet tekniċi msemmija fl-Annessi p. 9, p. 10, p. 11, p. 12 u p. 13.

2.   L-ERA għandha żżomm aġġornati l-listi tal-kodiċijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandha tinforma lill-Kummissjoni bl-evoluzzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bl-evoluzzjoni ta’ dawn il-kodiċijiet tekniċi permezz tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/57/KE.

Artikolu 1b

Sal-31 ta’ Diċembru 2013, jekk vettura tinbigħ jew tinkera għal perjodu kontinwu li jaqbeż is-sitt (6) xhur u jekk il-karatteristiċi tekniċi kollha li bihom il-vettura ġiet awtorizzata titqiegħed f’servizz jibqgħu l-istess, in-Numru Ewropew tal-Vettura (NEV) tagħha jista’ jitbiddel permezz ta’ reġistrazzjoni ġdida tal-vettura u l-irtirar tal-ewwel reġistrazzjoni.

Jekk din ir-reġistrazzjoni l-ġdida tikkonċerna Stat Membru li huwa differenti minn dak tal-ewwel reġistrazzjoni, l-entità ta’ reġistrazzjoni li għandha l-kompetenza għar-reġistrazzjoni l-ġdida tista’ teħtieġ kopja tad-dokumentazzjoni relatata mar-reġistrazzjoni preċedenti.

Bidla fin-NEV ta’ din ix-xorta hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikoli 21 sa 26 tad-Direttiva 2008/57/KE sa fejn għandhom x’jaqsmu l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni.

L-ispejjeż amministrattivi li jsiru sabiex jitbiddel in-NEV għandhom jiġu koperti mill-applikant li jitlob il-bidla tan-NEV.”

(b)

L-Annessi għandhom jiġu emendati kif ġie stabbilit fl-Anness I.

Artikolu 2

Emenda għad-Deċiżjoni 2008/231/KE

Id-Deċiżjoni 2008/231/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(a)

Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 1a u 1b li ġejjin

“Artikolu 1a

Il-ġestjoni tal-kodiċijiet tekniċi

1.   L-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (ERA) għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-listi ta’ kodiċijiet tekniċi msemmija fl-Annessi p. 9, p. 10, p. 11, p. 12 u p. 13.

2.   L-ERA għandha żżomm aġġornati l-listi tal-kodiċijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandha tinforma lill-Kummissjoni bl-evoluzzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bl-evoluzzjoni ta’ dawn il-kodiċijiet tekniċi permezz tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/57/KE.

Artikolu 1b

Sal-31 ta’ Diċembru 2013, jekk vettura tinbigħ jew tinkera għal perjodu kontinwu li jaqbeż is-sitt (6) xhur u jekk il-karatteristiċi tekniċi kollha li bihom il-vettura ġiet awtorizzata titqiegħed f’servizz jibqgħu l-istess, in-Numru Ewropew tal-Vettura (NEV) tagħha jista’ jitbiddel permezz ta’ reġistrazzjoni ġdida tal-vettura u l-irtirar tal-ewwel reġistrazzjoni.

Jekk din ir-reġistrazzjoni l-ġdida tikkonċerna Stat Membru li huwa differenti minn dak tal-ewwel reġistrazzjoni, l-entità ta’ reġistrazzjoni li għandha l-kompetenza għar-reġistrazzjoni l-ġdida tista’ teħtieġ kopja tad-dokumentazzjoni relatata mar-reġistrazzjoni preċedenti.

Bidla fin-NEV ta’ din ix-xorta hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikoli 21 sa 26 tad-Direttiva 2008/57/KE sa fejn għandhom x’jaqsmu l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni.

L-ispejjeż amministrattivi li jsiru sabiex jitbiddel in-NEV għandhom jiġu koperti mill-applikant li jitlob il-bidla tan-NEV.”

(b)

L-Annessi għandhom jiġu emendati kif ġie stabbilit fl-Anness II.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-25 ta’ Ottubru 2010.

Madankollu, il-Punt 6 tal-Anness I u l-Punt 5 tal-Anness II għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi President

(1)  ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6.

(4)  ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1.

(5)  ĠU L 359, 18.12.2006, p. 1.

(6)  ĠU L 84, 26.3.2008, p. 1.

(7)  ĠU L 305, 23.11.2007, p. 30.

(8)  ĠU L 315, 3.12.2007, p. 51.

ANNESS I

L-Annessi għad-Deċiżjoni 2006/920/KE għandhom jiġu emendati kif ġej

1.

L-Anness għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Is-Sezzjoni 2.2.1 għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej

“2.2.1.   IL-PERSUNAL U L-FERROVIJI

Is-Sezzjonijiet 4.6 u 4.7 għandhom japplikaw għal dak il-persunal li jwettaq il-kompiti kritiċi tas-sikurezza li jakkumpanja ferrovija, meta dan jinvolvi l-qsim ta’ fruntiera(i) bejn l-Istati u xogħol lil hinn minn kwalunkwe żona indikata bħala l-“fruntiera” fid-Dikjarazzjoni tan-Netwerk ta’ Amministratur Infrastrutturali u inkluża fl-awtorizzazzjoni tas-sikurezza tagħha.

Is-Sezzjoni ‘4.6.2 Il-Kompetenza Lingwistika’ għandha tapplika wkoll għas-sewwieqa tal-ferroviji kif ġie stipulat fil-punt 8 tal-Anness VI għad-Direttiva 2007/59/KE.

Membru tal-persunal mhux se jiġi kkunsidrat bħala li qed jaqsam fruntiera jekk l-attività tinvolvi biss xogħol sa kwalunkwe żona ta’ ‘fruntiera’ kif ġie deskritt fl-ewwel paragrafu ta’ din is-Sezzjoni.

Għal dak il-persunal li jwettaq il-kompiti kritiċi tas-sikurezza li jibgħat il-ferroviji (dispaċċ) u li jawtorizza l-movimenti tal-ferroviji, bejn l-Istati Membri għandu japplika r-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali kif ukoll tal-kundizzjonijiet tas-saħħa u tas-sikurezza.

Għal dak il-persunal li jwettaq il-kompiti kritiċi tas-sikurezza assoċjati mal-aħħar preparazzjoni ta’ ferrovija qabel ma tkun skedata li taqsam fruntiera(i) u li jaħdem lil hinn minn kwalunke żona ta’ ‘fruntiera’ kif ġie deskritt fl-ewwel paragrafu ta’ din is-Sezzjoni, rigward ir-rikonoxximent reċiproku bejn l-Istati Membri tal-kundizzjonijiet tas-saħħa u tas-sikurezza għandha tapplika s-Subsezzjoni 4.6. Ferrovija m’għandhiex tiġi kkunsidrata bħala servizz transkonfinali, jekk il-vetturi kollha tal-ferrovija li qed jaqsmu l-fruntiera tal-Istat jaqsmuha biss saż-żona(i) tal-‘fruntiera’ kif ġie deskritt fl-ewwel paragrafu ta’ din is-Sezzjoni.

Dan jista’ jinġabar fil-qosor fit-tabelli li ġejjin:

Il-persunal involut fit-tħaddim tal-ferroviji li se jaqsmu l-fruntieri tal-Istat u jipproċedu lil hinn miż-żona tal-fruntiera

Kompitu

Kwalifiki Professjonali

Rekwiżiti Mediċi

Jakkumpanja ferrovija

4.6

4.7

Jawtorizza l-Movimenti ta’ Ferrovija

Rikonoxximent reċiproku

Rikonoxximent reċiproku

Preparazzjoni tal-Ferrovija

4.6

Rikonoxximent reċiproku

Dispaċċ tal-Ferrovija

Rikonoxximent reċiproku

Rikonoxximent reċiproku

Il-persunal li jħaddem ferroviji li ma jaqsmux il-fruntieri tal-Istat jew jaqsmuhom biss saż-żoni tal-fruntiera

Kompitu

Kwalifiki Professjonali

Rekwiżiti Mediċi

Jakkumpanja ferrovija

Rikonoxximent reċiproku

Rikonoxximent reċiproku

Jawtorizza l-Movimenti ta’ Ferrovija

Rikonoxximent reċiproku

Rikonoxximent reċiproku

Preparazzjoni tal-Ferrovija

Rikonoxximent reċiproku

Rikonoxximent reċiproku

Dispaċċ tal-Ferrovija

Rikonoxximent reċiproku

Rikonoxximent reċiproku”

(b)

Fis-Sezzjoni 2.2.2, ir-raba’ paragrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Għaldaqstant, regoli operattivi dettaljati għas-Sistema Ewropea għall-Kontroll tal-Ferroviji (ETCS) u għas-Sistema Globali ta’ Komunikazzjonijiet Mobbli - Ferroviji (GSM-R) issa qed jiġu speċifikati fl-Anness A għal din l-STI.”

(c)

Is-Sezzjoni 4.2.2.6.2 għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“4.2.2.6.2.   Il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar

L-Amministratur Infrastrutturali (IM) jrid jipprovdi lill-Impriża Ferrovjarja RU bil-prestazzjoni effettiva meħteġa. Din id-dejta għandha tinkludi, jekk ikun meħtieġ, il-kundizzjonijiet ta’ użu tas-sistemi ta’ bbrejkjar li jistgħu jaffetwaw l-infrastruttura bħall-brejk manjetiku, dak riġenerattiv u dak tal-belligħat żgħar tal-kurrent.

L-Impriża Ferrovjarja għandha r-responsabbiltà biex tiżgura ruħha li l-ferrovija jkollha prestazzjoni ta’ bbrejkjar biżżejjed billi tipprovdi r-regoli dwar l-ibbrejkjar li għandhom jiġu segwiti mill-persunal tagħha.

Ir-regoli dwar il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar għandhom jiġu ġestiti fi ħdan is-Sistema ta’ Ġestjoni tas-Sikurezza tal-Amministratur Infrastrutturali u tal-Impriża Ferrovjarja.

Iktar rekwiżiti huma speċifikati fl-Anness T.”

(d)

Is-Sezzjoni 4.3.2.6 għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“4.3.2.6.    L-użu tar-ramel fuq il-binarji. L-elementi minimi rilevanti għall-kwalikifi professjonali għall-kompitu li tinsaq ferrovija

Teżisti interface bejn l-Anness B (Sezzjoni C1) ta’ din l-STI, fuq in-naħa l-waħda, u s-Subsezzjoni 4.2.11 (kompatibbiltà mas-Sistemi ta’ Skoperta tal-Ferroviji fuq in-naħa tal-binarji) u l-punt 4.1 tal-Appendiċi 1 tal-Anness A (kif inhi kkwotata fis-Subsezzjoni 4.3.1.10) tal-STI CCS CR fuq in-naħa l-oħra, rigward l-użu tar-ramel fuq il-binarji.”

(e)

Is-Sezzjoni 4.3.3.11 għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“4.3.3.11.   Il-kompożizzjoni tal-ferrovija, Anness L

Hemm interface bejn is-Subsezzjoni 4.2.2.5 u l-Anness L għal din l-STI u s-Subsezzjoni 4.2.3.5 (Forzi kompressivi lonġitudinali) tal-STI RST (Vaguni tal-Merkanzija) CR rigward is-sewqan tal-ferroviji, l-immaniġġjar tal-ferroviji u d-distribuzzjoni tal-vetturi fil-ferrovija.

Għandu jkun hemm interface mal-verżjonijiet futuri tal-STI RST meta tittratta l-unitajiet ta’ trazzjoni u l-vetturi għall-passiġġieri.”

(f)

L-aħħar sentenza tas-Sezzjoni 4.6.1 għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“L-elementi minimi rilevanti għall-kwalifiki professjonali għall-kompiti individwali jistgħu jinstabu fl-Annessi J u L.”

(g)

Il-punti C u D tas-Sezzjoni 4.6.3.1 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“C   Il-valutazzjoni inizjali

il-kundizzjonijiet bażiċi

il-programm ta’ valutazzjoni, inkluża wirja prattika

il-kwalifika ta’ dawk li jagħtu t-taħriġ

il-ħruġ ta’ ċertifikazzjoni ta’ kompetenza.

D   Iż-żamma tal-kompetenza

il-prinċipji għaż-żamma tal-kompetenza

il-metodi li għandhom jiġu segwiti

il-formalizzazzjoni tal-proċess taż-żamma tal-kompetenza

il-proċess ta’ valutazzjoni.”

(h)

Is-Sezzjoni 4.6.3.2.3.1 għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“4.6.3.2.3.1.   L-għarfien tar-rotot

L-Impriża Ferrovjarja trid tiddefinixxi l-proċess li permezz tiegħu l-ekwipaġġ tal-ferrovija jikseb u jżomm aġġornat l-għarfien li jkollu tar-rotot li jaħdem matulhom. Dan il-proċess irid ikun:

ibbażat fuq l-informazzjoni dwar ir-rotot ipprovduta mill-Amministratur Infrastrutturali u

skont il-proċess deskritt fis-Subsezzjoni 4.2.1 ta’ din l-STI.”

(i)

Is-Sezzjoni 4.7.5.4 għandha titħassar.

(j)

Is-Sezzjoni 4.7.6 għandha titħassar.

(k)

Is-Sezzjoni 7.3.2 għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“7.3.2   LISTA TA’ KAŻIJIET SPEĊIFIĊI

Tħalliet vojta apposta”

2.

L-Anness A1 u l-Anness A2 għandhom jiġu sostitwiti bl-Anness A li ġej:

“ANNESS A

IR-REGOLI OPERATTIVI GĦALL-ERTMS/ETCS U GĦALL-ERTMS/GSM-R

Ir-regoli operattivi għall-ERTMS/ETCS u għall-ERTMS/GSM-R huma speċifikati fid-Dokument Tekniku ‘Ir-regoli u l-prinċipji għall-ETCS u għall-GSM-R – verżjoni 1’ li ġie ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-ERA (www.era.europa.eu)”.

3.

Fl-Anness G, it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:

(a)

għall-parametru “Kundizzjonijiet tas-saħħa u s-sikurezza”, fil-kolonna “Elementi li għandhom jiġu vverifikati għal kull parametru”, il-punt “tqala (sewwieqa)” għandu jitħassar;

(b)

għall-parametru “Kundizzjonijiet tas-saħħa u s-sikurezza”, il-linja li tinkludi “Rekwiżiti speċjali għas-sewwieqa: rekwiżiti ta’ vista, smigħ/kelma, antropometrika” għandha titħassar, flimkien mar-referenza għas-Sezzjoni 4.7.6.

4.

L-Anness H għandu jitħassar.

5.

Fl-Anness N, l-aħħar linja tat-tabella (4.7.6 – Rekwiżiti Speċifiċi rigward il-kompitu li tinsaq ferrovija) għandha titħassar.

6.

L-Annessi P, P1, P2, P3, P4, P5, P6, P7, P8, P9, P10, P11, P12 u P13 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“ANNESS P

L-IDENTIFIKAZZJONI TAL-VETTURA

1.   Rimarki ġenerali

Dan l-anness jiddeskrivi n-Numru Ewropew tal-Vettura u l-immarkar relatat li jiġi applikat b’mod li jidher fuq il-vettura sabiex jidentifikawha b’mod uniku u permanenti waqt l-operazzjoni. L-anness ma jiddeskrivix numri oħrajn jew immarkar ieħor li eventwalment jitnaqqax jew jitwaħħal b’mod permanenti fuq ix-xażi jew fuq il-komponenti ewlenin tal-vettura waqt li qed tinbena.

2.   In-Numru Ewropew tal-Vettura u l-abbrevjazzjonijiet relatati

Kull vettura ferrovjarja tirċievi numru li jikkonsisti fi 12-il figura (li jissejjaħ in-Numru Ewropew tal-Vettura (NEV)) u li jkollu l-istruttura li ġejja:

Grupp tal-vetturi ferrovjarji

Kapaċità tal-interoperabbiltà u t-tip ta’ vettura

[2 figuri]

Pajjiż fejn tkun irreġistrata l-vettura

[2 figuri]

Karatteristiċi tekniċi

[4 figuri]

Numru tas-serje

[3 figuri]

Ċifra ta’ kontroll

[1 figura]

Vaguni

00 sa 09

10 sa 19

20 sa 29

30 sa 39

40 sa 49

80 sa 89

[dettalji fl-Anness p. 6]

01 sa 99

[dettalji fl-Anness p. 4]

0000 sa 9999

[dettalji fl-Anness p. 9]

000 sa 999

0 sa 9

[dettalji fl-Anness p. 3]

Vetturi għall-passiġġieri rmonkati

50 sa 59

60 sa 69

70 sa 79

[dettalji fl-Anness p. 7]

0000 sa 9999

[dettalji fl-Anness p. 10]

000 sa 999

Vetturi ferrovjarji u unitajiet ta’ trazzjoni f’ferrovija f’formazzjoni fissa jew iddefinita minn qabel

90 sa 99

[dettalji fl-Anness p. 8]

0000000 sa 8999999

[it-tifsira ta’ dawn il-figuri hija ddefinita mill-Istati Membri, eventwalment bi ftehim bilaterali jew multilaterali]

Vetturi speċjali

9000 sa 9999

[dettalji fl-Anness p. 11]

000 sa 999

F’pajjiż partikolari, is-seba’ (7) ċifri tal-karatteristiċi tekniċi u n-numru tas-serje huma biżżejjed biex vettura tiġi identifikata b’mod uniku fil-gruppi ta’ vetturi għall-passiġġieri rmonkati u ta’ vetturi speċjali (1).

L-immarkar alfabetiku jikkompleta n-numru:

(a)

l-immarkar relatat mal-ħila għall-interoperabbiltà (dettalji fl-Anness p. 5);

(b)

l-abbrevjazzjoni tal-pajjiż fejn hija rreġistrata l-vettura (dettalji fl-Anness p. 4);

(c)

il-Marka tal-Kustodju tal-Vettura (dettalji fl-Anness p. 1);

(d)

l-abbrevjazzjonijiet tal-karatteristiċi tekniċi (dettalji fl-Anness p. 12 għall-vaguni, fl-Anness p. 13 għall-vetturi għall-passiġġieri rmonkati).

3.   L-allokazzjoni tan-numru

In-Numru Ewropew tal-Vettura jrid jiġi allokat skont ir-regoli stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE tad-9 ta’ Novembru 2007 li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14(4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE.

In-Numru Ewropew tal-Vettura għandu jitbiddel meta ma jkunx jirrifletti l-kapaċità tal-interoperabbiltà jew il-karatteristiċi tekniċi skont dan l-Anness minħabba modifikazzjonijiet tekniċi fil-vettura. Modifikazzjonijiet tekniċi ta’ din ix-xorta jistgħu jeħtieġu awtorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fis-servizz skont l-Artikoli 20 – 25 tad-Direttiva 2008/57/KE dwar l-Interoperabbiltà.

ANNESS P. 1

IL-MARKA TAL-KUSTODJU TAL-VETTURA

1.   Definizzjoni tal-Marka tal-Kustodju tal-Vettura (VKM)

Marka tal-Kustodju tal-Vettura (VKM) hija kodiċi alfabetiku, li jikkonsisti fi tnejn (2) sa ħames (5) ittri (2 4 1 5). VKM titnaqqax fuq kull vettura ferrovjarja, qrib in-Numru Ewropew tal-Vettura. Il-VKM tidentifika l-Kustodju tal-Vettura kif ikun irreġistrat fir-Reġistru Nazzjonali tal-Vetturi.

Il-VKM hija unika u valida fil-pajjiżi kollha koperti minn din l-STI u fil-pajjiżi kollha li jidħlu fi ftehim li jinvolvi l-applikazzjoni tas-sistema tan-numerazzjoni tal-vetturi u tal-Marka tal-Kustodju tal-Vettura kif inhu deskritt f’din l-STI.

2.   Il-format tal-Marka tal-Kustodju tal-Vettura

Il-VKM hija rappreżentazzjoni tal-isem sħiħ jew ta’ abbrevjazzjoni tal-kustodju tal-vettura; jekk ikun possibbli b’mod li jingħaraf. Jistgħu jintużaw is-26 ittra kollha tal-alfabet Latin. L-ittri fil-VKM jinkibtu bħala kapitali. L-ittri li ma jirrappreżentawx l-ewwel ittri ta’ kelmiet f’isem il-kustodju jistgħu jinkitbu b’ittri żgħar. Biex tkun ikkontrollata l-uniċità, l-ittri żgħar għandhom jitqiesu daqslikieku nkitbu bħala kapitali.

L-ittri jista’ jkun fihom marki dijakritiċi (3 2 6). Is-sinjali dijakritiċi li jintużaw minn dawn l-ittri għandhom jiġu injorati meta tkun se tiġi kkontrollata l-uniċità.

Għall-vetturi li jinżammu minn kustodji li jirrisjedu f’pajjiż li ma jużax l-alfabet Latin, tista’ tiġi applikata traduzzjoni tal-VKM fl-alfabet ta’ dak il-pajjiż wara l-VKM li tkun isseparata minnha b’linja dijagonali (‘/’). Din il-VKM tradotta għandha tiġi injorata għal finijiet ta’ pproċessar tad-dejta.

3.   Id-dispożizzjonijiet dwar l-allokazzjoni tal-Marki tal-Kustodju tal-Vettura

Kustodju ta’ vettura jistgħu jinħarġulu iktar minn VKM waħda, f’każ li:

il-kustodju tal-vettura jkollu isem formali f’iktar minn lingwa waħda;

kustodju ta’ vettura jkollu raġuni valida biex jagħmel distinzjoni bejn flotot ta’ vetturi separati fl-organizzazzjoni tiegħu.

Tista’ tinħareġ VKM waħda għal grupp ta’ kumpaniji li:

jappartjenu lil struttura korporattiva waħda (eż. struttura ta’ kumpanija holding);

jappartjenu lil struttura korporattiva waħda li ħatret u tat mandat lil organizzazzjoni waħda f’din l-istruttura biex tieħu ħsieb il-kwistjonijiet kollha f’isem l-oħra kollha;

tat mandat lil entità legali waħda u separata biex tieħu ħsieb il-kwistjonijiet kollha f’isimhom, f’liema każ l-entità legali tkun il-kustodju.

4.   Ir-Reġistru tal-Marki tal-Kustodju tal-Vettura u l-proċedura għall-allokazzjoni

Ir-reġistru tal-VKM huwa pubbliku u jiġi aġġornat f’ħin reali.

Applikazzjoni għal VKM titressaq quddiem l-awtorità nazzjonali kompetenti tal-applikant u tintbagħat lill-ERA. VKM tista’ tintuża biss wara pubblikazzjoni min-naħa tal-ERA.

Id-detentur ta’ VKM irid jinforma lill-awtorità nazzjonali kompetenti meta jtemm l-użu ta’ VKM, u l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tgħaddi l-informazzjoni lill-ERA. VKM għandha tiġi rrevokata hekk kif il-kustodju jipprova li l-marka tbiddlet fuq il-vetturi kollha kkonċernati. Din m’għandiex terġa’ tinħareġ għal (10) għaxar snin, sakemm ma terġax tinħareġ lid-detentur oriġinali tagħha jew tinħareġ lil detentur ieħor fuq it-talba tad-detentur oriġinali.

VKM tista’ tiġi ttrasferita lil detentur ieħor, li jkun is-suċċessur legali tad-detentur oriġinali. Meta d-detenutur tal-VKM ibiddel ismu għal isem li bl-ebda mod ma jixbah lill-VKM, il-VKM tibqa’ valida.

ANNESS P. 2

IT-TINQIX TAN-NUMRU U TAL-IMMARKAR ALFABETIKU RELATAT FUQ IL-BODI

1.   Arranġamenti ġenerali għal immarkar estern

L-ittri kapitali u l-figuri li jifformaw l-iskrizzjonijiet tal-immarkar għandhom ikunu għoljin mill-inqas 80 mm, f’tipa li tkun sans serif u ta’ kwalità korrispondenti. Jistgħu jintużaw iskrizzjonijiet iċken biss fejn ma jkun hemm l-ebda għażla oħra ħlief li l-immarkar jitqiegħed fuq l-iżbarri tal-wiċċ taħtani (sole bars).

L-immarkar m’għandux jitqiegħed f’pożizzjoni ogħla minn żewġ (2) metri ’l fuq mil-livell tal-binarji.

2.   Il-vaguni

L-immarkar għandu jitnaqqax fuq il-bodi tal-vagun b’dan il-mod:

23.

TEN

80

D-RFC

7369

553-4

Zcs

31.

TEN

80

D-DB

0691

235-2

Tanoos

33.

TEN

84

NL-ACTS

4796

100-8

Slpss

Għall-vaguni li l-bodi tagħhom ma joffrix erja kbira biżżejjed għal dan it-tip ta’ arranġament, partikolarment fil-każ ta’ vaguni ċatti, l-immarkar għandu jkun irranġat kif ġej:

01 87 3320 644-7

TEN

F-SNCF

Ks

Meta ittra ta’ indiċi waħda jew iktar b’definizzjoni nazzjonali titnaqqax fuq vagun, dan l-immarkar nazzjonali jrid jintwera wara l-immarkar bl-ittri internazzjonali u għandu jkun isseparat minnu b’ħajfin kif ġej:

01 87 3320 644-7

TEN

F-SNCF

Ks-xy

3.   Il-vaguni u l-vetturi għall-passiġġieri rmonkati

In-numru għandu jkun applikat fuq kull ġenb tal-vettura kif ġej:

F-SNCF

61 87 20 - 72 021 - 7

B10 tu

L-immarkar tal-pajjiż fejn il-vettura tkun irreġistrata u tal-karatteristiċi tekniċi għandu jiġi stampat direttament quddiem, wara jew taħt in-Numru Ewropew tal-Vettura.

F’każ ta’ vaguni b’kabina għas-sewwieq, in-Numru Ewropew tal-Vettura jinkiteb ukoll fil-kabina.

4.   Il-lokomotivi, il-power cars (vetturi ferrovjarji lil jixbhu mill-qrib lil-lokomotivi) u l-vetturi speċjali

In-Numru Ewropew tal-Vettura jrid ikun immarkat fuq kull ġenb tal-vetturi ta’ trazzjoni bil-mod li ġej:

92 10 1108 062-6

In-Numru Ewropew tal-Vettura jinkiteb ukoll f’kull kabina tal-vetturi ferrovjarji ta’ trazzjoni.

Il-kustodju jista’ jżid, f’ittri ta’ daqs ikbar min-Numru Ewropew tal-Vettura, immarkar b’numru tiegħu (li jikkonsisti ġeneralment f’ċifri min-numru tas-serje ssupplimentati minn kodifikazzjoni alfabetika), li jkun utli fl-operazzjonijiet. Il-post fejn in-numru tiegħu jiġi mmarkat jitħalla f’idejn il-kustodju; madankollu, in-NEV dejjem irid ikun jista’ jingħaraf faċilment mill-immarkar bin-numru tal-kustodju.

ANNESS P. 3

IR-REGOLI BIEX TKUN IDDETERMINATA Ċ-ĊIFRA TA’ KONTROLL (ĊIFRA 12)

Iċ-ċifra ta’ kontroll tiġi ddeterminata kif ġej:

iċ-ċifri fil-pożizzjonijiet biż-żewġ tan-numru bażiku (meta wieħed jgħodd mil-lemin) jittieħdu bil-valur deċimali tagħhom;

iċ-ċifri fil-pożizzjonijiet farrada tan-numru bażiku (meta wieħed jgħodd mil-lemin) jiġu mmultiplikati bi tnejn (2);

imbagħad tiġi stabbilita s-somma fformata miċ-ċifri f’pożizzjoni biż-żewġ u miċ-ċifri kollha li jikkostitwixxu l-prodotti parzjali miksuba mill-pożizzjonijiet farrada;

tinżamm iċ-ċifra tal-unitajiet ta’ din is-somma;

il-komplement meħtieġ biex iċ-ċifra tal-unitajiet tinġieb għal għaxra (10) tifforma ċ-ċifra ta’ kontroll; jekk din iċ-ċifra tal-unitajiet tkun żero, mela ċ-ċifra ta’ kontroll wkoll għandha tkun żero.

Eżempji

1 —

Ħalli n-numru bażiku jkun

3

3

8

4

4

7

9

6

1

0

0

Fattur ta’ multiplikazzjoni

2

1

2

1

2

1

2

1

2

1

2

6

3

16

4

8

7

18

6

2

0

0

Somma: 6 + 3 + 1 + 6 + 4 + 8 + 7 + 1 + 8 + 6 + 2 + 0 + 0 = 52

Iċ-ċifra tal-unitajiet ta’ din is-somma hija 2.

In-numru taċ-ċifra ta’ kontroll għalhekk se jkun 8 u b’hekk in-numru bażiku jsir in-numru tar-reġistrazzjoni 33 84 4796 100 - 8.

2 —

Ħalli n-numru bażiku jkun

3

1

5

1

3

3

2

0

1

9

8

Fattur ta’ multiplikazzjoni

2

1

2

1

2

1

2

1

2

1

2

6

1

10

1

6

3

4

0

2

9

16

Somma: 6 + 1 + 1 + 0 + 1 + 6 + 3 + 4 + 0 + 2 + 9 + 1 + 6 = 40

Iċ-ċifra tal-unitajiet ta’ din is-somma hija 0.

In-numru taċ-ċifra ta’ kontroll għalhekk se jkun 0 u b’hekk in-numru bażiku jsir in-numru tar-reġistrazzjoni 31 51 3320 198 - 0.

ANNESS P. 4

IL-KODIFIKAZZJONI TAL-PAJJIŻI FEJN IKUNU RREĠISTRATI L-VETTURI (ĊIFRI 3-4 U L-ABBREVJAZZJONI)

L-informazzjoni relatata ma’ pajjiżi terzi qed tingħata għal finijiet ta’ informazzjoni biss.

Pajjiżi

Kodiċi Alfabetiku tal-pajjiż (2 4 1 5)

Kodiċi Numeriku tal-pajjiż

L-Albanija

AL

41

L-Alġerija

DZ

92

L-Armenja

AM

58

L-Awstrija

A

81

L-Ażerbajġan

AZ

57

Il-Belarus

BY

21

Il-Belġju

B

88

Il-Bożnja u l-Ħerzegovina

BIH

49

Il-Bulgarija

BG

52

Iċ-Ċina

RC

33

Il-Kroazja

HR

78

Kuba

CU (2 4 1 5)

40

Ċipru

CY

Ir-Repubblika Ċeka

CZ

54

Id-Danimarka

DK

86

L-Eġittu

ET

90

L-Estonja

EST

26

Il-Finlandja

FIN

10

Franza

F

87

Il-Ġeorġja

GE

28

Il-Ġermanja

D

80

Il-Greċja

GR

73

L-Ungerija

H

55

L-Iran

IR

96

L-Iraq

IRQ (2 4 1 5)

99

L-Irlanda

IRL

60

L-Iżrael

IL

95

L-Italja

I

83

Il-Ġappun

J

42

Il-Każakistan

KZ

27

Il-Kirgistan

KS

59

Il-Latvja

LV

25

Il-Lebanon

RL

98

Il-Liechtenstein

FL

Il-Litwanja

LT

24

Il-Lussemburgu

L

82

Il-Maċedonja

MK

65

Malta

M

Il-Moldova

MD (2 4 1 5)

23

Monako

MC

Il-Mongolja

MGL

31

Il-Montenegro

ME

62

Il-Marokk

MA

93

L-Olanda

NL

84

Il-Korea ta’ Fuq

PRK (2 4 1 5)

30

In-Norveġja

N

76

Il-Polonja

PL

51

Il-Portugall

P

94

Ir-Rumanija

RO

53

Ir-Russja

RUS

20

Is-Serbja

SRB

72

Is-Slovakkja

SK

56

Is-Slovenja

SLO

79

Il-Korea t’Isfel

ROK

61

Spanja

E

71

L-Isvezja

SE

74

L-Isvizzera

CH

85

Is-Sirja

SYR

97

It-Taġikistan

TJ

66

It-Tuneżija

TN

91

It-Turkija

TR

75

It-Turkmenistan

TM

67

L-Ukrajna

UA

22

Ir-Renju Unit

GB

70

L-Użbekistan

UZ

29

Il-Vjetnam

VN (2 4 1 5)

32

ANNESS P.5

L-IMMARKAR ALFABETIKU TAL-KAPAĊITÀ TAL-INTEROPERABBILTÀ

‘TEN’: Vettura li tkun konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

tkun konformi mal-STI kollha rilevanti li jkunu fis-seħħ fil-mument tat-tqegħid fis-servizz u ngħatat awtorizzazzjoni biex titqiegħed fis-servizz skont l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2008/57/KE;

tingħata awtorizzazzjoni valida fl-Istati Membri kollha skont l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/57/KE jew, alternattivament, tkun irċeviet awtorizzazzjonijiet individwali mill-Istati Membri kollha.

‘PPV/PPW’: Vettura li tkun konformi mal-ftehim PPV/PPW jew PGW (fl-Istati tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni tal-Linji Ferrovjarji (OSJD))

(oriġinali: PPV/PPW: ППВ (Правила пользования вагонами в международном сообщении; PGW: Правила Пользования Грузовыми Вагонами)

Noti:

(a)

Il-vetturi mmarkati TEN jikkorrispondu għall-kodifikazzjoni 0 sa 3 tal-ewwel ċifra fin-numru tal-vettura speċifikat fl-Anness p. 6.

(b)

Il-vetturi li ma jkunux awtorizzati biex jaħdmu fl-Istati Membri kollha jeħtieġu mmarkar li jindika l-Istati Membri fejn ġew awtorizzati. Il-lista tal-Istati Membri li taw l-awtorizzazzjoni għandha tkun immarkata skont wieħed mid-disinji li ġejjin, fejn D tirrappreżenta l-Istat Membru li ta l-ewwel awtorizzazzjoni (fl-eżempju mogħti, il-Ġermanja) u F tirrappreżenta l-Istat Membru li ta t-tieni awtorizzazzjoni (fl-eżempju mogħti, Franza). L-Istati Membri jiġu kkodifikati skont l-Anness P4. Dan jista’ jkopri vetturi li jkunu konformi jew mhux konformi mal-STI. Dawn il-vetturi jikkorrispondu għall-kodifikazzjoni 4 jew 8 tal-ewwel ċifra fin-numru tal-vettura speċifikat fl-Anness p. 6.

Image Image

ANNESS P. 6

IL-KODIĊIJIET TAL-INTEROPERABBILTÀ LI JINTUŻAW GĦALL-VAGUNI (ĊIFRI 1-2)

it-tieni ċifra

l-ewwel ċifra

0

1

2

3

4

5

6

7

8

9

it-tieni ċifra

l-ewwel ċifra

Qies standard tal-binarju (track gauge)

fiss jew varjabbli

fiss

varjabbli

fiss

varjabbli

fiss

varjabbli

fiss

varjabbli

fiss jew varjabbli

Qies standard tal-binarju

TEN (2 4 1 5)

u/jew

COTIF (3 2 6)

u/jew

PPV/PPW

0

bil-fusien

M’għandux jintuża

vaguni TEN (2 4 1 5) u/jew COTIF

m’għandux jintuża (4)

vaguni PPV/PPW

(qies standard (gauge) varjabbli)

bil-fusien

0

1

bit-trolis bir-roti (bogies)

bit-trolis bir-roti

1

TEN (2 4 1 5)

u/jew

COTIF (3 2 6)

u/jew

PPV/PPW

2

bil-fusien

vaguni TEN (2 4 1 5) u/jew COTIF

vaguni PPV/PPW

(qies standard fiss)

bil-fusien

2

3

bit-trolis bir-roti

bit-trolis bir-roti

3

Vaguni oħrajn

4

bil-fusien (3 7)

vaguni relatati mal-manutenzjoni

Vaguni oħrajn

Vaguni b’numerazzjoni speċjali għal karatteristiċi tekniċi mhux imqiegħda f’servizz fl-UE

bil-fusien

4

8

bit-trolis bir-roti (3 7)

bit-trolis bir-roti

8

Traffiku

Traffiku domestiku jew internazzjonali bi ftehim speċjali

l-ewwel ċifra

it-tieni ċifra

0

1

2

3

4

5

6

7

8

9

l-ewwel ċifra

it-tieni ċifra

ANNESS P. 7

IL-KODIĊIJIET INTERNAZZJONALI TAL-ĦILA GĦAT-TRAFFIKU LI JINTUŻAW GĦALL-VETTURI GĦALL-PASSIĠĠIERI RMONKATI (ĊIFRI 1-2)

Traffiku domestiku

TEN (2 4 1 5) u/jew COTIF (3 2 6) u/jew PPV/PPW

Traffiku domestiku jew internazzjonali bi ftehim speċjali

TEN (2 4 1 5) u/jew COTIF (3 2 6)

PPV/PPW

it-tieni ċifra

l-ewwel ċifra

0

1

2

3

4

5

6

7

8

9

5

Vetturi għal traffiku domestiku

Vetturi b’qies standard fiss u mingħajr arja kundizzjonata (inklużi l-vaguni li jġorru l-karozzi)

Vetturi b’qies standard aġġustabbli (1435/1520) u mingħajr arja kundizzjonata

M’għandux jintuża

Vetturi b’qies standard aġġustabbli (1435/1668) u mingħajr arja kundizzjonata

Vetturi storiċi

M’għandux jintuża (3 7)

Vetturi b’qies standard fiss

Vetturi b’qies standard aġġustabbli (1435/1520) bi bdil ta’ trolis bir-roti

Vetturi b’qies standard aġġustabbli (1435/1520) b’fusien b’qies standard aġġustabbli

6

Vetturi ta’ servizz

Vetturi b’qies standard fiss u bl-arja kundizzjonata

Vetturi b’qies standard aġġustabbli (1435/1520) u bl-arja kundizzjonata

Vetturi ta’ servizz

Vetturi b’qies standard aġġustabbli (1435/1668) u bl-arja kundizzjonata

Vaguni li jġorru l-karozzi

M’għandux jintuża (3 7)

7

Vetturi bl-arja kundizzjonata u mitbuqa b’mod li l-pressjoni ma taffetwahomx

M’għandux jintuża

M’għandux jintuża

Vetturi mitbuqa b’mod li l-pressjoni ma taffetwahomx, b’qies standard fiss u bl-arja kundizzjonata

M’għandux jintuża

Vetturi oħrajn

M’għandux jintuża

M’għandux jintuża

M’għandux jintuża

M’għandux jintuża

ANNESS P. 8

TIPI TA’ VETTURI FERROVJARJI U TA’ UNITAJIET TA’ TRAZZJONI F’FERROVIJA F’FORMAZZJONI FISSA JEW IDDEFINITA MINN QABEL (ĊIFRI 1-2)

L-ewwel ċifra hija “9”.

Jekk it-tieni ċifra tiddeskrivi t-tip ta’ vetturi ferrovjarji ta’ trazzjoni, il-kodifikazzjoni li ġejja hija mandatorja:

Kodiċi

Tip ġenerali ta’ vetturi

0

Mixxellanju

1

Lokomotiva elettrika

2

Lokomotiva li taħdem bid-diżil

3

Ferrovija elettrika b’unitajiet multipli (ta’ veloċità għolja) [power car jew trejler]

4

Ferrovija elettrika b’unitajiet multipli (ħlief ta’ veloċità għolja) [power car jew trejler]

5

Ferrovija li taħdem bid-diżil b’unitajiet multipli [power car jew trejler]

6

Trejler speċjalizzat,

7

Magna elettrika li ċċaqlaq il-ferrovija minn post għall-ieħor

8

Magna li taħdem bid-diżil li ċċaqlaq il-ferrovija minn post għall-ieħor

9

Vettura speċjali

ANNESS P. 9

L-IMMARKAR NUMERIKU STANDARD TAL-VAGUNI (ĊIFRI 5 SA 8)

Dan l-anness jindika l-immarkar numeriku assoċjat mal-karatteristiċi tekniċi ewlenin tal-vagun u huwa ppubblikat fuq is-sit web tal-ERA (www.era.europa.eu).

Applikazzjoni għal kodiċi ġdid għandha titressaq quddiem l-entità ta’ reġistrazzjoni (kif tissejjaħ fid-Deċiżjoni 2007/756/KE) u tintbagħat lill-ERA. Kodiċi ġdid jista’ jintuża biss wara l-pubblikazzjoni mill-ERA.

ANNESS P. 10

IL-KODIĊIJIET GĦALL-KARATTERISTIĊI TEKNIĊI TAL-VETTURI FERROVJARJI GĦALL-PASSIĠĠIERI RMONKATI (ĊIFRI 5-6)

L-Anness p. 10 huwa ppubblikat fuq is-sit web tal-ERA (www.era.europa.eu).

Applikazzjoni għal kodiċi ġdid għandha titressaq quddiem l-entità ta’ reġistrazzjoni (kif tissejjaħ fid-Deċiżjoni 2007/756/KE) u tintbagħat lill-ERA. Kodiċi ġdid jista’ jintuża biss wara l-pubblikazzjoni mill-ERA.

ANNESS P. 11

IL-KODIĊIJIET GĦALL-KARATTERISTIĊI TEKNIĊI TAL-VETTURI SPEĊJALI (ĊIFRA 6 SA 8)

L-Anness p. 11 huwa ppubblikat fuq is-sit web tal-ERA (www.era.europa.eu).

ANNESS P. 12

L-IMMARKAR B’ITTRI GĦALL-VAGUNI, ĦLIEF GĦALL-VAGUNI ARTIKOLATI U MULTIPLI

L-Anness p. 12 huwa ppubblikat fuq is-sit web tal-ERA (www.era.europa.eu).

ANNESS P.13

L-IMMARKAR B’ITTRI GĦALL-VETTURI FERROVJARJI GĦALL-PASSIĠĠIERI RMONKATI

L-Anness p. 13 huwa ppubblikat fuq is-sit web tal-ERA (www.era.europa.eu).

Applikazzjoni għal kodiċi ġdid għandha titressaq quddiem l-entità ta’ reġistrazzjoni (kif tissejjaħ fid-Deċiżjoni 2007/756/KE) u tintbagħat lill-ERA. Kodiċi ġdid jista’ jintuża biss wara l-pubblikazzjoni mill-ERA

”.

7.

L-Anness P14 għandu jiġi rrevokat.

8.

L-Anness T għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS T

IL-PRESTAZZJONI TAL-IBBREJKJAR

Ir-rwol tal-Amministratur Infrastrutturali

L-Amministratur Infrastrutturali għandu jinforma lill-Impriża Ferrovjarja dwar il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar meħtieġa għal kull rotta u jrid jipprovdi informazzjoni dwar il-karatteristiċi tar-rotot. L-Amministratur Infrastrutturali jrid jiżgura ruħu li l-impatt tal-karatteristiċi tar-rotot u tal-marġnijiet relatati tan-naħa tal-binarji jkunu inklużi fil-prestazzjoni tal-ibbrejkjar meħtieġa.

Fil-prinċipju, il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar meħtieġa għandu tkun espressa f’perċentwali mill-piż tal-brejkijiet sakemm l-Amministratur Infrastrutturali u l-Impriża Ferrovjarja ma jkunux ftiehmu fuq unità oħra biex jesprimu l-prestazzjoni tal-ibbrejkjar (eż. tunnellati bbrejkjati, forzi tal-brejkijiet, valuri ta’ deċellerazzjoni, profili ta’ deċellerazzjoni).

Għall-ferroviji u għall-kompożizzjonijiet fissi tal-ferroviji, l-Amministratur Infrastrutturali għandu jagħti r-rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-ibbrejkajr f’valuri ta’ deċellerazzjoni jekk jintalab jagħmel dan mill-Impriża Ferrovjarja.

Ir-rwol tal-Impriża Ferrovjarja

L-Impriża Ferrovjarja għandha tiżgura ruħha li kull ferrovija tissodisfa jew taqbeż il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar meħtieġa mill-Amministratur Infrastrutturali. Għalhekk, l-Impriża Infrastrutturali għandha tikkalkola l-prestazzjoni tal-ibbrejkjar ta’ ferrovija billi tikkunsidra l-kompożizzjoni tal-ferrovija.

L-Impriża Ferrovjarja trid tikkunsidra l-prestazzjoni tal-ibbrejkjar tal-vettura jew tal-ferrovija li ġiet iddeterminata meta tqiegħdet f’servizz. Iridu jiġu kkunsidrati marġnijiet relatati mal-vetturi ferrovjarji bħall-affidabbiltà u d-disponibbiltà tal-brejkijiet. L-Impriża Ferrovjarja trid tikkunsidra wkoll l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi tar-rotot li jaffetwaw l-imġiba tal-ferrovija meta l-prestazzjoni tal-ibbrejkjar tkun qed tiġi aġġustata għal meta ferrovija titwaqqaf u tiġi llokjata f’pożizzjoni.

Il-prestazzjoni tal-ibbrejkajr li tirriżulta mill-kontroll tal-ferrovija effettiva (bħall-kompożizzjoni tal-ferrovija, id-disponibbiltà tal-brejkijiet, ir-regolazzjoni tal-brejkijiet) għandha tintuża bħala valur ta’ input għal kwalunkwe regola operattiva li għandha tiġi applikata sussegwentement fir-rigward tal-ferrovija.

Meta ma tintlaħaqx il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar

L-Amministratur Infrastrutturali għandu jistabbilixxi regoli li għandhom jintużaw jekk ferrovija ma tilħaqx il-prestazzjoni tal-ibbrejkajr meħtieġa u jrid jagħmel dawn ir-regoli disponibbli għall-Impriżi Ferrovjarji.

Jekk ferrovija ma tilħaqx il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar meħtieġa għar-rotot li matulhom se tinsaq il-ferrovija, l-Impriża Ferrovjarja għandha tirrispetta l-limiti li jirriżultaw bħar-restrizzjoni tal-veloċità.”

9.

L-Anness U għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS U

LISTA TA’ PUNTI MHUX KONKLUŻI

Is-Sezzjoni 4.2.2 –   Dokument dwar il-Kompożizzjoni tal-Ferroviji

Anness B (ara s-Subsezzjoni 4.4 ta’ din l-STI) – Regoli oħrajn li jippermettu operazzjoni koerenti tas-subsistemi strutturali ġodda u differenti

Anness R (ara s-Subsezzjoni 4.2.3.2 ta’ din l-STI) – L-identifikazzjoni tal-ferroviji

Anness S (ara s-Subsezzjoni 4.2.2.1.3 ta’ din l-STI) – Il-Viżibbiltà tal-Ferroviji – It-Tarf ta’ Wara”

(1)  Għall-vetturi speċjali, in-numru jrid ikun uniku f’pajjiż partikolari bl-ewwel ċifra u l-aħħar ħames (5) ċifri tal-karatteristiċi tekniċi u n-numru tas-serje.

(2)  Għall-NMBS/SNCB, l-użu tal-ittra waħdanija B mdawra b’ċirku jista’ jitkompla.

(3)  Il-marki dijakritiċi huma ‘sinjali ta’ aċċent’ bħal fi À, Ç, Ö, Č, Ž, Å eċċ. Ittri speċjali bħal Ø u Æ għandhom jiġu rrappreżentati b’ittra waħda; f’testijiet għall-uniċità Ø għandha tiġi ttrattata bħala O u Æ bħala A.

(4)  Skont is-sistema ta’ kodifikazzjoni alfabetika deskritta fl-Appendiċi 4 għall-Konvenzjoni tal-1949 u fl-Artikolu 45(4) tal-Konvenzjoni tal-1968 dwar it-traffiku fit-toroq.

(1)  Vaguni li għandhom il-permess li jkollhom fuqhom l-immarkar TEN, ara l-Anness p. 5.

(2)  Inklużi l-vaguni, li skont ir-regolamenti eżistenti jkollhom fuqhom iċ-ċifri ddefiniti f’din it-tabella. COTIF: il-vettura hija konformi mar-regolament tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) li jkun fis-seħħ meta l-vettura titqiegħed fis-servizz.

(3)  Qies standard fiss jew varjabbli.

(4)  Ħlief għall-vaguni fil-kategorija I (vaguni b’temperatura kkontrollata), m’għandux jintuża għal vetturi ġodda mqiegħda f’servizz.

(5)  Konformità mal-STI applikabbli, ara l-Anness p. 5.

(6)  Inklużi l-vetturi, li skont ir-regolamenti eżistenti jkollhom fuqhom iċ-ċifri ddefiniti f’din it-tabella. COTIF: il-vettura hija konformi mar-regolament tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) li jkun fis-seħħ meta l-vettura titqiegħed fis-servizz.

(7)  Ħlief għall-vaguni b’qies standard fiss (56) u b’qies standard aġġustabbli (66) diġà fis-servizz, m’għandux jintuża għal vetturi ġodda.

ANNESS II

L-Annessi għad-Deċiżjoni 2008/231/KE għandhom jiġu emendati kif ġej:

1.

L-Anness għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Is-Sezzjoni 2.2.1 għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“2.2.1.   Il-persunal u l-ferroviji

Is-Sezzjonijiet 4.6 u 4.7 għandhom japplikaw għal dak il-persunal li jwettaq il-kompiti kritiċi tas-sikurezza li jakkumpanja ferrovija, meta dan jinvolvi l-qsim ta’ fruntiera(i) bejn l-Istati u xogħol lil hinn minn kwalunkwe żona indikata bħala l-‘fruntiera’ fid-Dikjarazzjoni tan-Netwerk ta’ Amministratur Infrastrutturali u inkluża fl-awtorizzazzjoni tas-sikurezza tiegħu.

Is-Sezzjoni ‘4.6.2. Il-Kompetenza Lingwistika’ għandha tapplika wkoll għas-sewwieqa tal-ferroviji kif ġie stipulat fil-punt 8 tal-Anness VI għad-Direttiva 2007/59/KE.

Membru tal-persunal mhux se jiġi kkunsidrat bħala li qed jaqsam fruntiera jekk l-attività tinvolvi biss xogħol sa kwalunkwe żona ta’ ‘fruntiera’ kif ġie deskritt fl-ewwel paragrafu ta’ din is-Sezzjoni.

Għal dak il-persunal li jwettaq il-kompiti kritiċi tas-sikurezza li jibgħat il-ferroviji (dispaċċ) u li jawtorizza l-movimenti tal-ferroviji, bejn l-Istati Membri għandu japplika r-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali kif ukoll tal-kundizzjonijiet tas-saħħa u tas-sikurezza.

Għal dak il-persunal li jwettaq il-kompiti kritiċi tas-sikurezza assoċjati mal-aħħar preparazzjoni ta’ ferrovija qabel ma tkun skedata li taqsam fruntiera(i) u li jaħdem lil hinn minn kwalunke żona ta’ fruntiera’ kif ġie deskritt fl-ewwel paragrafu ta’ din is-Sezzjoni, rigward ir-rikonoxximent reċiproku bejn l-Istati Membri tal-kundizzjonijiet tas-saħħa u tas-sikurezza għandha tapplika s-Subsezzjoni 4.6. Ferrovija m’għandhiex tiġi kkunsidrata bħala servizz transkonfinali, jekk il-vetturi kollha tal-ferrovija li qed jaqsmu l-fruntiera tal-Istat jaqsmuha biss saż-żona(i) tal-‘fruntiera’ kif ġie deskritt fl-ewwel paragrafu ta’ din is-Sezzjoni.

Dan jista’ jinġabar fil-qosor fit-tabelli li ġejjin:

Il-persunal involut fit-tħaddim tal-ferroviji li se jaqsmu l-fruntieri tal-Istat u jipproċedu lil hinn miż-żona tal-fruntiera

Kompitu

Kwalifiki Professjonali

Rekwiżiti Mediċi

Jakkumpanja ferrovija

4.6

4.7

Jawtorizza l-Movimenti ta’ Ferrovija

Rikonoxximent reċiproku

Rikonoxximent reċiproku

Preparazzjoni tal-Ferrovija

4.6

Rikonoxximent reċiproku

Dispaċċ tal-Ferrovija

Rikonoxximent reċiproku

Rikonoxximent reċiproku

Il-persunal li jħaddem ferroviji li ma jaqsmux il-fruntieri tal-Istat jew jaqsmuhom biss saż-żoni tal-fruntiera

Kompitu

Kwalifiki Professjonali

Rekwiżiti Mediċi

Jakkumpanja ferrovija

Rikonoxximent reċiproku

Rikonoxximent reċiproku

Jawtorizza l-Movimenti ta’ Ferrovija

Rikonoxximent reċiproku

Rikonoxximent reċiproku

Preparazzjoni tal-Ferrovija

Rikonoxximent reċiproku

Rikonoxximent reċiproku

Dispaċċ tal-Ferrovija

Rikonoxximent reċiproku

Rikonoxximent reċiproku”

(b)

Fis-Sezzjoni 4.2.2.1.2, l-aħħar sentenza għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“L-ispeċifikazzjoni dettaljata tista’ tinstab fis-Subsezzjoni 4.3.3.3.1.”

(c)

Is-Sezzjoni 4.3.2.6 għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“4.3.2.6.   L-użu tar-ramel fuq il-binarji. L-elementi minimi rilevanti għall-kwalikifi professjonali għall-kompitu li tinsaq ferrovija

Teżisti interface bejn l-Anness B (Sezzjoni C1) ta’ din l-STI fuq in-naħa l-waħda, u s-Subsezzjoni 4.2.11 (kompatibbiltà mas-Sistemi ta’ Skoperta tal-Ferroviji fuq in-naħa tal-binarji) u s-Sezzjoni 4.1 tal-Appendiċi 1 tal-Anness A (kif inhi kkwotata fis-Subsezzjoni 4.3.1.10) tal-STI CCS CR fuq in-naħa l-oħra, rigward l-użu tar-ramel fuq il-binarji.”

(d)

Is-Sezzjoni 4.3.3.2 għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“4.3.3.2.   Ir-rekwiżiti għall-vetturi għall-passiġġieri

Jeżistu interfaces bejn is-Subsezzjoni 4.2.2.4 ta’ din l-STI OPE u s-subsezzjonijiet 4.2.2.4 (bibien), 4.2.5.3 (allarmi), 4.3.5.17 (allarm għall-passiġġieri) u 4.2.7.1 (ħruġ ta’ emerġenza) tal-STI RST HS.”

(e)

Is-Sezzjoni 4.3.3.9 għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“4.3.3.9.   L-użu tar-ramel fuq il-binarji

Teżisti interface bejn l-Anness B (Sezzjoni C1) ta’ din l-STI fuq in-naħa l-waħda, u s-Subsezzjoni 4.2.3.10 tal-STI RST HS fuq in-naħa l-oħra, rigward l-użu tar-ramel fuq il-binarji.”

(f)

Is-Sezzjoni 4.3.3.10 għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“4.3.3.10.   Il-kompożizzjoni tal-ferrovija, Anness J

Hemm interface bejn is-Subsezzjoni 4.2.2.5 u l-Anness J għal din l-STI u s-Subsezzjonijiet 4.2.1.2 (id-disinn tal-ferrovija) u 4.2.7.10 (Il-kunċett tal-monitoraġġ u dak dijanjostiku) tal-STI RST HS rigward l-għarfien tal-ekwipaġġ tal-ferroviji tal-funzjonalità tal-vetturi ferrovjarji.”

(g)

Is-Sezzjoni 4.3.3.12 għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“4.3.3.12.   Ir-reġistrazzjoni tad-dejta

Hemm interface bejn is-Subsezzjoni 4.2.3.5.2 (Ir-reġistrazzjoni tad-dejta ta’ sorveljanza abbord il-ferrovija) ta’ din l-STI u s-Subsezzjoni 4.2.7.10 tal-STI RST HS (Il-kunċett tal-monitoraġġ u dak dijanjostiku).”

(h)

Fis-Sezzjoni 4.6.1, l-aħħar sentenza għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“L-elementi minimi rilevanti għall-kwalifika professjonali għall-kompiti individwali jistgħu jinstabu fl-Annessi J u L.”

(i)

Il-punti C u D tas-Sezzjoni 4.6.3.1 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“C.   Il-valutazzjoni inizjali

il-kundizzjonijiet bażiċi;

il-programm ta’ valutazzjoni, inkluża wirja prattika;

il-kwalifika ta’ dawk li jagħtu t-taħriġ;

l-għotja ta’ ċertifikazzjoni ta’ kompetenza.

D.   Iż-żamma tal-kompetenza

il-prinċipji għaż-żamma tal-kompetenza;

il-metodi li għandhom jiġu segwiti;

il-formalizzazzjoni tal-proċess taż-żamma tal-kompetenza;

il-proċess ta’ valutazzjoni.”

(j)

Is-Sezzjoni 4.6.3.2.3.1 għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“4.6.3.2.3.1.   L-għarfien tar-rotot

L-Impriża Ferrovjarja trid tiddefinixxi l-proċess li permezz tiegħu l-ekwipaġġ tal-ferrovija jikseb u jżomm aġġornat l-għarfien li jkollu tar-rotot li jaħdem matulhom. Dan il-proċess irid ikun:

ibbażat fuq l-informazzjoni dwar ir-rotot ipprovduta mill-Amministratur Infrastrutturali u

skont il-proċess deskritt fis-Subsezzjoni 4.2.1 ta’ din l-STI.”

(k)

Is-Sezzjoni 4.7.5.4 għandha titħassar.

(l)

Is-Sezzjoni 4.7.6 għandha titħassar.

(m)

Is-Sezzjoni 7.3.2 għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“7.3.2   Lista ta’ każijiet speċifiċi

Tħalliet vojta apposta”

2.

Fl-Anness G, it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:

(a)

għall-parametru “Kundizzjonijiet tas-saħħa u s-sikurezza”, fil-kolonna “Elementi li għandhom jiġu vverifikati għal kull parametru”, il-punt “tqala (sewwieqa)” għandu jitħassar;

(b)

għall-parametru “Kundizzjonijiet tas-saħħa u s-sikurezza”, il-linja li tinkludi “Rekwiżiti speċjali għas-sewwieqa: rekwiżiti ta’ vista, smigħ/kelma, antropometrika” għandha titħassar, flimkien mar-referenza għas-Sezzjoni 4.7.6.

3.

L-Anness H għandu jitħassar.

4.

Fl-Anness N, l-aħħar linja tat-tabella (4.7.6 – Rekwiżiti Speċifiċi rigward il-kompitu li tinsaq ferrovija) għandha titħassar.

5.

L-Annessi P, P1, P2, P3, P4, P5, P6, P7, P8, P9, P10, P11, P12 u P13 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“ANNESS P

L-IDENTIFIKAZZJONI TAL-VETTURA

1.   Rimarki ġenerali

Dan l-anness jiddeskrivi n-Numru Ewropew tal-Vettura u l-immarkar relatat li jiġi applikat b’mod li jidher fuq il-vettura sabiex jidentifikawha b’mod uniku u permanenti waqt l-operazzjoni. L-anness ma jiddeskrivix numri oħrajn jew immarkar ieħor li eventwalment jitnaqqax jew jitwaħħal b’mod permanenti fuq ix-xażi jew fuq il-komponenti ewlenin tal-vettura waqt li qed tinbena.

2.   In-Numru Ewropew tal-Vettura u l-abbrevazzjonijiet relatati

Kull vettura ferrovjarja tirċievi numru li jikkonsisti fi 12-il figura (li jissejjaħ in-Numru Ewropew tal-Vettura (NEV)) u li jkollu l-istruttura li ġejja:

Grupp tal-vetturi ferrovjarji

Kapaċità tal-interoperabbiltà u t-tip ta’ vettura

[2 figuri]

Pajjiż fejn tkun irreġistrata l-vettura

[2 figuri]

Karatteristiċi tekniċi

[4 figuri]

Numru tas-serje

[3 figuri]

Ċifra ta’ kontroll

[1 figura]

Vaguni

00 sa 09

10 sa 19

20 sa 29

30 sa 39

40 sa 49

80 sa 89

[dettalji fl-Anness p. 6]

01 sa 99

[dettalji fl-Anness p. 4]

0000 sa 9999

[dettalji fl-Anness p. 9]

000 sa 999

0 sa 9

[dettalji fl-Anness p. 3]

Vetturi għall-passiġġieri rmonkati

50 sa 59

60 sa 69

70 sa 79

[dettalji fl-Anness p. 7]

0000 sa 9999

[dettalji fl-Anness p. 10]

000 sa 999

Vetturi ferrovjarji u unitajiet ta’ trazzjoni f’ferrovija f’formazzjoni fissa jew iddefinita minn qabel

90 sa 99

[dettalji fl-Anness p. 8]

0000000 sa 8999999

[it-tifsira ta’ dawn il-figuri hija ddefinita mill-Istati Membri, eventwalment bi ftehim bilaterali jew multilaterali]

Vetturi speċjali

9000 sa 9999

[dettalji fl-Anness p. 11]

000 sa 999

F’pajjiż partikolari, is-seba’ (7) ċifri tal-karatteristiċi tekniċi u n-numru tas-serje huma biżżejjed biex vettura tiġi identifikata b’mod uniku fil-gruppi ta’ vetturi għall-passiġġieri rmonkati u ta’ vetturi speċjali (1).

L-immarkar alfabetiku jikkompleta n-numru:

(a)

l-immarkar relatat mal-ħila għall-interoperabbiltà (dettalji fl-Anness p. 5);

(b)

l-abbrevjazzjoni tal-pajjiż fejn hija rreġistrata l-vettura (dettalji fl-Anness p. 4);

(c)

il-Marka tal-Kustodju tal-Vettura (dettalji fl-Anness p. 1);

(d)

l-abbrevjazzjonijiet tal-karatteristiċi tekniċi (dettalji fl-Anness p. 12 għall-vaguni, fl-Anness p. 13 għall-vetturi għall-passiġġieri rmonkati).

3.   L-allokazzjoni tan-numru

In-Numru Ewropew tal-Vettura jrid jiġi allokat skont ir-regoli stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE tad-9 ta’ Novembru 2007 li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14(4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE.

In-Numru Ewropew tal-Vettura għandu jitbiddel meta ma jirriflettix il-kapaċità tal-interoperabbiltà jew il-karatteristiċi tekniċi skont dan l-Anness minħabba modifikazzjonijiet tekniċi fil-vettura. Modifikazzjonijiet tekniċi ta’ din ix-xorta jistgħu jeħtieġu watorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fis-servizz skont l-Artikoli 20 – 25 tad-Direttiva 2008/57/KE dwar l-Interoperabbiltà.

ANNESS P. 1

IL-MARKA TAL-KUSTODJU TAL-VETTURA

1.   Definizzjoni tal-Marka tal-Kustodju tal-Vettura (VKM)

Marka tal-Kustodju tal-Vettura (VKM) hija kodiċi alfabetiku, li jikkonsisti fi tnejn (2) sa ħames (5) ittri (2 4 1 5). VKM titnaqqax fuq kull vettura ferrovjarja, qrib in-Numru Ewropew tal-Vettura. Il-VKM tidentifika l-Kustodju tal-Vettura kif ikun irreġistrat fir-Reġistru Nazzjonali tal-Vetturi.

Il-VKM hija unika u valida fil-pajjiżi kollha koperti minn din l-STI u fil-pajjiżi kollha li jidħlu fi ftehim li jinvolvi l-applikazzjoni tas-sistema tan-numerazzjoni tal-vetturi u tal-Marka tal-Kustodju tal-Vettura kif inhu deskritt f’din l-STI.

2.   Il-format tal-Marka tal-Kustodju tal-Vettura

Il-VKM hija rappreżentazzjoni tal-isem sħiħ jew ta’ abbrevjazzjoni tal-kustodju tal-vettura, jekk ikun possibbli b’mod li jingħaraf. Jistgħu jintużaw is-26 ittra kollha tal-alfabet Latin. L-ittri fil-VKM jinkibtu bħala kapitali. L-ittri li ma jirrappreżentawx l-ewwel ittri ta’ kelmiet f’isem il-kustodju jistgħu jinkitbu b’ittri żgħar. Biex tkun ikkontrollata l-uniċità, l-ittri żgħar għandhom jitqiesu daqslikieku nkitbu bħala kapitali.

L-ittri jista’ jkun fihom marki dijakritiċi (3 2 6). Is-sinjali dijakritiċi li jintużaw minn dawn l-ittri għandhom jiġu injorati meta tkun se tiġi kkontrollata l-uniċità.

Għall-vetturi li jinżammu minn kustodji li jirrisjedu f’pajjiż li ma jużax l-alfabet Latin, tista’ tiġi applikata traduzzjoni tal-VKM fl-alfabet ta’ dak il-pajjiż wara l-VKM li tkun isseparata minnha b’linja dijagonali (‘/’). Din il-VKM tradotta għandha tiġi injorata għal finijiet ta’ pproċessar tad-dejta.

3.   Id-dispożizzjonijiet dwar l-allokazzjoni tal-Marki tal-Kustodju tal-Vettura

Kustodju ta’ vettura jistgħu jinħarġulu iktar minn VKM waħda, f’każ li:

il-kustodju tal-vettura jkollu isem formali f’iktar minn lingwa waħda;

kustodju ta’ vettura jkollu raġuni valida biex jagħmel distinzjoni bejn flotot ta’ vetturi separati fl-organizzazzjoni tiegħu.

Tista’ tinħareġ VKM waħda għal grupp ta’ kumpaniji li:

jappartjenu lil struttura korporattiva waħda (eż. struttura ta’ kumpanija holding);

jappartjenu lil struttura korporattiva waħda li ħatret u tat mandat lil organizzazzjoni waħda f’din l-istruttura biex tieħu ħsieb il-kwistjonijiet kollha f’isem l-oħra kollha;

tat mandat lil entità legali waħda u separata biex tieħu ħsieb il-kwistjonijiet kollha f’isimhom, f’liema każ l-entità legali tkun il-kustodju.

4.   Ir-Reġistru tal-Marki tal-Kustodju tal-Vettura u l-proċedura għall-allokazzjoni

Ir-reġistru tal-VKM huwa pubbliku u jiġi aġġornat f’ħin reali.

Applikazzjoni għal VKM titressaq quddiem l-awtorità nazzjonali kompetenti tal-applikant u tintbagħat lill-ERA. VKM tista’ tintuża biss wara pubblikazzjoni min-naħa tal-ERA.

Id-detentur ta’ VKM irid jinforma lill-awtorità nazzjonali kompetenti meta jtemm l-użu ta’ VKM, u l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tgħaddi l-informazzjoni lill-ERA. VKM għandha tiġi rrevokata hekk kif il-kustodju jipprova li l-marka tbiddlet fuq il-vetturi kollha kkonċernati. Din m’għandiex terġa’ tinħareġ għal (10) għaxar snin, sakemm ma terġax tinħareġ lid-detentur oriġinali tagħha jew tinħareġ lil detentur ieħor fuq it-talba tad-detentur oriġinali.

VKM tista’ tiġi ttrasferita lil detentur ieħor, li jkun is-suċċessur legali tad-detentur oriġinali. Meta d-detenutur tal-VKM ibiddel ismu għal isem li bl-ebda mod ma jixbah lill-VKM, il-VKM tibqa’ valida.

ANNESS P.2

IT-TINQIX TAN-NUMRU U TAL-IMMARKAR ALFABETIKU RELATAT FUQ IL-BODI

1.   Arranġamenti ġenerali għal immarkar estern

L-ittri kapitali u l-figuri li jifformaw l-iskrizzjonijiet tal-immarkar għandhom ikunu għoljin mill-inqas 80 mm, f’tipa li tkun sans serif u ta’ kwalità korrispondenti. Jistgħu jintużaw iskrizzjonijiet iċken biss fejn ma jkun hemm l-ebda għażla oħra ħlief li l-immarkar jitqiegħed fuq l-iżbarri tal-wiċċ taħtani (sole bars).

L-immarkar m’għandux jitqiegħed f’pożizzjoni ogħla minn żewġ (2) metri ‘l fuq mil-livell tal-binarji.

2.   Il-vaguni

L-immarkar għandu jitnaqqax fuq il-bodi tal-vagun b’dan il-mod:

23

TEN

80

D-RFC

7369

553-4

Zcs

31

TEN

80

D-DB

0691

235-2

Tanoos

33

TEN

84

NL-ACTS

4796

100-8

Slpss

Għall-vaguni li l-bodi tagħhom ma joffrix erja kbira biżżejjed għal dan it-tip ta’ arranġament, partikolarment fil-każ ta’ vaguni ċatti, l-immarkar għandu jsir kif ġej:

01 87 3320 644-7

TEN

F-SNCF

Ks

Meta ittra ta’ indiċi waħda jew iktar b’definizzjoni nazzjonali titnaqqax fuq vagun, dan l-immarkar nazzjonali jrid jintwera wara l-immarkar bl-ittri internazzjonali u għandu jkun isseparat minnu b’ħajfin kif ġej:

01 87 3320 644-7

TEN

F-SNCF

Ks-xy

3.   Il-vaguni u l-vetturi għall-passiġġieri rmonkati

In-numru għandu jkun applikat fuq kull ġenb tal-vettura kif ġej:

F-SNCF

61 87 20 - 72 021 - 7

B10 tu

L-immarkar tal-pajjiż fejn il-vettura tkun irreġistrata u tal-karatteristiċi tekniċi għandu jiġi stampat direttament quddiem, wara jew taħt in-Numru Ewropew tal-Vettura.

F’każ ta’ vaguni b’kabina għas-sewwieq, in-Numru Ewropew tal-Vettura jinkiteb ukoll fil-kabina.

4.   Il-lokomotivi, il-power cars (vetturi ferrovjarji li jixbhu mill-qrib lil-lokomotivi) u l-vetturi speċjali

In-Numru Ewropew tal-Vettura jrid ikun immarkat fuq kull ġenb tal-vetturi ta’ trazzjoni bil-mod li ġej:

92 10 1108 062-6

In-Numru Ewropew tal-Vettura jinkiteb ukoll f’kull kabina tal-vetturi ferrovjarji ta’ trazzjoni.

Il-kustodju jista’ jżid, f’ittri ta’ daqs ikbar min-Numru Ewropew tal-Vettura, immarkar b’numru tiegħu (li jikkonsisti ġeneralment f’ċifri min-numru tas-serje ssupplimentati minn kodifikazzjoni alfabetika), li jkun utli fl-operazzjonijiet. Il-post fejn in-numru tiegħu jiġi mmarkat jitħalla f’idejn il-kustodju; madankollu, in-NEV dejjem irid ikun jista’ jingħaraf faċilment mill-immarkar bin-numru tal-kustodju.

ANNESS P.3

IR-REGOLI BIEX TKUN IDDETERMINATA Ċ-ĊIFRA TA’ KONTROLL (ĊIFRA 12)

Iċ-ċifra ta’ kontroll tiġi ddeterminata kif ġej:

iċ-ċifri fil-pożizzjonijiet biż-żewġ tan-numru bażiku (meta wieħed jgħodd mil-lemin) jittieħdu bil-valur deċimali tagħhom;

iċ-ċifri fil-pożizzjonijiet farrada tan-numru bażiku (meta wieħed jgħodd mil-lemin) jiġu mmultiplikati bi tnejn (2);

imbagħad tiġi stabbilita s-somma fformata miċ-ċifri f’pożizzjoni biż-żewġ u miċ-ċifri kollha li jikkostitwixxu l-prodotti parzjali miksuba mill-pożizzjonijiet farrada;

tinżamm iċ-ċifra tal-unitajiet ta’ din is-somma;

il-komplement meħtieġ biex iċ-ċifra tal-unitajiet tinġieb għal għaxra (10) tifforma ċ-ċifra ta’ kontroll; jekk din iċ-ċifra tal-unitajiet tkun żero, mela ċ-ċifra ta’ kontroll wkoll għandha tkun żero.

Eżempji

1 —

Ħalli n-numru bażiku jkun

3

3

8

4

4

7

9

6

1

0

0

Fattur ta’ multiplikazzjoni

2

1

2

1

2

1

2

1

2

1

2

6

3

16

4

8

7

18

6

2

0

0

Somma: 6 + 3 + 1 + 6 + 4 + 8 + 7 + 1 + 8 + 6 + 2 + 0 + 0 = 52

Iċ-ċifra tal-unitajiet ta’ din is-somma hija 2.

In-numru taċ-ċifra ta’ kontroll għalhekk se jkun 8 u b’hekk in-numru bażiku jsir in-numru tar-reġistrazzjoni 33 84 4796 100 - 8.

2 —

Ħalli n-numru bażiku jkun

3

1

5

1

3

3

2

0

1

9

8

Fattur ta’ multiplikazzjoni

2

1

2

1

2

1

2

1

2

1

2

6

1

10

1

6

3

4

0

2

9

16

Somma: 6 + 1 + 1 + 0 + 1 + 6 + 3 + 4 + 0 + 2 + 9 + 1 + 6 = 40

Iċ-ċifra tal-unitajiet ta’ din is-somma hija 0.

In-numru taċ-ċifra ta’ kontroll għalhekk se jkun 0 u b’hekk in-numru bażiku jsir in-numru tar-reġistrazzjoni 31 51 3320 198 - 0.

ANNESS P. 4

IL-KODIFIKAZZJONI TAL-PAJJIŻI FEJN IKUNU RREĠISTRATI L-VETTURI (ĊIFRI 3-4 U L-ABBREVJAZZJONI)

L-informazzjoni relatata ma’ pajjiżi terzi qed tingħata għal finijiet ta’ informazzjoni biss.

Pajjiżi

Kodiċi alfabetiku tal-pajjiż (2 4 1 5)

Kodiċi numeriku tal-pajjiż

L-Albanija

AL

41

L-Alġerija

DZ

92

L-Armenja

AM

58

L-Awstrija

A

81

L-Ażerbajġan

AZ

57

Il-Belarus

BY

21

Il-Belġju

B

88

Il-Bożnja u l-Ħerzegovina

BIH

49

Il-Bulgarija

BG

52

Iċ-Ċina

RC

33

Il-Kroazja

HR

78

Kuba

CU (2 4 1 5)

40

Ċipru

CY

Ir-Repubblika Ċeka

CZ

54

Id-Danimarka

DK

86

L-Eġittu

ET

90

L-Estonja

EST

26

Il-Finlandja

FIN

10

Franza

F

87

Il-Ġeorġja

GE

28

Il-Ġermanja

D

80

Il-Greċja

GR

73

L-Ungerija

H

55

L-Iran

IR

96

L-Iraq

IRQ (2 4 1 5)

99

L-Irlanda

IRL

60

L-Iżrael

IL

95

L-Italja

I

83

Il-Ġappun

J

42

Il-Każakistan

KZ

27

Il-Kirgistan

KS

59

Il-Latvja

LV

25

Il-Lebanon

RL

98

Il-Liechtenstein

FL

Il-Litwanja

LT

24

Il-Lussemburgu

L

82

Il-Maċedonja

MK

65

Malta

M

Il-Moldova

MD (2 4 1 5)

23

Monako

MC

Il-Mongolja

MGL

31

Il-Montenegro

ME

62

Il-Marokk

MA

93

L-Olanda

NL

84

Il-Korea ta’ Fuq

PRK (2 4 1 5)

30

In-Norveġja

N

76

Il-Polonja

PL

51

Il-Portugall

P

94

Ir-Rumanija

RO

53

Ir-Russja

RUS

20

Is-Serbja

SRB

72

Is-Slovakkja

SK

56

Is-Slovenja

SLO

79

Il-Korea t’Isfel

ROK

61

Spanja

E

71

L-Isvezja

SE

74

L-Isvizzera

CH

85

Is-Sirja

SYR

97

It-Taġikistan

TJ

66

It-Tuneżija

TN

91

It-Turkija

TR

75

It-Turkmenistan

TM

67

L-Ukrajna

UA

22

Ir-Renju Unit

GB

70

L-Użbekistan

UZ

29

Il-Vjetnam

VN (2 4 1 5)

32

ANNESS P.5

L-IMMARKAR ALFABETIKU TAL-KAPAĊITÀ TAL-INTEROPERABBILTÀ

‘TEN’: Vettura li tkun konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

tkun konformi mal-STI kollha rilevanti li jkunu fis-seħħ fil-mument tat-tqegħid fis-servizz u ngħatat awtorizzazzjoni biex titqiegħed fis-servizz skont l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2008/57/KE,

tingħata awtorizzazzjoni valida fl-Istati Membri kollha skont l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/57/KE jew, alternattivament, tkun irċeviet awtorizzazzjonijiet individwali mill-Istati Membri kollha.

‘PPV/PPW’: Vettura li tkun konformi mal-ftehim PPV/PPW jew PGW (fl-Istati tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni tal-Linji Ferrovjarji (OSJD))

(oriġinali: PPV/PPW:ППВ (Правила пользования вагонами в международном сообщении; PGW: Правила Пользования Грузовыми Вагонами)

Noti:

(a)

Il-vetturi mmarkati TEN jikkorrispondu għall-kodifikazzjoni 0 sa 3 tal-ewwel ċifra fin-numru tal-vettura speċifikat fl-Anness p. 6;

(b)

Il-vetturi li ma jkunux awtorizzati biex jaħdmu fl-Istati Membri kollha jeħtieġu mmarkar li jindika l-Istati Membri fejn ġew awtorizzati. Il-lista tal-Istati Membri li taw l-awtorizzazzjoni għandha tkun immarkata skont wieħed mid-disinji li ġejjin, fejn D tirrappreżenta l-Istat Membru li ta l-ewwel awtorizzazzjoni (fl-eżempju mogħti, il-Ġermanja) u F tirrappreżenta l-Istat Membru li ta t-tieni awtorizzazzjoni (fl-eżempju mogħti, Franza). L-Istati Membri jiġu kkodifikati skont l-Anness P4. Dan jista’ jkopri vetturi li jkunu konformi jew mhux konformi mal-STI. Dawn il-vetturi jikkorrispondu għall-kodifikazzjoni 4 jew 8 tal-ewwel ċifra fin-numru tal-vettura speċifikat fl-Anness p. 6;

Image Image

ANNESS P.6

IL-KODIĊIJIET TAL-INTEROPERABBILTÀ LI JINTUŻAW GĦALL-VAGUNI (ĊIFRI 1-2)

it-tieni ċifra

l-ewwel ċifra

0

1

2

3

4

5

6

7

8

9

it-tieni ċifra

l-ewwel ċifra

Qies standard tal-binarju (track gauge)

fiss jew varjabbli

fiss

varjabbli

fiss

varjabbli

fiss

varjabbli

fiss

varjabbli

fiss jew varjabbli

Qies standard tal-binarju

TEN (2 4 1 5)

u/jew

COTIF (3 2 6)

u/jew

PPV/PPW

0

bil-fusien

M’għandux jintuża

vaguni TEN (2 4 1 5) u/jew COTIF

m’għandux jintuża (4)

vaguni PPV/PPW

(qies standard (gauge) varjabbli)

bil-fusien

0

1

bit-trolis bir-roti (bogies)

bit-trolis bir-roti

1

TEN (2 4 1 5)

u/jew

COTIF (3 2 6)

u/jew

PPV/PPW

2

bil-fusien

vaguni TEN (2 4 1 5) u/jew COTIF

vaguni PPV/PPW

(qies standard fiss)

bil-fusien

2

3

bit-trolis bir-roti

bit-trolis bir-roti

3

Vaguni oħrajn

4

bil-fusien (3 7)

vaguni relatati mal-manutenzjoni

Vaguni oħrajn

Vaguni b’numerazzjoni speċjali għal karatteristiċi tekniċi mhux imqiegħda f’servizz fl-UE

bil-fusien

4

8

bit-trolis bir-roti (3 7)

bit-trolis bir-roti

8

Traffiku

Traffiku domestiku jew internazzjonali bi ftehim speċjali

l-ewwel ċifra

it-tieni ċifra

0

1

2

3

4

5

6

7

8

9

l-ewwel ċifra

it-tieni ċifra

ANNESS P. 7

IL-KODIĊIJIET INTERNAZZJONALI TAL-ĦILA GĦAT-TRAFFIKU LI JINTUŻAW GĦALL-VETTURI GĦALL-PASSIĠĠIERI RMONKATI (ĊIFRI 1-2)

Traffiku domestiku

TEN (2 4 1 5) u/jew COTIF (3 2 6) u/jew PPV/PPW

Traffiku domestiku jew internazzjonali bi ftehim speċjali

TEN (2 4 1 5) u/jew COTIF (3 2 6)

PPV/PPW

it-tieni ċifra

l-ewwel ċifra

0

1

2

3

4

5

6

7

8

9

5

Vetturi għal traffiku domestiku

Vetturi b’qies standard fiss u mingħajr arja kundizzjonata (inklużi l-vaguni li jġorru l-karozzi)

Vetturi b’qies standard aġġustabbli (1435/1520) u mingħajr arja kundizzjonata

M’għandux jintuża

Vetturi b’qies standard aġġustabbli (1435/1668) u mingħajr arja kundizzjonata

Vetturi storiċi

M’għandux jintuża (3 7)

Vetturi b’qies standard fiss

Vetturi b’qies standard aġġustabbli (1435/1520) bi bdil ta’ trolis bir-roti

Vetturi b’qies standard aġġustabbli (1435/1520) b’fusien b’qies standard aġġustabbli

6

Vetturi ta’ servizz

Vetturi b’qies standard fiss u bl-arja kundizzjonata

Vetturi b’qies standard aġġustabbli (1435/1520) u bl-arja kundizzjonata

Vetturi ta’ servizz

Vetturi b’qies standard aġġustabbli (1435/1668) u bl-arja kundizzjonata

Vaguni li jġorru l-karozzi

M’għandux jintuża (3 7)

7

Vetturi bl-arja kundizzjonata u mitbuqa b’mod li l-pressjoni ma taffetwahomx

M’għandux jintuża

M’għandux jintuża

Vetturi mitbuqa b’mod li l-pressjoni ma taffetwahomx, b’qies standard fiss u bl-arja kundizzjonata

M’għandux jintuża

Vetturi oħrajn

M’għandux jintuża

M’għandux jintuża

M’għandux jintuża

M’għandux jintuża

ANNESS P.8

TIPI TA’ VETTURI FERROVJARJI U TA’ UNITAJIET TA’ TRAZZJONI F’FERROVIJA F’FORMAZZJONI FISSA JEW IDDEFINITA MINN QABEL (ĊIFRI 1-2)

L-ewwel ċifra hija ‘9’.

Jekk it-tieni ċifra tiddeskrivi t-tip ta’ vetturi ferrovjarji ta’ trazzjoni, il-kodifikazzjoni li ġejja hija mandatorja:

Kodiċi

Tip ġenerali ta’ vetturi

0

Mixxellanju

1

Lokomotiva elettrika

2

Lokomotiva li taħdem bid-diżil

3

Ferrovija elettrika b’unitajiet multipli (ta’ veloċità għolja) [power car jew trejler]

4

Ferrovija elettrika b’unitajiet multipli (ħlief ta’ veloċità għolja) [power car jew trejler]

5

Ferrovija li taħdem bid-diżil b’unitajiet multipli [power car jew trejler]

6

Trejler speċjalizzat

7

Magna elettrika li ċċaqlaq unitajiet tal-ferrovija minn post għall-ieħor

8

Magna li taħdem bid-diżil li ċċaqlaq unitajiet tal-ferrovij a minn post għall-ieħor

9

Vettura speċjali

ANNESS P.9

L-IMMARKAR NUMERIKU STANDARD TAL-VAGUNI (ĊIFRI 5 SA 8)

Dan l-anness jindika l-immarkar numeriku assoċjat mal-karatteristiċi tekniċi ewlenin tal-vagun u huwa ppubblikat fuq is-sit web tal-ERA (www.era.europa.eu).

Applikazzjoni għal kodiċi ġdid għandha titressaq quddiem l-entità ta’ reġistrazzjoni (kif tissejjaħ fid-Deċiżjoni 2007/756/KE) u tintbagħat lill-ERA. Kodiċi ġdid jista’ jintuża biss wara l-pubblikazzjoni mill-ERA.

ANNESS P.10

IL-KODIĊIJIET GĦALL-KARATTERISTIĊI TEKNIĊI TAL-VETTURI FERROVJARJI GĦALL-PASSIĠĠIERI RMONKATI (ĊIFRI 5-6)

L-Anness p.10 huwa ppubblikat fuq is-sit web tal-ERA (www.era.europa.eu).

Applikazzjoni għal kodiċi ġdid għandha titressaq quddiem l-entità ta’ reġistrazzjoni (kif tissejjaħ fid-Deċiżjoni 2007/756/KE) u tintbagħat lill-ERA. Kodiċi ġdid jista’ jintuża biss wara l-pubblikazzjoni mill-ERA.

ANNESS P. 11

IL-KODIĊIJIET GĦALL-KARATTERISTIĊI TEKNIĊI TAL-VETTURI SPEĊJALI (ĊIFRA 6 SA 8)

L-Anness p. 11 huwa ppubblikat fuq is-sit web tal-ERA (www.era.europa.eu).

Applikazzjoni għal kodiċi ġdid għandha titressaq quddiem l-entità ta’ reġistrazzjoni (kif tissejjaħ fid-Deċiżjoni 2007/756/KE) u tintbagħat lill-ERA. Kodiċi ġdid jista’ jintuża biss wara l-pubblikazzjoni mill-ERA.

ANNESS P. 12

L-IMMARKAR B’ITTRI GĦALL-VAGUNI, ĦLIEF GĦALL-VAGUNI ARTIKOLATI U MULTIPLI

L-Anness p. 12 huwa ppubblikat fuq is-sit web tal-ERA (www.era.europa.eu).

Applikazzjoni għal kodiċi ġdid għandha titressaq quddiem l-entità ta’ reġistrazzjoni (kif tissejjaħ fid-Deċiżjoni 2007/756/KE) u tintbagħat lill-ERA. Kodiċi ġdid jista’ jintuża biss wara l-pubblikazzjoni mill-ERA.

ANNESS P. 13

L-IMMARKAR B’ITTRI GĦALL-VETTURI FERROVJARJI GĦALL-PASSIĠĠIERI RMONKATI

L-Anness p. 13 huwa ppubblikat fuq is-sit web tal-ERA (www.era.europa.eu).

Applikazzjoni għal kodiċi ġdid għandha titressaq quddiem l-entità ta’ reġistrazzjoni (kif tissejjaħ fid-Deċiżjoni 2007/756/KE) u tintbagħat lill-ERA. Kodiċi ġdid jista’ jintuża biss wara l-pubblikazzjoni mill-ERA

”.

6.

L-Anness P14 għandu jiġi rrevokat.

(1)  Għall-vetturi speċjali, in-numru jrid ikun uniku f’pajjiż partikolari bl-ewwel ċifra u l-aħħar ħames (5) ċifri tal-karatteristiċi tekniċi u n-numru tas-serje.

(2)  Għall-NMBS/SNCB, l-użu tal-ittra waħdanija B mdawra b’ċirku jista’ jitkompla

Top