EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1107

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/2008 tas- 7 ta' Novembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fertilizzanti bl-iskop li jiġu adattati l-Annessi I u IV tiegħu għall-progress tekniku Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 299, 8.11.2008, p. 13–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/07/2022; Impliċitament imħassar minn 32019R1009

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1107/oj

8.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 299/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1107/2008

tas-7 ta' Novembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fertilizzanti bl-iskop li jiġu adattati l-Annessi I u IV tiegħu għall-progress tekniku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li għandu x’jaqsam mal-fertilizzanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu, il-paragrafi (1) u (3),

Billi:

(1)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jistipula li fertilizzant li jappartjeni għal tip ta’ fertilizzant elenkat fl-Anness I mehmuż miegħu u li jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati f’dak ir-Regolament jista’ jissejjaħ “fertilizzant KE”.

(2)

Is-sulfat ta’ l-ammonju u n-nitrat tal-kalċju (nitrat tal-ġir) it-tnejn huma mniżżlin bħala tipi ta’ fertilizzant fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003. Iżda, taħlitiet ta’ dawn iż-żewġ tipi ta’ fertilizzant ma jistgħux jissemmew bħala “fertilizzant KE”. Billi taħlitiet tas-sulfat ta’ l-ammonju u n-nitrat tal-kalċju (nitrat tal-ġir) intużaw b’suċċess f’żewġ Stati Membri, taħlitiet ta’ dan it-tip għandhom jiġu magħrufa bħala “fertilizzanti KE” biex jistgħu jkunu aktar faċilment disponibbli għall-bdiewa mal-Komunità kollha.

(3)

Ħafna mit-tipi ta’ fertilizzanti ta’ nutrizzjoni primarja li fihom in-nitroġenu li huma elenkati fl-Anness I għandhom tendenza li jerħu n-nitroġenu tagħhom malajr wisq għall-uċuħ tar-raba’ biex jibbenefikaw b’mod sħiħ minnhom, u minħabba dan in-nitroġenu żejjed jista’ potenzjalment jikkawża ħsara lill-ambjent.

(4)

Fir-rigward ta’ żewġ tipi ta’ fertilizzant KE mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003, iż-żieda tad-diċjandijamide, waħda minn għadd ta’ sustanzi magħrufa bħala inibituri tan-nitrifikazzjoni, tista’ tipprevjeni kull ħsara potenzjali ta’ dan it-tip lill-ambjent. Tipi oħra ta’ fertilizzanti KE jista’ jkun fihom in-nitroġenu taħt forma differenti u l-inibituri ta’ nitrifikazzjoni mhumiex effettivi għalihom. Għal dawn it-tipi, l-inibituri ta’ l-ureżi jistgħu joffru soluzzjoni sodisfaċenti.

(5)

Sabiex ikun hemm aktar aċċess għall-benefiċċji agronomiċi u ambjentali ta’ l-inibituri ta’ nitrifikazzjoni jew ta’ l-ureżi, l-użu ta’ l-inibituri ta’ nitrifikazzjoni jew ta’ l-ureżi għandu jitħalla għall-biċċa l-kbira tal-fertilizzanti tan-nitroġenu, u għandhom jitħallew aktar tipi ta’ inibituri.

(6)

Għaldaqstant għandha tiġi inkluża lista tal-inibituri ta’ nitrifikazzjoni u ta’ ureżi awtorizzati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003.

(7)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jipprovdi deskrizzjonijiet dettaljati tal-metodi ta’ analiżi li għandhom jintużaw biex jitkejjel il-kontenut nutrittiv tal-fertilizzanti KE. Dawn id-deskrizzjonijiet, sa fejn jikkonċernaw il-konċentrazzjoni ta’ jodju, jeħtieġ li jiġu aġġustati sabiex ikun hemm valuri ta’ analiżi korretti.

(8)

Ir-Reġolament (KE) Nru 2003/2003 għandu għalhekk ikun emendat skond dan.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat skond l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat skond l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1.


ANNESS I

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-Tabella A.1, l-annotazzjoni għat-tip 4 ta’ fertilizzant “sulfat tal-ammonja” tinbidel b’dan li ġej:

“4

Sulfat tal-ammonja

Prodott miksub b’mod kimiku li fih is-sulfat tal-ammonja bħala l-ingredjent essenzjali tiegħu possibbilment sa 15 % ta’ nitrat ta’ kalċju (nitrat tal-ġir).

19,7 % N

Nitroġenu espress bħala nitroġenu totali.

Kontenut massimu ta’ nitrat tan-nitroġenu 2,2 % jekk jiġi miżjud in-nitrat tal-kalċju (nitrat tal-ġir).

Meta jitqiegħed fis-suq taħt forma ta’ taħlita ta’ sulfat tal-ammonju u nitrat tal-kalċju (nitrat tal-ġir), it-tismija trid tinkludi ‘sa 15 % tan-nitrat tal-kalċju (nitrat tal-ġir)’.

Nitroġenu ammonijakali.

Nitroġenu totali jekk jiġi miżjud in-nitrat tal-kalċju (nitrat tal-ġir)”

(2)

Fit-Tabella A.1, in-notazzjonijiet għat-tipi ta’ fertilizzant 16, 17 u n-nota (a) f’qiegħ il-paġna jitħassru. It-tip 18 isir tip 16:

(3)

tiżdied it-taqsima F li ġejja:

“F.   Inibituri ta’ nitrifikazzjoni u tal-ureżi

L-inibituri tal-ureżi u ta’ nitrifikazzjoni elenkati fit-tabelli F.1. u F.2. hawn taħt jistgħu jiżdiedu mat-tipi ta’ fertilizzanti nitroġeniċi elenkati fit-taqsimiet A.1., B.1., B.2., B.3., C.1. u C.2. tal-Anness I, soġġetti għad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(1)

tal-inqas 50 % tal-kontenut totali ta’ nitroġenu tal-fertilizzant jikkonsisti fil-forom ta’ nitroġenu speċifikati fil-kolonna 3;

(2)

mhumiex wieħed mit-tipi ta’ fertilizzant imsemmija fil-kolonna 4.

Il-fertilizzanti li ġew miżjuda b’inibitur ta’ nitrifikazzjoni elenkat fit-tabella F.1. se jkollhom dawn il-kliem miżjuda mal-indikazzjoni tat-tip tagħhom ‘bl-inibitur ta’ nitrifikazzjoni ([l-indikazzjoni tat-tip ta’ inibitur ta’ nitrifikazzjoni])’

Il-fertilizzanti li ġew miżjuda b’inibitur tal-ureżi elenkat fit-tabella F.2. se jkollhom dawn il-kliem miżjuda mal-indikazzjoni tat-tip tagħhom ‘bl-inibitur tal-ureżi ([l-indikazzjoni tat-tip ta’ inibitur ta’ nitrifikazzjoni])’

Trid tiġi pprovduta informazzjoni teknika, kemm jista’ jkun kompluta, ma’ kull kunsinna ta’ pakketti jew kunsinna bil-massa mill-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq. Din l-informazzjoni trid tippermetti lill-utent b’mod partikolari jiddetermina r-rati u ż-żmien xieraq ta’ applikazzjoni fir-rigward tat-tkabbir tal-uċuħ.

Jistgħu jiġu inklużi inibituri ġodda ta’ nitrifikazzjoni jew inibituri tal-urea fit-Tabelli F1 jew F2 rispettivament wara evalwazzjoni tad-dokumenti tekniċi mibgħuta skond il-linjigwida li jridu jiġu elaborati għal dawn is-sustanzi komposti.

F.1.   Inibituri ta’ nitrifikazzjoni

Nru

Indikazzjoni tat-tip u kompożizzjoni tal-inibitur ta’ nitrifikazzjoni

Kontenut minimu u massimu ta’ inibitur bħala perċentwali bil-massa tan-nitoġenu totali preżenti bħala nitroġenu tal-ammonju u nitroġenu tal-urea

Tipi ta’ fertilizzant KE li magħhom ma jistax jintuża l-inibitur

Deskrizzjoni tal-inibituri ta’ nitrifikazzjoni li magħhom jistgħu jsiru taħlitiet

Data dwar il-proporzjon permess

1

2

3

4

5

1

Diċiandijamide

ELINCS Nru 207-312-8

Minimu 2,25

Massimu 4,5

 

 


F.2.   Inibituri ta’ l-ureżi

Nru

Indikazzjoni tat-tip u kompożizzjoni tal-inibitur tal-ureżi

Kontenut minimu u massimu ta’ inibitur bħala perċentwali bil-massa tan-nitoġenu totali preżenti bħala nitroġenu tal-urea

Tipi ta’ fertilizzant KE li magħhom ma jistax jintuża l-inibitur

Deskrizzjoni tal-inibituri tal-ureżi li magħhom jistgħu jsiru taħlitiet

Data dwar il-proporzjon permess

1

2

3

4

5

1

N-(n-butyl) thiophosphoric triamide (NBPT)

ELINCS Nru 435-740-7

Minimu 0,09

Massimu 0,20”

 

 


ANNESS II

It-taqsima B tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 hija emendata kif ġej:

(1)

fin-nota fil-punt 4.11. tal-Metodu 2.3.2, it-tieni, it-tielet u r-raba’ sottoparagrafu jinbidlu b’dan li ġej:

“Iddoża titrazzjoni bi 0,05 mol/l taħlita ta’ jodju (I2) fil-preżenza ta’ taħlita tal-lamtu bħala indikatur.

Soluzzjoni ta’ 1 ml ta’ jodju (I2) 0,05 mol/l tikkorrispondi għal 0,01128 g ta’ SnCl2·2H2O.

Mill-anqas 80 % tat-total ta’ landa preżenti fit-taħlita hekk ippreparata għandha tkun f’forma bivalenti. Għat-titrazzjoni għandha tintuża mill-anqas 35 ml tat-taħlita 0,05 mol/l ta’ jodju (I2).”

(2)

fin-nota fil-punt 4.11. tal-Metodu 2.6.1, it-tieni, it-tielet u r-raba’ sottoparagrafu jinbidlu b’dan li ġej:

“Iddoża titrazzjoni bi 0,05 mol/l taħlita ta’ jodju (I2) fil-preżenza ta’ taħlita tal-lamtu bħala indikatur.

Soluzzjoni ta’ 1 ml ta’ jodju (I2) 0,05 mol/l tikkorrispondi għal 0,01128 g ta’ SnCl2·2H2O.

Mill-anqas 80 % tat-total ta’ landa preżenti fit-taħlita hekk ippreparata għandha tkun f’forma bivalenti. Għat-titrazzjoni għandha tintuża mill-anqas 35 ml tat-taħlita 0,05 mol/l ta’ jodju (I2).”


Top