EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0878

2008/878/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta’ Lulju 2008 dwar l-għajnuna mill-istat li l-Ġermanja ser tagħti lid-DHL (irreġistrata taħt in-Numru C 18/07 (eks N 874/06)) (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3178) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 312, 22.11.2008, p. 31–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/878/oj

22.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 312/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Lulju 2008

dwar l-għajnuna mill-istat li l-Ġermanja ser tagħti lid-DHL (irreġistrata taħt in-Numru C 18/07 (eks N 874/06))

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3178)

(It-test Ġermaniż biss hu awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/878/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, speċjalment l-artikolu 88, paragrafu 2, subparagrafu 1,

wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, speċjalment l-artikolu 62, paragrafu 1, punt a),

wara talba lill-persuni involuti biex jagħtu l-pożizzjoni tagħhom skond l-artikoli msemmija (1),

b’konsiderazzjoni tar-raġunijiet li ġejjin:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz tal-korrispondenza tal-21 ta’ Diċembru 2006 l-Ġermanja applikat għal assistenza finanzjarja għat-taħriġ għad-DHL.

(2)

Bil-korrispondenza tas-27 ta’ Ġunju 2007 l-Kummissjoni infurmat lill-Ġermanja bid-deċiżjoni tagħha dwar l-assistenza lid-DHL sabiex jinbeda l-proċess skond artikolu 88, paragrafu 2 tat-trattat tal-KE. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-bidu tal-proċess ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2). Permezz ta’ ittra tas-26 ta’ Settembru 2007 l-Ġermanja tat l-opinjoni tagħha dwarha.

(3)

Il-Kummissjoni talbet lil dawk involuti biex jagħtu l-pożizzjoni tagħhom. DHL tat il-pożizzjoni tagħha b’korrispondenza tal-15 ta’ Ottubru 2007 u UPS Deutschland b’korrispondenza tas-26 ta’ Ottubru 2007. L-ispjegazzjonijiet tal-pożizzjonijiet korrispondenti ngħataw b’korrispondenzi tas-16 ta’ Novembru 2007 kif ukoll tal-20 ta’ Novembru 2007. Il-Ġermanja tat ir-risposta tagħha b’korrispondenza tal-14 ta’ Diċembru 2007. Fit-12 ta’ Frar 2008 u fil-5 ta’ Ġunju 2008 l-Kummissjoni talbet għal aktar informazzjoni permezz ta’ posta elettronika. Il-Ġermanja tat ir-risposta tagħha permezz tal-korrispondenza tal-14 ta’ Frar 2008, 31 ta’ Marzu 2008 u 17 ta’ Ġunju 2008.

2.   DESKRIZZJONI TAL-PROĠETT

2.1.   Il-benefiċjarju

(4)

Id-DHL, bi dħul globali ta’ 18,2 biljun Ewro fis-sena 2005, hi minn ta’ quddiem fost il-fornituri ta’ servizzi kunsinja ta’ pakki express. L-intrapriża hi 100 % sussidjarja tal-korporazzjoni Deutsche Post.

(5)

DHL bniet f’Leipzig-Halle, il-Ġermanja, ċentru ġdid għal-loġistika bl-ajru għal konsenji express u merkanzija bl-ajru, li għandu jibda jopera fl-aħħar ta’ Ottubru 2007. L-ispejjeż totali tal-investiment għal dan il-proġett jammontaw għal 250 miljun Ewro. F’April 2004, id-DHL ingħatat assistenza reġjonali għall-investiment ta’ bejn wieħed u ieħor 70 miljun Ewro li ġew approvati mill-Kummissjoni bħala assistenza N 608/2003 b’livell massimu ta’ intensità ta’ assistenza ta’ 28 %.

(6)

Iċ-ċentru għal konsenji express u merkanzija bl-ajru hu mmexxi miż-żewġ intrapriżi benefiċjarji DHL Hub Leipzig GmbH (li ser tissejjaħ “DHL HUB”) u European Air Transport Leipzig Ltd (li ser tissejjaħ “DHL EAT”) li t-tnejn jinsabu 100 % fil-pussess tal-korporazzjoni Deutsche Post permezz ta’ intrapriżi sussidjarji. DHL Hub ser tkun responsabbli għas-servizzi ta’ mmaniġġjar ta’ konsenji relatati mat-trasport ta’ merkanzija bl-ajru filwaqt li DHL EAT għall-kontroll tekniku tal-flotta ta’ ajruplani tad-DHL.

(7)

DHL Hub u DHL EAT huma t-tnejn stabbiliti f’żona ta’ żvilupp skond artikolu 87, paragrafu 3, ittra a tat-trattat tal-KE.

2.2.   Proġett ta’ taħriġ

(8)

Fiċ-ċentru tal-loġistika d-DHL tmexxi s-servizzi kollha ta’ mmaniġġjar ta’ konsenji kif ukoll il-kontrolli ta’ qabel it-titjira u tar-rampa għall-ajruplani kollha li jaslu u jitilqu. L-intrapriża għandha l-ħsieb li timpjega madwar 1 500 persuna gradwalment u tagħtihom it-taħriġ meħtieġ. Iżda s-sussidju nnotifikat hu relatat biss mat-taħriġ ta’ 485 ħaddiem.

(9)

Il-Ġermanja nnotifikat sussidju dirett fl-ammont ta’ 7 753 307 Ewro għall-iskemi ta’ taħriġ li nofshom jiġu provduti minn mill-istat ta’ Sassonja u Sassonja-Anhalt.

(10)

Il-miżuri ta’ taħriġ ippjanati mid-DHL jiġu mmexxija (3) minn DHL Hub (320 persuna) u DHL EAT (165 persuna).

2.2.1.   DHL Hub

(11)

It-taħriġ offrut minn DHL Hub jikkonsistu primarjament fi skemi ta’ taħriġ ġenerali li għandhom jagħtu konoxxenza u ħila lill-ħaddiema sabiex jagħmlu ċertu xogħlijiet. It-taħriġ jinkludi parti teoretika u l-għoti ta’ konoxxenza prattika diretta fuq il-post tax-xogħol. L-iskemi ta’ taħriġ ta’ DHL Hub huma mmirati b’kollox lejn 320 ħaddiem fl-oqsma tax-xogħol deskritti aktar fil-fond hawn taħt:

Tabella 1

Kategorija tax-xogħol

Numru ta’ Impjegati

Dmirijiet

Dispaċers tal-ajruplani (Ramp Agent II)

210

Tagħbija u ħatt ta’ ajruplani

Forzi tas-sigurtà

110

Spezzjonijiet fuq persuni u merkanzija

Maniġers (tal-operat)

(110) (*)

Dmirijiet tal-middle management, Tmexxija u ppjanar tal-personal; Xogħlijiet maniġerjali

(a)   Dispaċers tal-ajruplani (Personal tar-Rampi II)

(12)

Id-dmirijiet prinċipali ta’ personal tar-rampi jinkludu t-tagħbija u ħatt fil-ħin ta’ ajruplani, it-tħaddim u sewqan ta’ hekk imsejjaħ “Ground Service Equipment”, l-għoti tad-dokumenti tat-titjiriet, it-tħejjija ta’ rapporti kif ukoll il-komunikazzjoni mal-piloti u awtoritajiet tal-ajruport.

(13)

It-taħriġ għall-personal tar-rampi jikkonsisti f’dsatax-il kors flimkien mal-parti prattika tat-taħriġ li jsiru fuq firxa ta’ 77 ġurnata ta’ taħriġ, 47 minnhom fuq il-post tax-xogħol. L-iskema ta’ taħriġ hi mmirata għall-ħaddiema li temmew kors ta’ taħriġ li mhux relatat mal-iskema ta’ taħriġ imsemmija. Il-parti teoretika tat-taħriġ għandha ssir qabel ma jibda x-xogħol tal-hub. It-taħriġ jinkludi wkoll kors bl-isem “Unit load device build up”, li hu kkunsidrat bħala miżura speċifika ta’ taħriġ, minħabba li fiha jsir it-trattament għall-bini ta’ ċertu kontenituri użati biss mid-DHL. B’mod ġenerali, il-taħriġ jinkludi wkoll:

(a)

taħriġ ġenerali fil-qasam tal-prevenzjoni tan-nar, tħaddim ta’ bibien tal-merkanzija, l-ewwel għajnuna, korsijiet ta’ taħriġ dwar oġġetti perikolużi u regolamenti tas-sigurtà fuq ir-rampi tal-ajruport;

(b)

taħriġ ġenerali relatat ma’ qasam speċifiku għall-ksib ta’ kwalifiki relevanti, per eżempju liċenzja tas-sewqan f’rampi tal-ajruplani, tagħmir għas-servizzi fuq l-art (istruzzjoni dwar tagħmir tad-dispaċċ) u ċertifikati għall-użu tal-konvejers tal-art;

(ċ)

miżuri tekniċi oħra ta’ taħriġ bħall-irmonk ta’ ajruplani, proċeduri ta’ tneħħija tas-silġ u introduzjoni ta’ xogħlijiet fir-rampi tal-ajruplani kif ukoll

(d)

diversi korsijiet ta’ taħriġ bħal ġestjoni ambjentali (ISO/DIN standard 14001) u l-ġestjoni tal-kwalità u proċessi (ISO/DIN standard 9001).

(14)

Fil-prinċipju tar-regolamenti nazzjonali u Ewropej mhemmx stipulat in-numru minimu ta’ ħaddiema u lanqas tal-ispeċifikazzjonijiet jew kwalifiki biex wieħed jagħmel ix-xogħol ta’ ramp agent II. Iżda fil-Ġermanja jiġi speċifikat, li ħamsa mill-korsijiet ippjanati huma obbligatorji għall-ħaddiema skond ir-regolamenti fis-seħħ (fosthom fil-qasam tal-prevenzjoni tan-nar, tħaddim ta’ bibien tal-merkanzija, l-ewwel għajnuna, korsijiet ta’ taħriġ dwar oġġetti perikolużi u regolamenti tas-sigurtà fuq ir-rampi tal-ajruport) (4) u l-korsijiet addizzjonali inklużi dawk għal taħriġ partikolari fuq il-post tax-xogħol għandhom jintemmu b’suċċess minn minimu ta’ persuni (madwar 70), jiġifieri fl-użu ta’ bibien tal-merkanzija, u skemi ta’ taħriġ ġenerali marbuta ma’ ċertifikat ta’ kompetenza. Sussegwentament, il-persuni mħarrġa addattati jistgħu jgħaddu l-konoxxenza tagħhom f’korsijiet qosra fil-kulleġġi tagħhom.

(15)

Il-Ġermanja nnotifikat li anke l-outsourcing hu possibbli, u għaddiet l-analiżi tal-ispejjeż korrispondenti.

(b)   Forzi tas-sigurtà

(16)

Ix-xogħol ta’ personal tas-sigurtà jinkludi l-ispezzjonijiet ta’ persuni u merkanzija sabiex ikun garantit l-operat mingħajr problemi. It-taħriġ għall-forzi tas-sigurtà jinkludi biss kontenut ġenerali ta’ taħriġ:

(a)

taħriġ ġenerali fil-qasam tal-prevenzjoni tan-nar, tħaddim ta’ bibien tal-merkanzija, l-ewwel għajnuna, korsijiet ta’ taħriġ dwar oġġetti perikolużi;

(b)

it-taħriġ ġenerali tas-sigurtà relatat ma’ qasam speċifiku kif stipulat fil-liġi għal forzi tas-sigurtà, bħal difiża minn theddid terroristiku, kontrolli tal-aċċess, spezzjonijiet u tfittxija, sigurtà ta’ bagalji u merkanzija, armi u oqsma relatati mas-sigurtà;

(ċ)

taħriġ ieħor ġenerali relatat ma’ qasam speċifiku li jwassal għal ċertifikat ta’ kompetenza korrispondenti bħal liċenzja tas-sewqan f’rampi tal-ajruplani;

(d)

korsijiet ta’ taħriġ fil-qasam tas-sigurtà ġenerali relatati ma’ qasam speċifiku fosthom fl-oqsma li ġejjin: liġi, armi u splużivi, prinċipji bażiċi għal proċessi tal-kontroll u analiżi ta’ immaġni tar-raġġi-X;

(e)

diversi miżuri ta’ taħriġ ġenerali, bħal ġestjoni tal-kwalità u proċessi (ISO/DIN standard 9001).

(17)

L-iskemi ta’ taħriġ jikkorrispondu mar-regolamenti relevanti nazzjonali u Ewropej. DHL qed tippjana taħriġ estensiv għall-forzi tas-sigurtà fil-materji kollha tas-sigurtà, iżda fl-assenza ta’ assistenza finanzjarja minima mill-istat jingħata l-minimu ta’ dan it-taħriġ, jiġifieri taħriġ ġenerali fil-qasam tas-sigurtà relatat ma’ qasam speċifiku. F’dan ir-rigward hu ppjanat ukoll, li korsijiet ta’ taħriġ ġenerali oħra jiġu offruti biss lil numru limitat ta’ ħaddiema li wara għandhom jgħaddu l-konoxxenza tagħhom lill-bqija tal-ħaddiema.

(18)

Anki f’dan il-każ, skond informazzjoni mill-Ġermanja outsourcing alternattiv hu possibbli, jekk l-ispejjeż relatati magħhom bejn wieħed u ieħor ikunu [(15-30 %)] (**) inqas mill-ispejjeż tal-personal tad-DHL.

(c)   Taħriġ għall-middle management

(19)

It-taħriġ għall-middle management tal-operat hu mmirat għal ħaddiema li għandhom x’jaqsmu maċ-ċentru tal-loġistika kollu. Bi qbil mal-Kummissjoni l-ewwel għandhom jagħmlu l-proċeduri tat-taħriġ imsemmija, qabel ma jingħataw konoxxenza fid-dettall sussegwenti fl-oqsma tat-tmexxija. Il-kontenut tat-taħriġ ikopri wkoll il-liġi tax-xogħol, prinċipji bażiċi tal-komunikazzjoni, ġestjoni tal-personal u kunflitti, lingwi barranin u formazzjoni ta’ timijiet.

2.2.2.   DHL EAT

(20)

Ix-xogħlijiet f’DHL EAT huma relatati primarjament mal-manutenzjoni tal-ajruplani qabel l-approvazzjoni għat-titjira. It-taħriġ mad-DHL EAT huma relatati max-xogħlijiet li ġejjin u huma mmirati totalment għal 165 ħaddiem:

Tabella 2

Kategorija tax-xogħol

Ammont

Dmirijiet

Mekkaniks tal-ajruplani b’awtorizzazzjoni għall-approvazzjoni CAT A

97

Manutenzjoni regolari sempliċi (“Line Maintenance”) u tiswija ta’ ħsarat żgħar qabel il-ħruġ ta’ ċertifikati tal-manutenzjoni

Teknixins/mekkaniks tal-ajruplani b’awtorizzazzjoni għall-approvazzjoni CAT B 1

68

Xogħlijiet ta’ tiswija, inklużi xogħlijiet fuq l-istruttura tal-ajruplan, magni u sistemi elettriċi qabel il-ħruġ ta’ ċertifikati tal-manutenzjoni

2.3.   Spejjeż tat-taħriġ eliġibbli għall-assistenza finanzjarja u assistenza finanzjarja ppjanata

(21)

Fl-applikazzjoni tagħha l-Ġermanja preżentat sommarju ġenerali dwar l-ispejjeż eliġibbli għall-assistenza finazjarja li huma provduti fid-deċiżjoni ta’ ftuħ ta’ proċeduri. L-ispejjeż totali eliġibbli għall-assistenza finanzjarja fil-kwadru tal-proġett ta’ taħriġ jammontaw għal [(10-15)] miljun Ewro u l-assistenza finanzjarja ppjanata għat-taħriġ għal 7 753 307 Ewro.

3.   DEĊIŻJONI GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊESS FORMALI TAL-ANALIŻI

(22)

Il-proċess formali tal-analiżi nfetaħ, minħabba li l-Kummissjoni kellha d-dubju li s-sussidju għat-taħriġ hu kompatibbli mas-Suq Komuni

(23)

Il-Kummissjoni fissret id-dubju, speċjalment li l-assistenza fil-fatt kienet neċessarja għat-tmexxija tal-proġett ta’ taħriġ. Hi indikat li sussidju għat-taħriġ jista’ jiġi kkunsidrat kompatibbli mas-Suq Komuni biss fit-termini ta’ artikolu 87, paragrafu 3, ittra c tat-trattat tal-KE, jekk it-tali sussidju mhux neċessarju direttament man-negozju tal-benefiċjarju. F’dan il-kuntest il-Kummissjoni għamlet referenza għal deċiżjoni preċedenti (5). Il-Kummissjoni kellha r-raġun tassumi li sa ċertu punt il-benefiċjarju seta’ joffri talanqas skemi ta’ taħriġ simili lill-ħaddiema tiegħu anki mingħajr sussidju.

(24)

L-ewwel nett, id-DHL għamlet investiment evidentement kbir fiċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru u riedet ukoll tħaddmu. Il-Ġermanja kkonfermat li l-ħaddiema Belġjani rrifjutaw b’mod kategoriku li jiġu trasferiti lejn il-Ġermanja. Għalhekk, sabiex jibda l-operat id-DHL kellha timpjega ħaddiema ġodda.

(25)

It-tieni nett, f’ħafna mill-każi deher li ċertu taħriġ tekniku tal-ħaddiema hu neċessarju għall-operat taċ-ċentru tal-loġistika li kellu jkopri l-oqsma li ġejjin:

(a)

Provista ta’ ħiliet speċifiċi u neċessarji għall-operat tal-intrapriża: jiġifieri dwar ċerti sistemi ta’ ġarr ta’ merkanzija speċifiċi għad-DHL.

(b)

Akkwist ta’ ċertu kwalifiki stipulati bil-liġi għall-operat tan-negozju: Espressa b’mod ieħor, din tfisser li numru partikolari ta’ ħaddiema għandhom ikunu familjari ma’ materji tas-sigurtà. Din hi stipulata bil-liġi u teħtieġ ċertifikat formali. Din il-kondizzjoni mitluba hi attribwita għall-fatt, li fin-natura tagħhom, is-servizzi tad-DHL jinvolvu riskju tas-sigurtà konsiderevoli.

(ċ)

Provista ta’ taħriġ ġenerali relatat direttament ma’ qasam speċifiku għall-operat taċ-ċentru tal-loġistika: Din tirreferi għal korsijiet għal personal tar-rampi II relatati ma’ kontenut ta’ taħriġ bħall-irmonk ta’ ajruplani, tneħħija tas-silġ minn ma’ ajruplani, liċenzja tas-sewqan f’rampa tal-ajruplani, ċertifikat għall-użu ta’ konvejers tal-art u sigurtà f’rampi tal-ajruplani.

(d)

Taħriġ fuq il-post tax-xogħol sabiex jiġi garantit l-operat mingħajr xkiel fiċ-ċentru tal-attività tal-merkazija bl-ajru. Fil-kwadru ta’ dan it-taħriġ dawk li jkunu qed jitħarrġu jsiru familjari mal-proċessi tax-xogħol li huma importanti f’intrapriża tal-merkanzija bl-ajru, la t-tagħbija tal-ajruplani trid issir skond skeda riġida u li żball wieħed jista’ jwassal għal dewmien enormi.

(e)

Provista ta’ ħiliet ġenerali oħra, li ma jaqgħux taħt l-ittri b sa d.

(26)

It-tielet nett, il-Kummissjoni ddubitat, jekk id-DHL kinitx fil-pożizzjoni li timpjega n-numru ta’ ħaddiema neċessarji għax-xogħlijiet tal-operat bil-ħiliet imsemmija fis-suq lokali jew Ewropew.

(27)

Ir-raba nett, il-Kummissjoni ddubitat jekk ir-reklutaġġ ta’ ħaddiema kwalifikati kinitx tkun alternattiva addattata għal taħriġ intern fl-intrapriża. Il-Kummissjoni assumiet, li talanqas l-iskemi ta’ taħriġ speċifiċi u l-korsijiet ta’ taħriġ fil-qasam tas-sigurtà iridu jsiru mid-DHL, irrispettivament x’jiġri, la t-taħriġ speċifiku ma jistax jiġi provdut minn għalliema minn barra l-kumpanija u d-DHL għandha tipprovdi evidenza ta’ korsijiet ta’ taħriġ adekwati.

(28)

Il-ħames nett, il-Kummissjoni kellha d-dubju, jekk id-DHL fil-fatt setgħetx tirrifjuta diversi korsijiet mill-pakett ta’ taħriġ, minħabba li, skond l-applikazzjoni, dawn huma speċjalment maħsuba għad-dispaċers tal-ajruplani, li anki persuni li diġà għandhom ċertifikat ta’ kompetenza korrispondenti, għandhom jagħmlu l-kors kollu mill-ġdid. Ma’ dan, kienet dibattibbli jekk fil-fatt numru limitat ta’ ħaddiema biss setgħu jiġu mħarrġa, minħabba l-fatt li setgħu jinħolqu xi problemi fl-operat. Barra da, id-DHL diġà impjegat il-personal kollu bil-ħsieb li tipprovdilu t-taħriġ, b’hekk ma tantx jagħmel sens jekk it-taħriġ ippjanat ma jseħħx u tħallas lil ħaddiema li m’għandhom l-ebda sengħa.

(29)

Is-sitt nett, il-Kummissjoni ddubitat l-argument tad-DHL, li, jekk is-sussidju ma jingħatax, diversi servizzi jkollhom jingħataw lil intrapriżi esterni, sabiex jiġu evitati l-iskemi ta’ taħriġ relatati magħhom, minħabba li min-naħa, f’dan il-każ l-iskemi ta’ taħriġ taħt l-ittri a, b u d kienu neċessarji u min-naħa l-oħra l-investiment kollu tad-DHL f’Leipzig-Halle kien immirat sabiex is-servizzi kollha ta’ kunsinna ta’ pakki express isiru mill-ħaddiema tagħha stess u – kif il-Kummissjoni ddeduċiet mid-diskusjoni mal-awtoritajiet Ġermaniżi – li dawn is-servizzi ser jiġu offruti anki lil kompetituri oħra li joperaw fl-istess ajruport.

(30)

B’kuntrast, il-Kummissjoni, apparti punt wieħed, ma kellha l-ebda dubju, li fil-prinċipju l-ispejjeż ta’ taħriġ ġew ikkalkulati b’mod korrett. L-unika dubju tal-Kummissjoni hu relatat mal-fatt, li l-parti l-kbira tat-taħriġ għandu jsir fuq il-post tax-xogħol u b’hekk possibbilment jistgħu jitnaqqsu mis-sigħat produttivi fl-ispejjeż għal dawk li jkunu qed jitħarrġu.

4.   OSSERVAZZJONIJIET TAL-ĠERMANJA

(31)

Il-Ġermanja qed targumenta li l-applikazzjoni għas-sussidju għat-taħriġ tissodisfa l-kondizzjonijiet mitluba kollha ta’ kompatibilità stipulati fir-regolament (KE) Nru 68/2001 tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ artikolu 87 u 88 tat-trattat tal-KE dwar sussidju għal taħriġ (6). L-ewwel nett, il-Ġermanja wriet b’mod sodisfaċenti li fil-kwadru tat-taħriġ fuq il-post tax-xogħol mhemm l-ebda sigħat produttivi miżjuda.

(32)

It-tieni nett, il-Ġermanja qiegħda tinnega li fil-każ imsemmi l-Kummissjoni hi ġustifikata li tapplika l-kriterju tan-neċessità ladarba dan jikser il-prinċipju ta’ trattament ugwali. Għal dan il-prinċipju bażiku ġdid mhemm l-ebda bażi legali, u jikkontradixxi r-regolament legali tal-KE relevanti kif ukoll ta’ deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni.

(33)

Il-Ġermanja qiegħda targumenta li fil-premessa 11 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001 it-tliet kriterji huma msemmija, li skond dawn irid jiġi vverifikat jekk sussidju jkunx limitat għal ammont minimu neċessarju: tip ta’ proġett ta’ taħriġ, kobor tal-intrapriża u s-sit tal-intrapriża. Fuq bażi ta’ dawn it-tliet kriterji jiġi deċiż, jekk l-iskemi ta’ taħriġ għandhomx effett ta’ inċentiv u jekk humiex relattivi. Skond il-qafas tal-Komunità għal sussidji ta’ taħriġ (7), effett ta’ inċentiv jiġi preżunt biss f’każi ta’ sussidji għal skemi ta’ taħriġ speċifiċi favur intrapriżi kbar barra ż-żona ta’ żvilupp skond l-artikolu 87, paragrafu 3, ittra a jew c tat-trattat tal-KE. Iżda, ladarba l-applikazzjoni tal-proġett ta’ taħriġ tikkonsisti f’aktar minn 80 % mill-iskemi ta’ taħriġ ġenerali u tirrigwarda intrapriża f’żona ta’ żvilupp skond l-artikolu 87, paragrafu 3 ittra a tat-trattat tal-KE, l-effett ta’ inċentiv għal sussidju għal taħriġ hu mogħti. Ma’ dan, fl-applikazzjoni tas-sussidju ma teċċedix l-ogħla intensità ta’ sussidju permissibbli, sabiex b’hekk l-effetti pożittivi tat-taħriġ ikunu f’relazzjoni addattata mad-distorzjoni tal-kompetizzjoni u b’hekk jiġi sodisfat il-kriterju tal-proporzjonalità.

(34)

It-tielet nett, il-Ġermanja enfasizzat, li l-Kummissjoni hi marbuta wkoll bil-kriterji tal-kompatibilità msemmija f’paragrafu (32) fl-analiżi tal-proġetti li għandhom ikunu notifikati. Il-Ġermanja qiegħda targumenta, li għas-sussidju, li huma eżenti minn reġistrazzjoni obbligatorja, u għal sussidji, li jeċċedu l-miljun Ewro u li b’hekk għandha ssir applikazzjoni għalihom, ma jistgħux jiġu applikati kriterji differenti ta’ kompatibilità; il-verifika ta’ proġetti li għandhom jiġu notifikati ma għandhomx jiġu ommessi minħabba xi restrizzjonijiet meta mqabbla ma’ proġetti li ma għandhomx jiġu notifikati. B’hekk is-sussidju għat-taħriġ ikun kompatibbli mas-Suq Komuni, jekk dawn jissodisfaw il-kondizzjonijiet mitluba kollha fir-regolament (KE) Nru 68/2001. Skond l-opinjoni tal-Ġermanja d-deċiżjoni preċedenti għal bosta snin tal-Kummissjoni, per eżempju, fil-kwistjoni Volvo Gent  (8) tikkonferma din l-interpretazzjoni. Il-Ġermanja qiegħda tindika espressament, li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll, li l-proġett ta’ taħriġ tad-DHL jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa speċifikati fid-deċiżjoni Webasto  (9).

(35)

Ir-raba’ nett, l-applikazzjoni ta’ kriterji ta’ analiżi differenti jiksru l-prinċipji tas-sigurtà legali u tat-trattament ugwali.

(36)

Il-ħames nett, il-Ġermanja qiegħda ssostni, li d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni f’materji ta’ sussidju ta’ Ford Genk u GM Antwerp huma wkoll każi preċedenti adattati għall-każ imsemmi, ladarba ċ-ċirkustanzi tagħhom tal-każ kellhom bażi differenti. Filwaqt li s-sussidju għat-taħriġ fiż-żewġ każi msemmija l-ewwel kien maħsub għall-introduzzjoni ta’ mudell ġdid kif ukoll biex jibqgħu jaħdmu l-ħaddiema, is-sussidju għat-taħriġ fil-każ tad-DHL iservi għat-taħriġ tal-ħaddiema ġodda għat-tħaddim taċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru li għadu kif inbena. Il-proġett tad-DHL hu differenti miż-żewġ każi l-oħra fil-punti li ġejjin: L-iskemi ta’ taħriġ tad-DHL jikkonsistu għal aktar minn 80 % ta’ skemi ta’ taħriġ ġenerali; skond l-Artikolu 87, paragrafu 3, ittra a tat-Trattat tal-KE l-intrapriża qiegħda f’żona ta’ żvilupp; id-DĦL, permezz tal-bini taċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru tagħha, trid toħloq impjiegi ġodda; minbarra dan, is-settur tal-merkanzija bl-ajru mhux qed isofri minn eċċess tal-kapaċità meta mqabbel mal-industrija tal-karozzi, iżda qed jirreġistra rati ta’ tkabbir għolja.

(37)

Is-sitt nett, il-Ġermanja qiegħda tibgħat informazzjoni addizzjonali. Il-Ġermanja rrimarkat li fir-regolamenti relevanti hemm stabbiliti standards minimi għal livell ta’ kwalifikazzjoni. Fil-fatt, f’dawn il-każi mhemmx ikkwotat l-ammont minimu ta’ ħaddiema mħarrġa korrispondenti, li intrapriża għandha timpjega. Fl-istess ħin il-Ġermanja qiegħda tindika n-numru ta’ ħaddiema neċessarji għall-operat taċ-ċentru tal-loġistika, u tikkonkludi li l-iskemi ta’ taħriġ għall-ħaddiema addizzjonali imur lilhinn mil-livell neċessarju tal-operat. Wieħed mill-istudji li ġie ppreżentat mill-Ġermanja minn konsulent tat-taħriġ estern wera li d-DHL tista’ tibda l-operat taċ-ċentru tal-loġistika fis-sit ta’ Leipzig-Halle mingħajr problemi b’numru anqas ta’ ħaddiema mħarrġa minn dak kif speċifikat fl-applikazzjoni tal-proġett ta’ taħriġ.

5.   DDIKJARAZZJONIJIET TA’ DAWK INVOLUTI

(38)

Anke l-benefiċjarji tas-sussidju, DHL tat il-pożizzjoni tagħha, li, simili għall-Ġermanja qiegħda ssotni, li fl-analiżi tal-kompatibilità tagħha l-Kummissjoni ddevjat f’deċiżjonijiet preċedenti f’każi preċedenti. B’hekk, l-applikazzjoni għas-sussidju tissodisfa l-kriterji kollha stipulati fir-regolament (KE) Nru 68/2001. Dan l-approċċ jikser il-prinċipji taċ-ċertezza legali u tat-trattament ugwali, li ma għandux jipproċedi b’mod differenti minn deċiżjonijiet preċedenti, li fihom il-kwistjoni ta’ neċessità ma ġietx analizzata fid-detall. Ma’ dan, id-deċiżjonijiet fil-kwistjonijiet ta’ għajnuna ta’ Genk u GM Antwerp ma jirriflettux id-deċiżjonijiet preċedenti ġenerali, la dawn il-każijiet kienu appoġġjati b’mod ieħor u li ċ-ċirkustanzi ma jistgħux jiġu mqabbla mal-każ tad-DHL Leipzig. Minflok id-DHL irreferit għall-kriterji bbażati fuq id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ Ġunju 2006 għall-approvazzjoni ta’ sussidju għat-taħriġ favur Webasto, li skond dawn anki l-proġett ta’ taħriġ tad-DHL għandu jkun kompatibbli mas-Suq Komuni. Finalment, id-DHL tenniet, li d-devjazzjoni tal-proċedura f’każi ta’ applikazzjoni ta’ proġett ta’ taħriġ twassal għal żvantaġġ għad-DHL mhux permissibbli.

(39)

Ma’ dan, id-DHL qiegħda tagħti informazzjoni addizzjonali dwar materji li joħorġu fil-ftuħ tal-proċeduri. L-ewwel nett, fir-regolamenti legali relevanti nazzjonali, Ewropej u internazzjonali hemm stipulat biss kondizzjonijiet mitluba rigward kontenut għal taħriġ u kwalifikazzjoni ta’ ħaddiema b’kuntatt ma’ merkanzija bl-ajru u inġenji tal-ajru, iżda mhux in-numru minimu ta’ ħaddiema. It-tieni nett, l-iskemi ta’ taħriġ ippjanati ma jservux biss sabiex jissodisfaw il-kondizzjonijiet legali mitluba, iżda jmorru lilhinn mil-livell stipulat. Għall-miżuri kollha li jmorru lilhinn mill-kondizzjonijiet mitluba legali jistgħu jiġu kkunsidrati alternattivi (per eżempju, outsourcing). Iżda, la l-alternattivi huma biss varjazzjonijiet konċepibbli, id-DHL ma kkummissjonat l-ebda analiżi tal-ispejjeż dettaljata li fih l-ispejjeż ta’ taħriġ obbligatorju u minimu neċessarju u fl-istess ħin jintwerew l-ispejjeż addizzjonali għall-outsourcing u/jew reklutaġġ ta’ ħaddiema diġà kwalifikati. Id-DHL ma għandha l-ebda informazzjoni disponibbli dwar il-livell ta’ taħriġ li normalment jinħtieġ fl-industrija.

(40)

Ma’ dan, il-Ups, kompetitriċi tad-DHL, tat il-pożizzjoni tagħha, li l-intrapriża qablet mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni. L-ewwel nett, il-UPS spejgat li fil-każi tar-reklutaġġ ta’ ħaddiema ġodda għad-DHL Hub u DHL EAT, li rrispettivament għal każ, għandhom jittieħdu ċerti miżuri ta’ taħriġ u jingħataw istruzzjonijiet. Għalhekk, l-iskemi ta’ taħriġ huma sa ċertu punt neċessarji u għandhom isiru mill-intrapriża anki mingħajr sussidju.

(41)

It-tieni nett, il-UPS qiegħda targumenta, li skond regolament legali nazzjonali u Ewropej relevanti d-DHL hi obbligata li toffri korsijiet ta’ taħriġ minimi għall-ħaddiema tagħha – per eżempju, rappreżentanti uffiċjali. Skond ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 għall-ispeċifikazzjoni ta’ regolamenti komuni għas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili (10) ir-rappreżentanti uffiċjali għandhom jiġu nnominati, awtorizzati u rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti (f’dan il-każ l-Uffiċċju Federali tal-Avjazzjoni). Għal dan il-għan l-Uffiċċju Federali tal-Avjazzjoni addotta linji gwida u ħareġ pjan ta’ kurrikulu ta’ taħriġ li fih hemm stabbilit il-korsijiet ta’ taħriġ stipulati. It-taħriġ obbligatorju għall-ħaddiema tad-DHL EAT dwar iż-żamma tal-kondizzjoni tajba għat-titjir ta’ inġeni tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u strumenti tal-inġinerija ajrunawtika u l-għoti ta’ permessi għal organizzazzjonijiet u persuni li jagħmlu dawn ix-xogħlijiet hu speċifikat permezz tar-regolament (KE) tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Novembru 2003 (11). It-tielet nett, id-DHL irċiviet sussidju reġjonali għall-ħolqien ta’ xogħlijiet ġodda, b’hekk ma jistax jiġi assunt li DHL tirrifjuta li tagħmel l-iskemi ta’ taħriġ, timpjega anqas nies u tiddeċiedi li minflok tiddeċiedi favur l-outsourcing.

6.   ASSESSJAR ELIĠIBBLI GĦAS-SUSSIDJU

6.1.   Applikazzjoni għal għajnuna mill-Istat

(42)

Il-Kummissjoni hi tal-opinjoni, li l-iskemi ta’ għajnuna mill-istat fit-termini tal-artikolu 87, paragrafu 1 tat-trattat tal-KE jissottolineaw l-għoti ta’ fondi mill-Istat fil-forma ta’ sussidju. L-iskema hi selettiva, għaliex hi limitata għad-DHL. Is-sussidju selettiv jhedded li jfixkel il-kompetizzjoni minħabba li dan jiffavorixxi lid-DHL fil-konfront ta’ kompetituri oħra li ma rċivew l-ebda sussidju. Finalment, għandu jiġi nnotat li fis-suq għas-servizzi express, li fih id-DHL hi kkunsidrata bħala waħda mill-intrapriżi ta’ quddiem, isir negozju intensiv bejn l-Istati Membri.

(43)

Il-Ġermanja qiegħda tapplika għall-awtorizzazzjoni tas-sussidju fuq bażi tar-regolament (KE) Nru 68/2001.

(44)

Skond l-artikolu 5 tar-regolament (KE) Nru 68/2001 sussidji li jeċċedu l-miljun Ewro għal proġetti individwali ta’ taħriġ ta’ intrapriża mhumiex eżenti mir-reġistrazzjoni obbligatorja skond l-artikolu 88 paragrafu 3 tat-Trattat tal-KE. Il-Kummissjoni stabbiliet li sussidju propost jammonta għal 7 753 307 Ewro u li għandu jitħallas lil intrapriża individwali u li l-iskemi ta’ taħriġ jikkostitwixxu proġett individwali. b’hekk, skond l-opinjoni tal-Kummissjoni, is-sussidju propost jaqa’ taħt ir-reġistrazzjoni obbligatorja u l-Ġermanja żammet din ir-reġistrazzjoni obbligatorja.

(45)

Fil-premessa 16 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001 il-proposta bbażata fuq l-artikolu 5 tiġi kkoroborata u ppreżentata, li t-tali sussidju ma jistax jiġi eżentat: “Hu xieraq li ammonti kbar ta’ għajnuna jibqgħu suġġetti għal stima individwali mill-Kummissjoni qabel dawn jitpoġġew fis-seħħ. ”

(46)

Fid-deċiżjoni ta’ sussidju individwali ta’ taħriġ li ma jaqax taħt ir-regolament ta’ eżenzjoni tar-Regolament (KE) Nru 68/2001 il-Kummissjoni għandha għalhekk tieħu deċiżjoni (12) individwali b’konformità mad-deċiżjonijiet preċedenti tagħha (13) fuq il-bażi tal-artikolu 87, paragrafu 3, ittra c tat-Trattat tal-KE, qabel ma tista tapprova l-għoti tas-sussidju. Fl-analiżi ta’ dan il-każ individwali, bla ebda dubju, il-Kummissjoni qiegħda tibbaża b’d analogu fuq il-prinċipji bażiċi fundamentali tar-regolament (KE) Nru 68/2001. Dan speċjalment ifisser li jiġi analizzat jekk il-kriterji ta’ eżenzjoni formali stipulati f’artikolu 4 tar-regolament imsemmi jiġux issodisfatti u jekk is-sussidju hux neċessarju bħala inċentiv sabiex il-benefiċjarju tas-sussidju jimplimenta l-iskemi ta’ taħriġ.

6.2.   Kompatibilità mas-Suq Komuni

(47)

Il-Kummissjoni diġà analizzat il-ftuħ ta’ proċeduri, jekk l-applikazzjoni tal-proġett tissodisfax il-kriterji ta’ eżenzjoni skond l-artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001.

(48)

L-ewwel nett, għandu jiġi stabbilit, li l-intensità tas-sussidju mogħti ma teċċedix l-ogħla limitu ta’ sussidju stipulat fl-artikolu 4, paragrafu 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001 ta’ 35 % għal skemi ta’ taħriġ speċifiċi (35 % ta’ […] = [(ċirka 5-25 %)]) u 60 % għal skemi ta’ taħriġ ġenerali (60 % ta’ […] = [(ċirka 75-95 %)]). La l-proġetti, skond artikolu 87, paragrafu 3, ittra a tat-trattat tal-KE, hu f’żona ta’ żvilupp, il-Ġermanja tista’ tgħolli l-ogħla livell ta’ 25 % u 50 % rispettivament b’10 punti perċentwali.

(49)

It-tieni nett, l-ispejjeż eliġibbli tal-iskema huma konformi mal-artikolu 4, paragrafu 7 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001. L-investigazzjoni kkonfermat, li l-ispejjeż tal-personal eliġibbli għal dawk li jkunu qed jitħarrġu huma ovvjament limitati għas-somma globali tal-bqija tal-ispejjeż eliġibbli. Il-Ġermanja provdiet evidenza, li verament parti kbira mit-taħriġ isir fuq il-post tax-xogħol, iżda l-ebda sigħat produttivi mhuma provduti.

6.3.   Neċessità tas-sussidju

(50)

L-argument primarju fil-ftuħ tal-proċeduri kien, li skema ta’ taħriġ tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mas-Suq Komuni biss fit-termini tal-Artikolu 87, paragrafu 3, ittra c tat-Trattat tal-KE, jekk din tkun neċessarja għall-appoġġ dirett tal-produzzjoni tal-benefiċjarju. Il-Kummissjoni ddeterminat li n-neċessità tas-sussidju hi kriterju tal-kompatibilità ġenerali u wasslet għall-konklużjoni: jekk is-sussidju ma jwassalx sabiex aktar skemi jiġu implimentati kif kien il-każ minħabba l-forzi tas-suq, mhux mistenni li s-sussidju jħalli effetti pożittivi u li jwassal għall-bilanċ tad-distorzjoni tal-kummerċ, b’hekk din ma tistax tiġi approvata. Jekk l-intrapriża timplimenta l-iskemi ta’ taħriġ, ikun kif ikun il-każ, speċjalment anki mingħajr sussidju fis-sussidju għat-taħriġ konċernat ma jistax jiġi assunt li dan ser iservi għall- “promozzjoni” tal-iżvilupp ekonomiku fit-termini tal-artikolu 87, paragrafu 3, ittra c tat-Trattat tal-KE kif ukoll li dan, skond il-premessa 10 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001, jikkontribwixxi sabiex jiġu bbilanċjati d-dgħjufijiet tas-suq, li jwassal sabiex intrapriżi in ġenerali ftit li xejn jinvestu (14) fit-taħriġ tal-ħaddiema tagħhom. Din ma taffettwax ir-reġistrazzjoni obbligatorja ta’ sussidji eżenti, skond ir-regolament (KE) Nru 68/2001 li dawn jiġu assunti prima facie li dawn iservu għall-promozzjoni tal-iżvilupp eknomiku.

(51)

Il-fatt li Kummissjoni tanalizza l-eżistenza ta’ effett ta’ inċentiv u f’każi tiċħad skemi ta’ taħriġ stipulati bil-liġi, skond l-opinjoni tal-Ġermanja tippreżenta approċċ ġdid, li mhux konformi mar-Regolament tal-KE, tiddevja minn deċiżjonijiet preċedenti u tagħmilha impossibbli li jingħata sussidju għat-taħriġ għal skopijiet politiċi reġjonali. Il-Kummissjoni ma tistax tassoċja ruħha ma’ dawn l-argumenti minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

(52)

L-ewwel nett wieħed irid jiftakar li sussidji għat-taħriġ jiġu analizzati fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 68/2001, li fil-premessa 4 jfisser li: “Dan ir-Regolament hu mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li Stati Membri jinnotifikaw l-għajnuna għal taħriġ. Dawn in-notifiki ser ikunu evalwati mill-Kummissjoni b’mod partikolari fid-dawl tal-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament, jew skond il-linji gwida tal-Komunità applikabbli u l-qafas, jekk jeżistu dawn il-linji gwida u l-oqfsa.”

(53)

Barra dan, il-premessa 16 tikkorobora li: “Hu xieraq li ammonti kbar ta’ għajnuna jibqgħu suġġetti għal stima individwali mill-Kummissjoni qabel dawn jitpoġġew fis-seħħ. Għaldaqstant, l-ammonti ta’ għajnuna li jeċċedu ammont fiss, li għandhom ikunu stabbiliti għal Ewro 1 000 000, huma esklużi mill-eżenzjoni kif ipprovdut f’dan ir-Regolament u jibqgħu suġġetti għar-rekwiżiti tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat. ”

(54)

Finalment, fil-premessa 4 huwa stipulat li: “Il-qafas għall-għajnuna għal taħriġ għandu jkun abolit mid-data tal-bidu fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, peress li l-kontenuti tiegħu huma ssostitwiti b’dan ir-Regolament. ”

(55)

La s-sussidju proġettat jeċċedi l-miljun Ewro, mhemm l-ebda dubju li dan għandu jiġi reġistrat u approvat mill-Kummissjoni. Barra dan hu ċert li t-tali sussidju għandu jissodisfa l-kriterji ta’ eżenzjoni stipulati f’artikolu 4 tar-regolament (KE) Nru 68/2001.

(56)

Iżda l-Ġermanja tiddubita jekk il-Kummissjoni hix awtorizzata sabiex tanalizza jekk is-sussidju għandux effett ta’ inċentiv. Skond l-opinjoni tal-Kummissjoni l-kunċett ta’ għajnuna mill-istat u speċjalment il-kriterju tan-neċessità jinkludu li s-sussidju hu bħala inċentiv għal benefiċjarju. B’hekk ma jservix għall-interess komuni, jekk l-istat jappoġġja skemi (anki skemi ta’ taħriġ), li l-benefiċjarju xorta waħda jkun ser jimplimenta. B’konformità mar-Regolament (KE) Nru 68/2001, il-pjan ta’ azzjoni “għajnuna mill-istat” u s-sentenza dwar l-kondizzjonijiet mitluba li skond dawn sussidju jista’ jiġi dikjarat kompatibbli mas-Suq Komuni, il-Kummissjoni, fid-deċiżjoni reċenti tagħha (Ford Genk, GM Antwerp) analizzat is-sussidji ta’ taħriġ konċernati mmirati wkoll għall-effett ta’ inċentiv.

(57)

L-ewwel nett, il-Ġermanja qegħda targumenta sabiex tikkorrobora l-pożizzjoni tagħha li l-kompatibilità ta’ sussidju li għandu jiġi applikat mas-Suq Komuni għandu jiġi analizzat fuq bażi tal-kriterji stipulati fir-Regolament u f’dan il-kuntest hija ċċitata l-parti 4 tad-dokument li tesponi l-fatti tar-Regolament (KE) Nru 68/2001, li fih ifisser li s-sussidji jiġu “analizzati primarjament mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-kriterji stipulati. ” B’hekk, il-Ġermanja ma tatx importanza xi trid tfisser il-frażi “primarjament”, li l-analiżi ta’ każi individwali mhux ristrett għall-analiżi leġittmi ta’ sussidji stipulati fir-Regolament (KE) Nru 68/2001. La fil-premessa 16 jiġi indikat espressament li s-sussidji korrispondenti għandhom jibqgħu jiġu analizzati individwalment, bla dubju, dawn l-analiżi għandhom isiru mhux b’restrizzjoni għall-kriterji stipulati fir-Regolament imsemmi u direttament fuq bażi tal-Artikolu 87 tat-Trattat tal-KE.

(58)

It-tieni nett, il-Ġermanja qegħda tirrimarka, li r-Regolament (KE) Nru 68/2001 għandu jiġi interpretat b’konsiderazzjoni għall-kwadru tal-Komunità għas-sussidji għat-taħriġ mis-sena 1998, li qabel ma ġie fis-seħħ dan ir-Regolament kien jiġi applikat u fih kienu stipulati dawn il-kriterji, li fihom sussidji għoljin jiġu analizzati jekk humiex bħala inċentivi. Skond il-kwadru tal-Komunità inċentiv ma jistax jiġi assunt speċjalment f’każ li l-proġett ta’ taħriġ ikun ser isir f’żona ta’ żvilupp skond l-Artikolu 87, paragrafu 3, ittri a jew c. Il-Kummissjoni ma tistax tifhem din l-asserzjoni, minħabba li l-premessa 4 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001 ma tħalli l-ebda dubju li l-qafas tal-Komunità għas-sussidji tat-taħriġ jiġi abolit malli jiġi fis-seħħ dan ir-Regolament. L-intenzjoni tal-Kummissjoni hi, li tibdel il-kwadru tal-Komunità permezz tar-Regolament (KE) Nru 68/2001, u r-Regolament imsemmi għandu wkoll dan l-effett. Din tiġi ċċarata f’verżjoni oħra, li fiha l-premessa 4 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001 tgħid ċar, li l-qafas tal-Komunità ser jiġi “abolit” minħabba li l-kontenut tiegħu ser jiġi “sostitwit”. Min-naħa l-oħra dan ġie kkonfermat espressament anki f’deċiżjonijiet tal-Kummissjoni preċedenti (15). Barra dan, fir-Regolament imsemmi mhux ser tiġi addottata preżunzjoni legali mill-kwadru tal-Komunità, li jagħti effett ta’ inċentiv, pjuttost jiġi determinat konxjentament fil-forma ġenerali, li sussidji għal taħriġ jistgħa jiġu kkunsidrati konformi mas-Suq Komuni taħt kondizzjonijiet speċifiċi (16). Iżda kieku intrapriża implimentat l-iskemi ssussidjati anke mingħajr sussidju, irrispettivament għal każ, b’hekk dan is-sussidju ma jitqisx bħala inċentiv.

(59)

It-tielet nett, il-Ġermanja u speċjalment il-benefiċjarju qed isostnu li analiżi addizzjonali tan-neċessità tas-sussidju fuq bażi tal-Artikolu 87 paragrafu, 3 ittra, c tat-trattat tal-KE jfisser li r-Regolament (KE) Nru 68/2001 jikkontradixxi kollu kemm hu din il-klawżsola tat-Trattat. B’hekk, qed jiġi ovvjament assunt li n-neċessità tas-sussidju mhix qed tiġi analizzata. Il-Kummissjoni ma tistax tifhem lanqas dan l-argument, minħabba li ovvjament ma ngħatatx importanza li għal sussidji taħt il-miljun Ewro li jissodisfaw il-kriterji tar-Regolament imsemmi, jiġi assunt li anki l-kriterju tan-neċessità ġie milħuq.

(60)

Ir-raba’ nett, il-Ġermanja qed issostni li l-Kummissjoni qed tiddevja ruħha minn każi preċedenti, li fihom hi ma għamlitx l-analiżi jekk ingħatawx inċentivi. Din id-dikjarazzjoni hi korretta. Iżda l-Kummissjoni tat l-ispjegazzjoni tagħha, li hi bidlet il-proċedura tagħha fuq bażi ta’ approċċ ekonomiku mtejjeb. Din il-bidla saret fil-kwadru tal-analiżi fil-fond fil-każ tas-sussidju ta’ Ford Genk u GM Antwerp, fejn ġie indikat espressament l-approċċ il-ġdid. Madankollu l-Ġermanja qed issostni li l-approċċ tal-Kummissjoni mhux koerenti la hu wara l-introduzzjoni tal-proċess formali tal-analiżi fil-każ Ford Genk ħadet id-deċiżjonijiet tagħha f’talanqas żewġ każi, jiġifieri BMW Österreich (każ Nru 304/2005) (17) u Webasto (każ Nru 653/2005), mingħajr l-ebda analiżi korrispondenti jew fuq bażi ta’ analiżi oħra. Iżda l-Kummissjoni indikat li dawn id-deċiżjonijiet ittieħdu mingħajr l-ebda analiżi fid-dettall u qabel il-konklużjoni tal-ewwel miż-żewġ analiżi msemmija li fihom il-Kummissjoni ma tatx importanza għal klawżola differenti. Hi indisputabbli, li l-Kummissjoni tista’ ttejjeb u tibdel il-metodu tagħha ta’ analiżi, sakemm jeżistu raġunijiet suffiċjenti għalia. Dan kien il-każ fil-każijiet ta’ sussidju Genk u GM Antwerp, iżda mhux f’każijiet ta’ sussidju preċedenti. Konsegwentement, il-Kummissjoni setgħet tkompli tibbaża fuq id-deċiżjonijiet preċedenti qabel il-ħruġ tad-deċiżjoni definita fil-każ tas-sussidju Ford Genk.

(61)

Il-ħames nett, il-Ġermanja u l-benefiċjarju oġġezzjonaw li l-Kummissjoni setgħet tirreferi għal każi ta’ sussidju Ford Genk u GM Antwerp, la ċ-ċirkustanzi tagħhom huma differenti mill-każ tad-DHL. Il-Kummissjoni kellha aktar tibbaża fuq id-deċiżjoni fil-każ tas-sussidju Webasto. Bl-ebda mod ma jista’ jiġi argumentat li s-sussidju għad-DHL għandu jiġi trattat b’mod differenti, għaliex dan mhux relatat, bħaż-żewġ każi l-oħra, mas-settur tal-karozzi. Anke fid-deċiżjoni fil-każ tas-sussidju Webasto, li qed jirreferu għalih il-Ġermanja u l-benefiċjarju, hu relatat mas-settur tal-karozzi. L-unika differenza li possibbilment hemm hi, li l-ewwel żewġ każi jikkonsistu f’workshops tal-produzzjoni, filwaqt li DHL u Webasto jikkonċernaw intrapriżi li għadhom kif infetħu. Il-Kummissjoni ma tistax tifhem li filwaqt li fl-ewwel żewġ każi kwalunkwe apoġġ ta’ skemi, li setgħu jiġu implimentati xorta waħda ma jwasslux għall-ebda assistenza għall-operat, min-naħa l-oħra f’intrapriżi li għadhom kemm fetħu f’każi ta’ skemi ta’ taħriġ li kienu ser jiġu implimentati xorta waħda ma għandhiex twassal għal assistenza għall-operat. Anki f’dan il-każ l-intrapriża tirċievi assistenza għal skemi, li irrispettivament għal każ, għandhom jiġu implimentati.

(62)

Barra dan, f’każi ta’ intrapriżi li għadhom kemm fetħu ma jistgħux jiġu ġustifikati konsiderazzjonijiet għal skemi ta’ taħriġ li kienu ser jiġu implimentati xorta waħda bbażati fuq l-għoti ta’ sussidju reġjonali, minħabba li żvantaġġi reġjonali għandhom jiġu kkumpensati permezz ta’ assistenza reġjonali għall-investiment u mhux permezz ta’ sussidju għal taħriġ. F’dan il-kuntest, il-Ġermanja qegħda ssostni, li l-prospett għal għajnuna mill-istat għal skemi ta’ taħriġ estensivi u neċessarji għandhom irwol importanti fid-deċiżjoni finali tad-DHL dwar ir-rilokazzjoni tas-sit. Iżda l-Kummissjoni qegħda ssostni li fl-Unjoni Ewropea hi prattika komuni, li intrapriżi jikkunsidraw deċiżjonijiet dwar is-sit u deċiżjonijiet dwar rilokazzjonijiet ta’ siti li jnaqqsu l-ispejjeż u jżidu l-profitabilità. Intrapriżi li għandhom ħsieb jirrilokaw il-produzzjoni tagħhom jikkunsidraw f’ħafna drabi diversi siti fi Stati Membri differenti li qed jikkompetu ma’ xulxin. Finalment, id-deċiżjoni dwar is-sit tiddependi mhux biss fuq l-ispejjeż tal-intrapriża mistennija (inklużi spejjeż ta’ taħriġ għal ħaddiema ġodda, li f’ħafna mill-każi ma għandhom l-ebda taħriġ relevanti) u vantaġġi u żvantaġġi oħra ekonomiċi (per eżempju, regolamenti lokali dwar il-ħinijiet tal-operat), iżda sa ċertu punt anki minħabba l-possibbiltà li jirċievu sussidju mill-istat (jiġifieri sussidji reġjonali). Il-Kummissjoni ma tistax tifhem l-argument imsemmi, la sussidji għat-taħriġ, b’kuntrast għal sussidji għall-investiment, mhumiex immirati biex jinfluwenzaw id-deċiżjoni dwar is-sit, iżda biex jibbilanċjaw in-nuqqas ta’ investimenti fi skemi ta’ taħriġ. Livell baxx ta’ kwalifikazzjoni f’żona ta’ żvilupp hu problema reġjonali għandha tiġi kkonfrontata permezz ta’ sussidju reġjonali għall-investiment.

(63)

Fuq bażi tal-informazzjoni preżentata l-Kummissjoni tikkonkludi, li d-DHL, f’kull każ, kellha timplimenta l-parti kbira tal-iskemi tat-taħriġ anki mingħajr sussidju. Dan jirriżulta primarjament minn żewġ osservazzjonijiet, huma spjegati aktar fid-dettall kif ġej. L-ewwel nett, it-taħriġ hu neċessarju sabiex iċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru jkun jista’ jibda jopera u t-tieni nett, l-iskemi ta’ taħriġ huma fil-parti kbira tagħhom stipulati bil-liġi.

(a)    Skemi ta’ taħriġ neċessarji għall-intrapriża

(64)

Għan-neċessità ta’ skemi ta’ taħriġ irid jiġi determinat li r-rilokazzjoni tad-DHL għas-sit ta’ Leipzig-Halle (il-Ġermanja) ikollha l-effetti simili bħat-twaqqif ta’ intrapriża ġdida u biex id-DHL tibda l-operat tagħha trid timpjega ħaddiema ġodda. Jidher li l-kondizzjonijiet operattivi mitluba jistgħu jkunu konformi bi tliet modi: id-DHL tista’ timpjega ħaddiema ġodda, li l-kumpanija trid tħarriġhom, id-DHL tista’ timpjega ħaddiema diġà kwalifikati; jew id-DHl tista’, f’każ li ma jkunx hemm ħaddiema kwalifikati disponibbli, tirrikorri għall-outsourcing ta’ ċertu servizzi.

(65)

Min-naħa, il-Ġermanja ma ppreżentat l-ebda informazzjoni addizzjonali, sabiex tneħħi d-dubji tal-Kummissjoni rigward il-possibbiltajiet tad-DHL sabiex timpjega ħaddiema kwalifikati biżżejjed għas-sit il-ġdid tagħha. Fil-fatt, il-Ġermanja kkonfermat, li l-ħaddiema minn Brussell eskludew li jiġu trasferiti għall-Ġermanja. Min-naħa l-oħra, id-DHL ma provditx il-provi, li hi setgħet timpjega l-ammont ta’ ħaddiema kwalifikati neċessarju għall-operat mis-suq tax-xogħol lokali jew dak Ewropew. Ovvjament, fis-suq lokali mhemmx ħaddiema disponibbli bi kwalifiki relevanti, u anki fis-suq Ewropew tas-servizzi tat-trasport bl-ajru jidher li hu relattivament diffiċli biex jinstabu ħaddiema bi kwalifiki relevanti

(66)

Min-naħa l-oħra, il-Ġermanja ma saħħitx l-argument tad-DHL b’mod konvinċenti, li mingħajr l-għoti ta’ sussidju diversi servizzi jkollhom jingħataw minn terzi intrapriżi lokali u konsegwentament l-iskemi ta’ taħriġ jistgħu ma jsirux. Barra dan, il-Ġermanja ma provditx evidenza li fl-ajruport ta’ Leipzig hemm fornituri tas-servizzi korrispondenti. Barra dan, la l-ewwel nett anki f’każi ta’ outsourcing diversi skemi ta’ taħriġ huma xorta waħda neċessarji u t-tieni nett l-investiment kollu tad-DHL fis-sit ta’ Leipzig-Halle hu orjentat sabiex is-servizzi kollha ta’ kunsinna ta’ pakketti express isiru mill-ħaddiema tagħha stess u sabiex dawn s-servizzi jiġu offruti lill-kompetituri oħra li joperaw fl-istess ajruport, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-outsourcing mhux addattat għall-pjan tal-intrapriża u jista’ jwassal għal spejjeż addizzjonali.

(67)

Barra dan, il-Ġermanja qiegħda ssostni, li d-DHL ser toħloq impjiegi f’żona ta’ żvilupp skond artikolu 87, paragrafu 3 tat-Trattat tal-KE, sabiex, b’kuntrast għall-każi tal-manifatturi tal-vetturi bil-mutur fil-Belġju, ma jikkonsistix sempliċiment f’sussidju għall-operat, iżda f’sussidju għal intrapriża li għadha kif twaqqfet, li għaliha ma jkunx hemm ħaddiema kwalifikati disponibbli. Il-Kummissjoni għandha twaqqa’ dan l-argument, la d-DHL kien ser ikollha timplimenta l-iskemi ta’ taħriġ għall-intrapriża l-ġdida barra Brussel irrispettivament għal każ u indipendentament mis-sit il-ġdid.

(b)    Skemi ta’ taħriġ stipulati bil-liġi

(68)

Skond informazzjoni li għandha l-Kummissjoni ħafna mill-iskemi ta’ taħriġ huma stipulati skond il-Liġi Nazzjonali kif ukoll Ewropea. La fin-natura tagħhom is-servizzi provduti mid-DHL jinkludu riskju tas-sigurtà konsiderevoli japplikaw ċertu standards minimi u kondizzjonijiet mitluba tas-sigurtà skond liġijiet relevanti għall-immaniġġjar ta’ merkanzija kif ukoll l-ispezzjoni u kontrolli tekniċi ta’ ajruplani.

Mekkaniks u teknixins tad-DHL EAT

(69)

Din tapplika għall-iskemi ta’ taħriġ fil-qasam tal-kontrolli qabel it-titjira u tar-rampa, li huma ppjanati għall-mekkaniks u teknixins tad-DHL EAT. Skond ir-Regolament (KE) Nru 2042/2003, dawk il-ħaddiema li għandhom x’jaqsmu mal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru għandhom ikollhom liċenzja li jistgħu joħorġu ċertifikat tal-manutenzjoni. Il-kondizzjonijiet għat-tali liċenzja huma speċifikati u jirreferu għall-ambitu u l-kontenut tal-iskemi ta’ taħriġ korrispondenti.

(70)

L-iskemi ta’ taħriġ ippjanati jikkorrispondu mar-Regolamenti legali msemmija u jirrigwardaw żewġ gruppi tax-xogħol: mekkaniks tal-ajruplani b’awtorizzazzjoni ta’ ħruġ ta’ ċertifikati tal-manutenzjoni (CAT A) u teknixins/mekkaniks tal-ajruplani b’awtorizzazzjoni ta’ ħruġ ta’ ċertifikati tal-manutenzjoni (CAT B1). L-iskemi ta’ taħriġ għal dawn iż-żewġ gruppi jinkludu l-partijiet ta’ studju indipendenti li ġejjin:

(a)

korsijiet fl-Ingliż (inkluż Ingliż għall-qasam tekniku)

(b)

konoxxenza teknika bażika fil-qasam tal-elettriku, elettronika u ajrudinamika

(ċ)

implimentazzjoni prattika tal-konoxxenza teknika bażika miksuba

(d)

skemi ta’ taħriġ dettaljati għal CAT B1

(71)

L-iskemi ta’ taħriġ kollha tad-DHL EAT jiġu kompluti permezz ta’ ġranet ta’ taħriġ fuq il-post tax-xogħol, li jeċċedu b’mod konsiderevoli n-numru ta’ ġranet tax-xogħol allokati għall-parti teoretika tat-taħriġ.

(72)

Il-Ġermanja hi konxja, li d-DHL ma tistax tibda l-operat tagħha mingħajr personal kwalifikat li għandhom il-liċenzji korrispondenti. La l-iskemi kollha ta’ taħriġ ippjanati skond ir-Regolament (KE) Nru 68/2001 huma stipulati, l-awtoritajiet Ġermaniżi jikkonċedu li d-DHL ma tista tagħmel l-ebda tnaqqis mill-iskemi ta’ taħriġ. Iżda huma qed jargumentaw, li mingħajr is-sussidju d-DHL ma timplimentax l-iskemi ta’ taħriġ, iżda tirrikorri għall-ħaddiema tal-kompetituri li għandhom il-liċenzja neċessarja, jew li tiddeċiedi favur l-outsourcing.

(73)

Skond l-analiżi tal-ispejjeż preżentati mill-Ġermanja l-ispejjeż għall-outsourcing huma inqas mill-ispejjeż tal-personal inklużi l-ispejjeż għall-iskemi ta’ taħriġ (jiġifieri madwar [(5-20 %)] għas-CAT A u madwar [(10-30 %)] għas-CAT B1). Iżda l-Ġermanja ma pprovditx evidenza li jeżistu fornituri tas-servizzi korrispondenti kif ukoll li huma disponibbli.

(74)

Għall-impjegar ta’ ħaddiema diġà kwalifikati ta’ kompetituri qed jiġi stabbilit, li l-Ġermanja ma pprovditx il-provi li fis-suq tax-xogħol Ewropew hemm ħaddiema mħarrġa u kwalifikati disponibbli, li huma lesti li jiġu fis-sit ta’ Leipzig-Halle. Il-Ġermanja stess ikkonċediet, li fis-suq tax-xogħol Ewropew mhemmx mekkaniks u teknixins imħarrġa u kwalifikati għas-servizzi tat-trasport bl-ajru.

(75)

Ma’ dan, il-Ġermanja preżentat analiżi tal-ispejjeż għall-korsijiet fl-Ingliż, li huma ppjanati għall-mekkaniks u teknixins tad-DHL EAT. Il-Ġermanja qegħda targumenta li dawn jikkonsistu fi skemi ta’ taħriġ ġenerali, li jmorru lilhinn mill-iskemi ta’ taħriġ stipulati. Għalhekk, il-Ġermanja tistima l-ispejjeż eliġibbli għas-sussidju għal [(0,5-1)] miljun Ewro. Iżda, l-ewwel nett, il-Kummissjoni qed tistabbilixxi li f’dawn il-korsijiet jingħata Ingliż tekniku. It-tieni nett, qiegħda tosserva li l-kontrolli tekniċi tal-inġenji tal-ajru huma standardizzati fl-Ewropa kollha, b’hekk mekkaniks u teknixins tad-DHL EAT għandhom ikollhom Ingliż tajjeb. Barra dan, skond il-fehma tal-Kummissjoni, dawn il-korsijiet fl-Ingliż tekniku huma parti mill-programm ta’ taħriġ stipulat, standardizzat. Għalhekk, il-Kummissjoni hi tal-opinjoni, li, irrsipettivament għal każ, id-DHL għandha toffri dawn il-korsijiet fl-Ingliż tekniku anki mingħajr sussidju.

(76)

Bħala riżultat ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet il-Kummissjoni tikkonkludi li l-iskemi ta’ taħriġ imsemmija kemm dawk stipulati bil-liġi kif ukoll neċessarji għall-operat mingħajr problemi tad-DHL EAT u jiġu implimentati mill-intrapriża irrispettivament għal każ, anki mingħajr sussidju. Għalhekk, il-Kummissjoni hi tal-opinjoni, li l-ispejjeż ta’ taħriġ għall-mekkaniks u teknixins tad-DHL EAT mhumiex eliġibbli għas-sussidju.

Dispaċers tal-ajruplani (personal tar-rampi II)

(77)

Personal tar-Rampi II huma inkarigati bid-dmirijiet li ġejjin: tħaddim u sewqan ta’ ground service equipment; tagħbija u ħatt ta’ inġenji tal-ajru; kunsinna tad-dokumenti tat-titjira; tħejjija ta’ rapporti u komunikazzjoni mal-piloti u mal-awtoritajiet tal-ajruport. Fil-kwadru tal-proġett li għalih saret l-applikazzjoni għandhom jitħarrġu 210 personal tar-rampi II li l-ispejjeż għalihom eliġibbli għas-sussidju jammontaw għal [(2-3)] miljun Ewro.

(78)

Skond il-liġi Ġermaniża, Personal tar-Rampi II jistgħu jaħdmu biss fir-rampi tal-ajruplani, meta dawn ikunu ġew imħarrġa fl-oqsma tal-“immaniġġjar tal-ground service equipment” (“l-Att dwar il-Kondizzjonijiet tax-Xogħol”) u “sigurtà” (BGV C 10 l-Att dwar it-Traffiku fl-Ajru) u jkollhom ċertifikat għall-użu tal-konvejers tal-art (BGG 925 – Taħriġ u xogħol assenjat lis-sewwieqa ta’ konvejers tal-art). Ma’ dan, huma għandhom ikunu mħarrġa fl-immaniġġjar ta’ oġġetti perikolużi u dwar ir-riskji marbuta magħhom (“l-Att dwar sustanzi perikolużi”). Finalment, personal tar-rampi II għandhom ukoll ikunu temmew b’suċċess taħriġ dwar oġġetti perikolużi skond regolamenti dwar oġġetti perikolużi tal-IATA.

(79)

Mill-ispjegazzjonijiet tal-paragrafi (77) u (78) jiġi dedott, li l-iskemi ta’ taħriġ ippjanati fil-kwadru tal-proġett li għalih saret l-applikazzjoni huma fil-parti l-kbira stipulati bil-liġi: immaniġġjar ta’ tagħmir li jmexxi ajruplani mal-art, tneħħija tas-silġ (kors bażiku), tneħħija tas-silġ (kors ta’ aġġornament), liċenzja tas-sewqan f’rampi tal-ajruplani, xogħol u istruzzjonijiet għal rampi tal-ajruplani; istruzzjonijiet dwar il-protezzjoni min-nirien; tħaddim ta’ bibien tal-merkanzija; l-ewwel għajnuna, liċenzja tal-konvejers tal-art, IATA PK 7/8, ground service equipment (istruzzjoni dwar tagħmir tad-dispaċċ), perikli f’xogħol fuq ir-rampi tal-ajruplani, regolamenti tas-sigurtà għar-rampi tal-ajruplani, regolamenti tas-sigurtà tal-ajruport. Il-kors ULD-Build-up-Kurs għall-introduzzjoni fit-tqassim ta’ kontejners tal-merkanzija jirrigwardaw b’mod partikolari kontejners tad-DHL.

(80)

Il-korsijiet “G25/41 analiżi tal-mediċina tax-xogħol” (4 minn total ta’ 240 siegħa ta’ taħriġ), “DIN EN 9001:2000 kwalità u proċessi” u “DIN EN 14001 ġestjoni ambjentali u struttura tal-organizzazzjoni” (8 minn total ta’ 240 siegħa ta’ taħriġ) biss mhumiex stipulati bil-liġi. Iżda, la l-Ġermanja ssottolineat li d-DHL stess ser tipprovdi s-servizzi kollha marbuta mal-operat taċ-ċentru tal-loġistika u li anki trid li dawn toffrihom lill-kompetituri fl-ajruport ta’ Leipzig-Halle, u ma provditx evidenza, li d-DHL mhux ser toffri dawn il-korsijiet mingħajr sussidju, dawn il-korsijiet ovvjament huma parti mill-pakkett ta’ taħriġ għall-ħaddiema tad-DHL, li hu neċessarju, sabiex jiġi garantit il-bidu tal-operat taċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru mingħajr problemi. Minbarra Ħonkong (Ċina) u Wilmington (l-Istati Uniti) dan iċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru hu l-aktar ċentru tal-loġistika tad-DHL importanti fid-dinja. Speċjalment il-kors “analiżi għall-mediċina tax-xogħol” jidher li f’dan ir-rigward hu essenzjali, b’konsiderazzjoni li l-personal jiġi mħarreġ, sabiex jiddentifika, jekk hux qed jirriżulta periklu għall-ambjent tax-xogħol tiegħu minn xi ħaddiem, minħabba li għall-operat mingħajr problemi tad-DHL jeħtieġ li jiġu evitati u mneħħija problemi mhux mistennija. Skond l-informazzjoni disponibbli, ramp aġents II li temmew it-tali kors b’suċċess, huma wkoll fil-pożizzjoni li jittestjaw l-abbilità ġenerali relatata max-xogħol ta’ ħaddiema. B’konformità mal-qafas tagħha tal-evalwazzjoni spjegati f’paragrafu (25) il-Kummissjoni tikkonkludi li tassew l-iskemi ta’ taħriġ mhumiex stipulati bil-liġi, iżda huma neċessarji għall-operat mingħajr problemi taċ-ċentru tal-loġistika u għalhekk, irrispettivament għal każ, id-DHL kienet ser timplimentahom. Il-kors dwar standards tal-kwalità hu tassew mhux stipulat bil-liġi wkoll, iżda l-maniġment tad-Deutschen Post għamlu obbligatorju għall-friegħi kollha tad-DHL. Id-DHL innotifikat li minħabba ċ-ċertifikat skond DIN EN 9001 il-ħaddiema kollha tad-DHL għandhom jitħarrġu b’mod speċifiku (18). Minbarra dan, ġie indikat, li ċ-ċertifikazzjoni skond DIN EN 14001 ser jibda minn Lulju 2008 (19). Konsegwentament, l-iskemi ta’ taħriġ, li huma s-suġett ta’ din id-deċiżjoni, huma definittivament neċessarji, sabiex jiġu milħuqa l-istandards immirati fl-istrateġija tan-negozju tal-intrapriża u għalhekk anki mingħajr sussidju kienu jiġu implimentati. Ma’ dan, kumpaniji sussidjarji tad-DHL jippromwovu, li s-servizzi tagħhom, kif iddokumentat permezz ta’ ċertifikati tad-DIN korrispondenti, jissodisfaw l-istandards għoljin, sabiex id-DHL, bħala fornitur tas-servizzi minn ta’ quddiem, hi ovvjament fil-pożizzjoni li tikkunsidra dawn l-ispejjeż fil-kwadru tal-istrateġija tal-prezz tagħha. Għalhekk, il-Kummissjoni hi tal-opinjoni, li d-DHL kienet timplimenta l-iskemi ta’ taħriġ imsemmija anki mingħajr is-sussidju.

(81)

Fuq bażi ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet il-Kummissjoni tikkonkludi, li diversi skemi ta’ taħriġ għal-personal tar-rampi II huma stipulati bil-liġi, iżda oħrajn jagħmlu parti mill-istrateġija tal-kwalità tal-intrapriża u għalhekk l-iskemi kollha, mingħajr eċċezzjoni, huma neċessarji għall-operat mingħajr problemi taċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru u kienu ser jingħataw mill-intrapriża irrispettivament għal każ, anki mingħajr sussidju. Għalhekk, il-Kummissjoni hi tal-opinjoni, li l-ispejjeż ta’ taħriġ għar-personal tar-rampi II mhumiex eliġibbli għas-sussidju.

Forzi tas-sigurtà

(82)

Dan il-qasam hu rregolat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2320/2002. Skond il-paragrafi 8 – 9 tal-Att tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ġermaniża, operaturi ta’ ajruporti u intrapriżi tat-trasport bl-ajru huma obbligati li jħarrġu l-personal tas-sigurtà tagħhom u l-bqija tal-ħaddiema l-oħra kollha.

(83)

Il-korsijiet ippjanati mid-DHL għall-forzi tas-sigurtà jikkorispondu fil-biċċa l-kbira kemm fil-kontenut kif ukoll fin-numru ta’ sigħat ta’ taħriġ mal-iskemi ta’ taħriġ li huma ppjanati skond il-pjan tal-kurrikulu ta’ taħriġ għall-forzi tal-kontroll tas-sigurtà fl-avjazzjoni għall-ispezzjoni ta’ personal u oġġetti għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2320/2002. Il-parti indipendenti ta’ taħriġ hi wkoll stipulata fuq bażi tar-Regolamenti dwar oġġetti perikolużi li ġew implimentati mal-NfL II-36/05 fil-Liġi Ġermaniża. Anki l-kors tal-ewwel għajnuna u introduzzjoni dwar il-protezzjoni kontra n-nar, skond l-Att tal-Kondizzjonijiet tax-Xogħol Ġermaniż huma parti mit-taħriġ obbligatorju.

(84)

Evidentament, il-korsijiet għal “liċenzja tas-sewqan fir-rampa tal-ajruplani” u “ġestjoni tal-kwalità” (8 mit-total ta’ aktar minn 300 siegħa ta’ taħriġ rispettivament) biss ser jiġu offruti b’mod addizzjonali, jiġifieri dawn mhumiex stipulati bil-liġi. Iżda, la l-Ġermanja ssottolineat, li d-DHL trid li s-servizzi kollha marbuta mal-operat taċ-ċentru tal-loġistika tipprovdihom hi stess u ma prrovditx evidenza li d-DHL ma kinitx ser timplimenta dawn il-korsijiet anki mingħajr sussidju, il-Kummissjoni hi tal-opinjoni, li dawn jagħmlu parti mill-pakkett ta’ taħriġ totali. Anki l-korsijiet ippjanati għall-forzi tas-sigurtà “DIN EN 9001:2000” u “DIN EN 14001” jikkorrispondu mal-prassi tal-intrapriża tad-Deutschen Post u għalhekk huma indispensabbli għall-ħaddiema kollha tad-DHL (ara paragrafu (80)). Il-kors għall-ksib tal-liċenzja tas-sewqan għar-rampi tal-ajruplani jidher li hu wkoll indispensabbli la dawn f’kull ħin iridu jkunu fuqhom għall-aċċess ta’ passaġġi tal-ajruplani u tar-rampa tal-ajruplani. Ma jagħmilx sens li l-operat mingħajr problemi taċ-ċentru tal-loġistika jiġi pperikolat minħabba li personal mill-forzi tas-sigurtà ma jkollux aċċess għar-rampa tal-ajruplani (kif spjegat f’dak li jsegwi paragrafu 90, f’dan il-każ, madankollu il-limitazzjoni tat-taħriġ għal ċertu numru ta’ ħaddiema hi possibbli). B’konformità mal-qafas tal-evalwazzjoni tagħha f’paragrafu (24) il-Kummissjoni tikkonkludi li tassew li l-qafas tal-evalwazzjoni mhux stipulat bil-liġi, iżda hu neċessarju għall-operat taċ-ċentru tal-loġistika mingħajr problemi u għalhekk għandu jiġi implimentat mid-DHL irrispettivament għal każ. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeterminat, li dawn iż-żewġ korsijiet ma setgħux ma jingħatawx anki mingħajr sussidju.

(85)

La l-korsijiet ta’ taħriġ għall-forzi tas-sigurtà huma stipulati f’paragrafi (83) u (84) il-Kummissjoni ma tistax tifhem l-argument tal-Ġermanja, li d-DHL tkun tista’ tħaddem numru limitat biss ta’ ħaddiema kwalifikati, li mbagħad iħarrġu lill-bqija tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol. Mill-informazzjoni preżentata, il-Kummissjoni ddeduċiet li l-forzi kollha tas-sigurtà għandhom itemmu l-iskemi ta’ taħriġ imsemmija kollha kemm huma.

(86)

Fuq bażi ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ispejjeż tat-taħriġ għall-forzi tas-sigurtà mhux eliġibbli għas-sussidju.

Maniġers tal-operat

(87)

Rigward il-maniġers tal-operat biss il-Kummissjoni tikkonkludi mod ieħor. It-taħriġ għal din il-kategorija ta’ ħaddiema jinkludi l-Ingliż, prinċipji bażiċi tal-Liġi tax-Xogħol, komunikazzjoni, negozjati, ġestjoni tal-personal, prinċipji bażiċi tal-ikkowċjar, ġestjoni ta’ kunflitti, żvilupp ta’ timijiet, tmexxija ta’ negozjati u negozju intraprenditorjali. Fil-kwadru tal-proġett li għalih saret l-applikazzjoni għandhom jitħarrġu 110 maniġers tal-operat, li għalihom japplikaw l-ispejjeż eliġibbli għas-sussidja ta’ [(1-2)] miljun Ewro. Il-middle management għandu jiġu reklutat minn dan il-grupp ta’ ħaddiema, li diġà temmew b’suċċess il-bqija tal-iskemi ta’ taħriġ (jiġifieri personal tar-rampi II u forzi tas-sigurtà).

(88)

Dan it-taħriġ tal-maniġment hu konness mal-iskemi ta’ taħriġ għal personal tar-rampi II kif ukoll forzi tas-sigurtà u ma jidhirx li hu daqshekk neċessarju għall-operat taċ-ċentru tal-loġistika mingħajr problemi. Dan jipprovdi possibilità ta’ promozzjoni għall-ħaddiema, li d-DHL diġà qed tħaddem fuq is-sit u għat-titjib tal-kompetenzi personali u soċjali tagħhom. Ma’ dan, l-iskemi ta’ taħriġ ġenerali li mhumiex neċessarji biss għas-setturi tat-trasport bl-ajru, li minnhom il-konoxxenza miksuba tista’ tiġi applikata mingħajr problemi f’intrapriżi oħra u li tikkontribwixxi għat-titjib tal-ambjent tax-xogħol u tar-relazzjonijiet interpersonali fl-intrapriża.

(89)

Fuq bażi tad-dikjarazzjonijiet fil-paragrafi (87) u (88) il-Kummissjoni tikkonkludi li l-iskemi ta’ taħriġ għall-maniġers tal-operat mhumiex stipulati bil-liġi u jmorru lilhinn minn dak li hu neċessarju għall-operat taċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru tad-DHL f’ Leipzig-Halle mingħajr problemi. Din hi r-raġuni għaliex l-ispejjeż għal dawn l-iskemi għas-sussidju għat-taħriġ qed jiġu kkunsidrati.

(c)    L-ambitu tal-iskemi ta’ taħriġ neċessarji

(90)

Skond l-istudju ppreżentat mill-Ġermanja (ara pargarfu (37)) l-operat taċ-ċentru tal-loġistika mingħajr problemi jista’ jiġi garantit b’134 Personal tar-rampi II. Jekk f’tim tat-tagħbija li jikkonsisti f’sitt ħaddiema li tnejn mir-personal tar-rampi li jaħdmu bħala sewwieqa jiġu sostitwiti permezz ta’ Personal tar-Rampi I jiġu sodisfatti xorta waħda l-bżonnijiet mitluba legali u l-bżonnijiet tal-operat. Il-Ġermanja qed issostni, li b’hekk is-76 personal tar-rampi II addizzjonali ma għandhom jiġu mħarrġa mid-DHL u li mingħajr sussidju għat-taħriġ it-taħriġ tagħhom ma jsirx. L-ispejjeż eliġibbli għas-sussidju għal 76 personal tar-rampi II addizzjonali jammontaw għal [(0,5-1,5)] miljun Ewro għall-iskemi ta’ taħriġ ġenerali u [(0,01-0,03)] miljun Ewro għal skemi ta’ taħriġ speċifiċi.

(91)

Iżda, jekk id-DHL tassew tissostitwixxi lill-Personal tar-Rampi II li huma kkunsidrati bħala sewwieqa permezz ta’ Personal tar-Rampi I, dawn tal-aħħar għandhom jiġu mħarrġa sa ċertu punt, jiġifieri rigward it-tħaddim ta’ ground service equipment b’mod partikolari (dan japplika primarjament għal-liċenzja tas-sewqan f’rampi tal-ajruplani, xogħol u istruzzjonijiet għal rampi tal-ajruplani; ċertifikat għall-użu tal-konvejers tal-art, istruzzjonijiet dwar perikli fir-rampi tal-ajruplani, istruzzjonijiet dwar il-protezzjoni min-nirien, l-ewwel għajnuna eċċ.). Skond il-Ġermanja l-ispejjeż ta’ taħriġ għal Personal tar-Rampi I addizzjonali jammontaw għal [(0,1-0,5)] miljun Ewro għal skemi ta’ taħriġ ġenerali u [(0,01-0,03)] miljun Ewro għal skemi ta’ taħriġ speċifiċi.

(92)

Skond l-opinjoni tal-Kummissjoni l-ispejjeż li d-DHL ikollha tħallas għat-taħriġ supplimentari tal-Personal tar-Rampi 1 konċernati għandhom jitnaqqsu sabiex l-ispejjeż li huma eliġibbli għas-sussidju għat-taħriġ ta’ 76 Personal tar-Rampi II addizzjonali jammontaw għal [(0,4-1) miljun Ewro. La dawn l-iskemi ta’ taħriġ biss imorru lilhinn minn dak li hu neċessarju, li d’DHL għandha tkopri irrispettivament għal każ, il-Kummissjoni tikkonkludi li dan l-ammont biss hu eliġibbli għas-sussidju.

(93)

Anki għall-forzi tas-sigurtà, il-Ġermanja qed tispeċifika, li ċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru tad-DHL jista’ jopera mingħajr problemi b’70 ħaddiem biss minflok il-110 ħaddiem li saret l-applikazzjoni għalihom oriġinarjament. It-tnaqqis ta’ 40 ħaddiem addizzjonali ssir permezz ta’ żieda tas-sorveljanza bil-kamera mingħajr ma titnaqqas is-sigurtà taċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru. Fl-istudju korrispondenti ġie determinat in-numru minimu assolut ta’ ħaddiema li huma neċessarji għat-tmexxija tal-ispezzjonijiet ta’ persuni u ta’ merkanzija, u mmultiplikati bin-numru ta’ xiftijiet. Fil-kalkulazzjonijiet jiġu kkunsidrati wkoll in-numru totali ta’ ġranet tax-xogħol kull ġimgħa u l-ħaddiema addizzjonali li jaħdmu f’każi ta’ vaganzi jew mard sabiex jiġi garantit operat mingħajr interruzzjonijiet. Fl-istudju ġie konkluż, li b’dawn l-iskemi ta’ taħriġ addizzjonali l-ispejjeż eliġibbli għas-sussidju jammontaw għal [(0,05-0,2)] miljun Ewro.

(94)

Iżda fl-istess ħin il-Ġermanja rrimarkat li d-DHL qed tippjana li tħaddem 110 ħaddiema bħala forzi tas-sigurtà, la bħala intrapriża li topera fuq livell globali b’reputazzjoni għolja trid tevita kwalunkwe inċidenti relatati mas-sigurtà. Dawn l-inċidenti jistgħu jnaqqsu l-kwalità tat-trasport ta’ merkanzija, iwasslu għal dewmien konsiderevoli u jħallu effett ħażin fuq ir-relazzjoni mal-klijent. Sabiex it-trasport ta’ merkanzija ma jiġix ipperikolat, id-DHL iddeċidiet li tieħu passi ta’ “sigurtà addizzjonali”. Taħt dawn il-kondizzjonijiet il-Kummissjoni ma setgħetx tifhem l-argument tal-Ġermanja, li ċ-ċentru tal-loġistika seta’ jopera mingħajr problemi anki b’70 ħaddiem minflok il-110 ħaddiem għall-forzi tas-sigurtà. B’konformità mal-qafas tal-evalwazzjoni tagħha preżentat f’paragrafu (25) il-Kummissjoni tikkonkludi li tassew li l-iskemi ta’ taħriġ mhux stipulati bil-liġi, iżda huma neċessarji għall-operat taċ-ċentru tal-loġistika mingħajr problemi u għalhekk dawn jiġu implimentati mid-DHL irrispettivament għal każ.

(95)

Fuq bażi ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet jista’ jiġi konkluż, li, irrispettivament għal każ, permezz tal-iskemi kollha ta’ taħriġ għandha tingħata konnoxxenza neċessarja lill-110 ħaddiem tal-forzi tas-sigurtà kollha għall-bidu tal-operat u sabiex l-operat taċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru jibqa’ għaddej mingħajr problemi. Għalhekk, il-Kummissjoni hi tal-opinjoni, li l-ispejjeż ma jiġux ikkunsidrati għal sussidju għat-taħriġ.

Tabella 3

Kategorija tax-xogħol

Ammont applikat

Taħriġ obbligatorju għal

Taħriġ addizzjonali għal

Personal tar-Rampi II

210

134

76

Forżi tas-sigurtà

110

110

0

Maniġers (tal-operat)

110

0

110

Mekkaniks tal-ajruplani b’awtorizzazzjoni għall-approvazzjoni CAT A

97

97

0

Teknixins/mekkaniks tal-ajruplani b’awtorizzazzjoni għall-approvazzjoni CAT B 1

68

68

0

(96)

Fuq bażi tal-analiżi tal-ispejjeż preżentati mill-Ġermanja l-Kummissjoni kkalkulat l-ispejjeż għal skemi ta’ taħriġ addizzjonali kif ġej (20):

Tabella 4

(EUR)

Ammont ta’ spejjeż

Ramp Agent II (***)

Middle Management

Total

Għalliema (Teorija u prattika)

[…]

[…]

 

Spejjeż tal-amministrazzjoni

[…]

[…]

 

Spejjeż tal-ivvjaġġar

[…] (****)

[…]

 

Spejjeż totali tal-għalliema

[…]

[…]

[…]

Spejjeż tal-personal għal dawk li jitħarrġu

[…]

[…]

[…]

(eliġibbli għal sussidju parzjalment biss)

Spejjeż totali eliġibbli għal sussidju: […]

Livell ta’ intensità tas-sussidju: 60 %

Sussidju: 1 578 109

(d)    Kalkulazzjoni tal-ammont ta’ sussidju permissibbli

(97)

L-iskema li għaliha saret l-applikazzjoni (bi spejjeż eliġibbli applikati fl-ammont ta’ [(10-15)] miljun Ewro) tinkludi spejjeż ta’ [(8-12)] miljun Ewro li d-DHL kien ikollha toħroġ anki mingħajr is-sussidju għat-taħriġ. Din il-parti tas-sussidju li għaliha saret l-applikazzjoni ma twassalx għal skemi ta’ taħriġ addizzjonali, iżda tirriferi għall-ispejjeż normali tal-operat u b’hekk twassal għal tnaqqis tal-ispejjeż normali li trid iġorr l-intrapriża. B’hekk is-sussidju ma jistax jiġi approvat.

(98)

Fil-bqija l-iskemi l-ispejjeż eliġibbli għas-sussidju jakkumulaw għall-ammont ta’ [(2-3)] miljun Ewro. Dawn jikkorrispondu għall-ammont ta’ sussidju ta’ 578 109 Ewro. Din il-parti tas-sussidju biss tikkorrispondi mal-kriterji għall-kompatibilità mas-Suq Komuni.

7.   KONKLUŻJONI

(99)

Il-Kummissjoni tikkonkludi, li s-sussidju li għalih saret l-applikazzjoni għad-DHL Leipzig min-naħa jirreferi għall-ispejjeż fl-ammont ta’ [(8-12)] miljun Ewro, li d-DHL, irrispettivament għal każ, trid iġġor anki mingħajr sussidju, u min-naħa l-oħra għall-ispejjeż fl-ammont ta’ 2 630 182 Ewro għall-iskemi ta’ taħriġ li jmorru lilhinn minn dak li hu stipulat bil-liġi kif ukoll mil-livell neċessarju għall-intrapriża.

(100)

Għalhekk, il-Kummissjoni hi tal-opinjoni, li l-parti tas-sussidju li għaliha saret l-applikazzjoni, li mhix neċessarja għall-iskemi ta’ taħriġ konċernati, ma twassalx għal skemi ta’ taħriġ addizzjonali, iżda tkopri spejjeż normali tal-operat tal-intrapriża u b’hekk tippermetti tnaqqis tal-ispejjeż li ġeneralment iridu jinġarru mill-intrapriża. Għalhekk, skond l-opinjoni tal-Kummissjoni, is-sussidju jwassal għad-distorzjoni tal-kompetizzjoni li jmur kontra l-interessi komuni u jinterfieri mat-termini kummerċjali. Konsegwentement, is-sussidju ma jistax jiġi ġustifikat fuq bażi ta’ artikolu 87, paragrafu 3, ittra c tat-Trattat tal-KE. La ma ngħatawx l-ebda eċċezzjonijiet oħra f’artikolu 87, paragrafi 2 u 3 tat-Trattat tal-KE, l-ammont 6 175 198 Ewro ta’ sussidju ma jissodisfawx il-kriterji tal-kompatibilità tas-Suq Komuni.

(101)

Il-bqija tal-iskemi li għalihom saret l-applikazzjoni bi spejjeż eliġibbli għas-sussidju ta’ [(2-3)] miljun Ewro, li għalihom hemm provduti sussidju fl-ammont ta’ 578 109 Ewro, jissodisfaw il-kriterji stipulati f’artikolu 87, paragrafu 3, ittra c tat-Trattat tal-KE għall-kompatibilità mas-Suq Komuni –

ITTIEĦDET ID-DEĊIŻJONI LI ĠEJJA:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat, li l-Ġermanja trid tagħti għall-benefiċċju tad-DHL li jammonta għal 6 175 198 Ewro mhux konformi mas-Suq Komuni.

Il-parti li tifdal tal-għajnuna mill-Istat fl-ammont ta’ 1 578 109 Ewro, li l-Ġermanja trid tagħti għall-benefiċċju tad-DHl, skond l-Artikolu 87 tat-Trattat tal-KE hi konformi mas-Suq Komuni.

Artikolu 2

Il-Ġermanja tinnotifika lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn wara n-notifikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni dwar il-miżuri li ttieħdu għall-konformità ma’ din id-deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni ġiet mgħoddija lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmula fi Brussell, 2 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 213, 12.9.2007, p. 28.

(2)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 1.

(3)  Fid-deċiżjoni għall-ftuħ tal-proċess il-proġett ta’ taħriġ hu deskritt aktar fid-dettall.

(*)  DHL ser tagħti taħriġ addizzjonali fil-maniġment lil 110 ħaddiem li diġà attendew kors ieħor, per eżempju għal ramp agent II, forzi tas-sigurtà jew teknixins/mekkaniks.

(4)  Ħaddiema, li għandhom x’jaqsmu mal-immaniġġjar dirett tal-merkanzija, għandhom ikollhom ċertifikat ta’ kompetenza rikonoxxut għall-immaniġġjar ta’ merkanzija; il-ħaddiema kollha li ma jaħdmux fil-qasam pubbliku tal-ajruport għandhom jagħmlu taħriġ fil-qasam tas-sigurtà; ħaddiema li jaħdmu fuq ajruplani għandhom jagħmlu kors kif iħaddmu bibien tal-merkanzija, ma’ dan, il-ħaddiema għandhom – skond ix-xogħol li jagħmlu – ikollhom kwalifiki għat-tħaddim ta’ tagħmir u għall-kontroll ta’ vetturi.

(**)  Informazzjoni, li hi sostitwita permezz tal-parentesi, hi soġġetta għas-sigriet professjonali.

(5)  Ara d-deċiżjoni 2007/612/KE tal-Kummissjoni tal-4 ta’ April 2007, General Motors Belġju ta’ Antwerp, ĠU L 243, 18.9.2007, p. 71, u d-deċiżjoni 2006/938/KE tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ Lulju 2006, Ford Genk, ĠU L 366, 21.12.2006, p. 32.

(6)  ĠU L 10, 13.1.2001, p. 20.

(7)  ĠU C 343, 11.11.1998, p. 10.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar Għajnuna mill-Istat C 35/07, Volvo Cars Gent, għadha mhix ippubblikata.

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2006 dwar Għajnuna mill-Istat N 635/05, Webasto Portugall, ĠU C 306, 15.12.2006, p. 12.

(10)  ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1.

(11)  ĠU L 315, 28.11.2003, p. 1.

(12)  Din tirriżulta mill-premessa 16 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001.

(13)  Ara d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni f’Ford Genk, General Motors Belgium, Auto-Europa Portugla u Volvo Cars Gent.

(14)  Rigward is-sussidju għat-taħriġ, il-premessa 10 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001 jgħid li: “It-taħriġ normalment ikollu effetti esterni pożittivi għas-soċjetà in ġenerali peress li dan ikabbar in-numru ta’ ħaddiema mħarrġa li minnhom jistgħu jagħżlu intrapriżi oħra, itejjeb il-kompetittività tal-industrija tal-Komunità u jilgħab parti importanti fl-istrateġija biex jitkattar l-impjieg. In vista tal-fatt li l-intrapriżi fil-Komunità normalment ma jinvestux biżżejjed fit-taħriġ tal-ħaddiema tagħhom, l-għajnuna Statali tista’ tgħin biex tkun korretta din l-imperfezzjoni fis-suq u għalhekk tista’ tkun ikkunsidrata taħt ċerti kondizzjonijiet li tkun kompatibbli mas-suq komuni u għalhekk eżentata minn notifika minn qabel.” Ma’ dan, il-premessa 11 żżid li għandu jiġi “assigurat li l-għajnuna Statali tkun illimitata għal dak li hu meħtieġ minimament biex jintlaħaq l-oġġettiv tal-Komunità li l-forzi tas-suq biss ma jagħmlux possibbli […]”.

(15)  Ara, per eżempju, Deċiżjoni 2001/698/KE tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2001, Sabena ĠU L 249, 19.9.2001, p. 21, li fil-premessa 28 tgħid: “… Minn dak iż-żmien dan il-qafas ġie sostitwit permezz tar-Regolament (KE) Nru 68/2001 tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 87 u 88 tat-trattat tal-KE dwar sussidji għat-taħriġ. ”

(16)  Paragrafu (50) jidħol iktar fid-dettall dwar il-konklużjonijiet dwar inċentivi fir-Regolament (KE) Nru 68/2001.

(17)  ĠU C 87, 11.4.2006, p. 4.

(18)  http://www.dpwn.de/dpwn?skin=hi&check=yes&lang=de_DE&xmlFile=2000910

(19)  http://www.dpwn.de/dpwn%3Ftab%3D1%26skin%3Dhi%26check%3Dyes%26lang%3Dde_DE%26xmlFile%3D2008898

(20)  It-taħriġ addizzjonali jinkludi fil-biċċa l-kbira skemi ta’ taħriġ ġenerali, għall-personal tar-rampi II biss jakkumulaw spejjeż għal skemi ta’ taħriġ speċifiku fl-ammont ta’ […]Ewro. Iżda anki t-taħriġ għall-Personal tar-Rampi I, li – mingħajr sussidju – għandhom jissostitwixxu ħaddiema bi kwalifiki ogħla, jinkludi skemi ta’ taħriġ speċifiku għall-ammont ta’ […]Ewro, sabiex iż-żewġ ħlasijiet dovuti jikkompensaw lil xulxin.

(***)  Mill-ħasijiet dovuti fit-tabella l-ispejjeż għat-taħriġ ta’ Personal tar-Rampi I diġà tnaqqsu l-ispejjeż tat-taħriġ. L-ispejjeż imsemmija tal-aħħar jiġu akkumulati rrispettivament għal każ, jiġifieri anki fix-xenarju alternattiv preżentat mill-Ġermanja (sostituzzjoni ta’ ċertu numru ta’ Personal tar-Rampi II permezz ta’ Personal tar-Rampi I bi kwalifiki inqas komprensivi).

(****)  Fuq bażi tal-informazzjoni preżentata mill-Ġermanja fl-ispejjeż tal-ivvjaġġar iddikjarati ma ġewx ikkunsidrati spejjeż għall-ivvjaġġar relatati ma’ skemi ta’ taħriġ speċifiċi li jammontaw għal […]Ewro li setgħu kienu eliġibbli għas-sussidju. Il-Kummissjoni tassumi li l-awtoritajiet Ġermaniżi ma tawx assistenza f’dan ir-rigward.


Top