EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0821

Deċiżjoni EUPOL AFGHANISTAN/1/2008 tal-Kumitat politiku u ta’ sigurtà tat- 3 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)

ĠU L 285, 29.10.2008, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/821/oj

29.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 285/20


DEĊIŻJONI EUPOL AFGHANISTAN/1/2008 tal-Kumitat politiku u ta’ sigurtà

tat-3 ta’ Ottubru 2008

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)

(2008/821/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/369/PESK tat-30 ta’ Mejju 2007 dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10(1) ta’ l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK, jipprevedi li l-Kunsill jawtorizza lill-Kumitat politiku u ta’ sigurtà, skond l-Artikolu 25 tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni EUPOL AFGHANISTAN, inkluża d-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni.

(2)

Premezz ta’ l-ittra tiegħu ta’ l-14 ta’ Awwissu 2008, il-Kap tal-Missjoni attwali informa lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu li jittermina il-kuntratt tiegħu fit-30 ta’ Settembru 2008.

(3)

Is-segretarju ġenerali/rappreżentant għoli ppropona l-ħatra tas-Sur Kai VITTRUP bħala Kap tal-Missjoni EUPOL AFGHANISTAN,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Kai VITTRUP huwa maħtur Kap tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) mis-16 ta' Ottubru 2008.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 3 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

C. ROGER


(1)  ĠU L 139, 31.5.2007, p. 33.


Top