EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0718

2005/718/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Ottubru 2005 dwar il-konformità ta’ ċerti standards mal-kriterju ġenerali ta' sigurtà tad-Direttiva 2001/95/KE u l-pubblikazzjoni tar-referenzi tagħhom fil-Ġurnali Uffiċjali (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 3803) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 271, 15.10.2005, p. 51–53 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 445–447 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 09/10/2019; Imħassar b' 32019D1698

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/718/oj

12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

445


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Ottubru 2005

dwar il-konformità ta’ ċerti standards mal-kriterju ġenerali ta' sigurtà tad-Direttiva 2001/95/KE u l-pubblikazzjoni tar-referenzi tagħhom fil-Ġurnali Uffiċjali

(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 3803)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2005/718/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b’mod partikolari t-tieni u r-raba' sub-paragrafi ta' l-Artikolu 4(2) tagħha,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Permanenti mwaqqaf skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li jistipula proċedura għall-provvista tat-tagħrif fil-qasam ta’ l-istandards u r-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-Servizzi tas-Soċjetà ta’ l-informazzjoni, kif emendata mid-Direttiva 98/48/KE (2),

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/95/KE jistipula obbligu għall-produtturi li jqiegħdu biss prodotti siguri fis-suq.

(2)

Skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/95/KE, prodott għandu jitqies sigur, safejn għandhom x’jaqsmu r-riskji u l-kategoriji tar-riskji koperti bl-istandards nazzjonali rilevanti, meta jkun konformi ma’ l-istandards nazzjonali volontarji li jittrasponu l-istandards Ewropej, li r-referenzi għalihom ikunu ġew ippubblikati mill-Kummissjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej skond l-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva, l-istandards Ewropej għandhom jiġu stabbiliti minn korpi Ewropej ta’ standardizzazzjoni skond mandat stipulat mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-referenzi ta’ standards bħal dawn.

(4)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva jistipula proċedura għall-pubblikazzjoni ta’ referenzi ta’ standards adottati minn korpi Ewropej ta’ standardizzazzjoni qabel daħlet fis-seħħ id-Direttiva. Jekk dawk l-istandards jassiguraw il-konformità mal-kriterju ġenerali ta’ sigurtà, il-Kummissjoni tiddeċiedi li tippubblika r-referenzi tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. F’każi bħal dawn, il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha jew fuq talba ta' Stat Membru, tiddeċiedi skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 15(2) ta' dik id-Direttiva jekk l-istandard in kwistjoni jissodisfax il-kriterju ġenerali ta' sigurtà. Il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk tippubblikax ir-referenzi tiegħu wara li tikkonsulta l-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri bid-deċiżjoni tagħha.

(5)

Madankollu, minn meta daħlet fis-seħħ id-Direttiva, xi standards ġew adottati minn korpi Ewropej ta’ standardizzazzjoni mingħajr mandat skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva. Il-ħsieb tal-leġiżlatur kien li jassigura l-kooperazzjoni mal-korpi Ewropej ta’ standardizzazzjoni u li jagħraf standards ta’ sigurtà xierqa għall-prodotti li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva u li għalihom ma nħariġx mandat skond id-dispożizzjonijiet rilevanti msemmija fl-Artikolu 4. Għaldaqstant, jixraq li titqies il-pubblikazzjoni tar-referenzi ta’ standards bħal dawn u li, għal dak il-għan, wieħed jipproċedi skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 4(2).

(6)

Din id-Deċiżjoni dwar il-konformità, ta’ l-istandards elenkati fl-Anness, mal-kriterju ġenerali ta’ sigurtà qed tittieħed fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tad-Direttiva 2001/95/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-istandards elenkati fl-Anness jissodisfaw il-kriterju ġenerali ta’ sigurtà tad-Direttiva 2001/95/KE għar-riskji li jkopru.

Artikolu 2

Ir-referenzi ta’ l-istandards fl-Anness se jiġu ppubblikati fil-parti C tal-Ġurnali Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar it-13 ta’ Ottubru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(2)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37. Direttiva emendata mid-Direttiva 98/48/KE (ĠU L 217, 5.8.1998, p. 18).


ANNESS

L-istandards imsemmija fl-Artikoli 1 u 2 ta’ din id-Deċiżjoni:

(1)

EN 13899:2003 - Tagħmir għal sports fuq ir-roti – Skejz bir-roti – Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

(2)

EN 13138-2:2003 - Għajnuniet li jżommu fil-wiċċ għall tagħlim kif tgħum - Parti 2: Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar li jridu jsiru għal għajnuniet li jżommu fil-wiċċ

(3)

EN 13319:2000 - Aċċessorji għall-għadis taħt l-ilma – Apparat biex ikejjel il-fond u apparati li jkejjlu l-fond u l-ħin flimkien – Rekwiżiti funzjonali u ta’ sigurtà, metodi ta’ ttestjar

(4)

EN 1651:1999 - Tagħmir għal igglajdjar bil-paraxut - Arneżijiet - Rekwiżiti ta’ sigurtà u testijiet tas-saħħa

(5)

EN 12491:2001 - Tagħmir għal igglajdjar bil-paraxut – Paraxut ta’ emerġenza - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

(6)

EN 913:1996 - Tagħmir tal-ġinnastika – Rekwiżiti ta’ sigurtà ġenerali u metodi ta’ ttestjar

(7)

EN 12655:1998 - Tagħmir tal-ġinnastika – Ċrieki mdendlin - Rekwiżiti funzjonali u ta’ sigurtà, metodi ta’ ttestjar

(8)

EN 12197:1997 - Tagħmir tal-ġinnastika – Żbarri orizzontali - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

(9)

EN 12346:1998 - Tagħmir tal-ġinnastika – Żbarri mal-ħajt, slielem kannizzata u frejms tat-tixbit - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

(10)

EN 12432:1998 - Tagħmir tal-ġinnastika – Travi għall-ibbilinċjar - Rekwiżiti funzjonali u ta’ sigurtà, metodi ta’ ttestjar

(11)

EN 916:2003 - Tagħmir tal-ġinnastika – Kaxxi għall-qbiż arkobatiku minn fuqhom – Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar inkluża sigurta

(12)

EN 12196:2003 - Tagħmir tal-ġinnastika – Żwiemel għal prattiċi akrobatiċi - Rekwiżiti funzjonali u ta’ sigurtà, metodi ta’ ttestjar

(13)

EN 1860-1:2003 - Tagħmir, fjuwils solidi u kebbiesa tan-nar għal barbikjus - Parti 1: Barbikjus li jużaw fjuwils solidi - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar

(14)

EN 1129-1:1995 - Għamara – Sodod li jingħalqu u jintrefgħu – Rekwiżiti ta’ sigurtà u ttestjar - Parti 1: Rekwiżiti ta’ sigurtà

(15)

EN 1129-2:1995 - Għamara - Sodod li jingħalqu u jintrefgħu - Rekwiżiti ta’ sigurtà u ttestjar - Parti 2: Metodi ta’ ttestjar

(16)

EN 14344:2004 - Oġġetti li jintużaw mit-tfal u għall-kura tagħhom – Mqagħad għat-tfal għal roti - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

(17)

EN 14350-1:2004 - Oġġetti li jintużaw mit-tfal u għall-kura tagħhom - Apparat tax-xorb - Parti 1: Rekwiżiti u testijiet ġenerali u mekkaniċi


Top