EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0169

Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l- 24 ta' Frar 2005 li temenda d-Deċiżjoni tas- 27 ta' Marzu 2000 li tawtorizza lid-Direttur ta' l-Europol jidħol f' negozjati dwar ftehim ma' Stati terzi u korpi mhux relatati ma' l-UE

ĠU L 56, 2.3.2005, p. 14–14 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 163–163 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Imħassar b' 32009D0371

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/169/oj

13.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

163


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-24 ta' Frar 2005

li temenda d-Deċiżjoni tas-27 ta' Marzu 2000 li tawtorizza lid-Direttur ta' l-Europol jidħol f' negozjati dwar ftehim ma' Stati terzi u korpi mhux relatati ma' l-UE

(2005/169/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 42(2), l-Artikolu 10(4) u l-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni dwar l-istabbiliment ta’ Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni Europol) (1),

Wara li kkunsidra l-Att tal-Kunsill tat-3 ta’ Novembru 1998 li jistabbilixxi regoli li jirregolaw ir-relazzjonijiet esterni ta' l-Europol ma' Stati terzi u korpi mhux relatati ma' l-Unjoni Ewropea (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 ta’ dak l-Att,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Kunsill tat-3 ta’ Novembru 1998 li jistabbilixxi regoli li jirregolaw ir-riceviment ta’ informazzjoni mill-Europol mingħand partijiet terzi (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 ta’ dak l-Att,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 1999 li jadotta r-regoli li jirregolaw it-trasmissjoni ta’ data personali mill-Europol lil Stati terzi u korpi terzi (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 2 u 3 ta’ dak l-Att,

Billi:

(1)

Il-ħtiġiet operazzjonali u l-bżonn sabiex jiġu miġġielda b'mod effettiv il-forom organizzati tal-kriminalità permezz ta' l-Europol, jeħtieġu li l-Iżrael tiġi miżjuda mal-lista ta' Stati terzi li magħhom id-Direttur tal-Europol ikun awtorizzat jibda negozjati.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Marzu 2000 (5) għandha għalhekk tiġi emendata,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Marzu 2000 qegħda hawn tiġi emendata kif gej:

 

Fl-Artikolu 2(1), taħt l-intestatura “Stati Terzi”, l-Istat li ġej għandu jiġi miżjud mal-lista alfabetika:

“–

Iżrael”

.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak li fih tiġi adottata.

Magħmula fi Brussell, nhar il-24 ta' Frar 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

N. SCHMIT


(1)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 2.

(2)  ĠU C 26, 30.1.1999, p. 19.

(3)  ĠU C 26, 30.1.1999, p. 17.

(4)  ĠU C 88, 30.3.1999, p. 1.

(5)  ĠU C 106, 13.4.2000, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tat-2 ta' Diċembru 2004 (ĠU C 317 22.12.2004. p. 1).


Top