EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004L0094

Direttiva tal-Kummissjoni 2004/94/KE tal- 15 ta' Settembru 2004 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE fir-rigward ta’ Anness IX Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 294, 17.9.2004, p. 28–29 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 183M, 5.7.2006, p. 177–178 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/94/oj

5.7.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

177


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2004/94/KE

tal-15 ta' Settembru 2004

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE fir-rigward ta’ Anness IX

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mal-prodotti kosmetiċi (1), u b’mod partikolari s-sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 4a(1) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Xjentifiku tal-Prodotti Kosmetiċi u tal-Prodotti Mhux ta’ l-Ikel maħsuba għall-konsumaturi,

Billi:

(1)

Il-kontenuti ta’ Anness IX tad-Direttiva 76/768/KEE għandhom ikunu stabbiliti bil-għan li jkunu elenkati dawk il-metodi alternattivi għall-ittestjar ta’ l-annimali li ġew ratifikati miċ-Ċentru Ewropew tar-Ratifikazzjoni tal-Metodi Alternattivi (ECVAM) taċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka u li m’humiex elenkati f’Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-klassifikazzjoni, l-ippakkjar u t-tikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (2).

(2)

Peress li l-ittestjar ta’ l-annimali jista’ ma jkunx mibdul kompletament b’metodu alternattiv, f’Anness IX għandu jingħad jekk il-metodu alternattiv jiħux post kompletament jew parzjalment l-ittestjar ta’ l-annimali.

(3)

Id-Direttiva 76/768/KEE għandha għalhekk tkun emendata skond dan.

(4)

Bħalissa, m’hemm l-ebda metodi alternattivi ratifikati mill-ECVAM, għajr dawk elenkati f’Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE.

(5)

Il-miżuri msemmija f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kosmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

It-test fl-Anness ta’ din id-Direttiva huwa inkluż fl-Anness IX tad-Direttiva 76/768/KEE.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sal-21 ta’ Settembru 2004 l-iktar tard. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella tal-korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

2.   Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif issir din ir-referenza.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, nhar il-15 ta' Settembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Olli REHN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 169. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni (inkludi referenza ta’ l-aħħar direttiva pubblikata).

(2)  ĠU L 196, tas-16.8.1967, p.1.[ivverifika l-aħħar emenda].


ANNESS

It-test li ġej huwa inkluż f’Anness IX tad-Direttiva 76/768/KEE:

“ANNESS IX

LISTA TA’ METODI ALTERNATTIVI RATIFIKATI GĦALL-ITTESTJAR TA’ L-ANNIMALI

Dan l-Anness jelenka l-metodi alternattivi ratifikati miċ-Ċentru Ewropew tar-Ratifikazzjoni tal-Metodi Alternattivi (ECVAM) taċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka disponibbli biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u li m’humiex elenkati f’Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-klassifikazzjoni, l-ippakkjar u t-tikkettjar ta’ sustanzi perikolużi. Peress li l-ittestjar ta’ l-annimali jista’ ma jkunx mibdul kompletament b’metodu alternattiv, f’Anness IX għandu jingħad jekk il-metodu alternattiv jiħux post kompletament jew parzjalment l-ittestjar ta’ l-annimali.

Numru ta’ referenza

Metodi alternattivi ratifikati

Natura tas-sostitut sħiħ jew parzjali

A

B

C”


Top