EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0773

2004/773/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2004 li temenda d-Deċiżjoni li tawtorizza d-Direttur ta' l-Europol li jidħol f'negozjati dwar ftehim ma' Stati terzi u ma' għaqdiet li ma għandhomx x'jaqsmu ma' l-Unjoni Ewropea

ĠU L 342, 18.11.2004, p. 27–27 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 54–54 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Imħassar b' 32009D0371

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/773/oj

31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

54


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Ottubru 2004

li temenda d-Deċiżjoni li tawtorizza d-Direttur ta' l-Europol li jidħol f'negozjati dwar ftehim ma' Stati terzi u ma' għaqdiet li ma għandhomx x'jaqsmu ma' l-Unjoni Ewropea

(2004/773/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-istabbiliment ta' Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni Europol) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 42(2), l-Artikolu 10(4) u l-Artikolu 18 tagħha,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Kunsill tat-3 ta’ Novembru 1998 li jistabbilixxi regoli li jirregolaw ir-relazzjonijiet esterni ta' l-Europol ma' Stati terzi u ma' korpi mhux relatati ma' l-Unjoni Ewropea (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 ta’ dak l-Att,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Kunsill tat-3 ta’ Novembru 1998 li jistabbilixxi regoli li jirregolaw ir-riċeviment ta’ informazzjoni mill-Europol mingħand partijiet terzi (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 ta’ dak l-Att,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 1999 li jadotta r-regoli li jirregolaw it-trasmissjoni ta’ data personali mill-Europol lil Stati terzi u korpi terzi (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 2 u 3 ta’ dak l-Att,

Billi:

(1)

Ħtiġiet operattivi u l-ħtieġa li jiġu miġġielda b'mod effettiv forom organizzati ta' kriminalità permezz ta' l-Europol, jeħtieġu li l-Moldova u l-Ukraina jiġu miżjuda mal-lista ta' Stati terzi li magħhom id-Direttur ta' l-Europol huwa awtorizzat li jibda negozjati.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Marzu 2000 (5) għandha għalhekk tiġi emendata,

IDDEĊIEDA KIF GEJ:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Marzu 2000 hija b'dan emendata kif gej:

 

Fl-Artikolu 2(1), taħt l-intestatura “Stati Terzi”, l-Istati li ġejjin għandhom jiddaħħlu fil-lista alfabetika:

“Moldova”; u

“Ukraina”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak ta' l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 25 ta’ Ottubru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

R. VERDONK


(1)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 2.

(2)  ĠU C 26, 30.1.1999, p. 19.

(3)  ĠU C 26, 30.1.1999, p. 17.

(4)  ĠU C 88, 30.3.1999, p. 1.

(5)  ĠU C 106, 13.4.2000, p. 1.


Top