EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0313

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 313/2003 tat-18 ta' Frar 2003 li jestendi r-Regolament (KE) Nru 310/2002 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

ĠU L 46, 20.2.2003, p. 6–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/313/oj

32003R0313



Official Journal L 046 , 20/02/2003 P. 0006 - 0006


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 313/2003

tat-18 ta' Frar 2003

li jestendi r-Regolament (KE) Nru 310/2002 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li ikkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tieghu,

Wara li ikkonsidra l-Posizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/115/PESK tat-18 ta' Frar 2003 li temenda u testendi l-Posizzjoni Komuni 2002/145/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe [1],

Wara li ikkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 310/2002 tat-18 ta' Frar 2002 dwar ċerti miżuri restrittivi għar-rigward taż-Żimbabwe [2] jiskadi fl-20 ta' Frar 2003 u l-Artikolu 13 ta' dak ir-Regolament jaħseb b'mod espliċitu għall-possibbilta' ta' tiġdid

(2) Kien hemm aktar deterjorament tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe, fejn qed ikomplu jseħħu vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liberta' ta' l-opinjoni, assoċjazzjoni u laqgħat paċifiċi.

(3) Għal din ir-raġuni, il-Posizzjoni Komuni 2003/115/PESK taħseb għal estensjoni sa' l-20 ta' Frar 2004 tal-miżuri restrittivi previsti bil-posizzjoni Komuni 2002/145/PESK tat-18 ta' Frar 2002 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe [3]. B'mod partikulari dawk il-miżuri jinkludu l-iffriżar ta' fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi ta' membri individwali tal-gvern u persuni naturali jew legali assoċjati magħhom kif ukoll projbizzjoni fuq l-esportazzjoni ta' tagħmir li jista' jintuza għar-ripressjoni interna, u projbizzjoni fuq pariri tekniċi, għajnuna jew taħriġ relatat ma' attivitajiet militari.

(4) Konsegwentement, ir-Regolament (KE) Nru 310/2002 jeħtieġ jiġi estiż għal tnax-il xahar ieħor,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-perjodu ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 310/2002 jiġi estiż bi tnax-il xahar, jiġifieri, sa' l-20 ta' Frar 2004, ħlief jekk l-applikazzjoni tiegħu tiġi imtawwla aktar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-21 ta' Frar 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it18 ta' Frar 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

N. Christodoulakis

[1] Ara l-paġna 30 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[2] ĠU C 50, tal-21.2.2002, p. 4. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1643/2002 (ĠU C 247, ta' l-14.9.2002, p. 22).

[3] ĠU C 50, tal-21.2.2002, p. 1. Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2002/754/CFSP (ĠU C 247, ta' l-14.9.2002, p. 56).

--------------------------------------------------

Top