EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0424

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ġunju 2003 li temenda d-Deċiżjoni 96/603/KE li tistabbilixxi l-lista tal-prodotti li jappartjienu għall-Klassijiet A L-ebda kontribut għan-nar prevista fid-Deċiżjoni 94/611/KE li timplimenta l-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar il-prodotti tal-kostruzzjoni (innotifikata fid-dokment bin-numru C(2003) 1673)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 144, 12.6.2003, p. 9–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/424/oj

32003D0424



Official Journal L 144 , 12/06/2003 P. 0009 - 0009


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-6 ta' Ġunju 2003

li temenda d-Deċiżjoni 96/603/KE li tistabbilixxi l-lista tal-prodotti li jappartjienu għall-Klassijiet A "L-ebda kontribut għan-nar" prevista fid-Deċiżjoni 94/611/KE li timplimenta l-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar il-prodotti tal-kostruzzjoni

(innotifikata fid-dokment bin-numru C(2003) 1673)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2003/424/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti tal-kostruzzjoni [1], kif emendata bid-Diretiva 93/68/KEE [2]

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE tat-8 ta' Far 2000 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward tal-klassifikazzjoni tar-reazzjoni għall-azzjoni tan-nar tal-prodotti tal-kostruzzjoni [3], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(1) tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/603/KE [4], kif emendata bid-Deċiżjoni 2000/605/KE [5], stabbiliet lista ta' prodotti li jappartjienu għall-Klassijiet A "L-ebda kontribut għan-nar" prevista fit-Tabelli 1 u 2 ta' l-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/611/KE [6], li ddeskriviet is-sistema ta' klassifikazzjoni Ewropea sabiex tkun espressa r-reazzjoni reazzjoni għall-azzjoni tan-nar tal-prodotti tal-kostruzzjoni.

(2) Id-Deċiżjoni 94/611/KE ġiet mibdula bid-Deċiżjoni 2000/147/KE.

(3) In-noti "Tikħil b'aġenti inorganiċi li jorbtu" fit-tabella li hemm fl-Anness mad-Deċiżjoni 96/603/KE għandha tiġi adattata għall-progress tekniku.

(4) Id-Deċiżjoni 96/603/KEE għandha għalhekk tiġi emendata kif jixraq,

(5) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumutat Permanenti tal-Kostruzzjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fit-tabella li hemm fl-Anness mad-Deċiżjoni 96/603/KE, għat-"Tikħil b'aġenti inorganiċi li jorbtu", in-noti "Tikħil li jirrendi/li jkaħħal u taħlit għal kontrabjut ta' l-art ibbażat fuq wieħed mill-aġenti li jorbtu inorganiċi jew aktar, eżempju: siment, ġir, siment taż-żrar u ġipsum" huma sostitwiti bil-kliem "Tikħil li jirrendi/li jkaħħal u taħlit għal kontrabjut ta' l-art u tikħil taż-żrar ibbażat fuq wieħed mill-aġenti li jorbtu inorganiċi, eżempju: siment, ġir, siment taż-żrar u ġipsum".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-6 ta' Ġunju 2003.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

[2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

[3] ĠU L 50, tat-23.2.2000, p. 14.

[4] ĠU L 267, tad-19.10.1996, p. 23.

[5] ĠU L 258, tat-12.10.2000, p. 36.

[6] ĠU L 241, tad-19.9.1994, p. 25.

--------------------------------------------------

Top