EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0630

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi programm kwadru dwar koperazzjoni ġudizzjarja u bejn il-pulizija fi kwistjonijiet kriminali (AGIS)

ĠU L 203, 1.8.2002, p. 5–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/630/oj

32002D0630



Official Journal L 203 , 01/08/2002 P. 0005 - 0008


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-22 ta' Lulju 2002

li tistabbilixxi programm kwadru dwar koperazzjoni ġudizzjarja u bejn il-pulizija fi kwistjonijiet kriminali (AGIS)

(2002/630/JHA)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1), l-Artikolu 31 u l-Artikolu 34(2)(c) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

Billi:

(1) L-Artikolu 29 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiddisponi li l-għan ta' l-Unjoni huwa li tipprovdi liċ-ċittadini b'livell għoli ta' sigurtà f'żona ta' libertà, sigurtà, u ġustizzja billi tiżviluppa azzjoni komuni bejn l-Istati Membri fl-oqsma ta' koperazzjoni ġudizzjarja u bejn il-pulizija fi kwistjonijiet kriminali, u billi tipprevjeni u tiġġieled ir-razziżmu u l-ksenofobija.

(2) Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew f'Tampere f'Ottubru 1999 iħeġġu sabiex ikun hemm koperazzjoni fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, inklużi delitti bl-użu ta' teknoloġiji ta' l-informatika u tal-komunikazzjoni, sabiex tinħoloq verament żona Ewropea ta' ġustizzja. L-importanza tal-koperazzjoni f'dan il-qasam reġgħet kienet enfasizzata fi pjan ta' azzjoni intitolat: Il-prevenzjoni u l-kontroll tal-kriminalità organizzata: l-istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea għall-bidu tal-millennju l-ġdid [3].

(3) L-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/220/JHA tal-15 Marzu 2001 dwar il-posizzjoni tal-vittmi fil-proċeduri kriminali [4] isejjaħ għal aktar koperazzjoni bejn l-Istati Mambri sabiex tiġi faċilitata l-protezzjoni aktar effettiva ta' l-interessi tal-vittmi matul il-proċess kriminali.

(4) Huwa xieraq li titwessa' d-dimensjoni Ewropea ta' proġetti għal-tlett Stati Membri jew żewġ Stati Membri u pajjiż kandidat sabiex jiġi imħeġġeġ il-ħolqien ta' assoġjazzjonijiet u ta' bdil ta' informazzjoni u ta' prassi nazzjonali tajba.

(5) Il-programmi Il-Grotius II - Criminal [5], Stop II [6], Oisin II [7], Hippokrates [8] u Falcone [9] stabbiliti mill-Kunsill, għenu sabiex tissaħħaħ il-koperazzjoni ġudizzjarja u bejn il-pulizija fl-Istati Membri u sabiex jitjib il-ftehim reċiproku bejn il-pulizija, u bejn is-sistemi ġudizzjarji, legali u amministrattivi tagħhom.

(6) Wara l-approvazzjoni mill-Kunsill Ewropew f'Feira f'Ġunju 2000 tal-Pjan ta' Azzjoni ta' l-Unjoni Ewropea dwar id-Drogi (2000 sa 2004), l-azzjonijiet sabiex jiġi miġġieled it-traffikar tad-drogi huma wkoll inklużi f'dan il-programm kwadru.

(7) Il-ħolqien ta' programm kwadru wieħed, li kien speċifikament rikjest mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill meta kienu ġew adottati programmi oħra, għandu jkompli jsaħħaħ il-koperazzjoni permezz ta' approċċ koordinat u multidixxiplinarju li jinvolvi diversi persuni responsabbli għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità fuq livell ta' l-Unjoni Ewropea. Waqt li dan isir huwa neċessarju li jinżamm approċċ bilanċjat bejn l-attivitajiet varji li jimmiraw għall-holqien ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.

(8) Huwa mixtieq li tiġi żgurata l-kontinwità fl-attivitajiet appoġġati mill-programm kwadru, billi jiġi dispost għall-koordinazzjoni fi kwadru ta' referenza wieħed li jkabbar l-effiċjenza tal-proċeduri u li jtejjeb l-amministrazzjoni ta' l-ekonomiji of scale. Barra minn hekk, huwa neċessarju li jsir użu massimu tal-benefiċċji operazzjonali tal-programm, b'mod partikolari għall-awtoritajiet ta' infurzar tal-liġi, u sabiex tiġi mħeġġa l-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri għall-infurzar tal-liġi u sabiex dawn l-awtoritajiet isiru jafu aktar dwar il-metodi ta' ħidma ta' l-awtoritajiet bħalhom fi Stati Membri oħrajn u dwar il-limiti li jistgħu jorbtuhom.

(9) In-nefqa tal-programm kwadru għandha tkun kompatibbli mal-limitu attwali taħt l-Intestat 3 tal-perspettiva finanzjarja.

(10) L-approprjazzjonijiet annwali tal-programm kwadru għandhom jiġu deċiżi mill-awtorità għall-budget matul il-proċedura tal-budget.

(11) Il-programm kwadru irid isir aċċessibbli għall-pajjiżi applikanti, bħala msieħba u parteċipanti fil-proġetti ffinanzjati taħt dak il-programm. Meta approprjat, tista' tiġi wkoll ikkunsidrata l-parteċipazzjoni ta' Stati oħrajn f'dak il-programm.

(12) Il-miżuri neċessarji sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond il-proċeduri stabbiliti fiha stess, bl-għajnuna tal-Kumitat.

(13) Sabiex jiżdied il-valur miżjud tal-proġetti implimentati taħt din id-Deċiżjoni, huwa neċessarju li jiġu żgurati konsistenza u qbil bejn dawn il-proġetti u forom oħra ta' interventi tal-Komunità.

(14) Iridu jiġu żgurati kontroll u evalwazzjoni regolari tal-programm kwadru sabiex l-effikaċja tal-proġetti mwettqa' tkun tista' tiġi valutata fid-dawl ta' l-għanijiet u sabiex, jekk ikun meħtieġ, ikunu jistgħu jiġu modifikati l-prijoritajiet.

(15) F'din id-Deċiżjoni huwa inkluż, għat-tul kollu tal-programm, valur ta' referiment finanzjarju fis-sens tal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 1999 dwar id-dixxiplina tal-budget u t-titjib fil-proċedura tal-budget [10], mingħajr ma jiġu affettwati l-poteri ta' l-awtorità għall-budget hekk kif definiti fit-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Ħolqien tal-programm kwadru.

1. Din id-Deċiżjoni toħloq programm kwadru għall-koperazzjoni ġudizzjarja u bejn il-pulizija fi kwistjonijiet kriminali fil-kuntest ta' żona ta' libertà, sigurtà, u ġustizzja, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ l-programm.

2. Qiegħed hawnhekk jinħoloq il-programm għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2003 u l-31 ta' Diċembru 2007 u jista' jiġi estiż għal żmien itwal.

Artikolu 2

L-għanijiet tal-programm

1. Il-programm għandu jikkontribwixxi għall-għan ġenerali li ċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea jkunu pprovduti b'livell għoli ta' protezzjoni f'żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. F'dan il-kuntest, il-programm jimmira, b'mod partikolari, sabiex:

(a) jiżviluppa, jimplimenta u jevalwa il-politika Ewropea f'dan il-qasam;

(b) jippromovi u jsaħħaħ networking, koperazzjoni reċiproka dwar suġġetti ta' interess komuni għall-Istati Membri, it-tibdil u t-tixrid ta' informazzjoni, esperjenza u l-aħjar prassi, koperazzjoni lokali u reġjonali, u t-titjib u l-adattament ta' taħriġ u riċerka teknika u xjentifika;

(c) Iħeġġeġ lill-Istati Membri iżidu l-koperazzjoni mal-pajjiżi applikanti, ma' pajjiżi terzi oħrajn u ma' organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali.

2. Il-programm għandu jappoġġa proġetti fl-oqsma li ġejjin relatati mat-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea:

(a) koperazzjoni ġudizzjarja b'mod ġenerali u kwistjonijiet kriminali, inkluż taħriġ;

(b) koperazzjoni bejn awtoritajiet għall-infurzar tal-liġi;

(c) koperazzjoni bejn awtoritajiet għall-infurzar tal-liġi u organizzazzjonijiet pubbliċi jew privati oħrajn fl-Istati Membri li huma involuti fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata jew ta' kriminalità ta' tip ieħor;

(d) koperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex ikun hemm protezzjoni effettiva ta' l-interessi tal-vittma matul il-proċeduri kriminali.

Artikolu 3

Adeżjoni għall-programm

1. Il-programm għandu jikkofinanzja proġetti li m'humiex itwal minn sentejn, ppreżentati minn istituzzjonijiet pubbliċi jew privati, inkluż organizzazzjonijiet ta' professjonisti, organizzazzjonijiet non-governattivi, assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet mill-qasam tal-kummerċ, istituzzjonijiet ta' riċerka u ta' taħriġ bażiku u avvanzat; il-proġetti għandhom ikunu intenzjonati għall-gruppi mmirati msemmijin f'paragrafu 3.

2. Sabiex ikunu eliġibbli għal kofinanzjament, il-proġetti jridu jinvolvu imsieħba ta' l-anqas minn tlett Stati Membri, jew żewġ Stati Membri u pajjiż applikant, u jrid ikollhom l-għanijiet imsemmijin fl-Artikolu 2. Il-pajjiżi applikanti jistgħu jipparteċipaw fil-proġetti sabiex isiru familjari ma' l-acquis f'dan il-qasam u jgħinuhom jippreparaw għall-adeżjoni. Pajjiżi terzi oħrajn jistgħu jipparteċipaw ukoll meta dan iservi għall-għanijiet tal-proġett.

3. Il-programm għandu jkun intenzjonat għall-gruppi mmirati li ġejjin:

(a) persuni legali: imħallfin, prosekuturi pubbliċi, avukati, uffiċċjali legali, uffiċjali għall-investigazzjoni kriminali, uffiċċjali tal-Qorti, periti, interpreti legali, u professjonisti oħrajn relatati mal-ġudikatura;

(b) uffiċċjali għall-infurzar tal-liġi: korpi pubbliċi fl-Istati Membri li huma responsabbli taħt il-liġi nazzjonali għall-prevenzjoni u l-iskoperta tal-u l-ġlieda kontra r-reati kriminali;

(c) uffiċċjali f'dipartimenti oħra tal-gvern u rappreżentanti ta' assoċċjazzjonijiet organizzazzjonijiet ta' professjonisti, riċerka u kummerċ involuti fil-ġlieda kontra u l-preventzjoni tal-kriminalità organizzata jew ta' xorta oħra;

(d) rappreżentanti ta' servizzi ta' assistenza għall-vittma, inluż dipartimenti pubbliċi responsabbli għall-immigrazzjoni u servizzi soċjali.

4. Il-programm jista' wkoll jikkofinanzja, sakemm ikunu jaqgħu taħt il-kwadru ta' l-oġġettivi stabbiliti fl-Artikolu 2:

(a) proġetti speċifiċi ppreżentati skond il-paragrafu 1 li huma ta' interess partikolari fit-termini tal-prijoritajiet tal-programm jew ta' koperazzjoni mal-pajjiżi applikanti;

(b) miżuri komplimentari bħal seminars, laqgħat bejn esperti jew attivitajiet oħrajn sabiex jixterdu r-riżultati miksuba taħt il-programm.

5. Fil-kwadru ta' l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2, il-programm jista' wkoll jagħti appoġġ finanzjarju dirett għal attivitajiet inklużi fil-programm ta' attivitajiet annwali ta' l-organizzazzjonijiet non-governattivi li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(a) iridu jkunu organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt;

(b) iridu jkunu mwaqqfin skond il-liġi ta' wieħed mill-Istati Membri;

(c) iridu jkunu jorganizzaw attivitajiet b'dimensjoni Ewropea u jinvolvu, bħala regola ġenerali, ta' l-anqas, nofs l-Istati Membri;

(d) il-mira ta' l-attivitajiet tagħhom trid tkun waħda jew aktar mill-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.

Artikolu 4

Attivitajiet tal-programm

Il-programm għandu jinkludi it-tip ta' proġetti li ġejjin:

(a) taħriġ;

(b) twaqqif u l-illanċjar ta' skemi ta' bdil u stages;

(c) studju u riċerka;

(d) tixrid tar-riżultati miksubin taħt il-programm;

(e) l-inkoraġġiment ta' koperazzjoni bejn l-awtoritajiet għall-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji ta' l-Istati Membri jew organizzazzjonijiet oħrajn pubbliċi jew privati fl-Istati Membri involuti fil-prevenzjoni tal-u l-ġlieda kontra l-kriminalità per eżempju billi jagħtu assistenza għall-ħolqien ta' networks;

(f) konferenzi u seminars.

Artikolu 5

Finanzjament tal-programm

1. Il-valur ta' riferenza finanjarju għall-implimentazzjoni ta' dan il-programm għall-perjodu bejn 2003 sa 2007 għandu jkun ta' EUR 65 miljun.

L-approprjazzjonijiet ta' kull sena għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità għall-budget fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja.

2. Il-kofinanzjament ta' proġett mill-programm teskludi l-finanzjament ta' l-istess proġett taħt xi programm ieħor li huwa finanzjat mill-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.

3. Wara d-deċiżjonijiet finanzjarji għandu jsegwi kuntratt bejn il-Kummissjoni u l-organizzaturi. Id-deċiżjonijiet finanzjarji u l-kuntratti li jsegwu għandhom ikunu suġġetti għal kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni u għall-verifika mill-Qorti ta' l-Awdituri.

4. Il-proporzjon ta' għajnuna finanzjarja mill-budget tal-Komunità Ewropea ma jistax ikun iżjed minn 70 % tan-nefqa totali tal-proġett.

5. Madankollu, il-proġetti speċifiċi u l-miżuri komplimentari msemmija fl-Artikolu 3(4) u l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(5) jistgħu jkunu finanzjati sa 100 %, sa limitu ta'10 % tal-pakkett finanzjarju kollu allokat ta' kull sena għall-programm għall-proċetti speċifiċi taħt l-Artikolu 3(4)(a) u 5 % għall-miżuri kumplimentari taħt l-Artikolu 3(4)(b).

Artikolu 6

Implimentazzjoni tal-programm

1. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni tal-programm, f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri.

2. Il-programm għandu jkun amministrat mill-Kummissjoni skond ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

3. Sabiex timplimenta il-programm, il-Kummissjoni għandha:

(a) tipprepara programm annwali ta' xogħol li jinkludi għanijiet speċifiċi, prijoritajiet tematiċi u, jekk ikun neċessarju, lista ta' proġetti speċifikati fl-Artikolu 2(2), b'minimu ta' 15 % tal-finanzjament annwali jkun allokat għal kull settur speċifikat fis-subparagrafi (a), (b) u (c) ta' dak il-paragrafu;

(b) tevalwa u tagħżel il-proġetti proposti u tiżgura l-amministrazzjoni tagħhom.

4. L-eżaminazzjoni tal-proġetti proposti għandha ssir skond il-proċedura ssuġerita stabbilita fl-Artikolu 8. L-eżaminazzjoni tal-programm annwali ta' xogħol, il-proġetti speċifiċi u l-miżuri kumplimentari (stabbiliti fl-Artikolu 3(4) u l-attivitajiet msemmija fl-Artikolu 3(5)) għandha ssir skond il-proċedura ta' amministrazzjoni stabbilita fl-Artikolu 9.

5. Il-Kummissjoni għandha, bil-kondizzjoni li jkunu kompatibbli mal-politika relevanti, tevalwa u tagħżel il-proġetti proposti fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

(a) konformità ma' l-għanijiet tal-programm;

(b) dimensjoni Ewropea tal-proġett u possibilità ta' parteċipazzjoni mill-pajjiżi applikanti;

(c) kompatibilità max-xogħol mibdi jew ippjanat fil-kwadru tal-politika proijoritarja ta' l-Unjoni Ewropea fil-qasam ta' koperazzjoni ġudizzjarja in ġenerali u kwistjonijiet kriminali;

(d) kemm il-proġett jikkomplimenta proġetti ta' koperazzjoni passata, preżenti jew futura;

(e) il-kapaċità ta' l-organizzatur li jimplimenta l-proġett;

(f) il-kwalità inerenti tal-proċett f'termini ta' l-oriġini tiegħu, l-organizzazzjoni, presentazzjoni u riżultati mistennija;

(g) l-ammont ta' appoġġ finanzjarju mitlub taħt il-programm u l-proporzjonalità mar-riżultati mistennija;

(h) l-impatt tar-riżultati mistennija fuq l-għanijiet tal-programm.

Artikolu 7

Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat magħmul minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri u presjedut mir-rappreżentant tal-Kummissjoni, hawnhekk iżjed ‘l quddiem imsejjaħ il-Kumitat.

2. Il-Kumitat għandu japplika ir-regoli ta' proċedura tiegħu hu stess fuq il-proposta tal-President, fuq il-bażi tar-regoli standard ta' proċedura li jridu jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

3. Il-Kummissjoni tista' tistieden rappreżentanti mill-pajjiżi applikanti għal laqgħat ta' informazzjoni wara l-laqgħat tal-Kumitat.

Artikolu 8

Proċedura kosultattiva

1. Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jipproponi lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz, fil-limitu ta' żmien li l-President jista' jistabilixxi skond l-urġenza tal-kwistjoni, billi, jekk ikun neċessarju, jittieħed vot.

2. L-opinjoni għandha tkun rreġistrata fil-minuti; kull Stat Membru jista' jitlob li l-posizzjoni tiegħu tiġi rreġistrata fil-minuti.

3. Il-Kummissjoni għandha tieħu kont importanti ta' l-opinjoni tal-Kumitat. Hi għandha tinforma lill-Kumitat bil-mod ta' kif l-opinjoni tiegħu ġiet kkonsidrata.

Artikolu 9

Proċedura ta' amministrazzjoni

1. Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jipproponi lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz, fil-limitu ta' żmien li l-President jista' jistabilixxi skond l-urġenza tal-kwistjoni. Fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill irid jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni, l-opinjoni għandha tittieħed skond il-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 205 (2) tat-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri ġewwa l-Komunità għandhom jitwieżnu fil-manjiera dikjarata f'dan l-Artikolu. Il-President ma jistax jivvota.

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri li għandhom japplikaw fil-pront. Madankollu, jekk il-miżuri ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni u lill-Kunsill minnufih. F'dak il-każ, il-Kummissjoni tista' tiddifferixxi l-applikazzjoni tal-miżuri li tkun iddeżidiet dwarhom għal perjodu ta' tlett xhur mid-data tal-ġurnata ta' din il-komunikazzjoni.

3. Il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fil-limiti tal-perjodu previst mill-paragrafu 2.

Artikolu 10

Konsistenza u komplimentarità

Il-Kummissjoni, f'koperazzjoni bejn l-Istati Membri, għandha tiżgura li l-proġetti huma komplimentari u konsistenti mal-politika l-oħra tal-Komunità.

Artikolu 11

Kontroll u evalwazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tikkontrolla l-programm b'mod regolari. Għandha tinforma lill-Parlament Ewropew dwar il-programm ta' xogħol adottat u dwar il-listi ta' proġetti kofinanzjati u għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:

(a) rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programm. L-ewwel rapport għandu jiġi mogħti sat-30 ta' Ġunju 2004;

(b) evalwazzjoni temporanja dwar l-implimentazzjoni tal-programm sat-30 ta' Ġunju 2005;

(c) komunikazzjoni dwar il-kontiwazzjoni tal-programm, flimkien ma', jekk ikun neċessarju, proposta approprjata sat-30 ta' Settembru 2006;

(d) evalwazzjoni finali tal-prgramm sħih sat-30 ta' Ġunju 2008.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, it-22 ta' Lulju 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

P. S. Møller

[1] ĠU C 51 E, tas-26.2.2002, p. 345.

[2] Opinjoni mogħtija fid-9 ta' April 2002 (għadha ma ġitx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali).

[3] ĠU C 124, tat-3.5.2000, p. 1.

[4] ĠU L 82, tat-22.03.01, p. 1.

[5] ĠU L 186, tas-7.7.2001, p. 1 (Grotius II - Criminal).

[6] ĠU L 186, tas-7.7.2001, p. 7 (Stop II).

[7] ĠU L 186, tas-7.7.2001, p. 4 (Oisin II).

[8] ĠU L 186, tas-7.07.01, p. 11.

[9] ĠU L 99, tal-31.03.98, p. 8.

[10] ĠU C 172, tat-18.6.1999, p. 1.

--------------------------------------------------

Top