EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0592

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Lulju 2002 li temenda d-Deċiżjonijiet 95/467/KE, 96/577/KE, 96/578/KE u 98/598/KE dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità ta' prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar prodotti tal-ġipsum, attrezzaturi u aggregati u sanitarji rispettivament (notifikat taħt dokument numru C(2002) 2586) (Test b' rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 192, 20.7.2002, p. 57–59 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/592/oj

32002D0592



Official Journal L 192 , 20/07/2002 P. 0057 - 0059


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-15 ta' Lulju 2002

li temenda d-Deċiżjonijiet 95/467/KE, 96/577/KE, 96/578/KE u 98/598/KE dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità ta' prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar prodotti tal-ġipsum, attrezzaturi u aggregati u sanitarji rispettivament

(notifikat taħt dokument numru C(2002) 2586)

(Test b' rilevanza għaż-ŻEE)

(2002/592/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE ta' l-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 13(4) tagħha,

Billi:

(1) Il-Kummissjoni diġà addottat serje ta' Deċiżjonijiet dwar l-attestazzjoni tal-konformità ta' prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 89/106/KEE.

(2) Jista' jqum il-bżonn li dawk id-Deċiżjonijiet jiġu adattati għall-progress tekniku.

(3) Dan huwa l-każ tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 95/467/KE [3], 96/577/KE [4], 96/578/KE [5] u 98/598/KE [6].

(4) Il-miżuri kkontemplati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 95/467/KE hija b'dan emendata kif ġej.

1. Fl-Anness 3, fit-tabella għall-familja ta' prodotti PRODOTTI TAL-ĠIPSUM (1/4) "forom tal-ġibs tal-Ġipsum bil-Fibri" hija mdaħħla wara "injam tal-ġipsum bil-fibri,".

2. Fl-Anness 3, fit-tabella għall-familja ta' prodotti PRODOTTI TAL-ĠIPSUM (2/4) "forom tal-ġipsum bil-fibri," hija mdaħħla wara "tikħil tal-ġipsum,".

3. Fl-Anness 3, fit-tabella għall-familja ta' prodotti PRODOTTI TAL-ĠIPSUM (4/4) il-familja ta' prodotti "forom tal-ġipsum bil-fibri," hija mdaħħla wara "elementi tas-soqfa u tikħil,".

L-Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 96/577/KE hija b' dan emendata kif ġej.

1. Fl-Anness I, il-ħames inċiż, it-test li ġej huwa mdaħħal wara "żennuni/raxxiexa/ħruġ.": "immuntar tal-valvola ta' kontenituri ta' pressjoni għolja u l-attwaturi tagħhom, valvoli seletturi u l-attwaturi tagħhom, attrezzaturi ta' tifi mhux elettriċi, konnetturi flessibbli, gauges tal-pressjoni u swiċċijiet tal-pressjoni, attrezzaturi tal-kejl mekkaniċi u valvoli għall-verifika u valvoli mingħajr ritorn."

2. Fl-Anness II, fit-tabella għall-familja ta' prodotti PRODOTTI TA' ALLARM/SKOPERTA TAN-NAR, PRODOTTI FISSI GĦAT-TIFI TAN-NAR U PRODOTTI GĦALL-KONTROLL TAD-DUĦĦAN U SUPPRESSJONI TA' SPLUŻJONIJIET (1/1), il-filliera li ġejja hija mdaħħla fl-aħħar tat-taqsima tas-suppressjoni u t-tifi ffissati:

Immuntar ta' valvoli ta' l-allarm bit-tixrib | Sigurtà tan-nar | | 1 |

Immuntar ta' valvoli ta' l-allarm niexfa | | | |

Immuntar ta' valvoli ta' l-allarm bid-dilluvju | | | |

Kontrolli moltipliċi | | | |

Immuntar tal-valvoli ta' kontenituri ta' pressjoni għolja u l-attwaturi tagħhom | | | |

Valvoli seletturi u l-attwaturi tagħhom | | | |

Attrezzaturi ta' tifi mhux elettriċi | | | |

Konnetturi flessibbli | | | |

Gauges tal-pressjoni u swiċċijiet tal-pressjoni | | | |

Attrezzaturi tal-kejl mekkaniċi | | | |

Valvoli tal-verifika u valvoli mingħajr ritorn | | | |

L-Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 96/578/KE hija b'dan emendata kif ġej.

1. Fl-Anness III fit-tabella għall-familja ta' prodotti APPLIKAZZJONIJIET SANITARJI (1/1), il-kelma "Sinkijiet" titħassar mill-ewwel linja tat-tabella, b'mod li l-paragrafu jibda "Friskaturi u ħawtijiet komunali;…"

2. Fl-Anness III fit-tabella għall-familja ta' prodotti APPLIKAZZJONIJIET SANITARJ(1/1), il-linja li ġejja għandha tiġi mdaħħla fl-intestatura:

Sinkijiet | Preparament ta' ikel, ħasil tal-platti u rimi ta' ilma skart domestiku | | 4 |

L-Artikolu 4

Id-Deċiżjoni 98/598/KE hija b'dan emendata kif ġej.

1. Fl-Anness III, fit-tabella għall-familja ta' prodotti AGGREGATI GĦAL UŻI MINGĦAJR REKWIŻITI TA' SIGURTÀ GĦOLJIN (1/2), l-inċiż fl-ewwel filliera "— għal tajn u mili tal-konkos", u l-inċiż fir-raba' filliera "— għal tajn u mili tal-konkos" huma mħassra.

2. Fl-Anness III, fit-tabella għall-familja ta' prodotti AGGREGATI GĦAL UŻI MINGĦAJR REKWIŻITI TA' SIGURTÀ GĦOLJIN (1/2) il-linja li ġejja hija mdaħħla:

Aggregati u mili għal tajn u mili tal-konkos | F'bini, toroq u xogħol ta' l-inġinerjija ċivili tat-tajn u mili | | 4 |

3. Fl-Anness III, fit-tabella għall-familja ta' prodotti AGGREGATI GĦAL UŻI MINGĦAJR REKWIŻITI TA' SIGURTÀ GĦOLJIN (2/2) l-inċiż fl-ewwel filliera "— għal tajn u mili tal-konkos", u l-inċiż fir-raba' filliera "— għal tajn u mili tal-konkos" huma mħassra.

4. Fl-Anness III, fit-tabella għall-familja ta' prodotti AGGREGATI GĦAL UŻI MINGĦAJR REKWIŻITI TA' SIGURTÀ GĦOLJIN (2/2) hija inserita l-fillera segwenti:

Aggregati u mili għal tajn u mili tal-konkos | F'bini, toroq u xogħol ta' l-inġinerjija ċivili tat-tajn u mili | | 2 + |

L-Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-15 ta' Lulju 2002.

Għall- Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummisjoni

[1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

[2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

[3] ĠU L 268, ta' l-10.11.1995, p. 29.

[4] ĠU L 254, tat-8.10.1996, p. 44.

[5] ĠU L 254, tat-8.10.1996, p. 49.

[6] ĠU L 287, ta' l-24.10.1998, p. 25.

--------------------------------------------------

Top