EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R0539R(01)

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsilll (KE) Nru 539/2001 tal- 15 ta’ Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa ( ĠU L 81, 21.3.2001 ) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Volum 04, p. 65)

ĠU L 194, 26.7.2011, p. 39–39 (BG, MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/539/corrigendum/2011-07-26/oj

26.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/39


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsilll (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta’ Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 81, tal-21 ta’ Marzu 2001 )

(Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Volum 04, p. 65)

Paġna 65, it-titolu kemm fir-Regolament kif ukoll fil-werrej fil-paġna ta’ quddiem tal-Volum

minflok:

“IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta’ Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħjom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa”

aqra:

“IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta’ Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa”

Paġna 66, Artikolu 1(4), kliem introduttiv:

minflok:

“4.   L-istabbeliment minn pajjiż terz elenkat fil-lista ta’ l-Anness II dwar il-ħtieġa ta’ viża għal ċittadini ta’ Stat Membru għandu jikkaġuna l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet li ġejjin, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ xi ftehim li l-Komunità kienet setgħet ikkonkludiet ma dak il-pajjiż terz bl-għoti ta’ l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża:”;

aqra:

“4.   Fil-każ ta’ l-istabbiliment tal-ħtieġa ta’ viża għal ċittadini ta’ Stat Membru minn pajjiż terz elenkat fil-lista ta’ l-Anness II, għandhom isiru applikabbli d-dispożizzjonijiet li ġejjin, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ xi ftehim li l-Komunità setgħet ikkonkludiet ma dak il-pajjiż terz bl-għoti ta’ l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża:”.


Top