EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001L0034

Id-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2001 fuq l-ammissjoni ta' titoli għal-listi ta' stock exchange uffiċjali u fuq informazzjoni li għandha tkun ippubblikata fuq dawk il-titoli

ĠU L 184, 6.7.2001, p. 1–66 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 20/01/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/34/oj

32001L0034



Official Journal L 184 , 06/07/2001 P. 0001 - 0066


Id-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-28 ta' Mejju 2001

fuq l-ammissjoni ta' titoli għal-listi ta' stock exchange uffiċjali u fuq informazzjoni li għandha tkun ippubblikata fuq dawk il-titoli

WERREJ

PREMESSI…

IT-TITOLU I — DEFINIZZJONIJIET U GĦAN TA' L-APPLIKAZZJONI…

Il-Kapitolu I: Tifsiriet…

L-Artikolu 1…

Il-Kapitolu II: Għan ta' l-applikazzjoni…

L-Artikolu 2…

L-Artikolu 3…

L-Artikolu 4…

IT-TITOLU II: DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR IL-LISTA UFFIĊJALI TAT-TITOLI…

Il-Kapitolu I: Kondizzjonijiet ġenerali għall-ammissjoni…

L-Artikolu 5…

L-Artikolu 6…

L-Artikolu 7…

Il-Kapitolu II: Kondizzjonijiet u obbligi aktar iebsa jew addizzjonali…

L-Artikolu 8…

Il-Kapitolu III: Derogi…

L-Artikolu 9…

L-Artikolu 10…

Il-Kapitolu IV: Setgħat ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti…

It-Taqsima 1: Deċiżjoni ta' ammissjoni…

L-Artikolu 11…

L-Artikolu 12…

L-Artikolu 13…

L-Artikolu 14…

L-Artikolu 15…

It-Taqsima 2: Informazzjoni mitluba mill-awtoritajiet kompetenti…

L-Artikolu 16…

It-Taqsima 3: Azzjoni kontra l-emittent li jonqos milli jikkonforma ma' l-obbligi li joħorġu mill-ammissjoni…

L-Artikolu 1…

It-Taqsima 4: Sospensjoni u waqfa…

L-Artikolu 18…

It-Taqsima 5: Dritt ta' rikors lill-qrati fil-każ ta' ċaħda ta' ammissjoni jew waqfien…

L-Artikolu 19…

IT-TITOLU III: KONDIZZJONIJIET PARTIKOLARI DWAR IL-LIST UFFIĊJALI TAT-TITOLI…

Il-Kapitolu I: Pubblikazzjoni tal-lista, partikolaritajiet għall-ammissjoni…

It-Taqsima 1: Dispożizzjonijiet ġenerali…

L-Artikolu 20…

L-Artikolu 21…

L-Artikolu 22…

It-Taqsima 2: Eżenzjoni parzjali jew kompleta mill-obbligu li jkunu ppubblikati l-partikolaritajiet…

L-Artikolu 23…

It-Taqsima 3: Ommissjoni permessa mill-partikolaritajiet tal-lista ta' ċerta informazzjoni…

L-Artikolu 24…

It-Taqsima 4: Kontenuti tal-partikolaritajiet f'każijiet speċifiċi…

L-Artikolu 25…

L-Artikolu 26…

L-Artikolu 27…

L-Artikolu 28…

L-Artikolu 29…

L-Artikolu 30…

L-Artikolu 31…

L-Artikolu 32…

L-Artikolu 33…

L-Artikolu 34…

It-Taqsima 5: Kontroll jew ċirkolazzjoni tal-partikolaritajiet tal-lista…

L-Artikolu 35…

L-Artikolu 36…

It-Taqsima 6: Id-determinazzjoni ta' l-awtorità kompetenti…

L-Artikolu 37…

It-Taqsima 7: Rikonoxximent reċiproku…

L-Artikolu 38…

L-Artikolu 39…

L-Artikolu 40…

It-Taqsima 8: Ftehim ma' pajjiżi li mhumiex membri…

L-Artikolu 41…

Il-Kapitolu II: Kondizzjonijiet speċifiċi għall-ammissjoni ta' l-ishma…

It-Taqsima 1: Kondizzjonijiet dwar kumpaniji li tkun qed titfittex l-ammissjoni ta' l-ishma tagħhom fil-lista uffiċjali…

L-Artikolu 42…

L-Artikolu 43…

L-Artikolu 44…

It-Taqsima 2: Kondizzjonijiet dwar l-ishma li għalihom tkun qed titfittex l-ammissjoni…

L-Artikolu 45…

L-Artikolu 46…

L-Artikolu 47…

L-Artikolu 48…

L-Artikolu 49…

L-Artikolu 50…

L-Artikolu 51…

Il-Kapitolu III: Kondizzjonijiet partikolari dwar l-ammissjoni fil-lista uffiċjali tat-titoli tad-debitu maħruġa minn impriża…

It-Taqsima 1: Kondizzjonijiet dwar impriżi għat-titoli ta' debitu fejn tkun qed titfittex l-ammissjoni fil-lista uffiċjali…

L-Artikolu 52…

It-Taqsima 2: Kondizzjonijiet dwar titoli ta' debitu li għalihom tkun qed titfittex l-ammissjoni fil-lista uffiċjali…

L-Artikolu 53…

L-Artikolu 54…

L-Artikolu 55…

L-Artikolu 56…

L-Artikolu 57…

It-Taqsima 3: Kondizzjonijiet oħra…

L-Artikolu 58…

L-Artikolu 59…

Il-Kapitolu IV: Kondizzjonijiet partikolari dwar l-ammissjoni għal-lista uffiċjali tat-titoli tad-debitu maħruġa minn Stat, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali tieghu jew korp pubbliku internazzjonali…

L-Artikolu 60…

L-Artikolu 61…

L-Artikolu 62…

L-Artikolu 63…

IT-TITOLU IV: OBBLIGI DWAR IT-TITOLI AMMESSI GĦAL-LISTA UFFIĊJALI…

Il-Kapitolu I: Obbligi tal-kumpaniji li l-ishma tagħhom huma ammessi għal-lista uffiċjali…

It-Taqsima 1: Elenku ta' ishma maħruġa ġodda ta' l-istess klassi…

L-Artikolu 64…

It-Taqsima 2: Trattament ta' l-azzjonisti…

L-Artikolu 65…

It-Taqsima 3: Emenda ta' l-istrument ta' inkorporazzjoni jew ta' l-istatuti…

L-Artikolu 66…

It-Taqsima 4: Kontijiet ta' kull sena u rapport annwali…

L-Artikolu 67…

It-Taqsima 5: Informazzjoni addizzjonali…

L-Artikolu 68…

It-Taqsima 6: Ekwivalenza ta' l-informazzjoni…

L-Artikolu 69…

It-Taqsima 7: Informazzjoni perjodika li għandha tkun ippubblikata…

L-Artikolu 70…

L-Artikolu 71…

It-Taqsima 8: Pubblikazzjoni u l-kontenuti tar-rapport ta' kull sitt xhur…

L-Artikolu 72…

L-Artikolu 73…

L-Artikolu 74…

L-Artikolu 75…

L-Artikolu 76…

L-Artikolu 77…

Il-Kapitolu II: L-obbligu ta' emittenti li t-titoli ta' debitu huma ammessi għal-lista uffiċjali…

It-Taqsima 1: Titoli ta' debitu maħruġa minn impriża…

L-Artikolu 78…

L-Artikolu 79…

L-Artikolu 80…

L-Artikolu 81…

L-Artikolu 82…

It-Taqsima 2: Titoli maħruġa minn Stat jew l-awtoritajiet reġjonali jew lokali tiegħu jew minn korp internazzjonali pubbliku…

L-Artikolu 83…

L-Artikolu 84…

Il-Kapitolu III: Obbligi dwar l-informazzjoni li għandha tkun ippubblikata meta parteċipazzjoni azzjonarja maġġuri f'kumpanija elenkata tkun akkwistata jew tinbiegħ…

It-Taqsima 1: Dispożizzjonijiet Ġenerali…

L-Artikolu 85…

L-Artikolu 86…

L-Artikolu 87…

L-Artikolu 88…

It-Taqsima 2: Informazzjoni meta azjenda ewlenija tkun akkwistata jew mibjugħa…

L-Artikolu 89…

L-Artikolu 90…

L-Artikolu 91…

It-Taqsima 3: Determinazzjoni tad-drittijiet tal-vot…

L-Artikolu 92…

It-Taqsima 4: Eżenzjonijiet…

L-Artikolu 93…

L-Artikolu 94…

L-Artikolu 95…

It-Taqsima 5: L-awtoritajiet kompetenti…

L-Artikolu 96…

It-Taqsima 6: Sanzjonijiet…

L-Artikolu 97…

IT-TITOLU V: PUBBLIKAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI TA' L-INFORMAZZJONI…

Il-Kapitolu I: Proċeduri u perjodu tal-pubblikazzjoni tal-partikolaritajiet tal-lista u s-supplimenti tagħhom…

It-Taqsima 1: Proċeduri u perjodu tal-pubblikazzjoni tal-partikolaritajiet tal-lista u s-supplimenti tagħhom…

L-Artikolu 98…

L-Artikolu 99…

L-Artikolu 100…

It-Taqsima 2: Komunikazzjoni minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti bil-mezz tal-pubblikazzjoni…

L-Artikolu 101…

Il-Kapitolu II: Pubblikazzjoni u komunikazzjoni ta' l-informazzjoni wara l-lista…

L-Artikolu 102…

Il-Kapitolu III: Lingwi…

L-Artikolu 103…

L-Artikolu 104…

IT-TITOLU VI: AWTORITAJIET KOMPETENTI U KOOPERAZZJONI BEJN L-ISTATI MEMBRI…

L-Artikolu 105…

L-Artikolu 106…

L-Artikolu 107…

IT-TITOLU VII: KUMITAT TA' KUNTATT…

Il-Kapitolu 1: Kompożizzjoni, ħidma u xogħol tal-Kumitat…

L-Artikolu 108…

Il-Kapitolu II: Adattament ta' l-ammont tal-kapitalizzazzjoni tas-suq ta' l-ishma…

L-Artikolu 109…

IT-TITOLU VIII: DISPOŻIZZJONIJIET FINALI…

L-Artikolu 110…

L-Artikolu 111…

L-Artikolu 112…

L-Artikolu 113…

L-Anness I — Skeda għall-partikolaritajiet tal-lista għall-ammissjoni ta' titoli għall-elenku ta' l-i stock exchange uffiċjali…

L-Anness II — Il-Parti A: DIRETTIVI MĦASSRA U L-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHOM…

L-Anness II — Il-Parti B: LIMITI TAŻ-ŻMIEN GĦAT-TRASPOŻIZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI…

L-Anness III: — It-Tabella ta' korrelazzjoni…

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 44 u 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [1],

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2],

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 79/279/KEE tal-5 ta' Marzu 1979 li tikkoordina l-kondizzjonijiet għall-ammissjoni ta' titoli għal-listi ta' stock exchange uffiċjali [3], id-Direttiva tal-Kunsill 80/390/KEE tas-17 ta' Marzu 1980 li tikkoordina il-ħtiġiet għat-tfassil, stħarriġ u distribuzzjoni tal-partikolaritajiet tal-lista li jkunu ppubblikati għall-ammissjoni ta' titoli għal-listi ta' stock exchange uffiċjali [4], id-Direttiva tal-Kunsill 82/21/KEE tal-15 ta' Frar 1982 fuq informazzjoni li għandha tkun ippubblikata għall-ammissjoni ta' titoli għal-listi ta' stock exchange uffiċjali [5] u d-Direttiva tal-Kunsill 88/627/KEE tat-12 ta' Diċembru 1988 fuq l-informazzjoni li għandha tkun ippubblikata meta tinxtara jew tinbiegħ azjenda maġġuri f'kumpanija fil-lista [6] ġew emendati diversi drabi. Fl-interess taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, dawn id-Direttivi għandhom għalhekk ikunu kkodifikati billi jingħaqdu flimkien f'test wieħed.

(2) Il-koordinazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-ammissjoni fil-listi uffiċjali fuq l-istock exchanges li jinsabu fi jew joperaw fl-Istati Membri x'aktarx tipprovdi protezzjoni ekwivalenti għall-investituri fuq livell Komunitarju, minħabba garanziji aktar uniformi offruti lill-investituri fl-Istati Membri differenti, ser tiffaċilita kemm l-ammissjoni fil-lista uffiċjali ta' l-i stock exchange, f'kull Stat tali, ta' titoli minn Stati Membri oħra u l-lista ta' kull garanzija mogħtija f'numru ta' stock exchanges fil-Komunità; għalhekk għandha tipprovdi għall-interpenetrazzjoni fis-swieq nazzjonali tat-titoli billi jitneħħew dawk l-ostakoli li jistgħu jitneħħew b'mod prudenti u għalhekk jikkontribwixxu għall-prospett ta' l-istabbiliment ta' suq ta' kapital Ewropew.

(3) Din il-koordinazzjoni għandha għalhekk tapplika għal titoli, indipendentement mill-istatus legali ta' min ikun ħariġhom, u għandhom għalhekk japplikaw għal titoli maħruġa minn Stati mhux membri jew l-awtoritajiet reġjonali jew lokali tagħhom jew korpi pubbliċi internazzjonali; din id-Direttiva għalhekk tkopri entitajiet mhux koperti mit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 48 tat-Trattat.

(4) Għandu jkun hemm il-possibbiltà tad-dritt li jsir rikors lill-qrati kontra d-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, dwar l-ammissjoni ta' titoli fil-lista uffiċjali, għalkemm dan id-dritt għar-rikors m'għandux jitħalla li jirrestrinġi d-diskrezzjoni ta' dawn l-awtoritajiet.

(5) Fil-bidu, din il-koordinazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-ammissjoni ta' titoli fil-lista uffiċjali għandha tkun flessibbli b'mod suffiċjenti biex tħalli li jkunu kkunsidrati d-differenzi preżenti fl-istrutturi tas-swieq ta' titoli fl-Istati Membri u biex tħalli l-Istati Membri li jikkunsidraw kull sitwazzjoni speċifika li jistgħu jiltaqgħu magħha.

(6) Għal din ir-raġuni, il-koordinazzjoni għandha l-ewwel tkun limitata għat-twaqqif tal-kondizzjonijiet minimi għall-ammissjoni ta' titoli fil-lista uffiċjali fuq l-istock exchanges li jinsabu jew joperaw fl-Istati Membri, mingħajr iżda ma jagħtu lill-emittent xi dritt li jkun fil-lista.

(7) Din il-koordinazzjoni parzjali tal-kondizzjonijiet għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali tikkostitwixxi l-ewwel pass għall-allinjament sussegwenti eqreb tar-regoli ta' l-Istati Membri f'dan il-qasam.

(8) Is-suq fejn joperaw l-impriżi tkabbar biex iħaddan il-Komunità kollha u dan it-tkabbir jinvolvi żieda korrispondenti fil-ħtiġiet finanzjarji tagħhom u l-estenzjoni tas-swieq kapitali li jridu jistrieħu fuqhom biex jissodisfawhom; l-ammissjoni fil-lista uffiċjali fuq l-istock exchanges ta' l-Istati Membri ta' titoli maħruġa mill-impriżi tikkostitwixxi mezz importanti ta' aċċess għal dawk l-iswieq kapitali; barra minn hekk restrizzjonijiet fuq ix-xiri ta' titoli nnegozjati fuq l-istock exhanges ta' Stat Membru ieħor kienu eliminati bħala parti mill-liberalizzazzjoni tal-movimenti tal-kapital.

(9) Salvagwardji għall-protezzzjoni ta' l-interessi ta' l-investituri attwali u potenzjali huma meħtieġa fil-maġġoranza ta' l-Istati Membri minn impriżi li joffru l-titoli tagħhom lill-pubbliku, jew fil-ħin ta' l-offerta tagħhom jew ta' l-ammissjoni tagħhom fil-lista ta' l-istock exchange; dawn is-salvagwardji jeħtieġu l-għoti ta' informazzjoni li hija kemm jista' jkun suffiċjenti u oġġettiva dwar iċ-ċirkostanzi finanzjarji ta' min joħroġhom u d-dettalji tat-titoli fejn issir it-talba għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali; il-forma li fiha din l-informazzjoni hija meħtieġa tikkonsisti s-soltu fil-pubblikazzjoni tal-partikolaritajiet tal-lista.

(10) Is-salvagwardji meħtieġa huma differenti minn Stat Membru għall-ieħor, kemm fir-rigward tal-kontenut u l-format tal-partikolaritajiet tal-listi u l-effikaċja, il-metodi u ż-żmien tal-verifika fuq l-informazzjoni mogħtija hemmhekk; l-effett ta' dawn id-differenzi huwa li mhux biss li tagħmilha aktar diffiċli għall-impriżi biex ikunu ammessi t-titoli fil-listi uffiċjali fuq l-istock exchanges ta' diversi Stati Membri imma ukoll biex ittellef l-akkwist minn investituri li joqogħdu fi Stat Membru wieħed ta' titoli elenkati fl-istock exchanges ta' Stati Membri oħra u għalhekk jinibixxi il-finanzjament ta' impriżi u investiment ġewwa l-Komunità.

(11) Dawn id-differenzi għandhom ikunu eliminati bil-koordinazzjoni tar-regoli u regolamenti mingħajr ma neċessarjament isiru kompletament uniformi, biex jintlaħaq grad adegwat ta' ekwivalenza fis-salvagwardji meħtieġa f'kull Stat Membru biex jiżguraw l-għoti ta' informazzjoni li hija suffiċjenti u oġġettiva kemm jista' jkun għad-detenturi attwali jew potenzjali ta' titoli.

(12) Din il-koordinazzjoni għandha tapplika għal titoli indipendentement mill-istatus legali ta' l-impriża li toħroġhom; din id-Direttiva tapplika għall-entitajiet li ma saritx referenza għalihom fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 48 tat-Trattat.

(13) Ir-rikonoxximent reċiproku tal-partikolaritajiet fil-lista li trid tkun ippubblikata għall-ammissjoni ta' titoli fil-lista uffiċjali tirrappreżenta pass importanti 'l quddiem fil-ħolqien tas-suq intern tal-Komunità.

(14) F'dan ir-rigward, jeħtieġ li jkun speċifikat liema awtoritajiet huma kompetenti li jivverifikaw u japprovaw il-partikolaritajiet tal-lista li trid tkun ippubblikata għall-ammissjoni tal-titoli fil-lista uffiċjali fil-każ ta' applikazzjonijiet simultanji għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali fi Stat Membru wieħed jew aktar.

(15) L-Artikolu 21 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/298/KEE tas-17 ta' April 1989 li tikkoordina l-ħtiġiet għat-tfassil, stħarriġ u d-distribuzzjoni tal-prospett li għandu jkun ippubblikat meta titoli trasferibbli jkunu offruti lill-pubbliku [7] jipprovdi li meta offerti pubbliċi jsiru simultanjament jew f'intervalli qosra waħda mill-oħra f'żewġ Stati Membri jew iżjed, prospett ta' offerta pubblika mfassal u approvat skond l-Artikolu 7, 8 jew 12 ta' dik id-Diretttiva għandha tkun rikonoxxuta bħala prospett ta' offerta pubblika fl-Istati Membri l-oħra kkonċernati fuq il-bażi ta' rikonoxximent reċiproku.

(16) Huwa wkoll mixtieq li jkun provdut ir-rikonoxximent ta' prospett ta' offerta pubblika bħala partikolaritajiet fil-lista fejn l-ammissjoni fil-lista ta' l-istock exchange uffiċjali hija mitluba fi żmien qasir ta' l-offerta pubblika.

(17) Ir-rikonoxximent reċiproku ta' prospett ta' offerta pubblika u l-ammissjoni għal-listi uffiċjali ma jagħtix fih innifsu dritt għall-ammissjonjiet.

(18) Huwa konsiljabbli li tkun provduta estenzjoni, permezz ta' ftehim li għandhom ikunu konklużi mill-Komunità ma' pajjiżi li mhumiex membri, tar-rikonoxximent tal-partikolaritajiet tal-lista għall-ammissjoni tal-listi uffiċjali minn dawk il-pajjiżi fuq bażi reċiproka.

(19) Jidher xieraq li jkun provdut għall-possibbiltà għall-Istat Membru fejn l-ammissjoni fil-lista uffiċjali tkun mfittxa f'ċerti każijiet tingħata eżenzjoni parzjali jew kompleta mill-obbligu li jkunu ppubblikati il-partikolaritajiet għall-ammissjoni għal-listi uffiċjali għal min joħroġ il-titoli li jkunu diġà ġew ammessi fil-lista uffiċjali ta' l-istock exchange fi Stat Membru ieħor.

(20) Kumpaniji li diġà ġew elenkati fil-Komunità għal xi żmien u huma ta' kwalità għolja u ta' statura internazzjonali huma l-kandidati l-aktar eliġibbli għall-elenkar bejn il-fruntieri. Dawk il-kumpaniji huma ġeneralment magħrufa sew f'ħafna Stati Membri: tagħrif dwarhom huwa ċirkolat sewwa u huwa disponibbli.

(21) L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tiżgura li tagħrif biżżejjed ikun provdut għall-investituri; għalhekk, meta din il-kumpanija tipprova li t-titoli tagħha jkunu ammessi fil-lista fi Stat Membru ospitanti, l-investituri li joperaw fis-suq f'dak l-pajjiż jistgħu jkunu protetti b'mod suffiċjenti billi jirċievu biss informazzjoni simplifikata aktar milli l-partikolaritajiet kollha tal-lista.

(22) L-Istati Membri jistgħu jsibuha utli li jistabbilixxu kriterji minimi kwantitattivi mhux diskriminatorji, bħas-suq ta' l-ishma kurrenti kapitalizzati, li min joħroġhom għandu jilħaq biex ikun eliġibbli li jibbenifika mill-possibbiltajiet ta' l-eżenzjoni pprovduta f'din id-Direttiva; ġaladarba hemm integrazzjoni akbar fis-swieq tat-titoli, għandu jkun possibbli ukoll għall-awtoritajiet kompetenti li jagħtu lill-kumpaniji żgħar trattament simili.

(23) Kif ukoll, ħafna stock exchanges għandhom swieq tat-tieni saff biex jinnegozjaw f'ishma ta' kumpaniji mhux ammessi fil-lista uffiċjali; f'ċerti każijiet is-swieq tat-tieni saff huma regolati u ssorveljati minn awtoritajiet rikonoxxuti minn korpi pubbliċi li jimponu fuq kumpaniji ħtiġiet ta' svelar li huma fis-sustanza ekwivalenti għal dawk imposti fuq kumpaniji fil-lista uffiċjali; għalhekk, il-prinċipju sottostanti l-Artikolu 23 ta' din id-Direttiva jista jkun applikat ukoll meta dawn il-kumpaniji jippruvaw ikollhom it-titoli tagħhom ammessi fil-lista uffiċjali.

(24) Biex ikunu protetti l-investituri d-dokumenti li jkunu disponibbli għall-pubbliku għandhom l-ewwel jintbagħtu lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun ipprovata l-ammissjoni fil-lista uffiċjali; huwa għall-Istat Membru biex jiddeċiedi jekk dawk id-dokumenti għandhomx ikunu mistħarrġa mill-awtoritajiet kompetenti u biex ikun iddeterminat, jekk meħtieġ, in-natura u l-mod kif l-istħarriġ għandu jitwettaq.

(25) Fil-każ ta' titoli ammessi fil-lista uffiċjali ta' l-istock exchange, il-protezzjoni ta' l-investituri teħtieġ li dawn jingħatalhom tagħrif xieraq regolari matul il-perjodu kollu meta t-titoli jkunu fil-lista; il-koordinazzjoni ta' ħtiġiet għal dan it-tagħrif regolari għandha għanijiet simili għal dawk maħsuba għall-partikolaritajiet fil-lista, jiġifieri biex tittejjeb din il-protezzjoni u biex tagħmilha aktar ekwivalenti, biex tiffaċilita l-lista ta' dawn it-titoli fuq aktar minn stock exchange wieħed fil-Komunità, u meta jsir hekk biex tikkontribwixxi għat-twaqqif ta' suq tal-kapital ġenwin Komunitarju billi tippermetti interpenetrazzjoni akbar fis-swieq tat-titoli.

(26) Taħt din id-Direttiva, il-kumpaniji fil-lista għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-investituri l-kontijiet annwali tagħhom u r-rapport fejn jagħtu l-informazzjoni fuq il-kumpanija għas-sena finanzjarja kollha; billi r-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE [8] ikkoordinat il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji.

(27) Kumpanniji għandhom ukoll, mill-anqas darba matul kull sena finanzjarja, jipprovdu lill-investituri rapporti fuq l-attivitajiet tagħhom; din id-Direttiva tista', għalhekk, tkun limitata għall-koordinazzjoni tal-kontenut u d-distribuzzjoni ta' rapport wieħed li jkopri l-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja.

(28) Madankollu, fil-każ ta' obbligazzjonijiet ordinarji, minħabba d-drittijiet li jagħtu lid-detenturi tagħhom, il-protezzjoni ta' l-investituri permezz tal-pubblikazzjoni ta' rapport ta' sitt xhur mhux essenzjali; bis-saħħa ta' din id-Direttiva, obbligazzjonijiet konvertibbli jew skambjabbli ma' titoli jistgħu jkunu ammessi fil-lista uffiċjali biss jekk l-ishma relatati huma diġà elenkati fl-istess stock exchange jew f'suq ieħor miftuħ regolat, li jopera regolarment, jew jiġu ammessi hekk simultanjament; l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn dan il-prinċipju biss jekk l-awtoritajiet kompetenti tagħhom huma sodisfatti li d-detenturi għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom kull informazzjoni meħtieġa biex jiffurmaw fehma dwar il-valur ta' l-ishma li dwarhom għandhom x'jaqsmu dawn l-obbligazzjonijiet; konsegwentement, informazzjoni regolari għandha tkun ikkoordinata għal dawk il-kumpaniji biss li l-ishma tagħhom huma ammessi fil-lista uffiċjali ta' l-istock exchange.

(29) Ir-rapport ta' sitt xhur għandu jħalli l-investituri li jagħmlu valutazzjoni informata ta' l-iżvilupp ġenerali ta' l-attivitajiet tal-kumpanija matul il-perjodu kopert bir-rapport; iżda, dan ir-rapport għandu jkollu fih biss id-dettalji essenzjali fuq il-pożizzjoni finanzjarja u l-progress ġenerali tan-negożju tal-kumpanija kkonċernata.

(30) Biex tiżgura l-protezzjoni effettiva ta' l-investituri u l-ħidma xierqa ta' l-istock exchanges, ir-regoli dwar l-informazzjoni regolari li għandha tkun ippubblikata mill-kumpaniji li l-ishma tagħhom huma ammessi fil-lista uffiċjali ta' l-istock exchange fil-Komunità, għandhom japplikaw mhux biss għall-kumpaniji mill-Istati Membri, imma wkoll għall-kumpaniji minn pajjiżi li mhumiex membri.

(31) Politika ta' informazzjoni adegwata għall-investituri fil-qasam ta' titoli trasferibbli x'aktarx ittejjeb il-protezzjoni ta' l-investitur, u l-kunfidenza ta' investituri fis-swieq tas-sigurtà u għalhekk tiżgura li s-swieq tat-titoli jiffunzjona sewwa.

(32) Billi ssir protezzjoni aktar ekwivalenti, il-koordinazzjoni ta' dik il-politika fil-livell Komunitarju x'aktarx li tħalli interpenetrazzjoni akbar tas-swieq tat-titoli ta' l-Istati Membri u għalhekk tgħin li titwaqqaf suq tal-kapital tassew Ewropew.

(33) Għal dak l-għan l-investituri għandhom ikunu mgħarrfa bl-azjendiewlenin u bit-tibdiliet f'dawk l-azjendi fil-kumpaniji tal-Komunità li l-ishma tagħhom huma elenkati uffiċjalment fuq l-istock exchanges li jinsabu jew joperaw ġewwa l-Komunità.

(34) Għandhom ikunu pprovduti regoli dwar il-kontenut dettaljat u l-proċedura għall-applikazzjoni ta' dik il-ħtieġa.

(35) Kumpaniji, li l-ishma tagħhom huma uffiċjalment elenkati fuq stock exchange tal-Komunità, jistgħu jinfurmaw il-pubbliku bil-bdil fil-holdings ewlenin biss jekk kienu infurmati b'dan it-tibdil mid-detenturi ta' dawk l-azjendi .

(36) Ħafna mill-Istati Membri ma jissoġġettawx id-detenturi għal din il-ħtieġa u fejn din il-ħtieġa teżisti hemm differenzi apprezzabbli fil-proċeduri għall-applikazzjoni tagħha; regoli kkoordinati għandhom għalhekk ikunu adottati fil-livell Komunitarju f'dan il-qasam.

(37) Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa l-obbligi ta' l-Istati Membri dwar it-terminu massimu għat-traspożizzjoni msemmija fl-Anness II, il-Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

IT-TITOLU I

DEFINIZZJONIJIET U GĦAN TA' L-APPLIKAZZJONI

IL-KAPITOLU I

Tifsiriet

L-Artikolu 1

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

(a) "emittenti" tfisser kumpaniji u persuni legali oħra u kull impriża li t-titoli tagħha huma s-suġġett ta' applikazzjoni għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali fuq l-istock exchange;

(b) "impriżi ta' investiment kollettiv li ma jkunux tat-tip magħluq" għandha tfisser unitajiet ta' trust u kumpaniji ta' investiment:

(i) li l-għan tagħhom huwa l-investiment kollettiv tal-kapital ipprovdut mill-pubbliku, u li jopera fuq il-prinċipju tal-firxa tar-riskju, u

(ii) liema unitajiet huma, fuq talba tad-detentur, mixtrija mill-ġdid jew mifdija, direttament jew indirettament, mill-beni ta' dawn l-impriżi. L-azzjoni meħuda minn dawn l-impriżi biex jiżguraw li l-valur ta' l-unitajiet ta' l-istock exchange ma jvarjax b'mod sinifikattiv mill-valur nett tal-beni għandu jitqies bħala ekwivalenti għal dak ix-xiri mill-ġdid jew fidi;

(ċ) Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva "kumpaniji ta' investiment li ma jkunux dawk tat-tip magħluq" għandhom ifissru kumpaniji ta' investiment:

(i) l-għan tagħhom huma l-investiment kollettiv tal-kapital provdut mill-pubbliku, u li jopera fuq il-prinċipju li jinfirex ir-riskju, u

(ii) l-ishma tagħhom huma, fuq talba tad-detentur, mixtrija mill-ġdid jew mifdija, direttament jew indirettament, mill-beni tal-kumpanija. Azzjoni meħuda minn dawn il-kumpaniji biex jiżguraw li l-valur ta' l-istock exchange ta' l-ishma tagħhom ma jvarjax b'mod sinnifikattiv mill-valur nett tal-beni għandha titqies bħala ekwivalenti għal dak ix-xiri mill-ġdid jew fidi;

(d) "istituzzjoni ta' kreditu" għandha tfisser impriża li xogħolha huwa li tirċievi depożiti jew fondi oħra ta' ħlas lura mill-pubbliku biex tagħti krediti għall-kont tagħha stess;

(e) "unitajiet ta' impriża kollettiva ta' investiment" għandha tfisser titoli maħruġa minn impriża ta' investiment kollettiv bħala li tippreżenta d-drittijiet tal-parteċipanti fil-beni ta' din l-impriża.

(f) "interess parteċipattiv" għandha tfisser drittijiet fil-kapital ta' impriżi oħra, kemm jekk rappreżentati jew le biċ-ċertifikati, li, bil-ħolqien ta' rabta durabbli ma dawk l-impriżi, huma intiżi li jikkontribwixxu għall-attivitajiet ta' l-impriża li żżomm dawn id-drittijiet.

(g) "turnover nett" għandu jinkludi l-ammonti miġjuba mill-bejgħ tal-prodotti u l-għoti ta' servizzi li jaqgħu fl-attivitajiet ordinarji ta' l-impriża, wara t-tnaqqis ta' rimborsi tal-bejgħ u tat-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi oħra marbuta direttament mal-valur tal-bejgħ;

(h) "kontijiet annwali" għandhom jinkludu l-balance sheet, il-kont tal-qligħ u t-telf u n-noti fuq il-kontijiet. Dawn id-dokumenti għandhom jikkostitwixxu assjem kompost.

IL-KAPITOLU II

Għan ta' l-applikazzjoni

L-Artikolu 2

1. L-Artikoli 5 sa 19, 42 sa 69, u 78 sa 84 għandhom jgħoddu għat-titoli li huma ammessi fil-lista uffiċjali jew huma s-soġġett ta' applikazzjoni għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali fuq l-i stock exchange jew joperaw ġewwa Stat Membru.

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 lil:

(a) unitajiet maħruġa minn impriżi ta' investiment kollettiv li ma jkunux tat-tip magħluq,

(b) titoli maħruġa minn Stat Membru jew l-awtoritajiet reġjonali jew lokali.

L-Artikolu 3

1. L-Artikoli 20 sa 41, kif ukoll l-Anness I, għandhom jgħoddu għalt-titoli li huma soġġett ta' applikazzjoni għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali fuq l-istock exchange li jinsab jew jopera ġewwa Stat Membru.

2. Id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw għal:

(a) unitajiet maħruġa mill-investiment kollettiv li ma jkunx tat-tip magħluq,

(b) titoli maħruġa mill-Istat Membru jew mill-awtoritajiet reġonali jew lokali.

L-Artikolu 4

1. L-Artikoli 70 sa 77 għandhom jgħoddu għall-kumpaniji li l-ishma tagħhom huma ammessi fil-lista uffiċjali fi stock exchange li tinsab jew topera fi Stat Membru, kemm jekk l-ammissjoni hija ta' l-ishma stess jew ta' ċertifikati li jirrappreżentawhom, u kull meta seħħet id-data ta' din l-ammissjoni.

2. Id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m'għandhomx, iżda, japplikaw għall-impriżi ta' investiment li ma jkunux dawk tat-tip magħluq.

3. L-Istati Membri jistgħu jeskludu banek ċentrali mill-iskop tad-dispożizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1.

IT-TITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR IL-LISTA UFFIĊJALI TAT-TITOLI

IL-KAPITOLU I

Kondizzjonijiet ġenerali għall-ammissjoni

L-Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) titoli ma jistgħux ikunu ammessi fil-lista uffiċjali fuq kull stock exchange li jinsab jew jopera ġewwa t-territorju tagħhom ħlief jekk il-kondizzjonijiet imniżżla b'din id-Direttiva huma ssodisfati, u

(b) emittenti ta' titoli ammessi għal din il-lista uffiċjali, immaterjalment mid-data li fiha saret din l-ammissjoni, huma soġġetti għall-obbligi pprovduti minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 6

1. L-ammissjoni ta' titoli fil-lista uffiċjali għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 42 sa 51, jew 52 sa 63, dwar l-ishma u t-titoli tad-debitu rispettivament.

2. L-emittenti tat-titoli ammessi fil-lista uffiċjali għandhom jaqdu l-obbligi tagħhom imsemmija fl-Artikoli 64 sa 69, jew 78 sa 84, dwar ishma u titoli ta' debitu rispettivament.

3. Ċertifikati li jirrappreżentaw ishma jistgħu jkunu ammessi biss fil-lista uffiċjali jew jekk l-emittent ta' l-ishma rappreżentati jilħaq il-kondizzjonijiet msemmija fl-Artikoli 42 u 44 u l-obbligi msemmija fl-Artikoli 64 sa 69 u jekk iċ-ċertifikati jilħqu l-kondizzjonijiet msemmija fl-Artikoli 45 sa 50.

L-Artikolu 7

L-Istati Membri jistgħu ma jagħmlux l-ammissjoni fil-lista uffiċjali tat-titoli maħruġa mill-kumpaniji jew persuna legali oħra li huma ċittadini ta' Stat Membru ieħor bla ħsara għall kondizzjoni li t-titoli iridu jkunu diġà ammessi fil-lista uffiċjali fuq stock exchange li tinsab jew topera f'waħda mill-Istati Membri.

IL-KAPITOLU II

Kondizzjonijiet u obbligi aktar iebsa jew addizzjonali

L-Artikolu 8

1. Bla ħsara għall-projbizzjonijiet ipprovduti fl-Artkolu 7 u fl-Artikoli 42 sa 63, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-ammissjoni tat-titoli fil-lista uffiċjali soġġetti għall-kondizzjonijiet aktar iebsa minn dawk imsemmija fl-Artikoli 42 sa 63 jew għall-iżjed kondizzjonijiet, iżda dawn il-kondizzjonijiet aktar iebsa jew addizzjonali japplikaw ġeneralment għall-emittenti kollha jew għall-klassijiet individwali ta' emittent u li jkunu ppubblikati qabel issir l-applikazzjoni għall-ammissjoni ta' dawn it-titoli.

2. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-emittenti tat-titoli ammessi għal-listi uffiċjali soġġetti għall-obbligi aktar iebsa minn dawk msemmija fl-Artikoli 64 sa 69 u 78 sa 84 jew għall-obbligi addizzjonali, iżda dawn l-obbligi aktar iebsa jew addizzjonali japplikaw b'mod ġenerali għall-emittenti kollha jew għall-klassijiet individwali ta' emittent.

3. L-Istati Membri jistgħu, taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk preskritti fl-Artikolu 9, jawtorizzaw derogi mill-kondizzjonijiet addizzjonali jew aktar iebsa u l-obbligi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 tieghu.

4. L-Istati Membri jistgħu, skond ir-regoli nazzjonali applikabbli jeħtieġu l-emittenti ta' titoli ammessi fil-lista uffiċjali jinfurmaw lill-pubbliku fuq bażi regolari bil-pożizzjoni finanzjarja tagħhom u fuq l-andament ġenerali tan-negozju tagħhom.

IL-KAPITOLU III

Derogi

L-Artikolu 9

Kull deroga mill-kondizzjonijiet għall-ammissjoni tat-titoli fil-lista uffiċjali li tista' tkun awtorizzata skond l-Artikoli 42 sa 63 għandha tapplika b'mod ġenerali għall-emittenti kollha fejn iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikawhom huma simili.

L-Artikolu 10

Stati Membri jistgħu jiddeċiedu biex ma jpplikawx il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 52 sa 63 u l-obbligi msemmija fl-Artikolu 81(1) u (3) dwar l-applikazzjonijiet għal-listi uffiċjali ta' titoli tad-debitu maħruġa mill-kumpaniji u persuni legali oħra li huma ċittadini ta' Stat Membru u li ġew stabbiliti, huma ggvernati minn jew immexxija bis-saħħa ta' liġi speċjali fejn il-ħlasijiet mill-ġdid u l-ħlasijiet ta' l-imgħaxijiet dwar dawk it-titoli huma garantiti minn Stat Membru jew minn wieħed mill-istati federali tiegħu.

IL-KAPITOLU IV

Setgħat ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti

It-Taqsima 1

Deċiżjoni ta' ammissjoni

L-Artikolu 11

1. L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 105 għandhom jiddeċiedu fuq l-ammissjoni tat-titoli fil-lista uffiċjali fuq stock exchange li jinsab jew li jaħdem ġewwa t-territorji tagħhom.

2. Mingħajr preġudizzju għall-poteri mogħtija lilhom, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrespinġu applikazzjoni għall-ammissjoni ta' garanzija fil-lista uffiċjali jekk, fl-opinjoni tagħhom, is-sitwazzjoni ta' l-emittent hija dik li l-ammissjoni tkun ta' detriment għall-interessi ta' l-investituri.

L-Artikolu 12

Bħala deroga għall-Artikolu 8, l-Istati Membri jistgħu, unikament għall-protezzjoni ta' l-investituri, jagħtu l-awtoritajiet kompetenti s-setgħa li jagħmlu l-ammissjoni ta' titolu fil-lista uffiċjali soġġetta għal kull kondizzjoni speċjali li l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw xierqa u li jkunu espliċitament infurmaw lill-applikant.

L-Artikolu 13

1. Fejn l-applikazzjonijiet għandhom isiru flimkien ma' jew f'intervalli qosra minn xulxin għall-ammissjoni ta' l-istess titoli fil-lista uffiċjali fuq l-istock exchanges li jinsabu jew li jaħdmu faktar minn Stat Membru wieħed, jew fejn l-applikazzjoni għall-ammissjoni issir dwar titolu elenkat diġà fuq stock exchange fi Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw ma' xulxin u jagħmlu dawk l-arranġamenti li jkunu meħtieġa biex iħaffu l-proċedura u jissemplifikaw kemm jista jkun possibbli l-formalitajiet u kull kondizzjoni addizzjonali meħtieġa għall-ammissjoni tal-garanzja kkonċernata.

2. Biex ikun iffaċilitat ix-xogħol ta' l-awtoritajiet kompetenti, kull applikazzjoni għall-ammissjoni ta' garanzija fil-lista uffiċjali fuq stock exchange li tinsab jew taħdem fi Stat Membru trid tgħid jekk applikazzjoni simili hux qed issir jew saritx fi Stat Membru ieħor, jew ser issir fil-futur qrib.

L-Artikolu 14

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrifjutaw li jammettu fil-lista uffiċjali titolu li jkun diġà elenkat fi Stat Membri ieħor fejn l-emittent jonqos milli jħares l-obbligi li joħroġu mill-ammissjoni f'dak l-Istat Membru.

L-Artikolu 15

Fejn applikazzjoni għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali tkun dwar ċertifikati li jirrappreżentaw ishma, l-applikazzjoni għandha tkun ikkunsidrata biss jekk l-awtoritajiet kompetenti huma ta' l-opinjoni li l-emittent taċ-ċertifikati joffri salvagwardji xierqa għall-protezzjoni ta' l-investituri.

It-Taqsima 2

Informazzjoni mitluba mill-awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 16

1. Emittent li t-titoli tiegħu jkunu ammessi fil-lista uffiċjali għandu jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni kollha li dawn jikkunsidraw bħala xierqa biex jipproteġu l-investituri jew jiżguraw il-ħidma tajba tas-suq.

2. Fejn il-protezzjoni ta' l-investituri jew il-ħidma tajba tas-suq hekk jeħtieġu, emittent jista' jenħtieġ mill-awtoritajiet kompetenti li jippubblika dik l-informazzjoni f'dik il-forma u fit-termini preskritti li jistgħu jqisu xierqa. Jekk l-emittent jonqos milli jikkonforma ma din il-ħtieġa, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu huma nnifishom jippubblikaw dik l-informazzjoni wara li jkunu semgħu l-emittent.

It-Taqsima 3

Azzjoni kontra l-emittent li jonqos milli jikkonforma ma' l-obbligi li joħorġu mill-ammissjoni

L-Artikolu 17

Mingħajr preġudizzju għal kull azzjoni jew għal penalitajiet li jistgħu jikkontemplaw fil-każ ta' nuqqas mill-emittent li jikkonforma ma' l-obbligi li jirriżultaw mill-ammissjoni fil-lista uffiċjali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu pubbliku l-fatt li emittent qed jonqos li jħares dawk l-obbligi.

It-Taqsima 4

Sospensjoni u waqfa

L-Artikolu 18

1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jissospendu l-elenkar ta' garanzija fejn il-ħidma tajba tas-suq hija, jew tista' tkun, ipperikolata temporanjament jew fejn il-protezzjoni ta' l-investituri teħtieġ hekk.

2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li l-elenkar tat-titolu jitwaqqaf fejn huma sodisfatti li, minħabba ċirkostanzi speċjali, negozji normali regolari f'titolu mhumiex possibbli aktar.

It-Taqsima 5

Dritt ta' rikors lill-qrati fil-każ ta' ċaħda ta' ammissjoni jew waqfien

L-Artikolu 19

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjonijiet ta' l-awtoritajiet kompetenti li jirrifjutaw l-ammissjoni ta' garanzija fil-lista uffiċjali jew li jwaqqfu din il-lista għandhom ikunu soġġetti għad-dritt li jsir rikors lill-qrati.

2. Rikorrent għandu jkun innotifikat b'deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tiegħu għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali fi żmien sitt xhur mir-riċevuta ta' l-applikazzjoni jew, jekk l-awtorità kompetenti teħtieġ informazzjoni ulterjuri f'dak il-perjodu, fi żmien sitt xhur minn meta l-applikant jagħti dik l-informazzjoni.

3. Nuqqas li tingħata deċiżjoni f'terminu speċifikat fil-paragrafu 2 għandha titqies bħala rifjut tar-rikors. Dan ir-rifjut għandu jagħti lok għad-dritt li jsir rikors lill-qrati pprovdut fil-paragrafu 1.

IT-TITOLU III

KONDIZZJONIJIET PARTIKOLARI DWAR IL-LISTI UFFIĊJALI TAT-TITOLI

IL-KAPITOLU I

Pubblikazzjoni tal-lista, partikolaritajiet għall-ammissjoni

It-Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

L-Artikolu 20

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ammissjoni ta' titoli fil-lista uffiċjali fuq l-i stock exchange li jinsab fi jew jopera ġewwa t-territorji tagħhom jiddependi fuq il-pubblikazzjoni ta' karta ta' informazzjoni, minn hawn 'il quddiem msemmija bħala "partikolaritajiet tal-lista" skond il-Kapitolu I tat-Titolu V.

L-Artikolu 21

1. Il-partikolaritajiet tal-lista għandhom ikollhom l-informazzjoni li, skond in-natura partikolari ta' l-emittent u tat-titoli għall-ammissjoni tagħhom tkun saret applikazzjoni, hu meħtieġ biex tħalli l-investituri u l-konsulenti ta' l-investiment tagħhom li jagħmlu stima infurmata ta' l-attiv u l-passiv, il-pożizzjoni finanzjarja, profitti u telf, u l-prospetti ta' l-emittent u tad-drittijiet mehmuża ma' dawn it-titoli.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 ikun rispettat mill-persuni responsabbli għall-partikolaritajiet tal-lista kif ipprovdut fl-intestatura 1.1 ta' l-Iskedi A u B ta' l-Anness I hawnhekk.

L-Artikolu 22

1. Mingħajr preġudizzju għall-obbligu msemmi fl-Artikolu 21, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, bla ħsara għall-possibbiltajiet għall-eżenzjonijiet ipprovduti fl-Artikoli 23 u 24, il-partikolaritajiet tal-lista jkollhom, f'forma analizzabbli u komprensibbli kemm jista' jkun, mill-anqas l-elementi ta' informazzjoni pprovduti fl-Iskedi A, B jew Ċ ta' l-Annessi I, u jiddependi jekk l-ishma, titoli ta' debitu jew ċertifikati li jirrappreżentaw l-ishma humiex involuti.

2. F'każijiet speċifiċi koperti bl-Artikoli 25 sa 34 il-partikolaritajiet tal-lista jitfasslu skond l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija f'dawk l-Artikoli, bla ħsara għall-possibbiltajiet għall-eżenzjonijiet ipprovduti fl-Artikoli 23 u 24.

3. Fejn ċerti intestaturi fl-Iskedi A, B u Ċ ta' l-Anness I jidhru mhux xierqa għall-isfera ta' attività ta' l-emittent jew il-forma legali, għandhom jitfasslu partikolaritajiet tal-lista li jagħtu informazzjoni ekwivalenti billi jadattaw dawn l-intestaturi.

Taqsima 2

Eżenzjoni parzjali jew kompleta mill-obbligu li jkunu ppubblikati l-partikolaritajiet

L-Artikolu 23

Mingħajr preġudizzju għal l-Artikolu 39(1), l-Istati Membri jistgħu jħallu l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-verifika tal-partikolaritajiet tal-lista fit-tifsira ta' din id-Direttiva, biex jipprovdu għall-eżenzjoni parzjali jew kompleta mill-obbligu li jkunu ppubblikati l-partikolaritajiet tal-lista fil-każijiet li ġejjin:

(1) fejn it-titoli fejn issir applikazzjoni għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali huma:

(a) titoli li kienu s-suġġett ta' ħarġa pubblika; jew

(b) titoli maħruġa dwar offerta ta' konsolidament;

jew

(ċ) titoli maħruġa dwar għaqda li tinvolvi l-akkwist ta' kumpanija oħra jew il-formazzjoni ta' kumpanija ġdida, il-qasma ta' kumpanija, it-trasferiment tal-beni kollha ta' impriża jew parti minnhom u l-passiv jew bħala pagament għat-trasferiment tal-beni li ma jkunux kontanti;

u fejn, mhux aktar tard minn 12-il xahar qabel l-ammissjoni ta' titoli fil-lista uffiċjali, dokument mitqies mill-awtoritajiet kompetenti li jkollu l-informazzjoni ekwivalenti għal dawk tal-partikolaritajiet tal-lista pprovduti minn din id-Direttiva, jkun ippubblikat fl-istess Stat Membru. Għandhom ikunu ppubblikati ukoll partikolaritajiet ta' kull tibdil materjali li jseħħu minn mindu dak id-dokument ikun ġie ppubblikat. Id-dokument għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fl-uffiċċju reġistrat ta' l-emittent u fl-uffiċċji ta' l-organizzazzjonijiet finanzjarji miżmuma biex jaħdmu bħala l-aġenti tagħhom li jħallsu, u kull partikolarità tat-tibdiliet materjali għandha tkun ippubblikats skond l-Artikoli 98(1) u 99(1);

(2) fejn it-titoli li għalihom issir applikazzjoni għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali huma:

(a) ishma allokati bla ħlas lid-detenturi ta' ishma diġà elenkati fuq l-istess stock exchange; jew

(b) ishma li jirriżultaw mill-konverżjoni ta' titoli ta' debitu konvertibbli jew ishma maħluqa wara skambju ta' titoli ta' debitu skambjabbli, jekk l-ishma tal-kumpanija li l-ishma tagħha huma offruti bħala konverżjoni jew skambju huma diġà elenkati fuq l-istess stock exchange; jew

(ċ) ishma li jirriżultaw mill-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mit-titoli, jekk ishma tal-kumpanija li l-ishma tagħha huma offruti lid-detenturi tat-titoli huma diġà elenkati fuq l-istess stock exchange; jew

(d) ishma maħruġa bħala sostituzzjoni ta' ishma diġà elenkati fuq l-istess stock exchange jekk il-ħrug ta' dawn l-ishma ġodda ma jinvolvix xi żieda fil-kapital ta' l-ishma maħruġ tal-kumpanija;

u, fejn xieraq, l-informazzjoni pprovduta fil-Kapitolu 2 ta' l-Iskeda A ta' l-Anness I hija ppubblikata skond l-Artikoli 98(1) and 99(1);

(2) fejn it-titoli li għalihom ssir applikazzjoni għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali huma:

(a) ishma li jew in-numru jew il-valur stmat fis-suq jew il-valur nominali jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, il-valur par ta' kontabiltà, jammonta għall-anqas minn 10 % tan-numru jew tal-valur korrispondenti tal-valur ta' l-ishma ta' l-istess klassi diġà elenkati fuq l-istess stock exchange; jew

(b) titoli ta' debitu maħruġa mill-kumpaniji u persuni legali oħra li huma ċittadini ta' Stat Membru u li:

(i) fit-twettiq tan-negozju tagħhom, jibbenefikaw mill-monopolji ta' l-Istat, u

(ii) huma stabbiliti jew iggvernati minn liġi speċjali jew bis-saħħa ta' din il-liġi jew li s-self tagħhom huma b'mod inkondizzjonat u irrevokabbilment garantit minn Stat Membru jew minn wieħed mill-Istati federali ta' Stat Membru;

(ċ) titoli ta' debitu maħruġa minn persuni legali, li ma jkunux kumpaniji, li huma ċittadini ta' Stat Membru, u

(i) ġew stabbiliti b'liġi speċjali, u

(ii) l-attivitajiet tagħhom huma ggvernati minn dik il-liġi u tikkonsisti biss:

- fil-ġbir tal-fondi taħt il-kontroll ta' l-istat permezz tal-ħruġ ta' titoli ta' debitu, u

- l-iffinanzjar tal-produzzjoni permezz tar-riżorsi li jkunu ġabru u r-riżorsi pprovduti minn Stat Membru, u

(iii) it-titoli ta' debitu tagħhom huma, għall-għanijiet ta' l-ammisjoni fil-lista uffiċjali, meqjusa mil-liġi nazzjonali bħala titoli ta' debitu maħruġa jew garantiti mill-Istat; jew

(d) ishma mqassma lill-impjegati, jekk ishma ta' l-istess klassi kienu diġà ġew ammessi fil-lista uffiċjali fuq l-istess stock exchange; ishma li jkunu differenti minn xulxin biss rigward id-data ta' l-ewwel intitolament għad-dividendi m'għandhomx ikunu kkunsidrati bħala li jkunu ta'klassi differenti; jew

(e) titoli diġà ammessi fil-lista uffiċjali fuq stock exchange ieħor fl-istess Stat Membru; jew

(f) ishma maħruġa minħabba rinunżja parzjali jew totali mit-tmexxija ta' soċjetà limitata b'kapital ta' ishma tad-drittijiet statutorji fuq il-profitti, jekk ishma ta' l-istess klassi diġà ġew ammessi fil-lista uffiċjali fuq l-istess stock exchange; ishma li huma differenti minn xulxin biss minħabba d-data ta' l-ewwel intitolament tad-dividendi m'għandhomx ikunu kkunsidrati bħala li huma ta' klassijiet differenti; jew

(g) ċertifikati supplimentari li jirrappreżentaw ishma maħruġa bi bdil tat-titoli oriġinali, fejn il-ħruġ ta' dawn il-ċertifikati ġodda ma jkunx ġab xi żieda fil-kapital maħruġ tal-kumpanija, iżda wkoll iċ-ċertifikati li jirrappreżentaw dawn l-ishma huma diġà elenkati fl-istess stock exchange.

u fejn:

- fil-każ ta' (a), l-emittent ikun ħares il-ħtiġiet tal-pubbliċità ta' l-i stock exchange imposti mill-awtoritajiet nazzjonali u jkun ipproduċa kontijiet annwali u rapporti annwali u proviżorji li dawn l-awtoritajiet ikunu kkunsidraw adegwati;

- fil-każ ta' (e), il-partikolaritajiet elenkati ma' din id-Direttiva ikunu diġà ġew ippubblikati; u

- fil-każijiet kollha msemmija fil-punti (a) sa (g), informazzjoni dwar in-numru u t-tip tat-titoli li għandhom ikunu annessi fil-lista uffiċjali u ċ-ċirkostanzi fejn dawn it-titoli ikunu nħarġu skond l-Artikoli 98(1) u 99(1);

(4) fejn:

(a) it-titoli jew ishma ta' l-emittent jew ċertifikati li jirrappreżentaw dawn l-ishma ikunu ġew elenkati uffiċjalment fi Stat Membru ieħor għall-anqas minn tliet snin qabel l-applikazzjoni għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali;

(b) għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn titfittex l-ammissjoni fil-lista uffiċjali, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Stat Membru jew l-Istati Membri fejn it-titoli ta' l-emittent huma uffiċjalment elenkati ikkonfermaw li matul it-tliet snin preċedenti jew matul iż-żmien kollu li l-garanzji ta' l-emittent ikunu elenkati, jekk dan hu anqas minn tliet snin, l-emittent ħares il-ħtiġiet kollha dwar l-informazzjoni u l-ammissjoni fil-lista imposti fuq kumpaniji li t-titoli tagħhom huma uffiċjalment elenkati bis-saħħa ta' din id-Direttiva;

(ċ) li ġejjin kollha huma ppubblikati bil-mod stipulat fl-Artikoli 98 u 99(1).

(i) dokument li jkollu l-informazzjoni li ġejja:

- prospett li l-applikazzjoni tkun saret għall-ammissjoni tat-titoli fil-lista uffiċjali. Fil-każ ta' ishma, il-prospett għandu jispeċifika in-numru u l-klassi ta' l-ishma kkonċernati u jagħti deskrizzjoni konċiża tad-drittijiet mehmuża magħhom. Fil-każ ta' ċertifikati li jirrappreżentaw ishma l-prospett għandu jispeċifika wkoll id-drttijiet mehmuża mat-titoli oriġinali u jagħti informazzjoni dwar il-possibbiltà li jikkonvertu ċ-ċertifikati f'titoli oriġinali u l-proċedura għal dik il-konverżjoni. Fil-każ ta' titoli ta' debitu l-prospett għandu jispeċifika wkoll l-ammont nominali tas-self (għandu jsir prospett f'dak is-sens) u l-kondizzjonijiet u t-termini tas-self; ħlief fil-każ ta' ħarġiet kontinwi, il-prezzijiet tal-ħarġa u tal-fidi u r-rata nominali ta' imgħax (jekk diversi rati ta' imgħax huma pprovduti, indikazzjoni tal-kondizzjonijiet li jiggvernaw it-tibdil fir-rata); fil-każ ta' titoli ta' debitu konvertibbli, titoli ta' debitu skambjabbli, titoli ta' debitu bil-warrants jew warrants il-prospett għandu jispeċifika wkoll in-natura ta' l-ishma offruti bħala konverżjoni, bdil jew sottoskrizzjoni, id-drittijiet mehmuża magħhom, il-kondizzjonijiet ta' u l-proċeduri għall-konverżjoni, bdil jew sottoskrizzjoni u d-dettalji taċ-ċirkostanzi li fihom jistgħu jkunu emendati;

- dettalji ta' bidla sinifikanti jew żvilupp li jkunu ġraw mid-data li għaliha jirriferu d-dokumenti msemmija fi (ii) u (iii);

- informazzjoni speċifika għas-suq fil-pajjiż fejn l-ammissjoni hija mfittxija dwar partikolarment s-sistema tat-taxxa tad-dħul, l-aġent li jħallas għall-emittent u l-modi li bihom notifiki lill-investituri huma ppubblikati; u

- dikjarrazzjoni mill-persuni responsabbli għall-informazzjoni mogħtija skond ma' l-ewwel tliet paragrafi li dik l-informazzjoni hi skond il-fatti u ma tinkludi l-ebda ommissjoni li x'aktarx taffettwa t-tifsira tad-dokument;

(ii) l-aħħar rapport annwali, l-aħħar kontijiet verifikati ta' kull sena (fejn l-emittent jipprepara kontijiet kemm tiegħu kif ukoll konsolidati iż-żewġ settijiet ta' kontijiet għandhom jingħataw. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, iżda, iħallu l-emittent li jagħti jew il-kontijiet tiegħu jew dawk konsolidatati, fuq il-kondizzjoni li l-kontijiet li m'humiex mogħtija ma jipprovdux xi informazzjoni addizzjonali sinifikanti) u l-aħħar prospett ta' kull sitt xhur ta' l-emittent għas-sena kkonċernata fejn kien diġà ppubblikat;

(iii) kull partikolarità tal-lista, prospett jew dokument ekwivalenti ippubblikat mill-emittent fit-12-il xahar li jiġu qabel l-applikazzjoni għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali; u

(iv) l-informazzjoni li ġejja fejn mhux diġà mogħtija fid-dokumenti pprovduti fi (i), (ii) u (iii):

- il-kompożizzjoni tal-korpi amministrattivi, tat-tmexxija u ta' superviżjoni u l-funzjonijiet eżegwiti mill-membri individwali,

- informazzjoni ġenerali fuq il-kapital,

- is-sitwazzjoni kurrenti fuq il-bażi ta' l-aħħar informazzjoni kkomunikata lill-emittent taħt l-Artikoli 85 sa 97, u

- kull rapport dwar l-aħħar kontijiet ippubblikati ta' kull sena mill-awdituri uffiċjali meħtieġa mil-liġi nazzjonali ta' Stat Membru ġewwa t-territorju ta' liema jinsab l-uffiċċju reġistrat ta' l-emittent;

(d) l-avviżi, programmi, posters u dokumenti li jħabbru l-ammissjoni tat-titoli fil-lista uffiċjali u li jindikaw il-karatteristiċi ta' dawk it-titoli u kull dokument ieħor dwar l-ammissjoni tagħhom u maħsuba għall-pubblikazzjoni mill-emittent jew f'ismu jgħidu li l-informazzjoni msemmija f(ċ) u jindikaw fejn qed tkun jew ser tkun ippubblikata fil-mod preskritt fl-Artikolu 98;

u

(e) l-informazzjoni msemmija f'(ċ) u l-avviżi, il-programmi, posters u dokumenti msemmija f(d) ntbagħtu lill-awtoritajiet kompetenti qabel ma jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(5) fejn kumpaniji li l-ishma tagħhom ikunu ġew negozjati ta' minn l-anqas fis-sentejn ta' qabel f'suq tat-tieni saff, regolati u sorveljati mill-awtoritajiet rikonoxxuti mill-korpi pubbliċi, ifittxu li jkollhom it-titoli tagħhom ammessi fil-lista uffiċjali tagħhom fl-istess Stat Membru u, fl-opinjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, l-informazzjoni ekwivalenti fis-sostanza għal dik meħtieġa minn din id-Direttiva hija disponibbli għall-investituri qabel id-data ta' meta l-ammissjoni fil-lista uffiċjali ssir effettiva.

It-Taqsima 3

Ommissjoni permessa mill-partikolaritajiet tal-lista ta' ċerta informazzjoni

L-Artikolu 24

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw l-ommissjoni mill-partikolaritajiet tal-lista ta' ċerta informazzzjoni pprovduta b'din id-Direttiva jekk jikkunsidraw li:

(a) din l-informazzjoni hija ta' importanza zgħira biss u mhix tali li tinfluwenza l-istima ta' l-attiv u l-passiv, il-pożizzjoni finanzjarja, il-profitti u t-telf u l-prospetti ta' l-emittent; jew

(b) żvelar ta' din l-informazzjoni ikun kontra l-interess pubbliku jew ta' detriment serju għall-emittent, iżda, f'dan il-każ, din l-ommissjoni ma tkunx x'aktarx tqarraq il-pubbliku dwar il-fatti u ċ-ċirkostanza, l-għarfien tagħha huwa essenzjali għall-istima tat-titoli kkonċernati.

It-Taqsima 4

Kontenuti tal-partikolaritajiet f'każijiet speċifiċi

L-Artikolu 25

1. Fejn l-applikazzjoni għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali tkun dwar ishma offruti lill-azzjonisti ta' l-emittent fuq bażi ta' pre-akkwist u l-ishma ta' dan huma diġà elenkati fuq l-istess stock exchange, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprovdu li l-partikolaritajiet tal-lista għandu jkollhom biss l-informazzjoni pprovduta mill-Iskeda A ta' l-Anness I:

(a) fil-Kapitolu 1,

(b) fil-Kapitolu 2,

(ċ) fil-Kapitolu 3, l-intestaturi 3.1.0, 3.1.5, 3.2.0, 3.2.1, 3.2.6, 3.2.7, 3.2.8, u 3.2.9,

(d) fil-Kapitolu 4, l-intestaturi 4.2, 4.4, 4.5, 4.7.1, u 4.7.2,

(e) fil-Kapitolu 5, l-intestaturi 5.1.4, 5.1.5, u 5.5,

(f) fil-Kapitolu 6, l-intestaturi 6.1, 6.2.0, 6.2.1,6.2.2, 6.2.3, u

(g) fil-Kapitolu 7.

Fejn l-ishma msemmija fl-ewwel subparagrafu huma rrappreżentati biċ-ċertifikati, il-partikolaritajiet tal-lista għandu jkollhom, mill-anqas, soġġett għall-Artikolu 33(2) u (3), flimkien ma' l-informazzjoni msemmija f'dak is-subparagrafu, dik ipprovduta fl-Iskeda Ċ ta' l-Anness I:

(a) fil-Kapitolu 1, l-intestaturi 1.1, 1.3, 1.4, 1.6 u 1.8,

u

(b) fil-Kapitolu 2.

2. Fejn l-applikazzjoni għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali tkun dwar titoli ta' debitu konvertibbli, titoli skambjabbli ta' debitu jew titoli ta' debitu b'warrants li huma offruti fuq bażi ta' pre-akkwist lill-azzjonisti ta' l-emittent u fejn l-ishma ta' dan ta' l-aħħar huma diġà elenkati fuq l-istess stock exchange, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprovdu li l-partikolaritajiet tal-lista għandu jkollhom biss:

(a) informazzjoni dwar in-natura ta' l-ishma offruti bħala konverżjoni, bidla jew sottoskrizzjoni u d-drittijiet mehmuża magħhom,

(b) l-informazzjoni pprovduta fl-Iskeda A ta' l-Anness I u msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, ħlief għal dak ipprovdut fil-Kapitolu 2 ta' dik l-Iskeda,

(ċ) l-informazzjoni pprovduta fil-Kapitolu 2 ta' l-Iskeda B ta' l-Anness I, u

(d) il-kondizzjonijiet ta' u l-proċeduri għall-konverżjoni ta' bidla u sottoskrizzjoni u s-sitwazzjonijiet fejn jistgħu jkunu emendati.

3. Meta ppubblikati skond l-Artikolu 98, partikolaritajiet tal-lista kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu akkumpanjati mill-kontijiet ta' kull sena għas-sena finanzjarja ta' l-aħħar.

4. Meta l-emittent jipprepara kemm il-kontijiet tiegħu u dawk konsolidati ta' kull sena, iż-żewġ settijiet għandhom jakkumpanjaw il-partikolaritajiet tal-lista. Iżda, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jħallu l-emittent li jehmeż mal-partikolaritajiet tal-lista waħedhom jew il-kontijiet tiegħu jew konsolidati, iżda l-kontijiet li ma jkunux mehmuża mal-partikolaritajiet tal-lista ma jagħtux informazzjoni addizzjonali materjali.

L-Artikolu 26

1. Fejn l-applikazzjoni għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali tkun dwar titoli ta' debitu li ma jkunux la konvertibbli, skambjabbli u lanqas akkumpanjati b'warrants u jinħarġu minn impriża li għandha diġà titoli elenkati fuq l-istess stock exchange, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprovdu li l-partikolaritajiet tal-lista għandu jkollhom biss l-informazzjoni pprovduta fl-Iskeda B ta' l-Anness 1:

(a) fil-Kapitolu 1,

(b) fil-Kapitolu 2,

(ċ) fil-Kapitolu 3, l-intestaturi 3.1.0, 3.1.5, 3.2.0 u 3.2.2,

(d) fil-Kapitolu 4, l-intestatura 4.3,

(e) fil-Kapitolu 5, l-intestaturi 5.1.2, 5.1.3, 5.1.4 u 5.4,

(f) fil-Kapitolu 6, u

(g) fil-Kapitolu 7.

2. Meta ppubblikati skond l-Artikolu 98, partikolaritajiet tal-lista kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu akkumpanjati mill-kontijiet ta' kull sena għas-sena finanzjarja ta' l-aħħar.

3. Meta l-emittent jipprepara kemm il-kontijiet tiegħu u dawk konsolidati ta' kull sena, iż-żewġ settijiet għandhom jakkumpanjaw l-partikolaritajiet tal-lista. Iżda, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jħallu l-emittent li jehmeż mal-partikolaritajiet tal-lista waħedhom jew il-kontijiet tiegħu jew konsolidati, iżda l-kontijiet li ma jkunux mehmuża mal-partikolaritajiet tal-lista ma jagħtux informazzjoni addizzjonali materjali.

L-Artikolu 27

Fejn l-applikazzjoni għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali tkun dwar titoli ta' debitu li kważi kollha, minħabba n-natura tagħhom, huma normalment mixtrija u nnegożjati minn numru limitat ta' investituri li jkunu jifhmu b'mod partikolari fl-affarijiet dwar l-investiment, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jħallu l-ommissjoni mill-partikolaritajiet tal-lista ta' ċertu informazzjoni pprovduta fl-Iskeda B ta' l-Anness I jew iħalli l-inklużjoni tagħha f'sunt, bil-kondizzjoni li dik l-informazzjoni ma tkunx materjali mill-punt ta' vista ta' l-investituri kkonċernati.

L-Artikolu 28

1. Għall-ammissjoni tat-titoli, maħruġa mill-istituzzjonijiet finanzjarji, fil-lista uffiċjali, il-partikolaritajiet tal-lista għandhom ikollhom fihom:

(a) ta' l-anqas l-informazzjoni speċifikata fil-Kapitoli 1, 2, 3, 5 u 6 ta' l-Iskedi A jew B ta' l-Anness I, skond jekk il-ħarġa hix ta' ishma jew titoli ta' debitu, u

(b) l-informazzjoni adattata, skond ir-regoli msemmija għal dak il-għan bil-liġi nazzjonali jew mill-awtoritajiet kompetenti, għan-natura partikolari ta' l-emittent tat-titoli kkonċernati u ta' l-anqas ekwivalenti għal dak speċifikat fil-Kapitoli 4 u 7 ta' l-Iskedi A jew B ta' l-Anness I.

2. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-istituzzjonijiet finanzjarji li għandhom ikunu koperti minn dan l-Artikolu.

3. L-arranġamenti msemmija f'dan l-Artikolu jistgħu jkunu estiżi lil:

(a) azjendi ta' investiment kollettiv li l-unitajiet tagħhom mhumiex esklużi mill-iskop ta' din id-Direttiva mill-Artikolu 3(2)(a),

(b) kumpaniji ta' investiment li għandhom l-unika attività li joħolqu kapital biex jagħmluh disponibbli għall-kumpanija ewlenija tagħhom jew lill-azjendi affiljati ma' dik il-kumpanija, u

(ċ) kumpaniji li għandhom portafolli ta' titoli, liċenzji jew patents u li l-unika attività hija t-tmexxija ta' dawn il-portafolli

L-Artikolu 29

Fejn l-applikazzjoni għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali tkun dwar titoli ta' debitu maħruġa b'mod kontinwu jew repetut minn istituzzjoniiet ta' kreditu li regolarment jippubblikaw il-kontijiet annwali tagħhom u li, ġewwa l-Komunità, huma mwaqqfa jew iggvernati minn liġi speċjali, jew bis-saħħa ta dik il-liġi, jew huma soġġetti għas-superviżjoni tal-pubbliku maħsuba biex ikunu protetti d-depożiti (savings), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-partikolaritajiet tal-lista għandu jkollhom biss:

(a) l-informazzjoni pprovduta fl-intestatura 1.1 u l-Kapitolu 2 ta' l-Iskeda B ta' l-Anness I, u

(b) informazzjoni dwar kull avveniment ta' importanza għall-istima tat-titoli kkonċernati li ġraw mill-aħħar tas-sena finanzjarja dwar liema l-aħħar kontijiet annwali ikunu ġew ippubblikati. Dawn il-kontijiet iridu jkunu disponibbli għall-pubbliku fl-uffiċċji ta' l-emittent jew f'dawk ta' l-organizzazzjonijiet finanzjarji li jaħdmu magħhom bħala l-aġenti tal-pagament tagħhom.

L-Artikolu 30

1. Għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali ta' titoli ta' debitu garantiti minn persuna legali, il-partikolaritajiet tal-lista għandhom jinkludu:

(a) fir-rigward ta' l-emittent, l-informazzjoni pprovduta fl-Iskeda B ta' l-Anness I, u

(b) fir-rigward tal-garanti, l-informazzjoni pprovduta fl-intestatura 1.3 u Kapitoli 3 sa 7 ta' dik l-Iskeda.

Fejn l-emittent jew il-garanti hija istituzzjoni finanzjarja, il-parti tal-partikolaritajiet tal-lista dwar l-istituzzjoni finanzjarja għandha titfassal skond l-Artikolu 28, mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

2. Meta l-emittent tat-titoli ta' debitu garantit hija kumpanija finanzjarja kif imsemmija fl-Artikolu 28(3), il-partikolaritajiet tal-lista għandhom jinkludu:

(a) fir-rigward ta' l-emittent, l-informazzjoni pprovduta fil-Kapitoli 1, 2 u 3 u fl-intestaturi 5.1.0 sa 5.1.5 u 6.1 ta' l-Iskeda B ta' l-Anness I, u

(b) fir-rigward tal-garanti, dak provdut fl-intestatura 1.3 u l-Kapitoli 3 sa 7 ta' dik l-Iskeda.

3. Fejn hemm aktar minn garanti wieħed, l-informazzjoni speċifikata għandha tenħtieġ minn kull wieħed; iżda, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu taqsir ta' din l-informazzjoni biex ikunu miftehma aktar il-partikolaritajiet tal-lista.

4. Il-kuntratt tal-garanzija għandu, fil-każijiet msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, ikun disponibbli għall-ispezzjoni tal-pubbliku fl-uffiċċji ta' l-emittent u f'dawk ta' l-organizzazzjonijiet finanzjarji li jaħdmu magħhom bħala l-aġenti tal-pagament tagħhom Kopji tal-kuntratt għandhom ikunu pprovduti lil kull persuna kkonċernata wara talba.

L-Artikolu 31

1. Fejn l-applikazzjoni għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali tkun dwar titoli ta' debitu konvertibbli, titoli ta' debitu skambjabbli jew titoli ta' debitu bil-warrants, il-partikolaritajiet tal-lista għandhom jinkludu:

(a) informazzjoni dwar in-natura ta' l-ishma offruti bħala konverżjoni, bdil jew sottoskrizzjoni, u d-drittijiet mehmuża magħhom,

(b) l-informazzjoni pprovduta fl-intestatura 1.3 u il-Kapitoli 3 sa 7 ta' l-Iskeda A ta' l-Anness I,

(ċ) l-informazzjoni pprovduta fil-Kapitolu 2 ta' l-Iskeda B ta' l-Anness I, u

(d) il-kondizzjonijiet ta' u l-proċeduri għall-konverżjoni ta' bidla jew sottoskrizzjoni u s-sitwazzjonijiet fejn jistgħu jkunu emendati.

2. Fejn l-emittent ta' titoli ta' debitu konvertibbli, titoli ta' debitu skambjabbli jew titoli ta' debitu bil-warrants, mhux l-emittent ta' l-ishma, il-partikolaritajiet tal-lista għandhom jinkludu:

(a) informazzjoni dwar in-natura ta' l-ishma offruti bħala konverżjoni, bidla jew sottoskrizzjoni u d-drittijiet mehmuża magħhom, u

(b) fir-rigward ta' l-emittent ta' titoli, l-informazzjoni provduta fl-Iskeda B ta' l-Anness I,

(ċ) fir-rigward ta' l-emittent ta' l-ishma, dak provdut fl-intestatura 1.3 u il-Kapitolu 3 sa 7 ta' l-Iskeda A ta' l-Anness I, u

(d) il-kondizzjonijiet ta' u l-proċeduri għall-konverżjoni ta' bidla jew sottoskrizzjoni u s-sitwazzjonijiet fejn jistgħu jkunu emendati.

Iżda, fejn l-emittent tat-titoli ta' debitu f'kumpanija ta' finanzjament kif imsemmija fl-Artikolu 28(3), il-partikolaritajiet tal-lista għandhom ikollhom fihom, fir-rigward ta' dik il-kumpanija, biss l-informazzjoni għall-Kapitoli 1, 2, u 3 u l-intestaturi 5.1.0 sa 5.1.5 u 6.1 ta' l-Iskeda B ta' l-Anness I.

L-Artikolu 32

1. Fejn l-applikazzjoni għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali tkun dwar it-titoli maħruġa fir-rigward ta' għaqda li tinvolvi l-akkwist ta' kumpanija oħra jew il-formazzjoni ta' kumpanija ġdida, il-qasma ta' kumpanija, it-trasferiment ta' l-attiv u passiv kollu jew parzjali ta' ażjenda, offerta ta' konsolidament jew bħala konsiderazzjoni għat-trasferiment ta' l-attiv li mhux kontanti, id-dokumenti li jiddeskrivu t-termini u l-kondizzjonijiet ta' dawn l-operazzjonijiet kif ukoll, fejn xieraq, kull balance sheet miftuħa, kemm jekk pro forma kif ukoll jekk le, jekk l-emittent għadu ma ppreparax il-kontijiet annwali tiegħu, għandu, mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet li jkunu ppubblikati l-partikolaritajiet tal-lista, jkunu disponibbli għall-ispezzjoni mill-pubbliku fl-uffiċċji ta' l-emittent tat-titoli u f'dawk ta' l-organizzazzjonijiet finanzjarji li jaħdmu magħhom bħala l-aġenti tal-pagament tagħhom.

2. Fejn it-transazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 saret aktar minn sentejn qabel, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħilsu mill-ħtieġa imposta f'dak il-paragrafu.

L-Artikolu 33

1. Meta l-applikazzjoni għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali tkun dwar ċertifikati li jirrappreżentaw ishma, il-partikolaritajiet tal-lista għandhom ikollhom l-informazzjoni, fir-rigward taċ-ċertifikati, ipprovduta fl-Iskeda Ċ ta' l-Anness I u l-informazzjoni, fir-rigward ta' l-ishma rappreżentati, ipprovduta fl-Iskeda A ta' l-Anness I.

2. Iżda, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu ma jinħtiġux lill-emittent taċ-ċertifikati li jippubblika d-dettalji tal-pożizzjoni finanzjarja tiegħu, meta l-emittent hu:

(a) istituzzjoni ta' kreditu li hija ċittadin ta' Stat Membru u hija mwaqqfa jew iggvernata minn liġi speċjali jew bis-saħħa ta' din il-liġi jew hija soġġetta għas-superviżjoni pubblika maħsuba biex tipproteġi d-depożiti, jew

(b) sussidjarja li 95 % jew iżjed tappartieni lill-istituzzjoni ta' kreditu kif imsemmi fil-punt (a), l-impennji tagħha fir-rigward tad-detenturi taċ-ċertifikati huma garantiti bla kondizzjoni minn dik l-istituzzjoni ta' kreditu u li hi soġġetta, de jure jew de facto, għall-istess superviżjoni, jew

(ċ) "Administratiekantoor" fl-Olanda iggvernat, għall-kustodja sigurtà ta' titoli oriġinali, minn regolamenti speċjali magħmula mill-awtoritajiet kompetenti.

3. Fil-każ ta' ċertifikati maħruġa minn organizzazzjoni ta' titoli ta' trasferiment jew minn istituzzjoni awżiljarja mwaqqfa minn din l-organizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu ma jinħtiġux il-pubblikazzjoni ta' l-informazzjoni msemmija fil-Kapitolu 1 ta' l-Iskeda Ċ ta' l-Anness I.

L-Artikolu 34

1. Fejn titoli ta' debitu li l-ammissjoni tagħhom fil-lista uffiċjali hija applikata għall-benefiċċju, kemm fir-rigward il-ħlas lura tas-self u l-ħlas ta' imgħax, mill-garanzija mhux kondizzjonata u irrevokabbli ta' Stat jew ta' wieħed mill-Istati federati ta' l-Istat, il-leġislazzjoni nazzjonali jew l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw it-taqsir ta' l-informazzjoni msemmija fil-Kapitoli 3 u 5 ta' l-Iskeda B ta' l-Anness I.

2. Il-possibbiltà ta' taqsir ipprovdut fil-paragrafu 1 jista' jkun applikat lill-kumpaniji mwaqqfa jew iggvernati minnn liġi speċjali jew bis-saħħa ta' dik il-liġi li jkollhom is-setgħa li jiġbru l-ispejjeż fuq il-konsumaturi tagħhom.

It-Taqsima 5

Kontroll jew ċirkolazzjoni tal-partikolaritajiet tal-lista

L-Artikolu 35

1. L-ebda partikolarità tal-lista ma tista' tkun ippubblikata sakemm tkun ġiet approvata mill-awtoritajiet kompetenti.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom japprovaw il-pubblikazzjoni tal-partikolaritajiet tal-lista biss jekk huma ta' l-opinjoni li jissodisfaw il-ħtiġiet kollha msemmija f'din id-Direttiva.

L-Artikolu 36

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu jekk jaċċettawx ir-rapport ta' verifika ta' l-awditur uffiċjali pprovdut fl-intestatura 1.3 ta' l-Iskedi A u B ta' l-Anness I jew, jekk meħtieġ, biex jeħtieġu rapport ieħor.

Il-ħtieġa għal rapport addizzjonali għandu jkun l-eżitu ta' eżami ta' kull każ skond il-merti tiegħu. Fuq talba ta' l-awditur uffiċjali u/jew ta' l-emittent, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħidulhom ir-raġunijiet li jiġġustifikaw din il-ħtieġa.

It-Taqsima 6

Id-determinazzjoni ta' l-awtorità kompetenti

L-Artikolu 37

Fejn, għall-istess titoli, applikazzjonijiet għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali fuq l-i stock exchanges li jinsabu jew li jaħdmu fi żewġ Stati Membri jew iżjed, inkluż l-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju reġistrat ta' l-emittent, jsiru simultanjament jew f'intervall qasir, il-partikolaritajiet tal-lista għandhom jitfasslu skond ir-regoli mniżżla f'din id-Direttiva fl-Istat Membru fejn l-emittent għandu l-uffiċċju reġistrat u approvat mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat jekk l-uffiċċju reġistrat ta' l-emittent ma jinsabx f'wieħed minn dawk l-Istati Membri, l-emittent għandu jagħżel wieħed minn dawk l-Istati li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-partikolaritajiet tal-lista ser jitfasslu u jkunu approvati.

It-Taqsima 7

Rikonoxximent reċiproku

L-Artikolu 38

1. Meta jkunu approvati skond l-Artikolu 37, il-partikolaritajiet tal-lista għandhom, bla ħsara għal kull traduzzjoni, ikunu rikonoxxuti mill-Istati Membri l-oħra fejn tkun saret l-applikazzjoni għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali, mingħajr ma jkun meħtieġ li tinġab l-approvazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-Istati u mingħajr ma jkunu jistgħu jeħtieġu li informazzjoni addizzjonali tkun inkluża fil-partikolaritajiet tal-lista. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, iżda, jeħtieġu li l-partikolaritajiet tal-lista jinkludu informazzjoni speċifika għas-suq fil-pajjiż ta' l-ammissjoni dwar partikolarment s-sistema tat-taxxa tad-dħul, l-organizzazzjonijiet mħaddma biex jaġixxu bħala aġenti li jħallsu għall-emittent f'dak il-pajjiż, u l-mod li bihom notifiki lill-investituri huma ppubblikati.

2. Il-partikolaritajiet tal-lista approvati mill-awtoritajiet kompetenti fit-tifsira ta' l-Artikolu 37 għandhom ikunu rikonoxxuti fi Stat Membru ieħor fejn issir l-applikazzjoni għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali, ukoll jekk eżenzjoni parzjali jew deroga parzjali tkun ngħatat bis-saħħa ta' din id-Direttiva, iżda:

(a) l-eżenzjoni parzjali jew deroga parzjali konċernata hija ta' tip li hija rikonoxxuta fir-regoli fir-regoli ta' l-Istat Membru l-ieħor ikkonċernat, u

(b) il-kondizzjonijiet li jiġġustifikaw l-eżenzjoni parzjali jew deroga parzjali jeżistu wkoll fl-Istat Membru kkonċernat u li ma hemmx kondizzjonijiet oħra dwar din l-eżenzjoni jew deroga li tista' twassal l-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru li tirrifjutahom.

Ukoll jekk il-kondizzjonijiet ipprovduti f'(a) u (b) mhumiex provduti, l-Istat Membru konċernat jista jħalli l-awtoritajiet kompetenti tiegħu li jirrikonoxxu l-partikolaritajiet tal-lista approvati mill-awtoritajiet kompetenti fit-tifsira ta' l-Artikolu 37.

3. Meta japprovaw il-partikolaritajiet tal-lista, l-awtoritajiet kompetenti fit-tifsira ta' l-Artikolu 37 għandhom jipprovdu l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra fejn issir l-applikazzjoni fil-lista uffiċjali b'ċertifikat ta' approvazzjoni. Jekk eżenzjoni parzjali jew deroga parzjali tkun ingħatat bis-saħħa ta' din id-Direttiva, iċ-ċertifikat għandu jgħid dak il-fatt u r-raġunijiet għaliex.

4. Meta ssir applikazzjoni għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali, l-emittent għandu jikkomunika lill-awtorità kompetenti f'kull Stat Membru ieħor fejn ikun qed japplika għall-ammissjoni l-abbozz tal-partikolaritajiet tal-lista li beħsiebu juża f'dak l-Istat.

5. L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu lill-partikolaritajiet tal-lista ta' emittenti li jkollhom uffiċċju reġistrat fi Stat Membru.

L-Artikolu 39

1. Fejn issir l-applikazzjoni għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali fi Stat Membru wieħed jew aktar u t-titoli kienu s-suġġett ta' prospett ta' offerta pubblika mfassla u approvata f'xi Stat Membru skond l-Artikoli 7, 8 jew 12 tad-Direttiva 89/298KEE fit-tliet xhur li jiġu qabel l-applikazzjoni għall-ammissjoni, il-prospett ta' offerta pubblika għandu jkun rikonoxxut, bla ħsara għal kull traduzzjoni, bħala partikolaritajiet tal-lista fl-Istat Membru jew Stati Membri fejn issir l-applikazzjoni għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali, mingħajr ma jkun meħtieġ li tinġab l-approvazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru jew dawk l-Istati Membri u mingħajr ma jkunu jistgħu jeħtieġu informazzjoni addizzjonali li tkun inkluża fil-prospett. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, iżda, jeħtieġu li l-prospett jinkludi informazzjoni speċifika għas-suq tal-pajjiż ta' l-ammissjoni dwar, partikolarment, is-sistema tat-taxxa tad-dħul, l-organizzazzjonijiet mħaddma biex jaġixxu bħala aġenti li jħallsu għall-emittent f'dak il-pajjiż ta' l-ammissjoni u l-modi kif in-notifiki għall-investituri huma ppubblikati.

2. L-Artikolu 38(2) sa (5) għandhom jgħoddu fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3. L-Artikolu 100 għandu japplika għall-bidliet kollha li jiġru bejn il-ħin meta l-kontenut tal-prospett msemmi fil-paragrafu 1 hu adottat u l-ħin meta jibda n-negozju ta' l-i stock exchange.

L-Artikolu 40

1. Fejn applikazzjoni għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali dwar titoli li jagħtu dritt għall-parteċipazzjoni fil-kapital tal-kumpanija, jew minnufih jew fl-aħħar tal-perjodu tal-maturità, issir fi Stat Membru jew iżjed li ma jkunx dak fejn jinsab l-uffiċċju reġistrat ta' l-emittent ta' l-ishma li għalihom it-titoli jagħtu l-intitolament, filwaqt li l-ishma ta' l-emittent ikunu diġà ammessi fil-lista uffiċjali f'dak l-Istat Membru, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-ammissjoni jistgħu jaġixxu biss wara ikunu ikkonsultaw l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju reġistrat ta' l-emittent ta' l-ishma kkonċernati.

2. Fejn applikazzjoni għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali issir għal titoli li ġew elenkati fi Stat Membru ieħor anqas minn sitt xhur qabel, l-awtoritajiet kompetenti li ssirilhom l-applikazzjoni għandhom jikkuntattjaw l-awtoritajiet kompetenti li jkunu ammettew diġà t-titoli fil-lista uffiċjali u għandhom, kemm jista' jkun possibbli, jeżentaw l-emittent ta' dawk it-titoli mill-preparazzjoni tal-partikolaritajiet ġodda tal-lista, bla ħsara għal kull aġġornament, traduzzjoni jew ħruġ ta' supplimenti skond il-ħtiġiet individwali ta' l-Istat Membru kkonċernat.

It-Taqsima 8

Ftehim ma' pajjiżi li mhumiex membri

L-Artikolu 41

Il-Komunità tista', permezz ta' ftehim konkluż ma pajjiż wieħed jew bosta li mhumiex membri bis-saħħa tat-Trattat, tirrikonoxxi partikolaritajiet tal-lista mfassla u verifikati, skond ir-regoli tal-pajjiż jew pajjiżi li mhumiex membri, bħala li jilħqu l-ħtiġiet ta' din id-Direttiva, bla ħsara għar-reċiproċità, iżda r-regoli kkonċernati għandhom jagħtu lill-investituri protezzjoni ekwivalenti għal dik mogħtija minn din id-Direttiva, ukoll jekk dawk ir-regoli huma differenti mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

IL-KAPITOLU II

Kondizzjonijiet speċifiċi għall-ammissjoni ta' l-ishma

It-Taqsima 1

Kondizzjonijiet dwar kumpaniji li l-ammissjoni ta' l-ishma tagħhom fil-lista uffiċjali tkun qed titfittex

L-Artikolu 42

Il-pożizzjoni legali tal-kumpanija trid tkun skond il-liġijiet u r-Regolamenti li hija soġġetta għalihom, fir-rigward kemm tal-formazzjoni tagħha u l-operazzjoni tagħha taħt l-istatuti tagħha.

L-Artikolu 43

1. Il-kapitalizzazzjoni fis-suq ta' l-ishma mbassra li tkun qed titfittex l-ammissjoni tagħhom fil-lista uffiċjali jew, jekk dan ma jistax ikun stmat, il-kapital jew ir-riżervi tal-kumpanija, inkluż il-qligħ u t-telf, mill-aħħar sena finanżjarja, trid tkun mill-anqas ta' miljun euro.

2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali, ukoll meta din il-kondizzjoni mhix issodisfata, iżda l-awtoritajiet kompetenti ikunu sodisfatti li jkun hemm suq adegwat għall-ishma kkonċernati.

3. Kapitalizzazzjoni ogħla tas-suq mbassra jew kapital ogħla u riservi jistgħu jenħtieġu minn Stat Membru għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali biss jekk jeżisti suq regolat, li jopera regolarment rikonoxxut u miftuħ f'dak l-Istat u l-ħtiġiet għalih huma ugwali għal jew anqas minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1.

4. Il-kondizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhiex tkun applikabbli għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali ta' blokk ieħor ta' ishma ta' l-istess klassi bħal dawk ammessi diġà.

5. L-ekwivalenti fil-valuta nazzjonali ta' miljun euro għandha fil-bidu tkun ekwivalenti fil-valuta nazzjonali ta' miljun unità Ewropea ta' kont li kien applikabbli fil-5 ta' Marzu 1979.

6. Jekk, bħala riżultat ta' aġġustament ta' l-ekwivalenti ta' euro fil-valuta nazzjonali, il-kapitalizzazzjoni tas-suq espress fil-valuta nazzjonali tibqa' għal perjodu ta' sena waħda mill-anqas 10 % iżjed jew anqas mill-valur ta' miljun euro l-Istat Membru għandu, fi żmien 12-il xahar wara l-iskadenza ta' dak il-perjodu, jaġġusta il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi biex jikkonformaw mal-paragrafu 1.

L-Artikolu 44

Kumpanija trid tkun ippubblikat jew ippreżentat il-kontijiet annwali tagħha skond il-liġi nazzjonali għat-tliet snin finanzjarji qabel l-applikazzjoni fil-lista uffiċjali. Bħala eċċezzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jidderogaw minn din il-kondizzjoni fejn din id-deroga hija mixtieqa fl-interess tal-kumpanija jew ta' l-investituri u fejn l-awtoritajiet kompetenti huma sodisfatti li l-investituri għandhom l-informazzjoni neċessarja disponibbli biex jilħqu ġudizzju informat fuq il-kumpanija u l-ishma li għalihom tkun qed titfittex l-ammissjoni fil-lista uffiċjali.

It-Taqsima 2

Kondizzjonijiet dwar l-ishma li għalihom tkun qed titfittex l-ammissjoni

L-Artikolu 45

Il-pożizzjoni legali ta' l-ishma trid tkun skond il-liġijiet u r-regolamenti li huma soġġetti għalihom.

L-Artikolu 46

1. L-ishma għandhom ikunu liberament negozjabbli

2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jittrattaw l-ishma li ma jkunux imħallsa kollha bħala liberament negozjabbli, jekk ikunu saru arranġamenti biex jiżguraw li n-negozjabbiltà ta' dawn l-ishma ma tkunx ristretta u li n-negozjar ikun miftugħ u xieraq billi l-pubbliku ikun ipprovdut bl-informazzjoni xierqa kollha.

3. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fil-każ ta' ammissjoni fil-lista uffiċjali ta' l-ishma li jistgħu jkunu akkwistati biss bla ħsara għall-approvazzjoni, jidderogaw mill-paragrafu 1 biss jekk l-użu tal-klawżola ta' approvazzjoni ma tiddisturbax is-suq.

L-Artikolu 47

Fejn il-ħarġa għall-pubbliku tiġi qabel l-ammissjoni fil-lista uffiċjali, l-ewwel smigħ jista' jsir biss wara t-tmiem tal-perjodu li matulu l-applikazzjonijiet għas-sottoskrizzjoni jistgħu jkunu sottomessi.

L-Artikolu 48

1. Numru suffiċjenti ta' ishma għandhom ikunu distribwiti lill-pubbliku fi Stat Membru wieħed jew iżjed mhux aktar tard miż-żmien ta' l-ammissjoni.

2. Il-kondizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhiex tapplika fejn ishma għandhom ikunu mqassma lill-pubbliku fl-i stock exchange. F'dak il-każ, ammissjoni fil-lista uffiċjali tista' tingħata biss jekk l-awtoritajiet kompetenti huma sodisfatti li numru suffiċjenti ta' ishma ser jitqassmu fl-i stock exchange fi żmien qasir.

3. Fejn ammissjoni fil-lista uffiċjali titfittex għal blokk ieħor ta' ishma ta' l-istess klassi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistmaw jekk numru suffiċjenti ta' ishma ikunx tqassam lill-pubbliku dwar l-ishma kollha maħruġa u mhux biss fir-rigward ta' dan il-blokk ieħor.

4. Bħala deroga mill-paragrafu 1, jekk l-ishma huma ammessi fil-lista uffiċjali f'pajjiż li mhux membru jew f'aktar, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprovdu għall-ammissjoni tagħhom fil-lista uffiċjali jekk numru suffiċjenti ta' ishma jitqassam lill-pubbliku fl-Istat jew Stati li mhumiex membri fejn huma elenkati.

5. Numru biżżejjed ta' ishma għandhom jitqiesu li jkunu mqassma jew meta l-ishma li dwarhom tkun saret l-applikazzjoni għall-ammissjoni huma f'idejn il-pubbliku sa mill-anqas 25 % tal-kapital sottoskritt rappreżentat mill-klassi ta' l-ishma kkonċernati jew meta, minħabba n-numru kbir ta' ishma ta' l-istess klassi u id-daqs tat-tqassim tagħhom lill-pubbliku, is-suq ser jopera sewwa b'perċentwal aktar baxx.

L-Artikolu 49

1. L-applikazzjoni għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali għandha tkopri l-ishma kollha ta' l-istess klassi diġà maħruġa.

2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li din il-kondizzjoni m'għandhiex tapplika għall-applikazzjonijiet li ma jkoprux l-ishma kollha ta' l-istess klassi maħruġa diġà fejn l-ishma ta' dik il-klassi li ma titfittixx l-ammissjoni tagħhom jappartienu lill-blokok li jservu biex iżommu l-kontroll tak-kumpanija jew mhumiex negozjabbli għal ċertu żmien taħt ftehim, iżda l-pubbliku għandu jkun infurmat b'dawn is-sitwazzjonijiet u li ma hemmx perikolu ta' dawn is-sitwazzjonijiet li jippreġudikaw l-interessi tad-detenturi ta' l-ishma li għalihom l-ammissjoni fil-lista uffiċjali hija mfittxa.

L-Artikolu 50

1. Għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali ta' ishma maħruġa mill-kumpaniji li huma ċittadini ta' Stat Memru ieħor u liema ishma għandhom forma fiżika jeħtieġ u biżżejjed li l-forma fiżika tagħhom taqbel ma' l-istandards ipprovduti f'dak l-Istat Membru l-ieħor. Fejn il-forma fiżika ma taqbilx ma l-istandards fis-seħħ fl-Istat Membru fejn tkun saret l-applikazzjoni għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali, l-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-istat għandhom jgħarrfu b'dan lill-pubbliku.

2. Il-forma fiżika ta' l-ishma maħruġa mill-kumpaniji li huma ċittadini ta' pajjiż mhux membru għandhom jipprovdu salvagwardji għall-protezzjoni ta' l-investituri.

L-Artikolu 51

Jekk l-ishma maħruġa minn kumpanija li hija ċittadina ta' pajjiż mhux membru ma jkunux elenkati jew fil-pajjiż ta' oriġini jew fil-pajjiż ta' oriġini jew fil-pajjiż fejn il-proporzjon ta' l-ishma jinżammu, m'għandhomx ikunu ammessi fil-lista uffiċjali jekk l-awtoritajiet kompetenti huma sodisfatti li l-assenza ta' elenku fil-pajjiż ta' oriġini jew fil-pajjiż fejn hemm l-akbar parti mhux dovuta għall-bżonn li l-investituri jkunu protetti.

IL-KAPITOLU III

Kondizzjonijiet partikolari dwar l-ammissjoni fil-lista uffiċjali tat-titoli tad-debitu maħruġa minn impriża

It-Taqsima 1

Kondizzjonijiet dwar impriżi għat-titoli ta' debitu fejn tkun qed titfittex l-ammissjoni fil-lista uffiċjali

L-Artikolu 52

Il-pożizzjoni legali ta' l-impriża trid tkun skond il-liġijiet u r-regolamenti li hija soġġetta għalihom, fir-rigward kemm tal-formazzjoni tagħha u l-operazzjoni tagħha taħt l-istatuti tagħha.

It-Taqsima 2

Kondizzjonijiet dwar titoli ta' debitu li għalihom tkun qed titfittex l-ammissjoni fil-lista uffiċjali

L-Artikolu 53

Il-pożizzjoni legali tat-titoli ta' debitu trid tkun skond il-liġijiet u r-regolamenti li huma soġġetti għalihom.

L-Artikolu 54

1. It-titoli tad-debitu għandhom ikunu liberament negozjabbli.

2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jittrattaw it-titoli ta' debitu li ma jkunux imhallsa kollha bħala liberament negozjabbli, jekk ikunu saru arranġamenti biex jiżguraw li n-negozjabbiltà ta' dawn it-titoli ta' debitu ma tkunx ristretta u li n-negozjar ikun miftuħ u xieraq billi l-pubbliku ikunu ipprovdut bl-informazzjoni xierqa kollha.

L-Artikolu 55

Fejn il-ħarġa għall-pubbliku tiġi qabel l-ammissjoni fil-lista uffiċjali, l-ewwel smigħ jista' jsir biss wara t-tmiem tal-perjodu li matulu l-applikazzjonijiet għas-sottoskrizzjoni jistgħu jkunu sottomessi. Din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika fil-każ ta' kwistjonijiet ta' l-għażla ta' titoli ta' debitu meta d-data ta' l-għeluq għas-sottoskrizzjoni mhix fissa.

L-Artikolu 56

L-applikazzjoni għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali għandha tkopri l-prijorità tat-titoli tad-debitu kollha pari passu.

L-Artikolu 57

1. Għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali ta' titoli ta' debitu maħruġa mill-kumpaniji li huma ċittadini ta' Stat Membru ieħor u liema ishma għandhom forma fiżika jeħtieġ u hu biżżejjed li l-forma fiżika tagħhom taqbel ma' l-istandards provduti f'dak l-Istat Membru l-ieħor. Fejn il-forma fiżika ma taqbilx ma l-istandards fis-seħħ fl-Istat Membru fejn tkun saret l-applikazzjoni għall-ammissjoni għal-lista uffiċjali, l-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat għandhom jgħarrfu b'dan lill-pubbliku.

2. Il-forma fiżika tat-titoli ta' debitu maħruġa fi Stat Membru wieħed għandhom iħarsu l-istandards fis-seħħ f'dak l-Istat.

3. Il-forma fiżika tat-titoli ta' debitu maħruġa mill-impriżi li huma ċittadini ta' pajjiż mhux membru għandhom jipprovdu salvagwardji għall-protezzjoni ta' l-investituri.

It-Taqsima 3

Kondizzjonijiet oħra

L-Artikolu 58

1. L-ammont tas-self ma jistax ikun anqas minn EUR 200000. Din id-dispożizzjoni m'għandhiex tkun applikabbli fil-każ ta' kwistjonijiet ta' għażla fejn l-ammont tas-self mhux fiss.

2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għall-ammissjoni għal-lista uffiċjali ukoll meta din il-kondizzjoni mhix milħuqa, fejn l-awtoritajiet kompetenti huma sodisfatti li ser ikun hemm suq biżżejjed għalt-titoli tad-debitu kkonċernati.

3. L-ekwivalenti fil-munita nazzjonali ta' EUR 200000 għandha inizjalment tkun ekwivalenti f'munita nazzjonali ta' 200000 unità ta' kont li kienu applikabbli fil-5 ta' Marzu 1979.

4. Jekk ir-riżultat ta' aġġustament ta' l-ekwivalenti f'euro fil-munita nazzjonali l-ammont minimu tas-self espress fil-munita nazzjonali jibqa', għall-perjodu ta' sena, mill-anqas 10 % inqas mill-valur ta' EUR 200000 l-Istat Membru għandu, fi żmien 12-il xahar wara li jagħlaq dak il-perjodu, jemenda il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet ammnistrattivi tiegħu biex iħarsu l-paragrafu 1.

L-Artikolu 59

1. Obbligazzjonijiet konvertibbli jew skambjabbli u obbligazzjonijiet b'warrants jistgħu jkunu ammessi fil-lista uffiċjali biss jekk l-ishma relatati huma diġà elenkati fuq l-istess stock exchange jew f'ieħor, li jaħdem regolarment, rikonoxxut fis-suq miftuħ jew ikunu ammessi hekk simultanjament.

2. L-Istati Membri jistgħu, bħala deroga għall-paragrafu 1, jipprovdu għall-ammissjoni għal-lista uffiċjali ta' obbligazzjonijiet konvertibbli u skambjabbli jew obbligazzjonijiet bil-warrants, jekk l-awtoritajiet kompetenti huma sodisfatti li d-detenturi għandhom fid-dispożizzjoni tagħhom kull informazzjoni meħtieġa biex jiffurmaw opinjoni dwar il-valur ta' l-ishma li dwarhom għandhom x'jaqsmu t-titoli ta' debitu.

IL-KAPITOLU IV

Kondizzjonijiet partikolari dwar l-ammissjoni għal-lista uffiċjali tat-titoli tad-debitu maħruġa minn Stat, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali tieghu jew korp pubbliku internazzjonali

L-Artikolu 60

It-titoli ta' debitu għandhom ikunu negozjabbli liberament.

L-Artikolu 61

Fejn il-ħarġa pubblika tippreċedi l-ammissjoni għal-lista uffiċjali, l-ewwel lista tista' ssir biss wara t-tmiem tal-perjodu li matulu jistgħu jsiru l-applikazzjonijiet għas-sottoskrizzjoni. Din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika fejn id-data ta' l-għeluq għas-sottoskrizzjoni mhix fissa.

L-Artikolu 62

L-applikazzjoni għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali trid tkopri t-titoli kollha li jkollhom prijorità pari passi.

L-Artikolu 63

1. Għall-ammissjoni għal-lista uffiċjali tat-titoli ta' debitu li jinħarġu minn Stat Membru jew l-awtoritajiet reġnali jew lokali tiegħu f'forma fiżika, jeħtieġ u bizzejjed li dik il-forma fiżika tħares l-istandards fis-seħħ f'dak l-Istat Membru. Fejn il-forma fiżika ma tħarisx l-istandards fis-seħħ fl-Istat Membru fejn issir l-applikazzjoni għall-ammissjoni għal-lista uffiċjali, l-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-istat għandhom iġibu din is-sitwazzjoni għall-attenzjoni tal-pubbliku.

2. Il-forma fiżika tat-titoli tad-debitu maħruġa mill-pajjiżi li mhumiex membri jew l-awtoritajiet reġjonali jew lokali jew minn korpi pubbliċi internazzjonali għandha tagħti biżżejjed salvagwardji għall-protezzjoni ta' l-investituri.

IT-TITOLU IV

OBBLIGI DWAR IT-TITOLI AMMESSI GĦAL-LISTA UFFIĊJALI

IL-KAPITOLU I

Obbligi tal-kumpaniji li l-ishma tagħhom huma ammessi għal-lista uffiċjali

It-Taqsima 1

Elenku ta' ishma maħruġa ġodda ta' l-istess klassi

L-Artikolu 64

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 49(2), fil-każ ta' ħarġa ġdida ta' ishma għall-pubbliku ta' l-istess klassi bħal dawk elenkati uffiċjalment diġà, il-kumpanija għandha teħtieġ, fejn l-ishma l-ġodda mhumiex awtomatikament ammessi, biex japplikaw għall-ammissjoni tagħhom fl-istess elenku, jew mhux aktar minn sena wara l-ħruġ tagħhom jew meta jsiru negozjabbli liberament.

It-Taqsima 2

Trattament ta' l-azzjonisti

L-Artikolu 65

1. Il-kumpanija għandha tiżgura trattament ugwali ta' l-ishma kollha li huma fl-istess pożizzjoni.

2. Il-kumpanija għandha tiżgura, ta' l-anqas f'kull Stat Membru fejn l-ishma tagħha huma elenkati, li jkunu disponibbli kull faċilità u informazzjoni meħtieġa biex tippermetti l-azzjonisti biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom. Għandha, b'mod partikolari:

(a) tinforma l-azzjonisti taż-żamma tal-laqgħat u jħallihom jeżerċitaw d-dritt tagħhom tal-vot,

(b) tippubblika avviżi jew tqassam ċirkolarijiet dwar l-allokazzjoni u l-ħlas ta' dividendi, il-ħruġ ta' ishma ġodda inkluż l-għoti, is-sottoskrizzjoni, u arranġamenti ta' rinunzja u konverżjoni,

(ċ) taħtar bħala aġent tagħha istituzzjoni finanzjarja li bih l-azzjonisti jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet finanzjarji tagħhom, sakemm il-kumpanija tipprovdi servizzi finanzjarji.

It-Taqsima 3

Emenda ta' l-istrument ta' inkorporazzjoni jew ta' l-istatuti

L-Artikolu 66

1. Kumpanija li tippjana emenda għall-istrumenti tagħha ta' inkorporazzjoni jew l-istatuti tagħha għandha tikkomunika abbozz ta' hekk lill-awtoritajiet kompetenti fejn l-ishma huma elenkati.

2. Dak l-abbozz għandu jkun ikkomunikat lill-awtoritajiet kompetenti mhux aktar tard mit-tlaqqigħ ta' laqgħa ġenerali li għandha tiddeċiedi fuq l-emenda proposta.

It-Taqsima 4

Kontijiet ta' kull sena u rapport annwali

L-Artikolu 67

1. Il-kumpanija għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, kemm jista' jkun malajr, il-kontijiet l-aktar riċenti ta' kull sena u r-rapport ta' kull sena ta' l-aħħar.

2. Jekk il-kumpanija tipprepara kemm il-kontijiet annwali tagħha u dawk konsolidati, għandha tqegħidhom għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. F'dak il-każ, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jħallu l-kumpanija li tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku biss jew il-kontijiet tagħha jew dawk konsolidati, iżda l-kontijiet li ma jkunux disponibbli għall-pubbliku ma jkollhomx xi informazzjoni addizzjonali sinifikanti.

3. Jekk il-kontijiet annwali u r-rapporti ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi dwar il-kontijiet tal-kumpaniji u jekk ma jagħtux veduta tajba u ġusta ta' l-attiv u l-passiv, il-pożizzjoni finanzjarja u l-profitt u t-telf, għanda tingħata aktar informazzjoni dettaljata u/jew addizzjonali.

It-Taqsima 5

Informazzjoni addizzjonali

L-Artikolu 68

1. Il-kumpanija għandha tinforma l-pubbliku kemm jista' jkun malajr ta' kull żvilupp ġdid kbir fl-isfera tagħha ta' attività li mhijiex magħrufa mill-pubbliku u li tista, bis-saħħa ta' l-effetti tagħhom fuq l-attiv u l-passiv jew pożizzjoni finanzjarja jew fuq l-andament ġenerali tan-negozju tagħha, twassal għal ċaqliq sostanzjali fil-prezzijiet ta' l-ishma tagħha.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, iżda, jeżentaw il-kumpanija minn din il-ħtieġa, jekk l-isvelar ta' informazzjoni partikolari hija tali li tippreġudika l-interessi leġittimi tal-kumpanija.

2. Il-kumpanija għandha tinforma l-pubbliku mingħajr dewmien b'kull tibdil fid-drittijiet mehmuża mad-diversi klassijiet ta' ishma.

3. Il-kumpanija għandha tinforma lill-pubbliku b'kull tibdil fl-istruttura (azzjonisti u analiżi ta' parteċipazzjoni azzjonarja) tal-parteċipazzjoni azzjonarja maġġuri fil-kapital tagħha kif ipparagunat ma l-informazzjoni ppubblikata qabel fuq dak is-suġġett hekk kif dawn it-tibdiliet jiġu għall-attenzjoni tagħha.

B'mod partikolari, kumpanija li mhix soġġetta għall-Artikolu 85 sa 97 għandha tinforma l-pubbliku fi żmien disat ijiem kalendarji kull meta tinduna li persuna jew entità akkwistat jew iddisponiet minn numru ta' ishma tali li l-parteċipazzjoni azzjonarja tieghu jew tagħha tisboq jew taqa taħt il-limiti msemmija fl-Artikolu 89.

It-Taqsima 6

Ekwivalenza ta' l-informazzjoni

L-Artikolu 69

1. Kumpanija li l-ishma tagħha huma uffiċjalment elenkati fuq l-i stock exchanges jew joperaw fi Stati Membri differenti għandha tiżgura li informazzjoni ekwivalenti tkun għad-dispożizzjoni għas-suq f'kull stock exchange minn dawn.

2. Kumpanija li l-ishma tagħha huma elenkati uffiċjalment fuq stock exchanges li jinsabu jew joperaw f'Istat Membru wieħed jew aktar u f'pajjiż mhux membru jew iżjed għandhom iqiegħdu għad-disponibbiltà tas-swieq ta' l-Istat Membru jew Stati fejn l-ishma tagħha huma elenkati informazzjoni li hija ta' l-anqas ekwivalenti ghal dik li tagħmel disponibbli fis-swieq tal-pajjiż mhux membru jew pajjiżi kkonċernati, jekk dik l-informazzjoni tista' tkun ta' importanza għall-valutazzjoni ta' l-ishma.

It-Taqsima 7

Informazzjoni perjodika li għandha tkun ippubblikata

L-Artikolu 70

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 4 jippubblikaw rapporti ta' kull sitt xhur fuq l-attivitajiet tagħhom u l-profitti u t-telf tagħhom matul l-ewwel sitt xhur ta' kull sena finanzjarja.

L-Artikolu 71

Rigward ir-rapport ta' kull sitt xhur, l-Istati Membri jistgħu jobbligaw lill-kumpaniji f'obbligi aktar iebsa minn dawk ipprovduti fl-Artikoli 70, u 72 sa 76, 102(2) u l-Artikolu 103 jew għall-obbligi addizzjonali, iżda għandhom japplikaw b'mod ġenerali lill-kumpaniji kollha ta' klassi partikolari.

It-Taqsima 8

Pubblikazzjoni u l-kontenuti tar-rapport ta' kull sitt xhur

L-Artikolu 72

1. Ir-rapport ta' kull sitt xhur għandu jkun ippubblikat fi żmien erba' xhur mit-tmiem tal-perjodu relevanti ta' sitt xhur.

2. F'każijiet eċċezzjonali, sostanzjati kif jixraq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iħallu li jestendu l-limitu ta' żmien għall-pubblikazzjoni.

L-Artikolu 73

1. Ir-rapport ta' kull sitt xhur għandu jikkonsisti minn figuri u stqarrija spjegattiva dwar l-attivitajiet tal-kumpanija u l-profitti u t-telf matul il-perjodu ta' sitt xhur relevanti

2. Il-figuri, ippreżentati f'forma ta' tabella, għandhom jindikaw għall-anqas:

(a) il-valur tal-bejgħ nett, u

(b) il-profitt jew it-telf qabel jew wara t-tnaqqis tat-taxxa.

Dawn it-termini għandhom ikollhom l-istess tifsiriet bħal fid-Direttivi fuq il-kontijiet tal-kumpaniji.

3. L-Istati Membri jistgħu jħallu l-awtoritajiet kompetenti li jawtorizzaw kumpaniji, eċċezzjonalment u każ b'każ, li jagħtu figuri stmati ghall-profitti u għat-telf, iżda l-ishma ta' kull kumpanija bħal dik huma elenkati uffiċjalment fi Stat Membru wieħed biss. L-użu ta' din il-proċedura irid tkun indikat mill-kumpanija fir-rapport tagħha u m'għandhiex tqarraq l-investituri.

4. Fejn il-kumpanija tħallset jew tipproponi li tħallas dividend proviżorju, il-figuri għandhom jindikaw il-profitt jew telf wara t-taxxa għall-perjodu ta' sitt xhur u dividend proviżorju mħallas jew propost.

5. Ma' kull figura għandha tintwera l-figura għall-perjodu korrispondenti fis-sena preċedenti finanzjarja.

6. Il-prospett spjegattiv għandu jinkludi kull informazzjoni sinifikattiva li tippermetti l-investituri li jagħmlu stima informata ta' l-andament ta' l-attivitajiet tal-kumpanija u l-profitti u t-telf flimkien ma' indikazzjoni ta' kull fattur speċjali li influwenza dawk l-attivitajiet u dawk il-profitti u t-telf matul il-perjodu kkonċernat, u tippermetti li jsir paragun mal-perjodi korrispondenti tas-sena finanzjarja preċedenti.

Għandu wkoll, safejn possibbli, jirriferi għall-iżviluppi probabbli fil-ġejjieni tal-kumpanija fis-sena kurrenti finanzjarja.

7. Fejn il-figuri msemmija fil-paragrafu 2 mhumiex xierqa għall-attivitajiet tal-kumpanija, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jsiru aġġustamenti xierqa.

L-Artikolu 74

Fejn il-kumpanija tippubblika kontijiet konsolidati tista' tippubblika r-rapport tagħha ta' kull sitt xhur jew f'forma konsolidata jew mhux konsolidatat. Iżda, l-Istati Membri jistgħu jħallu l-awtoritajiet kompetenti, fejn dawn jikkunsidraw li l-forma mhux adottata setgħet ikollha informazzjoni materjali addizzjonali, li jeħtieġu l-kumpanija li tippubblika din l-informazzjoni.

L-Artikolu 75

Fejn l-informazzjoni tal-kontabilità tkun ivverifikata mill-awditur uffiċjali tal-kontijiet tal-kumpanija, dak ir-rapport ta' l-awditur u kull kwalifika li jista' jkollu għandhom ikunu riprodotti kollha.

L-Artikolu 76

1. Fejn ħtiġiet partikolari ta' din id-Direttiva mhumiex xierqa għall-attivitajiet tal-kumpanija jew ċirkostanzi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jsiru aġġustamenti xierqa lil dawn il-ħtiġiet.

2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw l-ommissjoni mir-rapport ta' kull sitt xhur ta' ċerta informazzjoni msemmija f'din id-Direttiva jekk jikkonsidraw li l-żvelar ta' din l-informazzjoni tkun kontra l-interess pubbliku jew ta' detriment serju għall-kumpanija, iżda, f'dan il-każ, din l-ommissjoni ma tridx probabbilment tqarraq bil-pubbliku dwar il-fatti u ċ-ċirkostanzi li l-għarfien tagħhom huwa essenzjali għall-istima ta' l-ishma kkonċernati.

Il-kumpanija jew ir-rappreżentanti tagħha għandhom ikunu responsabbli għall-korettezza u r-rilevanza tal-fatti li fuqhom hija bażata kull applikazzjoni għal din l-eżenzjoni.

3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll lill-obbligi aktar iebsa jew addizzjonali imposti bis-saħħa ta' l-Artikolu 71.

4. Jekk kumpanija ggvernata bil-liġi ta' pajjiż mhux membru tippubblika rapport ta' kull sitt xhur f'pajjiż mhux membru, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzawha li tippubblika dak ir-rapport minflok ir-rapport ta' kull sitt xhur msemmija f'din id-Direttiva, iżda l-informazzjoni moghtija hija ekwivalenti għal dik li tista' tirriżulta mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 77

Fejn rapport ta' kull tliet xhur għandu jkun ippubblikat f'iżjed minn Stat Membru wieħed, l-awtoritajiet kompetenti ta' dawn l-Istati Membri għandhom, bħala deroga mill-Artikolu 71, jagħmlu minn kollox biex jaċċettaw bħala test uniku t-test li jilħaq il-ħtiġiet ta' l-Istat Membru fejn l-ishma tal-kumpanija kienu ammessi għal-lista uffiċjali għall-ewwel darba jew it-test li l-aktar iqarreb għal dak it-test. F'każijiet ta' ammissjoni simultanja għal-lista uffiċjali f'żewġ stock exchanges jew iżjed li jinsabu jew joperaw fi Stati Membri differenti, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati għandhom jagħmlu minn kollox biex jaċċettaw bħala test uniku t-test tar-rapport li jilħaq il-ħtiġiet ta' Stat Membru fejn jinsab l-uffiċċju ewlieni tal-kumpanija; jekk l-uffiċċju ewlieni tal-kumpanija jinsab f'pajjiż li mhux membru, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati għandhom jagħmlu minn kollox biex jaċċettaw verżjoni waħdanija tar-rapport.

IL-KAPITOLU II

L-obbligu ta' emittenti li t-titoli ta' debitu huma ammessi għal-lista uffiċjali

It-Taqsima 1

Titoli ta' debitu maħruġa minn impriża

L-Artikolu 78

1. L-impriża għandha tiżgura li d-detenturi kollha li t-titoli ta' debitu li jkollhom prijorità pari passu jingħataw trattament ugwali dwar d-drittijiet mehmuża ma' dawk it-titoli ta' debitu.

Sakemm isiru skond il-liġi nazzjonali, din il-kondizzjoni m'għandhiex ittellef offerti ta' pagament kmieni ta' ċerti titoli ta' debitu li jsiru lil detenturi minn impriża b'deroga mill-kondizzjonijiet ta' ħarġa u partikolarment skond il-prijoritajiet soċjali.

2. L-impriża għandha tiżgura li ta' l-anqas f'kull Stat Membru fejn it-titoli ta' debitu huma uffiċjalment elenkati l-faċilitajiet kollha u l-informazzjoni meħtieġa biex tippermetti d-detenturi li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom huma disponibbli. B'mod partikolari, għandha:

(a) tippubblika avviżi jew tqassam ċirkolarijiet dwar il-laqgħat miżmuma ta' detenturi ta' titoli ta' debitu, il-ħlas ta' imgħaxijiet, l-eżerċizju ta' kull konverżjoni, bdil, sottoskrizzjoni jew rinunzja ta' drittijiet u l-ħlas lura,

(b) taħtar bħala aġent tagħha istituzzjoni finanzjarja li bih d-detenturi tat-titoli ta' debitu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet finanzjarji tagħhom, sakemm l-impriża tipprovdi servizzi finanzjarji.

L-Artikolu 79

1. Impriża li tippjana emenda għall-istrumenti tagħha ta' inkorporazzjoni jew l-istatuti tagħha li jaffettwaw id-drittijiet ta' detenturi ta' titoli ta' debitu għandha tikkomunika abbozz ta' hekk lill-awtoritajiet kompetenti fejn it-titoli ta' debitu tagħha huma elenkati.

2. Dak l-abbozz għandu jkun ikkomunikat lill-awtoritajiet kompetenti mhux aktar tard mit-tlaqqigħ ta' laqgħa tal-korp li għandu jiddeċiedi fuq l-emenda proposta.

L-Artikolu 80

1. L-impriża għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, kemm jista' jkun malajr, il-kontijiet l-aktar riċenti ta' kull sena u r-rapport ta' kull sena ta' l-aħħar li teħtieġ il-pubblikazzjoni tiegħu mil-liġi nazzjonali.

2. Jekk l-impriża tipprepara kemm il-kontijiet annwali tagħha u dawk konsolidati, għandha tqegħidhom għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. F'dak il-każ, iżda, l-awtorità kompetenti tista tħalli l-impriża li tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku biss jew il-kontijiet tagħha jew dawk il-konsolidati, iżda l-kontijiet li ma jkunux disponibbli għall-pubbliku ma jkollhomx xi informazzjoni addizzjonali sinifikanti.

3. Jekk il-kontijiet annwali u r-rapporti ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi dwar il-kontijiet tal-kumpaniji u jekk ma jagħtux opinjoni tajba u ġusta ta' l-attiv u l-passiv ta' l-impriża, il-pożizzjoni finanzjarja u r-riżultati, għanda tingħata aktar informazzjoni dettaljata u/jew addizzjonali.

L-Artikolu 81

1. L-impriża għandha tinforma l-pubbliku kemm jista' jkun malajr b'kull żvilupp maġġuri fl-isfera tagħha ta' attivitajiet li mhumiex ta' għarfien pubbliku u li jistgħu b'mod sinifikattiv jaffettwaw l-abbiltà tagħha li tilħaq l-impennji tagħha.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, iżda, jeżentaw l-impriża minn dan l-obbligu b'talba taghħa, jekk l-isvelar ta' informazzjoni partikolari hija tali li tippreġudika l-interessi leġittimi ta' l-impriża.

2. L-impriża għandha tinforma l-pubbliku mingħajr dewmien ta' kull bidla fid-drittijiet tad-detenturi tat-titoli ta' debitu li jirriżultaw partikolarment minn bidla fil-kondizzjoninjiet tas-self jew fir-rati ta' imgħax.

3. L-impriża għandha tinforma lill-pubbliku mingħajr dewmien ta' ħruġ ġdid ta' self u partikolarment ta' kull garanzija dwarhom.

4. Fejn it-titoli ta' debitu elenkati uffiċjalment huma obbligazzjonijiet konvertibbli jew skambjabbli, jew obbligazzjonijiet bil-warrants, l-impriża għandha tinforma l-pubbliku mingħajr dewmien ta' kull tibdil fid-drittijiet mehmuża mad-diversi klassijiet ta' ishma li għandhom x'jaqsmu magħhom.

L-Artikolu 82

1. Impriża li t-titoli tagħha huma elenkati uffiċjalment fuq l-i stock exchanges li jinsabu jew joperaw fi Stati Membri differenti għandha tiżgura li informazzjoni ekwivalenti tkun għad-dispożizzjoni għas-suq f'kull stock exchange minn dawn.

2. Impriża li t-titoli ta' debitu li huma elenkati uffiċjalment fuq stock exchanges li jinsabu jew joperaw fi Stat Membru wieħed jew aktar u f'pajjiż mhux membru jew iżjed għandhom iqiegħdu għad-disponibbiltà tas-swieq ta' l-Istat Membru jew Stati fejn it-titoli ta' debitu tagħha huma elenkati informazzjoni li hija ta' l-anqas ekwivalenti ghal dik li tagħmel disponibbli fis-swieq tal-pajjiż mhux membru jew pajjiżi kkonċernati, jekk dik l-informazzjoni tista' tkun ta' importanza għall-valutazzjoni tat-titoli ta' debitu.

It-Taqsima 2

Titoli maħruġa minn Stat jew l-awtoritajiet reġjonali jew lokali tiegħu jew minn korp internazzjonali pubbliku

L-Artikolu 83

1. Stati, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali tagħhom u korpi pubbliċi internazzjonali għandhom jiżguraw li d-detenturi kollha li t-titoli ta' debitu li jkollhom prijorità pari passu jingħataw trattament ugwali dwar d-drittijiet mehmuża ma dawk it-titoli ta' debitu.

Sakemm isiru skond il-liġi nazzjonali, din il-kondizzjoni m'għandhiex iżżomm offerti ta' pagament lura kmieni ta' ċerti titoli ta' debitu li jsiru lil detenturi minn emittent b'deroga mill-kondizzjonijiet ta' ħarġa u partikolarment skond il-prijoritajiet soċjali.

2. Stati, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali tagħhom u korpi pubbliċi internazzjonali għandhom jiżguraw li ta' l-anqas f'kull Stat Membru fejn it-titoli ta' debitu huma uffiċjalment elenkati l-faċilitajiet kollha u l-informazzjoni meħtieġa biex tippermetti d-detenturi ta' titoli ta' debitu li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ikunu disponibbli. B'mod partikolari, għandhom:

(a) jippubblikaw avviżi jew iqassmu ċirkolarijiet dwar il-laqgħat miżmuma ta' detenturi ta' titoli ta' debitu, il-ħlas ta' imgħaxijiet, u l-fidi,

(b) jaħtru bħala aġenti tagħhom istituzzjonijiet finanzjarji li bihom d-detenturi tat-titoli ta' debitu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet finanzjarji tagħhom.

L-Artikolu 84

1. Stati, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali tagħhom u korpi pubbliċi internazzjonali li t-titoli ta' debitu tagħhom huma elenkati uffiċjalment fuq l-i stock exchanges li jinsabu jew joperaw fi Stati Membri differenti għandhom jiżguraw li informazzjoni ekwivalenti tkun għad-dispożizzjoni għas-suq f'kull stock exchange minn dawn.

2. Stati, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali tagħhom u korpi pubbliċi internazzjonali li t-titoli ta' debitu tagħhom huma elenkati uffiċjalment fuq l-i stock exchanges li jinsabu jew joperaw fi Stat Membru wieħed jew aktar u f'pajjiż mhux membru jew iżjed għandhom iqegħdu għad-disponibbiltà tas-swieq ta' l-Istat Membru jew Stati fejn it-titoli ta' debitu tagħhom huma elenkati informazzjoni li hija ta' l-anqas ekwivalenti ghal dik li tagħmel disponibbli fis-swieq tal-pajjiż mhux membru jew pajjiżi kkonċernati, jekk dik l-informazzjoni tista' tkun ta' importanza għall-valutazzjoni tat-titoli ta' debitu.

IL-KAPITOLU III

Obbligi dwar l-informazzjoni li għandha tkun ippubblikata meta parteċipazzjoni azzjonarja maġġuri f'kumpanija elenkata tkun akkwistata jew tinbiegħ

It-Taqsima 1

Dispożizzjonijiet Ġenerali

L-Artikolu 85

1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu suġġett għal dan il-Kapitolu persuni naturali u entitajiet legali fid-dritt pubbliku u privat li jakkwistaw jew jiddisponu minn, direttament jew permezz ta' intermedjari, azjendi li jilħqu l-kriterji msemmija fl-Artikolu 89(1) li jinvolvu bdil fl-azjendita' drittijiet għal vot f'kumpaniji inkorporati taħt il-liġi tagħhom l-ishma li huma elenekati uffiċjalment fl-i stock exchange jew exchanges li jinsabu jew joperaw fi Stat Membru wieħed jew iżjed.

2. Fejn l-akkwist jew il-bejgħ ta' azjenda ewlenija kif msemmi fil-paragrafu 1 isir permezz ta' ċertifikati li jirrappreżentaw l-ishma, dan il-Kapitolu għandu jgħodd għall-portaturi ta' dawk iċ-ċertifikati, u mhux għall-emittent.

3. Dan il-Kapitolu m'għandux japplika għall-akkwist jew bejgħ ta' azjendi ewlenin f'impriżi kollettivi ta' investiment.

L-Artikolu 86

Għall-għanijiet ta' dan il-Kapitolu, "l-akkwist ta' azjenda" għandu jfisser mhux biss ix-xiri ta' azjenda, imma wkoll l-akkwist b'kull mezz ieħor li jkun, inkluż l-akkwist f'waħda mis-sitwazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 92.

L-Artikolu 87

1. Għall-għanijiet ta' dan il-Kapitolu, "impriża kkontrollata" għandha tfisser kull impriża fejn persuna naturali jew entità legali:

(a) għandha maġġoranza tad-drittijiet għal vot ta' azzjonisti jew tal-membri; jew

(b) għandha d-dritt li tappunta jew tneħħi maġġoranza ta' membri tal-korp amministrattiv, tat-tmexxija jew ta' superviżjoni u hija fl-istess ħin azzjonista fi, jew membru ta', l-impriża kkonċernata; jew

(ċ) hija azzjonista jew membru u waħedha tikkontrolla maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ta' l-azzjonisti jew membri bis-saħħa tal-ftehim milħuq ma' azzjonisti oħra jew membri ta' l-impriża.

2. Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, id-drittijiet ta' impriża ewlenija rigward il-vot, il-ħatra u t-tneħħija għandhom jinkludu d-drittijiet ta' kull impriża oħra kkontrollata u dawk ta' kull persuna jew entità li taġixxi f'isimha imma għan-nom ta' l-impriża ewlenija jew ta' xi impriża kkontrollata oħra.

L-Artikolu 88

L-Istati Membri jistgħu jissoġġettaw il-persuni naturali, entitajiet legali u kumpaniji msemmija fl-Artikolu 85(1) għall-ħtiġiet aktar stretti minn dawk ipprovduti f'dan il-Kapitolu jew għall-ħtiġiet addizzjonali, iżda dawk il-ħtiġiet għandhom japplikaw ġeneralment għal dawk kollha li jakkwistaw jew ibigħu azjendi u l-kumpaniji kollha jew għal dawk li jaqgħu f'kategorija partikolari li takkwista jew tbigħ azjendi jew kumpaniji.

It-Taqsima 2

Informazzjoni meta azjenda ewlenija tkun akkwistata jew mibjugħa

L-Artikolu 89

1. Fejn persuna naturali jew entità legali msemmija fl-Artikolu 85(1) takkwista jew tbigħ azjenda f'kumpanija msemmija fl-Artikolu 85(1) u fejn, wara dak l-akkwist jew bejgħ, il-proporzjon ta' drittijiet tal-vot miżmuma minn dik il-persuna jew entità legali tilħaq, teċċedi jew taqa' taħt il-limiti ta' 10 %, 20 %, 1/3, 50 % u 2/3, għandha tinnotifika l-kumpanija u fl-istess ħin l-awtorità jew awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 96 fi żmien sebat ijiem bil-proporzjon tad-drittijiet tal-vot li jkollha wara dak l-akkwist jew bejgħ. L-Istati Membri m'għandhomx għalfejn japplikaw:

(a) il-limiti ta' 20 % u 1/3 fejn japplikaw limitu wieħed ta' 25 %,

(b) il-limitu ta' 2/3 fejn japplikaw il-limitu ta' 75 %.

Il-perjodu ta' sebat ijiem kalendarji għandhom japplikaw miż-żmien meta l-propjetarju ta' l-azjenda ewlenija isir jaf bl-akkwist jew bejgħ, jew miż-żmien meta, minħabba ċ-ċirkostanzi, kien imissu jsir jaf bih.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll li kumpanija trid tkun informata wkoll dwar il-proporzjon ta' kapital miżmum minn persuna naturali jew entità legali.

2. L-Istati Membri għandhom, jekk meħtieġ, jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali tagħhom, u jiddeterminaw skondha, il-mod ta' kif id-drittijiet tal-vot li għandhom ikunu ikkunsidrati biex ikun applikat il-paragrafu 1 għandhom jinġabu għall-attenzjoni ta' persuni naturali u entitajiet legali msemmija fl-Artikolu 85(1).

L-Artikolu 90

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li fl-ewwel laqgħa annwali ġenerali ta' kumpanija msemmija fl-Artikolu 85(1), li ssir, fir-rigward ta':

il-Belġju, mill-1 ta' Ottubru1993,

id-Danimarka, mill-1 ta' Ottubru 1991,

il-Ġermanja, mill-1 ta' April 1995,

il-Greċja, mill-1 ta' Ottubru 1992,

Spanja, mill-15 ta' Ġunju 1991,

Franza, mill-1 ta' Ottubru 1991,

l-Irlanda, mill-1 ta' Novembru 1991,

l-Italja, mill-1 ta' Ġunju 1992,

il-Lussemburgu, mill-1 ta' Ġunju 1993,

l-Olanda, mill-1 ta' Mejju 1992,

l-Awstrija, mill-1 ta' April 1995,

il-Portugal, mill-1 ta' Awwissu 1991,

il-Finlandja, mill-1 ta' April 1995,

l-Isvezja, mill-1 ta' April 1996,

u

ir-Renju Unit, mit-18 ta' Diċembru 1993,

kull persuna naturali jew entità legali msemmija fl-Artikolu 85(1) għandha tinnotifika il-kumpanija msemmija u fl-istess ħin l-awtorità jew awtoritajiet kompetenti fejn ikollha 10 % jew iżjed tad-drittijiet tal-vot, u tispeċifika l-proporzjon ta' drittijiet tal-vot attwalment miżmuma sakemm dik il-persuna jew entità diġà tkun għamlet dikjarazzjoni skond l-Artikolu 89.

Xahar wara dik il-laqgħa ġenerali, il-pubbliku għandu jkun infurmat bl-azjendi kollha ta' 10 % jew iżjed skond l-Artikolu 91.

L-Artikolu 91

Kumpanija li tkun rċeviet dikjarazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 89(1) għandha min-naħa tagħha turiha lill-pubbliku f'kull Stat Membru fejn l-ishma tagħha huma uffiċjalment elenkati fi stock exchange kemm jista' jkun malajr imma mhux aktar minn disat ijiem kalendarji wara l-irċevuta ta' dik id-dikjarazzjoni.

Stat Membru jista' jipprovdi li l-pubbliku, msemmi fl-ewwel subparagrafu, ikun mgħarraf biex dan isir mhux mill-kumpanija konċernata imma mill-awtorità kompetenti, possibbilment b'kooperazzjoni ma dik il-kumpanija.

It-Taqsima 3

Determinazzjoni tad-drittijiet tal-vot

L-Artikolu 92

Għall-għanijiet li jkun iddeterminat jekk persuna naturali jew entità legali kif imsemmija fl-Artikolu 85(1) hija meħtieġa li tagħmel dikjarazzjoni kif provduta fl-Artikolu 89(1) u fl-Artikolu 90, li ġejjin għandhom ikunu mitqiesa bħala drittijiet tal-vot miżmuma minn dik il-persuna jew entità:

(a) drittijiet tal-vot miżmuma minn persuni oħra jew entitajiet f'ismijiethom imma għan-nom ta' dik il-persuna jew entità,

(b) drittijiet tal-vot miżmuma minn impriża kontrollata minn dik il-persuna jew entità;

(ċ) drittijiet tal-vot miżmuma minn terza persuna li magħha dik il-persuna jew entità tkun ikkonkludiet ftehim bil-miktub li tobblighom li jadottaw, b'eżerċizju miftiehem tad-drittijiet tal-vot li jkollhom, politika komuni duratura għat-tmexxija tal-kumpanija kkonċernata.

(d) drittijiet tal-vot miżmuma minn terza persuna taħt ftehim bil-miktub konkluż ma' dik il-persuna jew entità jew ma impriża kkontrollata minn dik il-persuna jew entità li jipprovdu għat-trasferiment temporanju għall-konsiderazzjoni tad-drittijiet tal-vot ikkonċernati,

(e) drittijiet tal-vot mehmuża ma' l-ishma propjetà ta' dik il-persuna jew entità li huma depożitati bħala titolu, ħlief jekk il-persuna jew entità li jkollha l-kontrolli tat-titoli u tiddikjara l-intenzjoni tagħha li teżerċitahom, f'liema każ għandhom jitqiesu bħala d-drittijiet tal-vot ta' din ta' l-aħħar.

(f) drittijiet tal-vot mehmuża ma' ishma li fihom dik il-persuna jew entità jkollha interess għall-ħajja,

(g) drittijiet tal-vot li dik il-persuna jew entità jew waħda mill-persuni l-oħra jew entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (f) tkun intitolata li takkwista, fuq l-inizjattiva tagħha stess biss, taħt ftehim formali; f'dawn il-każijiet, in-notifika preskritta fl-Artikolu 89(1) għandha issir fid-data tal-ftehim,

(h) drittijiet tal-vot mehmuża ma' l-ishma depożitati ma dik il-persuna jew entità li dik il-persuna jew entità jistgħu jeżerċitaw fid-diskrezzjoni taghħa fin-nuqqas ta' struzzjonijiet speċifiċi mid-detenturi.

Bħala deroga mill-Artikolu 89(1), fejn persuna jew entità tista' teżerċita drittijiet tal-vot imsemmija fil-punt (h) ta' l-ewwel paragrafu f'kumpanija u fejn it-totalità ta' dawn id-drittijiet tal-vot flimkien mad-drittijiet l-oħra tal-vot miżmuma minn dik il-persuna jew entità f'dik il-kumpanija jilħqu jew jaqbżu wieħed mil-limiti pprovduti fl-Artikolu 89(1), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-persuna jew entità msemmija hija obbligata biss li tinforma l-kumpanija kkonċernata 21 jum kalendarju qabel il-laqgħa ġenerali ta' dik il-kumpanija.

It-Taqsima 4

Eżenzjonijiet

L-Artikolu 93

Jekk il-persuna jew entità takkwista jew tbigħ azjenda ewlenija kif definit fl-Artikolu 89 hija membru ta' grupp ta' impriżi meħtieġa taħt id-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE [9] biex ifasslu kontijiet konsolidati, dik il-persuna jew entità għandha tkun eżenti mill-obbligu li tagħmel dikjarazzjoni maħsuba fl-Artikolu 89(1) u l-Artikolu 90 jekk issir mill-impriża ewlenija jew, fejn l-impriża ewlenija hija nnifisha impriża sussidjarja, mill-impriża ewlenija taghħa stess.

L-Artikolu 94

1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw mid-dikjarazzjoni pprovduta fl-Artikolu 89(1) l-akkwist jew bejgħ ta' azjenda ewlenija, kif definit fl-Artikolu 89, minn negozjant professjonali fit-titoli, safejn dak l-akkwist jew bejgħ huwa affettwat fil-kapaċità tiegħu bħala negozjant professjonali fit-titoli u safejn l-akkwist mhux użat min-negozjant biex jintervieni fit-tmexxija tal-kumpaniji kkonċernati.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li n-negozjanti professjonali f'titoli msemmija fil-paragrafu 1 ikunu membri ta' stock exchange li tinsab jew topera ġewwa Stat Membru jew li tkun approvata jew sorveljata minn awtorità kompetenti kif msemmija fl-Artikolu 105.

L-Artikolu 95

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, eccezzjonalment, jeżentaw il-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 85(1) mill-obbligu li jinnotifikaw il-pubbliku msemmija fl-Artikolu 91 jekk jikkonsidraw li l-żvelar ta' din l-informazzjoni tkun kontra l-interess pubbliku jew ta' detriment serju għall-kumpaniji konċernati, iżda, f'dan il-każ, din l-ommissjoni ma tkunx probabbilment tqarraq bil-pubbliku dwar il-fatti u ċ-ċirkostanzi li l-għarfien tagħhom huwa essenzjali għall-istima tat-titoli trasferibbli kkonċernati.

It-Taqsima 5

L-awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 96

Għall-għanijiet ta' dan il-Kapitolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu dawk ta' Stati Membri li l-liġi tagħhom tiggverna l-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 85(1).

It-Taqsima 6

Sanzjonijiet

L-Artikolu 97

L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-sanzjonijiet xierqa fil-każijiet fejn il-persuni naturali jew entitajiet legali msemmija fl-Artikolu 85(1) ma jħarsux id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu.

IT-TITOLU V

PUBBLIKAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI TA' L-INFORMAZZJONI

IL-KAPITOLU I

Pubblikazzjoni u komunikazzjoni ta' partikolaritajiet tal-lista għall-ammissjoni ta' titoli għall-elenku uffiċjali ta' l-i stock exchange.

It-Taqsima 1

Proċeduri u perjodu tal-pubblikazzjoni tal-partikolaritajiet tal-lista u s-supplimenti tagħhom

L-Artikolu 98

1. Il-partikolaritajiet tal-lista għandhom ikunu ppubblikati jew:

(a) billi jiddaħħlu f'gazzetta waħda jew iżjed ċirkolati ġewwa l-Istati Membri fejn l-ammissjoni tal-lista uffiċjali tkun imfittxa, jew ċirkolati sew fih, jew,

(b) f'forma ta' brochure li jkun disponibbli, b'xejn, lill-pubbliku fl-uffiċċji ta' l-istock exchange jew stock exchanges fejn it-titoli qed ikunu ammessi għal-lista uffiċjali, fl-uffiċċju reġistrat ta' l-emittent u fl-uffiċċji ta' l-organizzazzjonijiet finanzjarji miżmuma biex jaħdmu bħala l-aġenti tal-ħlas ta' dawn ta' l-aħħar fl-Istat Membru fejn l-ammissjoni tat-titoli għal-lista uffiċjali tkun imfittxa.

2. Kif ukoll, jew il-partikularitajiet kollha tal-lista jew avviż li jgħid fejn il-partikolaritajiet tal-lista kienu ppubblikati u fejn jistgħu jinkisbu mill-pubbliku għandhom jiddaħħlu f'pubblikazzjoni msemmija mill-Istat Membru fejn l-ammissjoni għat-titoli fil-lista uffiċjali hija mfittxa.

L-Artikolu 99

1. Partikolaritajiet tal-lista għandhom ikunu ppubblikati fiż-żmien raġonevoli, li għandu jkun provdut mil-leġislazzjoni nazzjonali jew mill-awtoritajiet kompetenti qabel id-data li fiha tidħol fis-seħħ il-lista uffiċjali.

Kif ukoll, fejn l-ammissjoni ta' titoli għal-lista uffiċjali tkun preċeduta min-negozju ta' drittijiet ta' sottoskrizzjoni pre-akkwistati li joħolqu negozji reġistrati fil-lista uffiċjali, għandhom ikunu ppubblikati partikolaritajiet fi żmien raġonevoli, li għandu jkun provdut mill-awtoritajiet kompetenti qabel ma jibda dak in-negozju.

2. F'każijiet eċċezzjonali ġustifikati kif xieraq, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jħallu l-posponiment tal-pubblikazzjoni tal-partikolaritajiet tal-lista isir wara:

(a) id-data li fiha l-lista uffiċjali tidħol fis-seħħ, fil-każ ta' titoli ta' klassi elenekata fuq l-istess stock exchange maħruġa minħabba it-trasferimenti tal-beni li ma jkunux kontanti,

(b) id-data tal-ftuħ ta' negożju fid-drittijiet ta' sottoskrizzjoni pre-akkwistati.

3. Jekk l-ammissjoni ta' titoli ta' debitu għal-lista uffiċjali taħbat mal-ħarġa taħhom għal-pubbliku u jekk uħud milll-kondizzjonijiet tal-ħarġa mhumiex finalizzati sa l-aħħar mument, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu biss il-pubblikazzjoni, fi żmien raġonevoli, tal-partikolaritajiet tal-lista li jħallu barra l-informazzjoni fuq dawn il-kondizzjonijiet imma jindikaw kif ser tingħata. Din l-informazzjoni għandha tkun ippubblikata qabel id-data li fiha tibda l-lista uffiċjali, ħlief fejn it-titoli ta' debitu jinħarġu fuq bażi kontinwa bi prezzijiet li jvarjaw.

L-Artikolu 100

Kull fattur sinifikattiv ġdid li jista' jaffettwa stima tat-titoli li tiġri bejn il-ħin meta l-partikolartiajiet tal-lista huma adottati u ż-żmien meta n-negożju ta' l-istock exchange jibdew għandu jkun kopert b'suppliment għall-partikolaritajiet tal-lista, mistħarġa bl-istess mod bħal ta' l-aħħar u ppubblikata skond il-proċeduri li għandhom ikunu pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti.

It-Taqsima 2

Komunikazzjoni minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti bil-mezz tal-pubblikazzjoni

L-Artikolu 101

Fejn il-partikolaritajiet tal-lista huma, jew ser ikunu, ippubblikati skond l-Artikoli 3 sa 20 għall-ammissjoni tat-titoli l-avviżi, programmi, posters u dokumenti li jħabbru din l-operazzjoni u jindikaw il-karatteristiċi essenzjali ta' dawk it-titoli, u d-dokumenti l-oħra kollha dwar l-ammissjoni tagħhom u intiżi għall-pubblikazzjoni mill-emittent f'ismu, għandhom ikunu ikkomunikati l-ewwel lill-awtoritajiet kompetenti. Dawn għandhom jiddeċiedu jekk għandhomx ikunu mistħarrġa qabel il-pubblikazzjoni.

Id-dokumenti msemmija hawn fuq għandhom jgħidu li l-partikolaritajiet tal-lista jeżistu u jindikaw fejn qegħdin, jew ser ikunu, ippubblikati skond l-Artikolu 98.

IL-KAPITOLU II

Pubblikazzjoni u komunikazzjoni ta' l-informazzjoni wara l-lista

L-Artikolu 102

1. L-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 67, 68, 80, 81 u 91 li l-emittenti ta' titolu ammessi għal-lista uffiċjali fi Stat Membru wieħed jew iżjed huma meħtieġa li jagħmlu disponibbli lill-pubbliku għandha tkun ippubblikata f'gazzetta jew iżjed mqassma ġewwa l-Istat jew Stati Membri kkonċernati jew mqassma ħafna fihom jew tkun disponibbli lill-pubbliku jew bil-miktub f'postijiet indikati fl-avviżi li jkunu ppubblikati f'gazzetta waħda jew iżjed mqassma ġewwa l-Istat jew Stati Membri kkonċernati jew imqassma ħafna fihom, jew b'xi mezz ieħor ekwivalenti approvat mill-awtoritajiet kompetenti.

L-emittenti għandhom fl-istess ħin jibagħtu l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 67, 68, 80 u 81 lill-awtoritajiet kompetenti.

2. Ir-rapport ta' kull sitt xhur imsemmi fl-Artikolu 70 għandu jkun ippubblikat fl-Istat Membru jew Stati Membri fejn l-ishma huma ammessi fil-lista uffiċjali billi jiddaħħal f'gazzetta waħda jew iżjed imqassma ġewwa l-Istat jew Stati jew imqassma fih jew fil-gazzetta nazzjonali, jew tkun disponibbli lill-pubbliku jew bil-miktub f'postijiet indikati fl-avviż li jkun ppubblikat f'gazzetta waħda jew iżjed mqassma ġewwa l-Istat jew imqassma ħafna fihom, jew b'mezzi oħra ekwivalenti approvat mill-awtoritajiet kompetenti.

Il-kumpanija għandha tibgħat kopja tar-rapport ta' kull sitt xhur fl-istess ħin lill-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru fejn l-ishma tagħha huma ammessi fil-lista uffiċjali. M'għandhiex tagħmel hekk aktar tard miż-żmien meta r-rapport ta' kull sitt xhur huwa ppubblikat għall-ewwel darba fi Stat Membru.

IL-KAPITOLU III

Lingwi

L-Artikolu 103

L-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 67, 68, 80, 81 u 91, kif ukoll fir-rapport ta' kull sitt xhur msemmi fl-Artikolu 70, għandu jitfassal fil-lingwa jew lingwi uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali jew f'lingwa oħra, iżda, fl-Istat Membru konċernat, dik il-lingwa jew lingwi uffiċjali jew lingwa oħra huma ta' użu fl-isfera tal-finanza u huma aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti.

L-Artikolu 104

L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 23(4)(ċ) u (d) għandha tkun ippubblikata fil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali ta' Stat Membru fejn l-ammissjoni għal-lista uffiċjali hija mfittxa jew f'lingwa oħra, iżda fl-Istat Membru konċernat dik il-lingwa oħra hija fl-użu fl-isfera tal-finanza, u hija aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti u, fejn xieraq, dawk il-kondizzjonijiet oħra li jistgħu jimponu huma mħarsa.

IT-TITOLU VI

AWTORITAJIET KOMPETENTI U KOOPERAZZJONI BEJN L-ISTATI MEMBRI

L-Artikolu 105

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-Direttiva hija applikata u għandhom jaħtru awtorità kompetenti jew iżjed għall-għanijiet ta' din id-Direttiva. Għandhom jinnotifikaw il-Kummissjoni biha, u jagħtu dettalji ta' kull diviżjoni ta' poteri bejniethom.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-poteri meħtieġa għalihom biex jagħmlu xogħolhom.

3. Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa r-responsabbiltà ta' l-awtoritajiet kompetenti, li tibqa tkun iggvernata biss mil-liġi nazzjonali.

L-Artikolu 106

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw kull meta meħtieġ għall-għanijiet tat-twettiq tad-dmirijiethom u għandhom jibdlu kull informazzjoni utli għal dak il-għan.

L-Artikolu 107

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuni kollha impjegati jew li kienu impjegati mill-awtoritajiet kompetenti ikunu marbuta bis-segretezza professjonali. Din tfisser li kull informazzjoni konfidenzjali irċevuta fil-qadi ta' dmirijiethom ma tistax tinkixef lil kull persuna jew awtorità ħlief bis-saħħa ta' dispożizzjonijiet provduti bil-liġi.

2. Il-paragrafu 1 m'għandux, iżda, jipprekludi l-awtoritajiet kompetenti tad-diversi Stati Membri milli jibdlu l-informazzjoni kif provdut f'din id-Direttiva. L-informazzjoni hekk mibdula għandha tkun koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali li huma soġġetti għaliha l-persuni impjegati jew li kienu impjegati mill-awtoritajiet kompetenti li jirċievu l-informazzjoni.

3. Mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti bil-liġi kriminali, l-awtoritajiet kompetenti li, bis-saħħa ta' l-Artikolu 106, jirċievu informazzjoni taħt it-Titolu III, il-Kapitolu I, it-Titolu V, il-Kapitolu I u l-Anness I, jistgħu jużawha biss għall-qadi ta' dmirijiethom jew fil-kuntest ta' appelli amministrattivi jew proċeduri legali rigward dak il-qadi.

Awtorità kompetenti li, bis-saħħa tal-paragrafu 2, tirċievi informazzjoni konfidenzjali taħt it-Titolu IV, il-Kapitolu III, tista' tużaha biss għall-qadi ta' dmirijietha.

IT-TITOLU VII

KUMITAT TA' KUNTATT

TAQSIMA I

Kompożizzjoni, ħidma u xogħol tal-Kumitat

L-Artikolu 108

1. Kumitat ta' Kuntatt, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat", għandu jkun stabbilit flimkien mal-Kummissjoni.

Il-Kumitat għandu jkun kompost minn persuni maħtura mill-Istati Membri u mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni. Il-President għandu jkun rappreżentant tal-Kummissjoni. Servizzi segretarjali għandhom ikunu pprovduti mill-Kummissjoni.

Laqgħat tal-Kumitat għandhom ikunu mlaqqa' mill-president, kemm fuq l-inizjattiva tiegħu jew fuq talba ta' delegazzjoni ta' Stat Membru. Il-Kumitat għandu jfassal ir-regoli tiegħu ta' proċedura.

2. Il-Kumitat għandu jkollu bħala l-funzjoni tiegħu:

(a) fir-rigward ta' kondizzjonijiet għall-ammissjoni ta' titoli għal-lista uffiċjali, il-kondizzjonijiet ta' stabbiliment, il-kontroll u ċ-ċirkolazzjoni tal-partikolaritajiet tal-lista li għandhom ikunu ppubblikati għall-ammissjoni, u l-informazzjoni perjodika li għandha tkun ippubblikata mill-kumpaniji li l-ishma tagħhom ikunu ammessi, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 226 u 227 tat-Trattat biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni armonizzata ta' din id-Direttiva permezz ta' konsultazzjonijiet regolari fuq kull problema prattika li tinqala' mill-applikazzjoni tagħha fejn il-bdil ta' veduti huma kkunsidrati utili;

(b) fir-rigward ta' informazzjoni li għandha tkun ippubblikata meta azjenda ewlenija f'kumpanija elenkata hi akkwistata jew mibjugħa, biex jippermetti konsultazzjonijiet regolari fuq kull problema prattika li tinqala' mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u fejn il-bdil ta' fehmiet jitqiesu utili;

(ċ) biex jiffaċilita t-twaqqif ta' attitudni miftehma bejn l-Istati Membri fuq:

(i) il-kondizzjonijiet jew obbligi oħra aktar iebsa li, bis-saħħa ta' l-Artikolu 8, jistgħu jipprovdu fil-livell nazzjonali;

(ii) is-supplimenti u t-titjib lill-partikolaritajiet tal-lista li l-awtoritajiet kompetenti huma intitolati li jenħtieġu jew jirrakkomandaw fuq il-livell nazzjonali;

(iii) il-ħtiġiet aktar iebsa jew addizzjonali li jistgħu jipprovdu skond l-Artikoli 71 u 88, biex il-ħtiġiet imposti fl-Istati Membri kollha jistgħu jinġabu f'konformità, skond l-Artikolu 44(2)(g) tat-Trattat;

(d) biex jagħti parir lill-Kummissjoni, jekk meħtieġ, fuq kull żieda jew emendi li għandhom isiru lil din id-Direttiva, u partikolarment, biex jikuonsidraw il-modifika possibbli għall-Artikoli 71 u 73 fid-dawl tal-progress għall-konverġenza ta' l-obbligi msemmija fuq f'(ċ)(iii) jew kull aġġustament li għandu jsir skond l-Artikolu 109.

M'għandhiex tkun il-funzjoni tal-Kumitat li jivvaluta l-merti tad-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti fil-każijiet individwali.

IL-KAPITOLU II

Adattament ta' l-ammont tal-kapitalizzazzjoni tas-suq ta' l-ishma

L-Artikolu 109

1. Għall-għan ta' l-aġġustament, fid-dawl tal-ħtiġiet tas-sitwazzjoni ekonomika, l-ammont minimu tal-kapitalizzazzjoni tas-suq prevedibbli provdut fl-Artikolu 43(1), il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu.

2. L-L-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi proċeduri għall-eżerċizju tal-poteri li jimplimentaw mogħtija lill-Kummissjoni [10] għandhom jgħoddu, skond l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 8 tagħha.

3. Il-perjodu pprovdut fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

IT-TITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

L-Artikolu 110

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-liġijiet ewlenin, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 111

1. Id-Direttivi 79/279/KEE, 80/390/KEE, 82/121/KEE u 88/627/KEE, kif emendati mill-atti elenkati fl-Anness II, il-Parti A, huma hawnhekk imħassra mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri dwar it-termini għat-traspożizzjoni msemmija fl-Anness II, il-Parti B.

2. Ir-riferenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness III.

L-Artikolu 112

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 113

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Mejju 2001.

Għal Parlament Ewropew

Il-President

N. Fontaine

Għall-Kunsill

Il-President

T. Östros

[1] ĠU C 116, ta' l-20.4.2001, p. 69.

[2] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Marzu 2001 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 2001.

[3] ĠU L 66, tas-16.3.1979, p. 21. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/627/KEE (ĠU L 348, tas-17.12.1988, p. 62).

[4] ĠU L 100, tas-17.4.1980, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Parlament Ewropew u bid-Direttiva tal-Kunsill 94/18/KE (ĠU L 135, tal-31.5.1994, p. 1).

[5] ĠU L 48, ta' l-20.2.1982, p. 26.

[6] ĠU L 348, tas-17.12.1988, p. 62.

[7] ĠU L 124, tal-5.5.1989, p. 8.

[8] ĠU L 222, ta' l-14.8.1978, p. 11. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 1999/60/KE (ĠU L 162, tas-26.6.1999, p. 65).

[9] ĠU L 193, tat-18.7.1983, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1994.

[10] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

SKEDA GĦALL-PARTIKOLARITAJIET TAL-LISTA GĦALL-AMMISSJONI TA' TITOLI GĦALL-ELENKU TA'L-I STOCK EXCHANGE UFFIĊJALI

L-ISKEDA A

Dispożizzjoni għall-partikolaritajiet tal-lista għall-ammissjoni ta' ishma għal-lista ta' l-istock exchange uffiċjali

Il-Kapitolu 1

Informazzjoni dwar dawk responsabbli għall-partikolaritajiet tal-lista u l-verifika tal-kontijiet

1.1. Isem u funzjoni ta' persuni naturali u l-isem u uffiċċju reġistrat ta' persuni legali responsabbli għall-partikolaritajiet tal-lista jew, kif ikun il-każ, għal ċerti partijiet tagħhom, bi, f'dan il-każ, indikazzjoni ta' dawk il-partijiet.

1.2. Dikjarazzjoni minn dawk responsabbli msemmija fl-intestatura 1.1 li, fl-aħjar abbiltà tagħhom, l-informazzjoni mogħtija f'dik il-parti tal-partikolaritajiet tal-lista li għalihom huma responsabbli hija skond il-fatti u m'għandha l-ebda ommissjoni li tista taffettwa t-tifsira tal-partikolaritajiet tal-lista.

1.3. Ismijiet, indirizzi u kwalifiki ta' l-awdituri uffiċjali li jkunu vverifikaw il-kontijiet annwali tal-kumpanija għat-tliet snin preċedenti skond il-liġi nazzjonali.

Prospett li l-kontijiet annwali kienu vverifikati. Jekk ir-rapporti ta' verifika fuq il-kontijiet annwali kienu rrifjutati mill-awdituri uffiċjali jew jekk ikollhom kwalifiki, dak ir-rifjut jew dawk il-kwalifiki għandhom ikunu riprodotti kollha u r-raġunijiet mogħtija.

Indikazzjoni ta' informazzjoni oħra fil-partikolaritajiet tal-lista li kienu ġew verifikati mill-awdituri.

Il-Kapitolu 2

Informazzjoni dwar l-ammissjoni fil-lista uffiċjali u l-ishma għall-ammissjoni li għalihom qed issir l-applikazzjoni

2.1. Indikazzjoni li l-ammissjoni applikata għal-lista uffiċjali ta' l-ishma diġà fis-suq jew l-ammissjoni għal-lista biex jitpoġġew fis-suq ta' l-ishma.

2.2. Informazzjoni dwar l-ishma li għalihom tkun saret applikazzjoni għal-lista uffiċjali:

2.2.0. Indikazzjoni tar-riżoluzzjonijiet, awtorizzazzjonijiet u approvazzjonijiet li bis-saħħa tagħhom kienu ser ikunu maħluqa u/jew maħruġa.

Natura tal-ħarġa u l-ammont tiegħu.

Numru ta' ishma li kienu jew ser ikunu maħluqa u/jew maħruġa, jekk predeterminati.

2.2.1. Fil-każ ta' ishma maħruġa minħabba għaqda, il-qasma ta' kumpanija, it-trasferiment ta' l-attiv jew passiv kollu jew parti ta' impriża, offerta ta' konsolidament, jew bħala konsiderazzjoni tat-trasferiment ta' attiv li ma jkunx kontanti, indikazzjoni ta' fejn id-dokumenti li jiddeskrivu il-kondizzjonijiet ta' dawk l-operazzjonijiet huma disponibbli għall-ispezzjoni tal-pubbliku.

2.2.2. Deskrizzjoni konċiża tad-dritiijiet mehmuża ma' l-ishma, u partikolarment l-estenzjoni tad-drittjiet tal-vot, intitolament għat-tqassim tal-profitti u għat-tqassim f'kull eċċess fil-każ ta' stralċ u kull privileġġ.

Terminu ta' żmien li warajh l-intitolament għad-dividend jaqa' u indikazzjoni tal-parti li favurha dan l-intitolament jopera.

2.2.3. Taxxa fuq id-dħul mill-ishma miżmuma fil-bidu fil-pajjiż ta' oriġini u/jew il-pajjiż tal-lista.

Indikazzjoni fuq jekk l-emittent jassumi r-responsabbiltà għaż-żamma tat-taxxa fil-bidu.

2.2.4. Arranġamenti għat-trasferiment ta' ishma u kull restrizzjoni fuq in-neġozzjabbiltà tagħhom ħielsa (eż. klawżola li tistabbilixxi l-ħtieġa ta' approvazzjoni).

2.2.5. Data li fiha l-intitolament għad-dividend jibda.

2.2.6. L-istock exchanges fejn l-ammissjoni għal-lista uffiċjali kienet jew ser tkun imfittxa.

2.2.7. L-organizzazzjonijiet finanzjarji li, fiż-żmien ta' l-ammissjoni ta' l-ishma għal-lista uffiċjali, huma l-aġenti li jħallsu ta' l-emittent fl-Istati Membri fejn l-ammissjoni tkun saret.

2.3. Safejn tkun relevanti, l-informazzjoni dwar il-ħruġ u t-tqegħid, pubbliku u privat, ta' l-ishma li dwarhom issir l-applikazzjoni għall-ammissjoni għal-lista uffiċjali fejn dik il-ħarġa jew tqegħid ikun sar fi żmien 12-il xahar qabel l-ammissjoni:

2.3.0. Indikazzjoni ta' l-eżerċizzju tad-dritt ta' pre-akkwist ta' l-azzjonisti jew tar-restrizzjoni jew it-tneħħija ta' dak id-dritt.

Indikazzjoni, fejn applikabbli, tar-raġunijiet għar-restrizzjoni jew it-tneħħija ta' dak id-dritt; f'dawk il-każijiet, ġustifikazzjoni tal-prezz tal-ħarġa, fejn il-ħarġa hija għall-kontanti; indikazzjoni tal-benefiċjarji jekk ir-restrizzjoni jew tneħħija tad-dritt ta' pre-akkwist hija intiża biex tibbenefika persuni speċifiċi.

2.3.1. L-ammont totali ta' ħarġa jew it-tqegħid pubbliku jew privat u n-numru ta' ishma offruti, fejn applikabbli b'kategorija.

2.3.2. Jekk il-ħarġa jew tqegħid pubbliku jew privat kienu jew qed isiru fl-istess waqt fis-swieq ta' żewġ Stati jew iżjed u biċċa kienet jew qed tkun riservata għal uħud minnhom, indikazzjoni ta' din il-biċċa.

2.3.3. Il-prezz tal-ħarġa jew l-offerta jew il-prezz tat-tqegħid, fejn jingħad il-valur nominali jew, fin-nuqqas tiegħu, il-valur par kontabbli tiegħu jew l-ammont li jrid ikun kapitalizzat; il-premium tal-ħruġ u l-ammont ta' kull spiża speċifikatament imposta fuq is-sottoskritt jew xerrej.

Il-metodi ta' pagament tal-prezz, partikolarment fir-rigward il-ħlas ta' l-ishma li mhumiex imħallsa għal kollox.

2.3.4. Il-proċedura għall-eżerċiżju ta' kull dritt ta' pre-akkwist; in-negozjabbiltà tad-drittijiet ta' sottoskrizzjoni; it-trattament ta' drittijiet ta' sottoskrizzjoni mhux eżerċitati.

2.3.5. Perjodu tal-ftuħ tal-ħarġa jew offerta ta' l-ishma, l-ismijiet ta' l-organizzazzjonijiet responsabbli li jirċievu s-sottoskrizzjonijiet tal-pubbliku.

2.3.6. Metodi u termini għall-konsenja ta' l-ishma, kreazzjoni possibbli jew ċertifikati proviżorji.

2.3.7. Ismijiet, indirizzi u deskrizzjonijiet ta' persuni naturali u legali li jissottoskrivu jew jiggarantixxu l-ħarġa għall-emittent. Fejn mhux il-ħarġa kollha hija sottoskritta jew garantita, prospett tas-sehem mhux kopert.

2.3.8. Indikazzjoni jew stima ta' l-ammont globali u/jew ta' l-ammont kull sehem ta' l-imposti dwar l-operazzjoni tal-ħarġa, li tgħid ir-remunerazzjoni totali ta' l-intermedjarji finanzjarji, inkluż il-kummissjoni jew marġini tas-sottoskrizzjoni, kummissjoni tal-garanzija, kummissjoni tat-tqegħid jew il-kummissjoni ta' l-aġent bejjiegħ.

2.3.9. Profitti netti li jinġemgħu għall-emittent mill-ħruġ u l-applikazzjoni intiża ta' dawn il-profitti, eż. biex ikun iffinanzjat il-programm ta' investiment jew biex tissaħħaħ il-pożizzjoni finanzjarja ta' l-emittent.

2.4. Informazzjoni dwar l-ammissjoni ta' l-ishma għal-lista uffiċjali.

2.4.0. Deskrizzjoni ta' l-ishma li jkunu applikati għall-ammissjoni fil-lista uffiċjali, u partikolarment in-numru ta' ishma u valur nominali kull sehem, jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, il-valur par ta' kontabblità jew il-valur nominali totali, l-isem eżatt jew il-klassi, u l-kupuni mehmuża.

2.4.1. Jekk l-ishma għandhom ikunu mpoġġija fis-suq ta' l-stock exchange u l-ebda ishma ma jkunu qabel inbiegħu lill-pubbliku, prospett tan-numru ta' l-ishma disponibbli mpoġġija fis-suq u tal-valur nominali tagħhom, jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, tal-valur par ta' kontabilità tagħhom, jew prospett tal-valur totali nominali u, fejn applikabbli, prospett tal-prezz minimu offert.

2.4.2. Jekk magħrufa, id-dati li fihom l-ishma l-ġodda ser ikunu elenkati u nnegozjati.

2.4.3. Jekk ishma ta' l-istess klassi huma diġà elenkati fi stock exchange wieħed jew iżjed, indikazzjoni ta' dawn l-istock exchanges.

2.4.4. Jekk ishma ta' l-istess klassi għandhom ma ġewx ammessi għal-lista uffiċjali imma huma nnegozjati f'suq wieħed jew iżjed li huma soġġetti għar-regolamentazzjoni, huma f'operazzjoni regolari u huma rikonoxxuti u miftuħa, indikazzjoni ta' dawn is-swieq.

2.4.5. Indikazzjoni ta' xi waħda minn dawn li ġejjin li ġraw matul l-aħħar sena finanzjarja u s-sena finanzjarja kurrenti:

(a) offerti ta' konsolidament pubbliku minn terzi persuni dwar l-ishma ta' l-emittent,

(b) offerti ta' konsolidament pubbliku mill-emittent dwar l-ishma ta' kumpaniji oħra.

Għandhom ikunu mistqarra il-prezz jew kondizzjonijiet ta' bdil mehmuża ma' dawn l-offerti u l-eżitu tagħhom.

2.5. Jekk, fl-istess ħin jew kważi fl-istess ħin mal-ħolqien ta' ishma li qed tkun imfittxa l-ammissjoni tagħhom fil-lista uffiċjali, ishma ta' l-istess klassi huma sottoskritti jew imqegħda privatament jew jekk ishma ta' klassijiet oħra huma maħluqa għat-tqegħid pubbliku jew privat, għandhom jingħataw dettalji tan-natura ta' dawk il-ħidmiet u tan-numru u karatteristiċi ta' l-ishma li għandhom x'jaqsmu magħhom.

Il-Kapitolu 3

Informazzjoni ġenerali dwar l-emittent u l-kapital tiegħu

3.1. Informazzjoni ġenerali fuq l-emittent:

3.1.0. Isem, uffiċċju reġistrat u stabbiliment amministrattiv ewlieni jekk hu diferenti mill-uffiċċju reġistrat.

3.1.1. Data ta' inkorporazzjoni u t-tul tal-ħajja ta' l-emittent, ħlief fejn hu indefinit.

3.1.2. Leġislazzjoni li taħtha jopera l-emittent u l-forma legali li adottat taħt dik il-leġislazzjoni.

3.1.3. Indikazzjoni ta' l-oġġetti ta' l-emittent u r-riferenza tal-klawżola tal-memorandum ta' assoċjazzjoni fejn huma deskritti.

3.1.4. Indikazzjoni tar-reġistru u tan-numru ta' l-entry fih.

3.1.5. Indikazzjoni ta' fejn id-dokumenti dwar l-emittent li jissemmew fil-partikolaritajiet tal-lista jistgħu jkunu spezzjonati.

3.2. Informazzjoni ġenerali fuq il-kapital:

3.2.0. L-ammont ta' kapital maħruġ, in-numru u l-klassijiet ta' l-ishma li minnhom hu kompost bid-dettalji tal-karatteristiċi prinċipali tagħhom;

Il-parti tal-kapital maħruġ li għadu jrid jitħallas, b'indikazzjoni tan-numru, jew il-valur nominali totali, u t-tip ta' l-ishma li għadhom ma tħallsux, maqsuma fejn applikabbli skond kemm minnhom tħallsu.

3.2.1. Fejn hemm kapital awtorizzat imma mhux maħruġ jew impriża biex jiżdied il-kapital, fost oħrajn fir-rigward ma' self konvertibbli maħruġ jew xelti sottoskritti mogħtija, indikazzjoni ta':

(a) l-ammont ta' dan il-kapital awtorizzat jew kapital miżjud u, fejn xieraq, it-tul ta' l-awtorizzazzjoni,

(b) il-kategoriji ta' persuni li għandhom drittijiet ta' sottoskrizzjoni għal dawk il-porzjonijiet oħra tal-kapital,

(ċ) it-termini u, l-arranġamenti għall-ħarġa ta' ishma li jikkorrispondu għal dawk il-porzjonijiet.

3.2.2. Jekk hemm ishma li ma jirrappreżentawx il-kapital, in-numru u l-karatteristiċi ewlenin ta' dawk l-ishma għandhom ikunu mistqarra.

3.2.3. L-ammont ta' kull titolu konvertibbli ta' debitu, titoli ta' debitu skambjabbli jew titoli ta' debitu bil-warrants, b'indikazzjoni tal-kondizzjonijiet li jiggvernaw u l-proċeduri għall-konverżjoni, bdil jew sottoskrizzjoni:

3.2.4. Kondizzjonijiet imposti mill-memorandum u mill-artikoli ta' assoċjazzjoni li jiggvernaw il-bidliet fil-kapital u fid-drittijiet rispettivi tal-klassijiet varji ta' l-ishma, fejn dawn il-kondizzjonijiet huma aktar iebsa minn dak li huwa meħtieġa mil-liġi.

3.2.5. Deskrizzjoni fil-qosor ta' l-operazzjonijiet matul it-tliet snin ta' qabel li biddlu l-ammont ta' kapital maħruġ u/jew in-numru u l-klassijiet ta' l-ishma li huwa magħmul minnhom.

3.2.6. Safejn huma mifhuma mill-emittent, indikazzjoni tal-persuni naturali u legali li, direttament jew indirettament, separati jew konġuntament, jeżerċitaw jew jistgħu jeżerċitaw kontroll fuq l-emittent, u partikolaritajiet tal-proporzjon tal-kapital miżmum li jagħti dritt għall-vot.

Kontrol konġunt għandu jfisser kontroll eżerċitat minn aktar minn kumpanija waħda jew minn iżjed minn persuna waħda li jkunu kkonkludew ftehim li jista' jwassal li jadottaw politka komuni fir-rigward ta' l-emittent.

3.2.7. Safejn huma magħrufa mill-emittent, indikazzjoni ta' l-azzjonisti li, direttament jew indirettament, ikollhom proporzjon tal-kapital ta' l-emittent li l-Istat Membru ma jistax jiffissa f'aktar minn 20 %.

3.2.8. Jekk l-emittent jappartieni lill-grupp ta' impriżi, deskrizzjoni fi-qosor tal-grupp u tal-pożizzjoni ta' l-emittent fih.

3.2.9. Numru, valur tal-ktieb u valur nominali jew, fl-assenza ta' valur nominali, il-valur par ta' kontabilità ta' kull sehem tagħha stess li l-emittent jew kumpanija oħra fejn għandha azjenda diretta jew indiretta ta' iżjed minn 50 % tkun akkwistat u żżomm, jew dawk it-titoli ma jidhrux bħala oġġett separat fil-balance sheet.

Il-Kapitolu 4

Informazzjoni dwar l-attivitajiet ta' l-emittent

4.1. L-attivitajiet prinċipali ta' l-emittent:

4.1.0. Deskrizzjoni ta' l-attivitajiet prinċipali ta' l-emittent, fejn jingħadu l-kategoriji prinċipali tal-prodotti mibjugħa u/jew servizzi mwettqa.

Indikazzjoni ta' xi prodotti ġodda sinifikattivi u/jew attivitajiet.

4.1.1. Tqassim tal-valur tal-bejgħ nett matul l-aħħar tliet snin finanzjarji b'kategoriji ta' attività u fi swieq ġeografiċi safejn, wara li jkun ikkunsidrat il-mod huma organizzati il-bejgħ tal-prodotti u l-għoti ta' servizzi li jaqgħu fl-attivitajiet ordinarji ta' l-emittent, dawn il-kategoriji u swieq huma differenti sostanzjalment wieħed mill-ieħor.

4.1.2. Il-post u d-daqs ta' l-istabbilimenti ewlenin ta' l-emittent u tagħrif fil-qosor fuq il-propjetà immobbli tiegħu. Kull stabbiliment li jkollu aktar minn 10 % tal-valur tal-bejgħ jew produzzjoni għandu jkun ikkunsidrat stabbiliment ewlieni.

4.1.3. Għall-minjieri, estrazzjoni ta' idrokarburi, tħaffir u attivitajiet simili safejn sinifikattiv, deskrizzjoni ta' depożiti, stima ta' riservi ekonomikament sfruttabbli u l-perjodu ta' xogħol ta' ħidma mistenni.

Indikazzjoni tal-perjodi u l-kondizzjonijiet prinċipali tal-konċessjonijiet u l-kondizzjonijiet ekonomiċi biex jinħadmu.

Indikazzjoni tal-progress tal-ħidma attwali.

4.1.4. Fejn t-tagħrif mogħti bis-saħħa ta' l-intestaturi 4.1.0 sa 4.1.3 kien influwenzat b'fatturi eċċezzjonali, dak il-fatt għandu jkun msemmi.

4.2. Informazzjoni fil-qosor dwar kemm l-emittent jiddependi, jekk xejn, fuq patents jew liċenzji, kuntratti industrijali, kummerċjali jew finanzjarji jew proċessi ta' manifattura ġodda, fejn dawn il-fatturi huma ta' importanza fondamentali għan-negożju jew qligħ ta' l-emittent.

4.3. Informazzjoni dwar politika fuq riċerka u żvilupp ta' prodotti ġodda u proċessi matul l-aħħar tliet snin finanzjarji, fejn sinifikattiva.

4.4. Informazzjoni fuq kull proċeduri legali jew ta' arbitraġġ li jista' jkollhom jew li kellhom effett sinifikattiv fuq il-pożizzjoni finanzjarja fil-passat reċenti.

4.5. Informazzjoni fuq kull interuzzjoni fin-negożju ta' l-emittent li jista' jkollu jew kellu effett sinifikattiv fuq il-pożizzjoni finanzjarja fil-passat reċenti.

4.6. Numri medji impjegati u bidliet fihom matul l-aħħar tliet snin finanzjarji, jekk dawn il-bidliet huma materjali, bi, jekk possibbli, tqassim ta' persuni impjegati mill-kategoriji prinċipali ta' attività.

4.7. Politika ta' investiment:

4.7.0. Deskrizzjoni, bil-figuri, ta' l-investimenti prinċipali magħmula, inkluż interessi bħal ishma, titoli ta' debitu, eċċ., f'impriżi oħra matul l-aħħar tliet snin finanzjarji u x-xhur li diġà għaddew tas-sena finanzjarja kurrenti.

4.7.1. Informazzjoni dwar l-investimenti prinċipali li qed isiru bl-eċċezzjoni ta' interessi li qed ikunu akkwistati f'impriżi oħra.

Distribuzzjoni ta' dawn l-investimenti ġeografikament (lokalment u barra).

Metodu ta' finanzjament (intern u estern).

4.7.2. Informazzjoni dwar l-investimenti prinċipali futuri ta' l-emittent, bl-eċċezzjoni ta' interessi li għandhom ikunu akkwistati f'impriżi oħra fejn il-korpi tat-tmexxija tiegħu diġà għamlu impennji sodi.

Il-Kapitolu 5

Informazzjoni dwar l-attiv u l-passiv ta' l-emittent, pożizzjoni finanzjarja u l-qligħ u t-telf

5.1. Kontijiet ta' l-emittent:

5.1.0. L-aħħar tliet balance sheets u kontijiet ta' profitt u telf magħmula mill-kumpanija miġjuba bħala tabella komparattiva. In-noti ta' kontijiet ta' kull sena għall-aħħar sena finanzjarja.

L-abbozz tal-partikolaritajiet tal-lista għandu jkun preżentat ma' l-awtoritajiet kompetenti mhux aktar minn 18-il xahar wara t-tmiem tas-sena finanzjarja li dwarha għandhom x'jaqsmu l-aħħar kontijiet annwali. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jestendu dak il-perjodu f'każijiet eċċezzjonali.

5.1.1. Jekk l-emittent jipprepara kontijiet annwali konsolidati biss, għandu jinkludi dawk il-kontijiet fil-partikolaritajiet tal-lista skond l-intestatura 5.1.0.

Jekk l-emittent jipprepara kontijiet kemm tiegħu u konsolidati, għandu jinkludi ż-żewġ settijiet tal-kontijiet fil-partikolaritajiet tal-lista skond l-intestatura 5.1.0.

Iżda, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jħallu l-emittent li jinkludi jew il-kontijiet tiegħu jew konsolidati ta' kull sena, bil-kondizzjoni li l-kontijiet li mhumiex inklużi ma jipprovdux informazzjoni addizzjonali sinifikattiva.

5.1.2. Il-profitt jew telf għal kull sehem tal-kumpanija emittenti, għas-sena finanzjarja, li joħroġ mll-attivitajiet ordinarji tal-kumpanija, wara t-taxxa, għall-aħħar tliet snin finanzjarji, fejn il-kumpanija tinkludi l-kontijiet tagħha stess fil-partikolaritajiet tal-lista.

Fejn l-emittent jinkludi biss il-kontjiet konsolidati ta' kull sena fil-partikolaritajiet tal-lista, għandu jindika l-profitt jew telf konsolidat għal kull sehem, għas-sena finanzjarja, għall-aħħar tliet snin finanzjarji. Din l-informazzjoni għandha tidher b'żieda ma dik provduta skond is-subparagrafu preċedenti fejn l-emittent jinkludi wkoll il-kontijiet annwali tiegħu fil-partikolaritajiet tal-lista.

Jekk waqt il-perjodu fuq imsemmi ta' tliet snin finanzjarji n-numru ta' ishma fil-kumpanija emittenti tbiddel minħabba, ngħidu aħna, żieda jew tnaqqis fil-kapital jew ir-riarranġament jew qasma ta' l-ishma, il-profitt u t-telf għal kull sehem imsemmi fl-ewwel u t-tieni subparagrafu iżjed 'il fuq għandhom ikunu aġġustati biex isiru paragunabbli; f'dak il-każ il-formuli ta' l-aġġustament għandhom jintwerew.

5.1.3. L-ammont tad-dividend għal kull sehem għall-aħħar tliet snin finanzjarji, aġġustati, jekk meħtieġ, biex isir paragunabbli skond it-tielet subparagrafu ta' l-intestatura 5.1.2.

5.1.4. Fejn ikunu għaddew iżjed minn disa' xhur mit-tmiem tas-sena finnzjarja li dwarha jkunu ġew l-aħħar ippubblikati l-kontijiet tagħha stess ta' kull sena u/jew il-kontijiet ta' kull sena konsolidati, rendikont finanzjarju proviżorju li jkopri mill-anqas l-ewwel sitt xhur għandu jkun inkluż fil-partikolaritajiet tal-lista jew mehmuża magħhom. Jekk dan ir-rendikont finanzjarju proviżorju mhux verifikat, għandu jissemma dak il-fatt.

Fejn l-emittent jipprepara l-kontijiet konsolidati ta' kull sena, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu jekk ir-rendikont finanzjarju proviżorju li għandu jkun preżentat għandux ikun konsolidat jew le.

Kull bidla sinifikattiva li ġrat mit-tmiem ta' l-aħħar sena finanzjarja jew mill-preparazzjoni tar-rendikont finanzjarju proviżorju għandha tkun deskritta f'nota imdaħħla fil-partikolaritajiet tal-lista jew mehmuża magħhom.

5.1.5. Jekk il-kontijiet tiegħu stess jew konsolidati annwali ma jħarsux id-Direttivi fuq il-kontijiet annwali tal-kumpaniji u ma jagħtux stampa vera u ġusta ta' l-attiv u l-passiv, il-pożizzjoni finanzjarja u l-profitti u t-telf ta' l-emittent, informazzjoni aktar dettaljata u/jew addizzjonali għandha tingħata.

5.1.6. Tabella li turi l-għejun u l-applikazzjoni tal-fondi matul l-aħħar tliet snin finanzjarji.

5.2. Dettalji individwali elenkati hawn isfel dwar l-impriżi fejn l-emittent għandu proporzjon tal-kapital li x'aktar ikollu effett sinifikattiv fuq l-istima ta' l-attiv u l-passiv, il-pożizzjoni finanzjarja jew il-profitti jew telf tiegħu stess.

L-oġġetti ta' informazzjoni elenkati hawn taħt għandhom jingħataw f'kull każ għal kull impriża fejn l-emittent għandu interess dirett jew indirett ta' parteċipazzjoni, jekk il-valur tal-ktieb ta' dak l-interess ta' parteċipazzjoni jirrappreżenta mil-lanqas 10 % tal-kapital u riżervi jew kontijiet ta' mill-anqas 10 % tal-profitt jew telf nett ta' l-emittent jew, f'każ ta' grupp, jekk il-valur tal-ktieb ta' dak l-interess ta' parteċipazzjoni jirrappreżenta mil-lanqas 10 % ta' l-attiv nett konsolidat jew huwa ta' mill-anqas 10 % tal-profitt nett konsolidat jew telf tal-grupp.

L-oġġetti ta' informazzjoni elenkati hawn isfel m'għandhomx għalfejn jingħataw iżda l-emittent għandu jipprova li l-azjendatiegħu huwa purament ta' natura proviżorja.

Bl-istess mod, l-informazzjoni meħtieġa taħt il-punti (e) u (f) jistgħu jitħallew barra meta l-impriża fejn hemm interess ta' parteċipazzjoni ma tippubblikax il-kontijiet annwali tagħha.

L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-awtoritajiet kompetenti biex jippermettu l-ommissjoni ta' l-informazzjoni preskritta fil-punti (d) sa (j) jekk il-kontijiet annwali ta' l-impriżi li fihom ikun hemm interess ta' parteċipazzjoni huma konsolidati f'kontijiet tal-grupp annwali jew jekk il-valur attribwibbli lill-interess taħt il-metodu ta' ekwità jitwera fil-kontijiet annwali, iżda, fil-fehma ta' l-awtoritajiet kompetenti, l-ommissjoni ta' dik l-informazzjoni x'aktarx ma tqarraqx il-pubbliku rigward il-fatti u ċ-ċirkostanzi, u li l-għarfien tagħhom huwa essenzjali għall-istima tas-sigurtà kkonċernata.

L-informazzjoni pprovduta taħt il-punti (g) u (j) jistgħu jkunu mħollija barra jekk, fl-opinjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, dik l-ommissjoni ma tqarraqx l-investituri.

(a) Isem u l-uffiċċju reġistrat ta' l-impriża.

(b) Qasam ta' attività.

(ċ) Proporzjon ta' kapital miżmum.

(d) Kapital maħruġ.

(e) Riservi.

(f) Profitt jew telf li joħorġu minn attivitajiet ordinarji, wara t-taxxa. għall-aħħar sena finanzjarja.

(g) Valur meta l-emittent huwa obbligat li jippubblika l-partikolaritajiet tal-lista miżmuma fil-kontijiet tiegħu.

(h) Ammont li għandu jitħallas fuq ishma miżmuma.

(i) Ammonti ta' dividendi riċevuti fil-kors ta' l-aħħar sena finanzjarja fir-rigward ta' ishma miżmuma.

(j) Ammont ta' debiti dovuti lil u mill-emittent rigward l-impriża.

5.3. Informazzjoni individwali dwar l-impriżi mhux imsemmja fl-intestatura 5.2 fejn l-emittent jkollu mill-anqas 10 % tal-kapital. Dawn id-dettalji jistgħu jitħallew barra meta huma ta' importanza negliġibbli għal għan ta' l-iskop provdut fl-Artikolu 21:

(a) isem u l-uffiċċju reġistrat ta' l-impriża;

(b) proporzjon tal-kapital miżmum.

5.4. Meta l-partikolaritajiet tal-lista jikkomprendu l-kontijiet konsolidati ta' kull sena, juru:

(a) tal-prinċipji konsolidati applikati. Dawn għandhom ikunu deskritti espliċitament fejn l-Istat Membru m'għandux liġijiet li jiggvernaw il-konsolidament ta' kontijiet annwali jew fejn dawn il-prinċipji mhumiex konformi ma' dawk il-liġijiet jew ma metodu aċċettat ġeneralment f'użu fi Stat Membru fejn jinsab jew jopera l-i stock exchange li qed tkun mitluba l-ammissjoni fil-lista uffiċjali.

(b) ta' l-ismijiet ta' l-uffiċċji reġistrati ta' l-impriżi iinklużi fil-konsolidazzjoni, fejn dik l-informazzjoni hija importanti għall-għan li jkun stmat l-attiv u l-passiv, il-pożizzjoni finanzjarja u l-profitt u t-telf ta' l-emittent. Biżżejjed li jkunu ddistingwiti b'sinjal fil-lista ta' l-impriżi fejn dettalji huma meħtieġa fl-intestatura 5.2;

(ċ) għal kull waħda mill-impriżi msemmija f'(b):

(i) il-proporzjon totali ta' interessi ta' terza persuna, jekk il-kontijiet annwali huma konsolidati globalment;

(ii) il-porzjon tal-konsolidament ikkalkulat fuq il-bażi ta' interessi, jekk il-konsolidament sar fuq bażi pro rata.

5.5. Fejn l-emittent huwa impriża dominanti li jifforma grupp b'impriża waħda jew iżjed dipendenti, id-dettalji provduti fil-Kapitoli 4 u 7 għandhom jingħataw għal dak l-emittent u grupp.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu l-għoti ta' dik l-informazzjoni għall-emittent waħdu jew għall-grupp waħdu, iżda d-dettalji li ma jingħatawx m'għandhomx ikunu ta' importanza.

5.6. Jekk ċerta informazzjoni pprovduta taħt din l-Iskeda tingħata fil-kontijiet annwali provduti skond dan il-Kapitoli, m'hemmx għalfejn tkun ripetuta.

Il-Kapitolu 6

Informazzjoni dwar l-amministrazzjoni, tmexxija u superviżjoni

6.1. Ismijiet, indirizzi u funzjonijiet fil-kumpanija emittenti tal-persuni li ġejjin u indikazzjoni ta' l-attivitajiet prinċipali magħmula minnhom barra dik il-kumpanija fejn dawn huma sinifikattivi fir-rigward ta' dik il-kumpanija:

(a) membri tal-korpi ta' amministrazzjoni, tmexxija u ta' superviżjoni;

(b) imsieħba b'responsabbilità illimitata, fil-każ ta' sħubija limitata b'kapital ta' ishma;

(ċ) fundaturi, jekk il-kumpanija kienet stabbilita għal anqas minn ħames snin.

6.2. Interessi għall-membri tal-korpi amministrattivi, tat-tmexxija u ta' superviżjoni fil-kumpanija tal-ħruġ:

6.2.0. Remunerazzjoni mħallsa u benefiċċji innatura mogħtija, matul l-aħħar sena finanzjarja mitmuma taħt kull intestatura li tkun, u mħallsa mill-overheads jew il-kont ta' appropjazzjoni tal-profitt, lill-membri tal-korpi amministrattivi, tat-tmexxija jew ta' superviżjoni, dawn ikunu l-ammonti totali għal kull kategorija ta' korp.

Għandhom ikunu indikati r-remunerazzjoni totali mħallsa u l-benefiċċji mogħtija in kind mogħtija lill-membri tal-korpi amministrattivi, tat-tmexxija u ta' superviżjoni ta' l-emittent mill-impriżi kollha dipendenti li magħhom jifforma grupp.

6.2.1. In-numru totali ta' ishma fil-kumpanija emittenti miżmuma mill-membri tal-korpi amministrattivi, tat-tmexxija u ta' superviżjoni u għażliet mogħtija lilhom fl-ishma tal-kumpaniji.

6.2.2. Informazzjoni fuq in-natura u d-daqs ta' l-interessi tal-membri tal-korpi amministrattivi, tat-tmexxija u ta' superviżjoni f'transazzjonijiet effettwati mill-emittent li m'humiex tas-soltu fin-natura tagħhom jew kondizzjonijiet (bħal akkwisti barra l-attività, akkwisit jew bejgħ ta' oġġetti fissi ta' l-attiv) matul s-sena finanzjarja preċedenti finanzjarja u s-sena kurrenti finanzjarja. Fejn dawn it-transazzjonijiet mhux tas-soltu kienu konklużi matul is-snin finanzjari preċedenti u ma ġewx konklużi definittivament, għandha tingħata informazzjoni fuq dawk it-transazzjonijiet.

6.2.3. Total tas-self kollu pendenti mogħti mill-emittent lill-persuni msemmija fl-intestatura 6.1(a) kif ukoll ta' kull garanzija pprovduta mill-emittent għall-benefiċċju ta' l-emittent.

6.3. Skemi għall-involviment tal-persunal fil-kapital ta' l-emittent.

Il-Kapitolu 7

Informazzjoni dwar l-iżvilupp reċenti u l-prospetti ta' l-emittent

7.1. Ħlief fil-każ ta' deroga mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti, informazzjoni ġenerali fuq l-andament tan-negozju ta' l-emittent mit-tmiem tas-sena finanzjarja li dwarha jirrelataw il-kontijiet annwali l-aħħar ippubblikati, partikolarment:

(a) l-aktar andamenti sinifikattivi riċenti fil-produzzjoni, bejgħ u stokkijiet u l-istat tal-ktieb ta' l-ordnijiet, u

(b) tendenzi riċenti fl-ispejjeż u l-prezzijiet tal-bejgħ.

7.2. Ħlief fil-każ ta' eventwalità ta' deroga mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti, informazzjoni fuq il-prospetti ta' l-emittent għall-anqas għas-sena finanzjarja kurrenti.

L-ISKEDA B

Dispożizzjoni għall-partikolaritajiet tal-lista għall-ammissjoni ta' titoli ta' debitu għal-lista ta' l-i stock exchange uffiċjali

Il-Kapitolu 1

Informazzjoni dwar dawk responsabbli għall-partikolaritajiet tal-lista u l-verifika tal-kontijiet

1.1. Ismijiet u indirizzi tal-persunni naturali u legali responsabbli għall-partikolaritajiet tal-lista jew, kif jista' jkun il-każ, għall-ċerti partijiet minnhom, f'dan l-aħħar każ, indikazzjoni ta' dawk il-partijiet.

1.2. Dikjarazzjoni minn dawk responsabbli, msemmija fl-intestatura 1.1 li, fl-aħjar abbiltà tagħhom, l-informazzjoni mogħtija f'dik il-parti tal-partikolaritajiet tal-lista li għalihom huma responsabbli hija skond il-fatti u m'għandha l-ebda ommissjoni li tista taffettwa t-tifsira tal-partikolaritajiet tal-lista.

1.3. Ismijiet, indirizzi u kwalifiki ta' l-awdituri uffiċjali li jkunu vverifikaw l-kontijiet annwali tal-kumpanija għat-tliet snin preċedenti skond il-liġi nazzjonali.

Prospett li l-kontijiet annwali kienu vverifikati. Jekk ir-rapporti ta' verifika fuq il-kontijiet annwali kienu rifjutati mill-awdituri uffiċjali jew jekk ikollhom kwalifiki, dak ir-rifjut jew dawk il-kwalifiki għandhom ikunu riprodotti kollha u r-raġunijiet mogħtija.

Indikazzjoni ta' informazzjoni oħra fil-partikolaritajiet tal-lista li kienu ġew ivverifikati mill-awdituri.

Il-Kapitolu 2

Informazzjoni dwar l-ishma u l-ammissjoni tat-titoli ta' debitu għal-lista uffiċjali.

2.1. Kondizzjonijiet tas-self:

2.1.0. L-ammont nominali tas-self; jekk dan l-ammont mhux fiss, għandu jsir prospett f'dan is-sens.

In-natura, numru u l-ennumerazzjoni tat-titoli ta' debitu u d-denominazzjonijiet tagħhom.

2.1.1. Ħlief fil-każ ta' ishma kontinwi, il-prezzijiet tal-ħarġa u tal-fidi u r-rata nominali ta' l-imgħax; jekk hemm provduti rati diversi ta' imgħax, indikazzjoni tal-kondizzzjonijiet għal bidliet fir- rata.

2.1.2. Proċeduri għall-allokazzjoni ta' kull vantaġġ ieħor; il-metodu tal-kalkolu ta' dawn il-vantaġġi.

2.1.3. Taxxa fuq id-dħul mit-titoli ta' debitu miżmuma fil-bidu fil-pajjiż ta' oriġini u/jew il-pajjiż tal-lista.

Indikazzjoni fuq jekk l-emittent jassumix ir-responsabbiltà għaż-żamma tat-taxxa fil-bidu.

2.1.4. Arranġamenti għall-ammortizzament tas-self, inkluż il-proċeduri tal-ħlas lura.

2.1.5. L-organizzazzjonijiet finanzjarji li, fi żmien ta' l-ammissjoni għal-lista uffiċjali, huma l-aġenti tal-ħlas ta' l-emittent fl-Istat Membru ta' l-ammissjoni.

2.1.6. Valuta tas-self; jekk is-self huwa denominat f'unitajiet ta' kont, l-istat kontrattwali ta' dawn; għażliet tal-valuta.

2.1.7. Limiti ta' żmien:

(a) perjodu tas-self u kull data proviżorja meta dovut;

(b) id-data minn meta l-imgħax isir pagabbli u d-dati meta dovuti għall-imgħax;

(ċ) il-limitu taż-żmien tal-validità tal-pretenzjonijiet għall-imgħax u l-ħlas lura tal-prinċipal;

(d) proċeduri u termini għall-konsenja tat-titoli ta' debitu, kreazzjoni possibbli jew ċertifikati proviżorji.

2.1.8. Ħlief fil-każ ta' ħarġiet kontinwi, indikazzjoni tar-rendiment. Il-metodu li bih ir-rendiment huwa kkalkulat għandu jkun deskritt f'forma fil-qosor.

2.2. Informazzjoni legali:

2.2.0. Indikazzjoni tar-resoluzzjonijiet, awtorizzazzjonijiet u approvazzjonijiet li bis-saħħa tagħhom it-titoli ta' debitu kienu ser ikunu maħluqa u/jew maħruġa.

Natura ta' l-operazzjoni u l-ammont tagħha.

Numru ta' titoli ta' debitu li kienu jew ser ikunu maħluqa u/jew maħruġa, jekk predeterminati.

2.2.1. Natura u skop tal-garanziji, garanti u impennji intiżi biex jiżguraw li s-self ikun moqdi kif dovut fir-rigward kemm tal-ħlas lura tat-titoli ta' debitu u l-ħlas ta' imgħax.

Indikazzjoni tal-postijiet fejn il-pubbliku jista' jkollu aċċess għat-testi tal-kuntratti dwar dawn il-garanziji, garanti u impennji.

2.2.2. Organizzazzjoni ta' trustees jew ta' kull rappreżentazzjoni għall-korp tad-detenturi tat-titoli ta' debitu.

Isem u funzjoni u deskrizzjoni u l-uffiċċju ewlieni tar-rappreżentant tad-detenturi tat-titolu tad-debitu, il-kondizzjonijiet prinċipali ta' dik ir-rappreżentanza u partikolarment il-kondizzjonijiet li taħthom ir-rappreżentant jista' jinbidel.

Indikazzjoni ta' fejn il-pubbliku jista' jkollu aċċess għall-kuntratti dwar dawn il-forom ta' rappreżentanza.

2.2.3. Aċċenn għall-klawżoli li jissubbordinaw is-self għal debiti oħra ta' l-emittent diġà fil-kuntratt jew li ser ikun fil-kuntratt.

2.2.4. Indikazzjoni tal-leġislazzjoni li fiha it-titoli tad-debitu nħolqu u tal-qrati kompetenti fil-każ ta' litigazzjoni.

2.2.5. Indikazzjoni rigward it-titoli ta' debitu huma reġistrati jew tal-portatur.

2.2.6. Kull restrizzjoni fuq it-trasferibbiltà libera tat-titoli ta' debitu.

2.3. Informazzjoni dwar l-ishma u l-ammissjoni tat-titoli ta' debitu għal-lista uffiċjali.

2.3.0. L-i stock exchanges fejn l-ammissjoni għal-lista uffiċjali kienet jew ser tkun mfittxa.

2.3.1. Ismijiet, indirizzi u deskrizzjoni ta' persuni naturali u legali li jissottoskrivu jew jiggarantixxu l-ħarġa għall-emittent. Fejn mhux il-ħarġa kollha hija sottoskritta jew garantita, prospett tas-sehem mhux kopert.

2.3.2. Jekk il-ħarġa jew tqegħid pubbliku jew privat kienu jew qed isiru fl-istess waqt fis-swieq ta' żewġ Stati jew iżjed u biċċa kienet jew qed tkun riservata għal uħud minnhom, indikazzjoni ta' din il-biċċa.

2.3.3. Jekk titoli ta' debitu ta' l-istess klassi huma diġà elenkati fi stock exchange wieħed jew iżjed, indikazzjoni ta' dawn l-i stock exchanges.

2.3.4. Jekk titoli ta' debitu ta' l-istess klassi għandhom ma ġewx ammessi għal-lista uffiċjali imma huma nnegozjati f'suq wieħed jew iżjed li huma soġġetti għar-regolamentazzjoni, huma f'operazzjoni regolari u huma rikonoxxuti u miftuħa, indikazzjoni ta' dawn is-swieq.

2.4. Informazzjoni dwar il-ħarġa minnha hija konkomittanti ma' l-ammissjoni uffiċjali jew jekk ġrat fit-tliet xhur preċedenti għal din l-ammissjoni.

2.4.0. Il-proċedura għall-eżerċiżju ta' kull dritt ta' pre-akkwist; in-negozjabbiltà tad-drittijiet ta' sottoskrizzjoni; it-trattament ta' drittijiet ta' sottoskrizzjoni mhux eżerċitati.

2.4.1. Metodu tal-ħlas tal-ħarġa jew tal-prezz ta' l-offerta.

2.4.2. Ħlief fil-każ ta' ħarġiet kontinwi ta' titoli ta' debitu, perjodu tal-ftuħ tal-ħarġa jew offerta u kull possibbiltà ta' għeluq kmieni.

2.4.3. Indikazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet finanzjarji responsabbli biex jirċievu s-sottoskrizzjonijiet pubbliċi.

2.4.4. Referenza, fejn meħtieġ, għall-fatt li s-sottoskrizzjonijiet jistgħu jitnaqqsu.

2.4.5. Ħlief fil-każ ta' ħarġiet kontinwi ta' titoli ta' debitu, indikazzjoni tar-rendiment nett tas-self.

2.4.6. Għan tal-ħarġa u l-applikazzjoni maħsuba mir-rikavat tagħha.

Il-Kapitolu 3

Informazzjoni ġenerali dwar l-emittent u l-kapital tiegħu

3.1. Informazzjoni ġenerali fuq l-emittent.

3.1.0. Isem, uffiċċju reġistrat u stabbiliment amministrattiv ewlieni jekk hu differenti mill-uffiċċju reġistrat.

3.1.1. Data ta' inkorporazzjoni u t-tul tal-ħajja ta' l-emittent, ħlief fejn indefinit.

3.1.2. Legislazzjoni li taħtha l-emittent jopera u l-forma legali li jkun adotta taħt dik il-leġislazzjoni.

3.1.3. Indikazzjoni ta' l-oġġetti ta' l-emittent u r-riferenza tal-klawżola tal-memorandum ta' assoċjazzjoni fejn huma deskritti.

3.1.4. Indikazzjoni tar-reġistru u tan-numru ta' l-entry fih.

3.1.5. Indikazzjoni ta' fejn id-dokumenti dwar l-emittent li jissemmew fil-partikolaritajiet tal-lista jistgħu jkunu spezzjonali.

3.2. Informazzjoni ġenerali fuq il-kapital:

3.2.0. L-ammont ta' kapital maħruġ u n-numru u l-klassijiet tat-titoli li minnhom hu kompost bid-dettalji tal-karatteristiċi prinċipali tagħhom;

Il-parti tal-kapital maħruġ li għadu jrid jitħallas, b'indikazzjoni tan-numru, jew il-valur nominali totali, u t-tip tat-titoli li għadhom ma tħallsux, maqsuma fejn applikabbli skond kemm minnhom tħallsu.

3.2.1. L-ammont ta' kull titolu konvertibbli ta' debitu, titoli ta' debitu skambjabbli jew titoli ta' debitu bil-warrants, b'indikazzjoni tal-kondizzjonijiet li jiggvernaw u l-proċeduri għall-konverżjoni, bdil jew sottoskrizzjoni.

3.2.2. Jekk l-emittent jappartieni lill-grupp ta' impriżi, deskrizzjoni fi-qosor tal-grupp u tal-pożizzjoni ta' l-emittent fih.

3.2.3. Numru, valur tal-ktieb u valur nominali jew, fl-assenza ta' valur nominali, il-valur par ta' ta' kull sehem tiegħu stess li l-emittent jew kumpanija oħra fejn l-emittent għandu azjenda diretta jew indiretta ta' iżjed minn 50 % jkun akkwista u jżomm, jew dawk it-titoli ma jidhrux bħala oġġett separat fil-balance sheet, safejn jirrappreżentaw parti sinifikattiva tal-kapital maħruġ.

Il-Kapitolu 4

Informazzjoni dwar l-attivitajiet ta' l-emittent

4.1. L-attivitajiet prinċipali ta' l-emittent.

4.1.0. Deskrizzjoni ta' l-attivitajiet prinċipali ta' l-emittent, fejn jingħadu l-kategoriji prinċipali tal-prodotti mibjugħa u/jew servizzi mwettqa.

Indikazzjoni ta' xi prodotti ġodda sinifikanti u/jew attivitajiet.

4.1.1. Il-valur tal-bejgħ nett matul l-aħħar sentejn finanzjarji.

4.1.2. Il-post u d-daqs ta' l-istabbilimenti ewlenin ta' l-emittent u tagħrif fil-qosor fuq il-propjetà immobbli tiegħu. Kull stabbiliment li jkollu aktar minn 10 % tal-valur tal-bejgħ jew produzzjoni għandu jkun ikkunsidrat stabbiliment ewlieni..

4.1.3. Għall-minjieri, estrazzjoni ta' idrokarburi, tħaffir u attivitajiet simili safejn sinifikanti, deskrizzjoni ta' depożiti, stima ta' riservi ekonomikament sfruttabbli u l-perjodu ta' xogħol ta' ħidma mistenni.

Indikazzjoni tal-perjodi u l-kondizzjonijiet prinċipali tal-konċessjonijiet u l-kondizzjonijiet ekonomiċi biex jinħadmu.

Indikazzjoni tal-progress tal-ħidma attwali.

4.1.4. Fejn t-tagħrif mogħti bis-saħħa ta' l-intestaturi 4.1.0 sa 4.1.3 kien influwenzat minn fatturi eċċezzjonali, dak il-fatt għandu jkun msemmi.

4.2. Informazzjoni fil-qosor dwar kemm l-emittent jiddependi, jekk xejn, fuq patents jew liċenzji, kuntratti industrijali, kummerċjali jew finanzjarji jew proċessi ta' manifattura ġodda, fejn dawn il-fatturi huma ta' importanza fondamentali għan-negożju jew qligħ ta' l-emittent.

4.3. Informazzjoni fuq kull proċeduri legali jew ta' arbitraġġ li jista' jkollhom jew li kellhom effett sinifikattiv fuq il-pożizzjoni finanzjarja fil-passat riċenti.

4.4. Politika ta' investiment:

4.4.0. Deskrizzjoni, bil-figuri, ta' l-investimenti prinċipali magħmula, inkluż interessi bħal ishma, titoli ta' debitu, eċċ., f'impriżi oħra matul l-aħħar tliet snin finanzjarji u x-xhur li diġà għaddew tas-sena finanzjarja kurrenti.

4.4.1. Informazzjoni dwar l-investimenti prinċipali li qed isiru bl-eċċezzjoni ta' interessi li qed ikunu akkwistati f'impriżi oħra.

Distribuzzjoni ta' dawn l-investimenti ġeografikament (lokalment u barra).

Metodu ta' finanzjament (intern u estern).

4.4.2. Informazzjoni dwar l-investimenti prinċipali futuri ta' l-emittent, bl-eċċezzjoni ta' interessi li għandu jkun akkwistat f'impriżi oħra fejn il-korpi tat-tmexxija tiegħu diġà għamlu impennji sodi.

Il-Kapitolu 5

Informazzjoni dwar l-attiv u l-passiv ta' l-emittent, pożizzjoni finanzjarja u l-qligħ u t-telf

5.1. Kontijiet ta' l-emittent:

5.1.0. L-aħħar żewġ balance sheets u kontijiet ta' profitt u telf magħmula mill-emittent miġjuba bħala tabella komparattiva. In-noti ta' kontijiet ta' kull sena għall-aħħar sena finanzjarja.

L-abbozz tal-partikolaritajiet tal-lista għandu jkun preżentat ma' l-awtoritajiet kompetenti mhux aktar minn 18-il xahar wara t-tmiem tas-sena finanzjarja li dwarha għandhom x'jaqsmu l-aħħar kontijiet annwali. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jestendu dak il-perjodu f'każijiet eċċezzjonali.

5.1.1. Jekk l-emittent jipprepara kontijiet annwali konsolidati biss, għandu jinkludi dawk il-kontijiet fil-partikolaritajiet tal-lista skond l-intestatura 5.1.0.

Jekk l-emittent jipprepara kemm il-kontijiet tiegħu stess u dawk konsolidati, għandu jinkludi ż-żewġ settijiet ta' kontijiet fil-partikolaritajiet tal-lista skond l-intestatura 5.1.0. Iżda, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jħallu l-emittent li jinkludi jew il-kontijiet tiegħu jew konsolidati ta' kull sena, bil-kondizzjoni li l-kontijiet li mhumiex inklużi ma jipprovdux informazzjoni addizzjonali sinifikattiva.

5.1.2. Fejn iżjed minn disa' xhur ikunu għaddew mill-aħħar tas-sena finanzjarja li jkollhom x'jaqsmu ma kontijiet annwali tiegħu stess u/jew kontijiet konsolidati annwali, rendikont finanzjarju proviżorju li jkopri ta' l-anqas l-ewwel sitt xhur għandhom ikunu inklużi fil-partikolaritajiet tal-lista jew mehmuża magħhom. Jekk ir-rendikont finanzjarju proviżorju mhux verifikat, għandu jkun mistqarr dak il-fatt.

Fejn l-emittent jipprepara l-kontijiet konsolidati ta' kull sena, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu jekk ir-rendikont finanzjarju proviżorju li għandu jingħata jridx ikun konsolidat jew le.

Kull bidla sinifikattiva li tkun ġrat mit-tmiem ta' l-aħħar sena finanzjarja jew il-preparazzjoni ta' 'l fuq msemmiji rendikont finanzjarju proviżorju trid tkun deskritta f'nota mdaħħla jew mehmuża fil-partikolaritajiet tal-lista.

5.1.3. Jekk il-kontijiet annwali tiegħu stess jew konsolidati ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi dwar il-kontijiet tal-kumpaniji u jekk ma jagħtux opinjoni tajba u ġusta ta' l-attiv u l-passiv, il-pożizzjoni finanzjarja u l-profitt u t-telf ta' l-emittent, għanda tingħata aktar informazzjoni dettaljata u/jew addizzjonali.

5.1.4. Indikazzjoni sa l-aktar data reċenti possibbli (li trid tingħad) ta' li ġej, jekk materjali:

(a) l-ammont totali ta' kull kapital ta' self pendenti, li tiddistingwi bejn is-self garantit (mill-għoti ta' garanzija jew le, mill-emittent jew minn terzi persuni) u self mhux garantit,

(b) L-ammont totali tas-self kollu u d-djun fin-natura ta' self, u ssir distinzjoni bejn debiti u self garantit u mhux garantit,

(ċ) l-ammont totali ta' kull passiv kontinġenti.

Rendikont xieraq negattiv għandu jingħata, fejn relevanti, fin-nuqqas ta' kull kapital xieraq bħal dak ta' kapital ta' self, mutwi u djun u passiv kontingenti.

Jekk l-emittent jipprepara l-kontijiet annwali konsolidati, għandhom jgħoddu l-prinċipji msemmija fl-intestatura 5.1.1.

Bħala regola ġenerali, m'għandux jingħata kas ta' passiv bejn l-impriżi fl-istess grupp, isir prospett f'dak is-sens jekk meħtieġ.

5.1.5. Tabella li turi s-sorsi u l-applikazzjoni tal-fondi matul it-tliet snin finanzjarji ta' l-aħħar.

5.2. Dettalji individwali elenkati hawn taħt dwar l-impriżi fejn l-emittent ikollu proporzjon tal-kapital li x'aktarx ikollu effett sinifikattiv fuq l-istima ta' l-attiv u l-passiv tiegħu stess il-pożizzjoni finanzjarja jew il-profitti u t-telf.

L-oġġetti ta' informazzjoni elenkati hawn taħt għandhom jingħataw f'kull każ għal kull impriża fejn l-emittent għandu interess dirett jew indirett ta' parteċipazzjoni, jekk il-valur tal-ktieb ta' dak l-interess ta' parteċipazzjoni jirrappreżenta mill-anqas 10 % tal-kapital u riżervi jew kontijiet ta' mill-anqas 10 % tal-profitt jew telf nett ta' l-emittent jew, f'każ ta' grupp, jekk il-valur tal-ktieb ta' dak l-interess ta' parteċipazzjoni jirrappreżenta mill-anqas 10 % ta' l-attiv nett konsolidat jew huwa ta' mill-anqas 10 % tal-profitt nett konsolidat jew telf tal-grupp.

L-oġġetti ta' informazzjoni elenkati hawn isfel m'għandhomx għalfejn jingħataw iżda l-emittent għandu jipprova li l-azjenda tiegħu hija purament ta' natura proviżorja.

Bl-istess mod, l-informazzjoni meħtieġa taħt il-punti (e) u (f) jistgħu jitħallew barra meta l-impriża fejn hemm interess ta' parteċipazzjoni ma tippubblikax il-kontijiet annwali tagħha..

L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-awtoritajiet kompetenti biex jippermettu l-ommissjoni ta' l-informazzjoni preskritta fil-punti (d) sa (h) jekk il-kontijiet annwali ta' l-impriżi li fihom ikun hemm interess ta' parteċipazzjoni huma konsolidati f'kontijiet tal-grupp annwali jew jekk il-valur attribwibbli lill-interess taħt il-metodu ta' ekwità jitwera fil-kontijiet annwali, iżda, fil-fehma ta' l-awtoritajiet kompetenti, l-ommissjoni ta' dik l-informazzjoni x'aktarx ma tqarraqx il-pubbliku rigward il-fatti u ċ-ċirkostanzi, u li l-għarfien tagħhom huwa essenzjali għall-istima tas-sigurtà kkonċernata.

(a) Isem u l-uffiċċju reġistrat ta' l-impriża.

(b) Qasam ta' attività.

(ċ) Proporzjon ta' kapital miżmum.

(d) Kapital maħruġ.

(e) Riservi.

(f) Profitt jew telf li joħorġu minn attivitajiet ordinarji, wara t-taxxa, għall-aħħar sena finanzjarja.

(g) Ammont li għandu jitħallas fuq ishma miżmuma.

(h) Ammonti ta' dividendi riċevuti fil-kors ta' l-aħħar sena finanzjarja fir-rigward ta' ishma miżmuma.

5.3. Meta l-partikolaritajiet tal-lista jikkomprendu l-kontijiet konsolidati ta' kull sena, juru:

(a) tal-prinċipji konsolidati applikati. Dawn għandhom ikunu deskritti espliċitament fejn l-Istat Membru m'għandux liġijiet li jiggvernaw il-konsolidament ta' kontijiet annwali jew fejn dawn il-prinċipji mhumiex konformi ma' dawk il-liġijiet jew ma metodu aċċettat ġeneralment f'użu fi Stat Membru fejn jinsab jew jopera l-i stock exchange li qed tkun mitluba l-ammissjoni fil-lista uffiċjali;

(b) ta' l-ismijiet ta' l-uffiċċji reġistrati ta' l-impriżi inkluż fil-konsolidazzjoni, fejn dik l-informazzjoni hija importanti għall-għan li jkun stmat l-attiv u l-passiv, il-pożizzjoni finanzjarja u l-profitt u t-telf ta' l-emittent. Biżżejjed li jkunu ddistingwiti b'sinjal fil-lista tal-kumpaniji fejn dettalji huma meħtieġa fl-intestatura 5.2;

(ċ) għal kull waħda mill-impriżi msemmija f'(b):

(i) il-proporzjon totali ta' interessi ta' terza persuna, jekk il-kontijiet annwali huma konsolidati globalment,

(ii) il-porzjon tal-konsolidament ikkalkulat fuq il-bażi ta' interessi, jekk il-konsolidament sar fuq bażi pro rata.

5.4. Fejn l-emittent huwa impriża dominanti li jifforma grupp b'impriża waħda jew iżjed dipendenti, id-dettalji pprovduti fil-Kapitoli 4 u7 għandhom jingħataw għal dak l-emittent u grupp.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu l-għoti ta' dik l-informazzjoni għall-emittent waħdu jew għall-grupp waħdu, iżda d-dettalji li ma jingħataw m'għandhomx ikunu ta' importanza.

5.5. Jekk ċerta informazzjoni pprovduta taħt din l-Iskeda tingħata fil-kontijiet annwali pprovduti skond dan il-Kapitoli, m'hemmx għalfejn tkun ripetuta.

Il-Kapitolu 6

Informazzjoni dwar l-amministrazzjoni, tmexxija u superviżjoni

6.1. Ismijiet, indirizzi u funzjonijiet fl-impriża emittenti tal-persuni li ġejjin u indikazzjoni ta' l-attivitajiet prinċipali magħmula minnhom barra dik l-impriża fejn dawn huma sinifikattivi fir-rigward ta' dik l-impriża:

(a) membri tal-korpi ta' l-amministrazzjoni, tat-tmexxija u ta' superviżjoni;

(b) imsieħba b'responsabbiltà illimitata, fil-każ ta' sħubija limitata b'kapital ta' ishma.

Il-Kapitolu 7

Informazzjoni dwar l-iżvilupp reċenti u l-prospetti ta' l-emittent

7.1. Ħlief fil-każ ta' deroga mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti, informazzjoni ġenerali fuq l-andament tan-negozju ta' l-emittent mit-tmiem tas-sena finanzjarja li dwarha jirrelataw il-kontijiet annwali l-aħħar ippubblikati, partikolarment:

(a) l-aktar andamenti sinifikattiv riċenti fil-produzzjoni, bejgħ u stokkijiet u l-istat tal-ktieb ta' l-ordnijiet, u

(b) tendenzi riċenti fl-ispejjeż u l-prezzijiet tal-bejgħ.

7.2. Ħlief fil-każ ta' eventwalità ta' deroga mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti, informazzjoni fuq il-prospetti ta' l-emittent mill-anqas għas-sena finanzjarja kurrenti.

L-ISKEDA Ċ

Dispożizzjoni għall-partikolaritajiet tal-lista għall-ammissjoni ta' ishma għal-lista ta' l-i stock exchange uffiċjali

Il-Kapitolu 1

Informazzjoni ġenerali fuq l-emittent:

1.1. Isem, uffiċċju reġistrat u stabbiliment amministrattiv ewlieni jekk hu differenti mill-uffiċċju reġistrat.

1.2. Data ta' inkorporazzjoni u t-tul tal-ħajja ta' l-emittent, ħlief fejn indefinit.

1.3. Legislazzjoni li taħtha l-emittent jopera u l-forma legali li jkun adotta taħt dik il-leġislazzjoni.

1.4. L-ammont ta' kapital maħruġ u n-numru u l-klassijiet tat-titoli li minnhom hu kompost bid-dettalji tal-karatteristiċi prinċipali tagħhom;

Il-parti tal-kapital maħruġ li għadu jrid jitħallas, b'indikazzjoni tan-numru, jew il-valur nominali totali, u t-tip tat-titoli li għadhom ma tħallsux, maqsuma fejn applikabbli skond kemm minnhom tħallsu.

1.5. Indikazzjoni tad-detenturi ewlenin tal-kapital.

1.6. Ismijiet, indirizzi u funzjonijiet fil-korp emittenti tal-persuni li ġejjin u indikazzjoni ta' l-attivitajiet prinċipali magħmula minnhom barra dal il-korp fejn dawn huma sinifikattivi fir-rigward ta' dak il-korp:

(a) membri tal-korpi ta' l-amministrazzjoni, tat-tmexxija u ta' superviżjoni;

(b) imsieħba b'responsabbiltà illimitata, fil-każ ta' sħubija limitata b'kapital ta' ishma.

1.7. L-oġġetti tal-kumpanija. Jekk il-ħruġ ta' ċertifikati li jirrappreżentaw ishma mhux l-għan ewlieni tal-kumpanija, in-natura ta' l-attivitajiet l-oħra tagħha għandhom ikunu deskritti, dawk ta' natura purament ta' trustee ikunu ttrattati separatament.

1.8. Il-kontijiet ta' kull sena fil-qosor dwar l-aħħar sena finanzjarja mitmuma.

Fejn iżjed minn disa' xhur ikunu għaddew mill-aħħar ta' l-aħħar sena finanzjarja li jkollhom x'jaqsmu ma kontijiet annwali tiegħu stess u/jew kontijiet konsolidati annwali, rendikont finanzjarju proviżorju li jkopri ta' l-anqas l-ewwel sitt xhur għandu jkun inkluż fil-partikolaritajiet tal-lista jew mehmuża magħhom. Jekk ir-rendikont finanzjarju proviżorju mhux verifikat, għandu jkun mistqarr dak il-fatt.

Fejn l-emittent jipprepara l-kontijiet konsolidati ta' kull sena, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu jekk ir-rendikont finanzjarju proviżorju li għandu jingħata jridx ikun konsolidat jew le.

Kull bidla sinifikattiva li tkun ġrat mit-tmiem ta' l-aħħar sena finanzjarja jew il-preparazzjoni tar-rendikont finanzjarju proviżorju imsemmi hawn fuq trid tkun deskritta f'nota mdaħħla fil-partikolaritajiet tal-lista jew mehmuża magħhom.

Il-Kapitolu 2

Informazzjoni fuq iċ-ċertifikati nnifishom

2.1. Stat legali:

Indikazzjoni tar-regoli li jiggvernaw il-kwistjoni taċ-ċertifikati u l-indikazzjoni tad-data u l-post tal-pubblikazzjoni tagħhom.

2.1.0. Eżerċizzju ta' u benefiċċju mid-drittijiet mehmuża mat-titoli oriġinali, partikolarment drittijiet tal-vot — kondizzjonijiet li taħthom l-emittent taċ-ċertifikati jista' jeżerċita dawn id-drittijiet, u l-miżuri maħsuba biex jinkisbu l-istruzzjonijiet tad-detenturi taċ-ċertifikati — u d-dritt mis-sehem fil-profitti u kull eċċess mill-istralċ.

2.1.1. Garanziji tal-bank jew oħrajn mehmuża maċ-ċertifikati u intiżi biex jassiguraw l-obbligi ta' l-emittent.

2.1.2. Possibbiltà li tinkiseb il-konverżjoni taċ-ċertifikati f'titoli oriġinali u l-proċedura għal din il-konverżjoni.

2.2. L-ammont tal-kummissjonijiet u l-ispejjeż li għandu jġorr id-detentur:

(a) il-ħruġ taċ-ċertifikat,

(b) il-ħlas tal-kupuni,

(ċ) il-ħolqien ta' ċertifikati addizzjonali,

(d) il-bdil taċ-ċertifikati għal titoli oriġinali.

2.3. Trasferibbiltà taċ-ċertifikati:

(a) L-istock exchanges fejn l-ammissjoni għal-lista uffiċjali hija, jew ser tkun imfittxa;

(b) Kull restrizzjoni fuq it-trasferibbiltà libera tat-titoli ta' debitu.

2.4. Informazzjoni supplimentari fuq l-ammissjoni għal-lista uffiċjali:

(a) Jekk iċ-ċertifikati għandhom jitqegħdu fi stock exchange in-numru ta' ċertifikati disponibbli fis-suq u/jew il-valur totali nominali; il-prezz minimu tal-bejgħ, jekk dan il-prezz huwa ffissat;

(b) Data meta ċ-ċertifikati ġodda ser ikunu elenkati, jekk magħrufa.

2.5. Indikazzjoni ta' arranġamenti tat-taxxa fir-rigward ta' kull taxxa u bidliet li għandhom jinġarru mid-detenturi u imposti fil-pajjiżi fejn iċ-ċertifikati jinħargu.

2.6. Indikazzjoni tal-leġislazzjoni li fiha iċ-ċertifkati nħolqu u tal-qrati kompetenti fil-każ ta' litigazzjoni.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

IL-PARTI A

Direttivi mħassra u l-emendi suċċessivi tagħhom (msemmija fl-Artikolu 111)

Id-Direttiva tal-Kunsill 79/279/KEE | (ĠU L 66, tas-16.3.1979, p. 21) |

Id-Direttiva tal-Kunsill 82/148/KEE | (ĠU L 62, tal-5.3.1982, p. 22) |

Id-Direttiva tal-Kunsill 88/627/KEE | (ĠU L 348, tas-17.12.1988, p. 62) |

Id-Direttiva tal-Kunsill 80/390/KEE | (ĠU L 100, tas-17.4.1980, p. 1) |

Id-Direttiva tal-Kunsill 82/148/KEE | (ĠU L 62, tal-5.3.1982, p. 22) |

Id-Direttiva tal-Kunsill 87/345/KEE | (ĠU L 185, ta' l-4.7.1987, p. 81) |

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/211/KEE | (ĠU L 112, tat-3.5.1990, p. 24) |

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill 94/18/EC | (ĠU L 135, tal-31.5.1994, p. 1) |

Id-Direttiva tal-Kunsill 82/121/KEE | (ĠU L 48, ta' l-20.2.1982, p. 26) |

Id-Direttiva tal-Kunsill 88/627/KEE | (ĠU L 348, tas-17.12.1988, p. 62) |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

IL-PARTI B

Limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali (msemmija fl-Artikolu 111)

Id-Direttiva | Limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni |

79/279/KEE | 8 ta' Marzu 1981 |

80/390/KEE | 19 ta' Settembru 1982 |

82/121/KEE | 30 ta' Ġunju 1983 |

82/148/KEE |

87/345/KEE | 1 ta' Jannar 1990 1 ta'Jannar 1991 għal Spanja 1 ta' Jannar 1992 għall-Portugall |

88/627/KEE | 1 ta' Jannar 1991 |

90/211/KEE | 17 ta' April 1991. |

94/18/KE | |

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Din id-Direttiva | Dir. 79/279/KEE | Dir. 80/390/KEE | Dir. 82/121/KEE | Dir. 88/627/KEE |

L-Artikolu 1(a) | | L-Artikolu 2(ċ) | | |

L-Artikolu 1(b), frażi introduttorja | L-Artikolu 2(a), frażi introduttorja | L-Artikolu 2(a), frażi introduttorja | | |

L-Artikolu 1(b)(i) u (ii) | L-Artikolu 2(a), l-ewwel u t-tieni inċiż | L-Artikolu 2(a), l-ewwel u t-tieni inċiż | | |

L-Artikolu 1(ċ), frażi introduttorja | | | L-Artikolu 1(2), tieni sub-paragrafu, frażi introduttorja | |

L-Artikolu 1(ċ)(i) u (ii) | | | L-Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż | |

L-Artikolu 1(d) | | L-Artikolu 2(e) | | |

L-Artikolu 1(e) | L-Artikolu 2(b) | L-Artikolu 2(b) | | |

L-Artikolu 1(f) | | L-Artikolu 2(f) | | |

L-Artikolu 1(g) | | L-Artikolu 2(d) | | |

L-Artikolu 1(h) | | L-Artikolu 2(g) | | |

L-Artikolu 2(1) | L-Artikolu 1(1) | | | |

L-Artikolu 2(2), frażi introduttorja | L-Artikolu 1(2), frażi introduttorja | | | |

L-Artikolu 2(2)(a) u (b) | L-Artikolu 1(2), l-ewwel u t-tieni inċiż | | | |

L-Artikolu 3(1) | | L-Artikolu 1(1) | | |

L-Artikolu 3(2), frażi introduttorja | | L-Artikolu 1(2), frażi introduttorja | | |

L-Artikolu 3(2)(a) u (b) | | L-Artikolu 1(2), l-ewwel u t-tieni inċiż | | |

L-Artikolu 4(1) | | | L-Artikolu 1(1) | |

L-Artikolu 4(2) | | | L-Artikolu 1(2), l-ewwel subparagrafu | |

L-Artikolu 4(3) | | | L-Artikolu 1(3) | |

L-Artikolu 5(a) u (b) | L-Artikolu 3, l-ewwel u t-tieni inċiż | | | |

L-Artikolu 6 | L-Artikolu 4 | | | |

L-Artikolu 7 | L-Artikolu 6 | | | |

L-Artikolu 8 | L-Artikolu 5 | | | |

L-Artikolu 9 | L-Artikolu 7 | | | |

L-Artikolu 10 | L-Artikolu 8 | | | |

L-Artikolu 11(1) | L-Artikolu 9(1) | | | |

L-Artikolu 11(2) | L-Artikolu 9(3) | | | |

L-Artikolu 12 | L-Artikolu 10 | | | |

L-Artikolu 13(1) | L-Artikolu 18(2) | | | |

L-Artikolu 13(2) | L-Artikolu 18(3) | | | |

L-Artikolu 14 | L-Artikolu 11 | | | |

L-Artikolu 15 | L-Artikolu 16 | | | |

L-Artikolu 16 | L-Artikolu 13 | | | |

L-Artikolu 17 | L-Artikolu 12 | | | |

L-Artikolu 18 | L-Artikolu 14 | | | |

L-Artikolu 19 | L-Artikolu 15 | | | |

L-Artikolu 20 | | L-Artikolu 3 | | |

L-Artikolu 21 | | L-Artikolu 4 | | |

L-Artikolu 22 | | L-Artikolu 5 | | |

L-Artikolu 23, frażi introduttorja | | L-Artikolu 6, frażi introduttorja | | |

L-Artikolu 23(1) u (2) | | L-Artikolu 6(1) u (2) | | |

L-Artikolu 23(3)(a) | | L-Artikolu 6(3)(a) | | |

L-Artikolu 23(3)(b), frażi introduttorja | | L-Artikolu 6(3)(b), frażi introduttorja | | |

L-Artikolu 23(3)(b)(i) | | L-Artikolu 6(3)(b), l-ewwel inċiż | | |

L-Artikolu 23(3)(b)(ii) | | L-Artikolu 6(3)(b), it-tieni inċiż | | |

L-Artikolu 23(3)(ċ), frażi introduttorja | | L-Artikolu 6(3)(ċ), frażi introduttorja | | |

L-Artikolu 23(3)(ċ)(i) | | L-Artikolu 6(3)(ċ), l-ewwel inċiż | | |

L-Artikolu 23(3)(ċ)(ii) | | L-Artikolu 6(3)(ċ), it-tieni inċiż | | |

L-Artikolu 23(3)(ċ)(ii), l-ewwel inċiż | | L-Artikolu 6(3)(ċ), it-tieni inċiż (i) | | |

L-Artikolu 23(3)(ċ)(ii), it-tieni inċiż | | L-Artikolu 6(3)(ċ), it-tieni inċiż (ii) | | |

L-Artikolu 23(3)(ċ)(iii) | | L-Artikolu 6(3)(ċ), it-tielet inċiż | | |

L-Artikolu 23(3)(d) sa (g) | | L-Artikolu 6(3)(d) sa (g) | | |

L-Artikolu 23(4) u (5) | | L-Artikolu 6(4) u (5) | | |

L-Artikolu 24 | | L-Artikolu 7 | | |

L-Artikolu 25(1), l-ewwel sub-paragrafu, frażi introduttorja | | L-Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu, frażi introduttorja | | |

L-Artikolu 25(1), l-ewwel sub-paragrafu, (a) sa (g) | | L-Artikolu 8(1), l-ewwel sub-paragrafu, l-ewwel sas-seba' inċiż | | |

L-Artikolu 25(1), it-tieni, frażi introduttorja | | L-Artikolu 8(1), it-tieni sub-paragrafu, frażi introduttorja | | |

L-Artikolu 25(1), it-tieni sub-paragrafu, (a) u (b) | | L-Artikolu 8(1), it-tieni sub-paragrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż | | |

L-Artikolu 25(2), frażi introduttorja | | L-Artikolu 8(2), frażi introduttorja | | |

L-Artikolu 25(2)(a) sa (d) | | L-Artikolu 8(2), l-ewwel sa raba' inċiżi | | |

L-Artikolu 25(3) u (4) | | L-Artikolu 8(3) u (4) | | |

L-Artikolu 26(1), frażi introduttorja | | L-Artikolu 9(1), frażi introduttorja | | |

L-Artikolu 26(1)(a) sa (g) | | L-Artikolu 9(1), l-ewwel sas-seba inċiżi | | |

L-Artikolu 26(2) u (3) | | L-Artikolu 9(2) u (3) | | |

L-Artikolu 27 | | L-Artikolu 10 | | |

L-Artikolu 28(1), frażi introduttorja | | L-Artikolu 11(1), frażi introduttorja | | |

L-Artikolu 28(1)(a) u (b) | | L-Artikolu 11(1), l-ewwel u t-tieni inċiż | | |

L-Artikolu 28(2) | | L-Artikolu 11(2) | | |

L-Artikolu 28(3) frażi introduttorja | | L-Artikolu 11(3) frażi introduttorja | | |

L-Artikolu 28(3)(a), (b) u (ċ) | | L-Artikolu 11(3) l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż | | |

L-Artikolu 29 frażi introduttorja | | L-Artikolu 12 frażi introduttorja | | |

L-Artikolu 29(a) u (b) | | L-Artikolu 12, l-ewwel u t-tieni inċiż | | |

L-Artikolu 30(1), l-ewwel subparagrafu, frażi introduttorja | | L-Artikolu 13(1), l-ewwel sub-paragrafu, frażi introduttorja | | |

L-Artikolu 30(1), l-ewwel sub-paragrafu, (a) u (b) | | L-Artikolu 13(1), l-ewwel sub-paragrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż | | |

L-Artikolu 30(1), it-tieni sub-paragrafu | | L-Artikolu 13(1), it-tieni sub-paragrafu | | |

L-Artikolu 30(2), frażi introduttorja | | L-Artikolu 13(2), frażi introduttorja | | |

L-Artikolu 30(2)(a) u (b) | | L-Artikolu 13(2), l-ewwel u t-tieni inċiż | | |

L-Artikolu 30(3) u (4) | | L-Artikolu 13(3) u (4) | | |

L-Artikolu 31(1), frażi introduttorja | | L-Artikolu 14(1), frażi introduttorja | | |

L-Artikolu 31(1)(a) sa (d) | | L-Artikolu 14(1), l-ewwel sar-raba' inċiż | | |

L-Artikolu 31(2), l-ewwel sub-paragrafu (a) sa (d) | | L-Artikolu 14(2), l-ewwel sar-raba' inċiż | | |

L-Artikolu 31(2), it-tieni sub-paragrafu | | L-Artikolu 14(2), it-tieni sub-paragrafu | | |

L-Artikolu 32 | | L-Artikolu 15 | | |

L-Artikolu 33(1) | | L-Artikolu 16(1) | | |

L-Artikolu 33(2), frażi introduttorja | | L-Artikolu 16(2), frażi introduttorja | | |

L-Artikolu 33(2)(a), (b) u (ċ) | | L-Artikolu 16(2), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi | | |

L-Artikolu 33(3) | | L-Artikolu 16(3) | | |

L-Artikolu 34 | | L-Artikolu 17 | | |

L-Artikolu 35 | | L-Artikolu 18(2) u (3), l-ewwel -paragrafu | | |

L-Artikolu 36 | | L-Artikolu 19 | | |

L-Artikolu 37 | | L-Artikolu 24 | | |

L-Artikolu 38 | | L-Artikolu 24a | | |

L-Artikolu 39 | | L-Artikolu 24b | | |

L-Artikolu 40 | | L-Artikolu 24(ċ)(2) u (3) | | |

L-Artikolu 41 | | L-Artikolu 25a | | |

L-Artikolu 42 | l-Anness — L-Iskeda A (I) (1) | | | |

L-Artikolu 43 | l-Anness — L-Iskeda A (I) (2) | | | |

L-Artikolu 44 | l-Anness — L-Iskeda A (I) (3) | | | |

L-Artikolu 45 | l-Anness — L-Iskeda A (II) (1) | | | |

L-Artikolu 46 | l-Anness — L-Iskeda A (II) (2) | | | |

L-Artikolu 47 | l-Anness — L-Iskeda A (II) (3) | | | |

L-Artikolu 48 | l-Anness — L-Iskeda A (II) (4) | | | |

L-Artikolu 49 | l-Anness — L-Iskeda A (II) (5) | | | |

L-Artikolu 50 | l-Anness — L-Iskeda A (II) (6) | | | |

L-Artikolu 51 | l-Anness — L-Iskeda A (II) (7) | | | |

L-Artikolu 52 | l-Anness — L-Iskeda B (A) (I) | | | |

L-Artikolu 53 | l-Anness — L-Iskeda B (A) (II) (1) | | | |

L-Artikolu 54 | l-Anness — L-Iskeda B (A) (II) (2) | | | |

L-Artikolu 55 | l-Anness — L-Iskeda B (A) (II) (3) | | | |

L-Artikolu 56 | l-Anness — L-Iskeda B (A) (II) (4) | | | |

L-Artikolu 57 | l-Anness — L-Iskeda B (A) (II) (5) | | | |

L-Artikolu 58 | l-Anness — L-Iskeda B (A) (III) (1) | | | |

L-Artikolu 59 | l-Anness — L-Iskeda B (A) (III) (2) | | | |

L-Artikolu 60 | l-Anness — L-Iskeda B (B) (1) | | | |

L-Artikolu 61 | l-Anness — L-Iskeda B (B) (2) | | | |

L-Artikolu 62 | l-Anness — L-Iskeda B (B) (3) | | | |

L-Artikolu 63 | l-Anness — L-Iskeda B (B) (4) | | | |

L-Artikolu 64 | l-Anness — L-Iskeda Ċ (1) | | | |

L-Artikolu 65(1) | l-Anness — L-Iskeda Ċ (2) (a) | | | |

L-Artikolu 65(2) frażi introduttorja | l-Anness — L-Iskeda Ċ (2) (b), frażi introduttorja | | | |

L-Artikolu 65(2)(a), u (ċ) | (b) l-Anness — L-Iskeda Ċ (2) (b), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi | | | |

L-Artikolu 66 | l-Anness — L-Iskeda Ċ (3) | | | |

L-Artikolu 67 | l-Anness — Skeda Ċ (4) | | | |

L-Artikolu 68 | l-Anness — Skeda Ċ (5)(a), (b) u (ċ) | | | |

L-Artikolu 69 | l-Anness — Skeda Ċ ċ(6) | | | |

L-Artikolu 70 | | | L-Artikolu 2 | |

L-Artikolu 71 | | | L-Artikolu 3 | |

L-Artikolu 72 | | | L-Artikolu 4 | |

L-Artikolu 73(1) | | | L-Artikolu 5(1) | |

L-Artikolu 73(2), l-ewwel sub–paragrafu, frażi introduttorja | | | L-Artikolu 5(2), l-ewwel, frażi introduttorja | |

L-Artikolu 73(2), l-ewwel sub–paragrafu (a) u (b) | | | L-Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż | |

L-Artikolu 73(2), it-tieni | | | L-Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu | |

L-Artikolu 73(3) sa (7) | | | L-Artikolu 5(3) sa (7) | |

L-Artikolu 74 | | | L-Artikolu 6 | |

L-Artikolu 75 | | | L-Artikolu 8 | |

L-Artikolu 76 | | | L-Artikolu 9(3) sa (6) | |

L-Artikolu 77 | | | L-Artikolu 10(2) | |

L-Artikolu 78(1) | l-Anness — L-Iskeda D (A) (1) (a) | | | |

L-Artikolu 78(2) frażi introduttorja | l-Anness — L-Iskeda D (A) (1) (b), frażi introduttorja | | | |

L-Artikolu 78(2)(a) u (b) | l-Anness — L-Iskeda D (A) (1) (b), l-ewwel u t-tieni inċiż | | | |

L-Artikolu 79 | l-Anness — L-Iskeda D (A) (2) | | | |

L-Artikolu 80 | l-Anness — L-Iskeda D (A) (3) | | | |

L-Artikolu 81 | l-Anness — L-Iskeda D (A) (4) | | | |

L-Artikolu 82 | l-Anness — L-Iskeda D (A) (5) | | | |

L-Artikolu 83(1) | l-Anness — L-Iskeda D (B) (1) (a) | | | |

L-Artikolu 83(2), frażi introduttorja | l-Anness — L-Iskeda D (B) (1) (b), frażi introduttorja | | | |

L-Artikolu 83(2)(a) u (b) | l-Anness — L-Iskeda D (B) (1) (b), l-ewwel u t-tieni inċiż | | | |

L-Artikolu 84 | l-Anness — L-Iskeda D (B) (2) | | | |

L-Artikolu 85 | | | | L-Artikolu u (3) 1(1), (2) |

L-Artikolu 86 | | | | L-Artikolu 2 |

L-Artikolu 87 | | | | L-Artikolu 8 |

L-Artikolu 88 | | | | L-Artikolu 3 |

L-Artikolu 89(1), l-ewwel subparagrafu, frażi introduttorja | | | | L-Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu, frażi introduttorja |

L-Artikolu 89(1), l-ewwel subparagrafu (a) u (b) | | | | L-Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż |

L-Artikolu 89(1), it-tieni u t-tielet sub-paragrafu | | | | L-Artikolu 4(1), it-tieni u t-tielet sub-paragrafi |

L-Artikolu 89(2) | | | | L-Artikolu 4(2) |

L-Artikolu 90 | | | | L-Artikolu 5 |

L-Artikolu 91 | | | | L-Artikolu 10(1) |

L-Artikolu 92, l-ewwel subparagrafu, frażi introduttorja | | | | L-Artikolu 7, l-ewwel sub-paragrafu, frażi introduttorja |

L-Artikolu 92, l-ewwel sub-paragrafu (a) u (h) | | | | L-Artikolu 7, l-ewwel sub-paragrafu, l-ewwel sat-tmien inċiż |

L-Artikolu 92, it-tieni subparagrafu | | | | L-Artikolu 7, it-tieni sub-paragrafu |

L-Artikolu 93 | | | | L-Artikolu 6 |

L-Artikolu 94 | | | | L-Artikolu 9 |

L-Artikolu 95 | | | | L-Artikolu 11 |

L-Artikolu 96 | | | | L-Artikolu 13 |

L-Artikolu 97 | | | | L-Artikolu 15 |

L-Artikolu 98(1), frażi introduttorja | | L-Artikolu 20(1), frażi introduttorja | | |

L-Artikolu 98(1)(a) u (b) | | L-Artikolu 20(1), l-ewwel u t-tieni inċiż | | |

L-Artikolu 98(2) | | L-Artikolu 20(2) | | |

L-Artikolu 99(1) | | L-Artikolu 21(1) | | |

L-Artikolu 99(2), frażi introduttorja | | L-Artikolu 21(2), frażi introduttorja | | |

L-Artikolu 99(2)(a) u (b) | | L-Artikolu 21(2), l-ewwel u t-tieni inċiż | | |

L-Artikolu 99(3) | | L-Artikolu 21(3) | | |

L-Artikolu 100 | | L-Artikolu 23 | | |

L-Artikolu 101 | | L-Artikolu 22 | | |

L-Artikolu 102(1), l-ewwel sub-paragrafu | L-Artikolu 17(1), l-ewwel sentenza | | | L-Artikolu 10(2), it-tieni sub-paragrafu L-Artikolu 10(2), l-ewwel |

L-Artikolu 102(1), it-tieni sub-paragrafu | L-Artikolu(1), it-tieni sentenza | | | |

L-Artikolu 102(2) | | | L-Artikolu 7(1) u (3) | |

L-Artikolu 103 | L-Artikolu 17(2) | | L-Artikolu 7(2) | L-Artikolu 10(2), it-tieni sub-paragrafu |

L-Artikolu 104 | | L-Artikolu 6a | | |

L-Artikolu 105(1) u (2) | L-Artikolu 9(1) u (2) | L-Artikolu 18(1) u (3), it-tieni sub-paragrafu | L-Artikolu 9(1) u (2) | L-Artikolu 12(1) u (2) |

L-Artikolu 105(3) | | L-Artikolu 18(4) | L-Artikolu 9(7) | |

L-Artikolu 106 | L-Artikolu 18(1) | L-Artikolu 24ċ(1) | L-Artikolu 10(1) | L-Artikolu 12(3) |

L-Artikolu 107(1) u (2) | L-Artikolu 19 | L-Artikolu 25(1) u (2) | | L-Artikolu 14(1) u (2) |

L-Artikolu 107(3) l-ewwel sub-paragrafu | | L-Artikolu 25(3) | | |

L-Artikolu 107(3) it-tieni sub-paragrafu | | | | L-Artikolu 14(3) |

L-Artikolu 108(1), l-ewwel sub-paragrafu | L-Artikolu 20(1), frażi introduttorja | | | |

L-Artikolu 108(1), it-tieni u t-tielet sub-paragrafu | L-Artikolu 20(3) u (4) | | | |

L-Artikolu 108(2), l-ewwel sub-paragrafu, il-punt (a) | L-Artikolu 20(1), frażi introduttorja u l-punt (a) | L-Artikolu 26(1)(a) | L-Artikolu 11(1)(a) | |

L-Artikolu 108(2), l-ewwel sub-paragrafu, il-punt (b) | | | | L-Artikolu 16(1)(a) |

L-Artikolu 108(2), l-ewwel sub-paragrafu, il-punt (ċ)(i) | L-Artikolu 20(1)(b) | | | |

L-Artikolu 108(2), l-ewwel sub-paragrafu, il-punt (ċ)(ii) | | L-Artikolu 26(1)(b) | | |

L-Artikolu 108(2), l-ewwel sub-paragrafu, il-punt (ċ)(iii) | | | L-Artikolu 11(1)(b) | L-Artikolu 16(1)(b) |

L-Artikolu 108(2), l-ewwel sub-paragrafu, il-punt (d) | L-Artikolu 20(1)(ċ) | L-Artikolu 26(1)(ċ) | L-Artikolu 11(1)(ċ) | L-Artikolu 16(1)(ċ) |

L-Artikolu 108(2), it-tieni sub-paragrafu | L-Artikolu 20(2) | L-Artikolu 26(2) | | |

L-Artikolu 109 | L-Artikolu 21 | | | |

L-Artikolu 110 | L-Artikolu 22(2) | L-Artikolu 27(2) | L-Artikolu 12(3) | L-Artikolu 17(2) |

L-Artikolu 111 | | | | |

L-Artikolu 112 | | | | |

L-Artikolu 113 | | | | |

L-Anness I — L-Iskeda A, il-Kapitolu I | | l-Anness — L-Iskeda A, il-Kapitolu 1 | | |

L-Anness I — L-Iskeda A, il-Kapitolu 2 — 2.1 sa 2.4.4 | | l-Anness — L-Iskeda A, il-Kapitolu 2 — 2.1 sa 2.4.4 | | |

L-Anness I — L-Iskeda A, il-Kapitolu 2 — 2.4.5, l-ewwel sub-paragrafu, frażi introduttorja | | l-Anness — L-Iskeda A, il-Kapitolu 2 — 2.4.5, l-ewwel sub-paragrafu, frażi introduttorja | | |

L-Anness I — L-Iskeda A, il-Kapitolu 2 — 2.4.5, l-ewwel sub-paragrafu (a) u (b) | | l-Anness — L-Iskeda A, il-Kapitolu 2 — 2.4.5, l-ewwel sub-paragrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż | | |

L-Anness I — L-Iskeda A, il-Kapitolu 2 — 2.4.5, it-tieni sub-paragrafu | | l-Anness — L-Iskeda A, il-Kapitolu 2 — 2.4.5, it-tieni sub-paragrafu | | |

L-Anness I — L-Iskeda A, il-Kapitolu 2 — 2.5 | | l-Anness — L-Iskeda A, il-Kapitolu 2-2.5 | | |

L-Anness I — L-Iskeda A, il-Kapitolu 3 — 3.1 sa 3.2.0 | | l-Anness — L-Iskeda A, il-Kapitolu 3-3.1 sa 3.2.0 | | |

L-Anness I — L-IskedaA, il-Kapitolu 3 — 3.2.1 frażi introduttorja | | l-Anness — L-Iskeda A, il-Kapitolu 3-3.2.1 frażi introduttorja | | |

L-Anness I — L-Iskeda A, il-Kapitolu 3-3.2.1 (a), (b) u (ċ) | | l-Anness — L-Iskeda A, il-Kapitolu 3 — 3.2.1, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż | | |

L-Anness I — L-IskedaA, il-Kapitolu 3-3.2.2 sa 3.2.9 | | l-Anness — L-Iskeda A, il-Kapitolu 3-3.2.2 sa 3.2.9 | | |

L-Anness I — L-Iskeda A, il-Kapitolu 4 | | l-Anness — L-Iskeda A, il-Kapitolu 4 | | |

L-Anness I — L-Iskeda A, il-Kapitolu 5-5.1 sa 5.3 | | l-Anness — L-Iskeda A, il-Kapitolu 5-5.1 sa 5.3 | | |

L-Anness I — L-Iskeda A, il-Kapitolu 5-5.4 (a) u (b) | | l-Anness — L-Iskeda A, il-Kapitolu 5-5.4 (a) u (b) | | |

L-Anness I — L-Iskeda A, il-Kapitolu 5-5.4 (ċ)(i) u (ii) | | l-Anness — L-Iskeda A, il-Kapitolu 5 — 5.4 (ċ) l-ewwel u t-tieni inċiż | | |

L-Anness I — L-Iskeda A, il-Kapitolu 5 — 5.5 u 5.6 | | l-Anness — L-Iskeda A, il-Kapitolu 5 — 5.5 u 5.6 | | |

L-Anness I — L-Iskeda A, il-Kapitolu 6 | | l-Anness — L-Iskeda A, il-Kapitolu 6 | | |

L-ANNESS I — Skeda A, Kapitolu 7-7.1 frażi introduttorja | | l-Anness — Skeda A, Kapitolu 7-7.1 frażi introduttorja | | |

L-Anness I — L-Iskeda A, il-Kapitolu 7-7.1 (a) u (b) | | l-Anness — L-Iskeda A, il-Kapitolu 7 — 7.1, l-ewwel u t-tieni inċiż | | |

L-Anness I — L-Iskeda A, il-Kapitolu 7 — 7.2 | | l-Anness — L-Iskeda A, il-Kapitolu 7-7.2 | | |

L-Anness I — L-Iskeda B, il-Kapitolu 1 — 4 | | l-Anness — L-Iskeda B, il-Kapitolu 1-4 | | |

L-Anness I — L-Iskeda B, il-Kapitolu 5 — 5.1 sa 5.1.3 | | l-Anness — Skeda B, Kapitolu 5-5.1 sa 5.1.3 | | |

L-Anness I — L-Iskeda B, il-Kapitolu 5 — 5.1.4, l-ewwel sub-paragrafu, frażi introduttorja | | l-Anness — L-Iskeda B, il-Kapitolu 5 — 5.1.4, l-ewwel sub-paragrafu, frażi introduttorja | | |

L-Anness I — L-Iskeda B, il-Kapitolu 5-5.1.4, l-ewwel sub-paragrafu (a), (b) u (ċ) | | l-Anness — L-Iskeda B, il-Kapitolu 5 — 5.1.4, l-ewwel sub-paragrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż | | |

L-Anness I — L-IskedaB, il-Kapitolu 5 — 5.1.4, it-tieni, it-tielet u r-raba' sub–paragrafu | | l-Anness — L-Iskeda B, il-Kapitolu 5 — 5.1.4, it-tieni, it-tielet u r-raba' sub- paragrafu | | |

L-Anness I — L-IskedaB, il-Kapitolu 5 — 5.1.5 sa 5.2 | | l-Anness — L-Iskeda B, il-Kapitolu 5 — 5.1.5 sa 5.2 | | |

L-Anness I — L-Iskeda B, il-Kapitolu 5 — 5.3 sentenza introduttorja | | l-Anness — L-Iskeda B, il-Kapitolu 5 — 5.3 sentenza introduttorja | | |

L-Anness I — L-Iskeda B, il-Kapitolu 5-5.3 (a) u (b) | | l-Anness — L-Iskeda B, il-Kapitolu 5-5.3 (a) u (b) | | |

L-Anness I — L-Iskeda B, il-Kapitolu 5 — 5.3 (ċ)(i) u (ii) | | l-Anness — L-Iskeda B, il-Kapitolu 5 — 5.3(ċ) | | |

l-ewwel u t-tieni inċiżL-Anness I — L-Iskeda B, il-Kapitolu 6 | | l-Anness — L-Iskeda B, il-Kapitolu 6 | | |

L-Anness I — L-Iskeda B, il-Kapitolu 7 — 7.1 frażi introduttorja | | l-Anness — L-Iskeda B, il-Kapitolu 7-7.1 frażi introduttorja | | |

L-Anness I — L-Iskeda B, il-Kapitolu 7-7.1 (a) u (b) | | l-Anness — L-Iskeda B, il-Kapitolu 7-7.1, l-ewwel u t-tieni inċiż | | |

L-Anness I — L-Iskeda B, il-Kapitolu 7-7.2 | | l-Anness — L-Iskeda B, il-Kapitolu 7-7.2 | | |

L-Anness I — L-Iskeda Ċ, il-Kapitolu 1 | | l-Anness — L-Iskeda Ċ il-Kapitolu 1 | | |

L-Anness I — L-Iskeda Ċ, il-Kapitolu 2-2.1 sa 2.1.2 | | l-Anness — L-Iskeda Ċ, il-Kapitolu 2-2.1.2 | | |

L-Anness I — L-Iskeda Ċ, il-Kapitolu 2 — 2.2 frażi introduttorja | | l-Anness — L-Iskeda Ċ, il-Kapitolu 2 — 2.2 frażi introduttorja | | |

L-Anness I — L-Iskeda Ċ, il-Kapitolu 2 — 2.2 (a) sa (d) | | l-Anness — L-Iskeda Ċ, il-Kapitolu 2 — 2.2, l-ewwel sar-raba' inċiż | | |

L-Anness I — L-Iskeda Ċ, il-Kapitolu 2 — 2.3 sa 2.6 | | l-Anness — L-Iskeda Ċ, il-Kapitolu 2 — 2.3 sa 2.6 | | |

L-ANNESS II | | | | |

L-ANNESS III | | | | |

--------------------------------------------------

Top