EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0738

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Novembru 2000 li tikkonċerna kwestjonarji għar-rapporti ta' l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/31/KE dwar it-tpoġġija ta' l-iskart f’ landfill (notifikata bid-dokument numru K(2000) 3318)

ĠU L 298, 25.11.2000, p. 24–26 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/11/2019; Imħassar b' 32019D1885

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/738/oj

32000D0738



Official Journal L 298 , 25/11/2000 P. 0024 - 0026


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-17 ta' Novembru 2000

li tikkonċerna kwestjonarji għar-rapporti ta' l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/31/KE dwar it-tpoġġija ta' l-iskart f’ landfill

(notifikata bid-dokument numru K(2000) 3318)

(2000/738/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar il-landfill bl-iskart [1], b'mod partikolari l-Artikolu 15,

Billi:

(1) L-Artikolu 15 tad-Direttiva 1999/31/KE jeħtieġ li l-Istati Membri jibgħatu lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

(2) Dan ir-rapport għandu jitħejja fuq il-bażi tal-kwestjonarju jew forma abbozzata mill-Kummissjoni skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE [2].

(3) L-ewwel rapport għandu jkopri l-perijodu mis-16 ta' Lulju 2001 sal-2003.

(4) Il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kwestjonarju fl-Anness qiegħed b'dan jiġi adottat.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Novembru 2000.

Għall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 182, tas-16.7.1999, p. 1.

[2] ĠU L 377, tat-23.12.1991, p. 48.

--------------------------------------------------

ANNESS

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top