EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0479

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Lulju 2000 dwar l-implimentazzjoni ta' reġistru Ewropew ta' emissjoni ta' tniġġis (EPER) skond l-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE li tikkonċerna l-prevenzjoni integrata ta' tniġġis u kontroll (IPPC) (notifikata taħt id-dokument numru K(2000) 2004) (Test b'relevanza ŻEE)

ĠU L 192, 28.7.2000, p. 36–43 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 16/05/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/479/oj

32000D0479

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Lulju 2000 dwar l-implimentazzjoni ta' reġistru Ewropew ta' emissjoni ta' tniġġis (EPER) skond l-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE li tikkonċerna l-prevenzjoni integrata ta' tniġġis u kontroll (IPPC) (notifikata taħt id-dokument numru K(2000) 2004) (Test b'relevanza ŻEE)

Official Journal L 192 , 28/07/2000 P. 0036 - 0043
CS.ES Chapter 15 Volume 05 P. 130 - 137
ET.ES Chapter 15 Volume 05 P. 130 - 137
HU.ES Chapter 15 Volume 05 P. 130 - 137
LT.ES Chapter 15 Volume 05 P. 130 - 137
LV.ES Chapter 15 Volume 05 P. 130 - 137
MT.ES Chapter 15 Volume 05 P. 130 - 137
PL.ES Chapter 15 Volume 05 P. 130 - 137
SK.ES Chapter 15 Volume 05 P. 130 - 137
SL.ES Chapter 15 Volume 05 P. 130 - 137


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-17 ta' Lulju 2000

dwar l-implimentazzjoni ta' reġistru Ewropew ta' emissjoni ta' tniġġis (EPER) skond l-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE li tikkonċerna l-prevenzjoni integrata ta' tniġġis u kontroll (IPPC)

(notifikata taħt id-dokument numru K(2000) 2004)

(Test b'relevanza ŻEE)

(2000/479/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta' l-24 ta' Settembru 1996 li tikkonċerna l-prevenzjoni integrata ta' tniġġis u l-kontroll [1], u in partikolari l-Artikolu 15(3) tagħha,

Billi:

(1) L-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 96/61/KE jirrikjedi l-Istati Membri biex jagħmlu inventarju u jipprovdu data ("data") dwar emissjonijiet prinċipali u sorsi responsabbli.

(2) Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati ta' l-inventarju kull tliet snin u għandha twaqqaf il-format u l-partikolarijiet għat-trasmissjoni t'informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skond il-proċedura ta' l-Artikolu 19 tad-Direttiva 96/61/KE.

(3) Il-miżuri li hemm ipprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19 ta' Direttiva 96/61/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar emissjonijiet minn kull faċilità individwali ma' attività waħda jew aktar kif imsemmi fl-Anness I tad-Direttiva 96/61/KE.

2. Ir-rapport għandu jinkludi l-emissjonijiet fl-arja u l-ilma għal kull tniġġis għal liema l-valuri ta' l-għetiebi huma maqbuża; kemm tniġġis kif ukoll valuri ta' l-għetiebi huma speċifikati fl-Anness A1.

3. Id-data ta' l-emissjoni għandha tkun irrappurtata għal kull faċilità skond il-format ta' l-Anness A2, fejn tittieħed nota tad-deskrizzjoni ta' l-attivitajiet kollha kif imsemmi fl-Anness I tad-Direttiva 96/61/KE ma' kategoriji ta' sorsi korrispondenti u kodiċi tal-NOSE-P kif speċifikat fl-Anness A3.

4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'rapport ġenerali, li jinkludi t-totali ta' emissjonijiet nazzjonali kollha rrappurtati għal kull kategorija ta' sorsi ma' l-attività prinċipali ta' l-Anness I u l-kodiċi li jikkorrispondi NOSE-P kif speċifikat fl-Anness A3.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni kull tlett snin.

2. L-ewwel rapport mill-Istati Membri għandu jintbagħat lill-Kummissjoni f'Ġunju 2003 li jipprovdi data dwar l-emissjonijiet fl-2001 (jew inkella 2000 jew 2002, meta d-data għall-2001 mhix disponibbli).

3. It-tieni rapport mill-Istati Membri għandu jintbagħat lill-Kummissjoni f'Ġunju 2006 li jipprovdi data dwar l-emissjonijiet fl-2004.

4. Mis-sena T = 2008 'il quddiem u dipendenti dwar ir-rizultati tat-tieni ċiklu rrappurtat, l-Istati Membri huma inkoraġġati biex jibagħtu kull sena r-rapporti li jkun imiss lill-Kummissjoni f'Diċembru tas-sena T li tipprovdi data dwar l-emissjonijiet fis-sena T-1.

Artikolu 3

1. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilità l-workshops nazzjonali preparatorji organizzati mill-Istati Membri u tipprepara dokument ta' gwida għall-implimentazzjoni EPER sa Diċembru 2000 bl-involviment ta' rappreżentanti industrijali u in konsultazzjoni mal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 96/61/KE.

2. Id-dokument ta' gwida għall-implimentazzjoni EPER għandu jindirizza d-dettaliji dwar format li jirrapporta u l-partikolaritajiet, inkluża l-interpretazzjoni ta' definizzjonijiet, il-kwalità ta' data u l-ġestjoni ta' data, ir-referenza għal metodi ta' estimazzjoni ta' emissjoni u sector-specific sublists ta' tniġġis għall-kategoriji ta' sorsi kif speċifikat fl-Anness A3.

3. Wara kull ċiklu rrappurtat il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati ta' l-Istati Membri li jirrappurtaw u teżamina l-proċess ta' l-irrappurtar fi żmien sitt xhur mill-wasla mill-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 2.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-data kollha rrappurtata bi trasferiment elettroniku tad-data.

2. Il-Kummissjoni assistita mill-Aġenzija Ewropea ta' l-Ambjent għandha tagħmel id-data rrappurtata aċċessibbli pubblikament bit-tixrid fuq l-Internet.

3. Definizzjonijiet speċifiċi użati fir-relazzjoni għall-emissjoni li tirrappurta li huma mogħtija fl-Anness A4.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Lulju 2000.

Għall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 257, ta' l-10.10.1996, p. 26.

--------------------------------------------------

L-ANNESS A1

Lista ta' tniġġiż sabiex jiġi rrappurtat jekk il-valur ta' threshold huwa maqbuż

Tniġġis/sustanzi | Identifikazzjoni | Arja | Ilma | Arja f'kg/ta' Thresholds sena | L-ilma fil-firxa kg/sena |

1. Kwistjonijiet dwar l-ambjent | (13) | (11) | (2) | | |

CH4 | | x | | 100000 | |

CO | | x | | 500000 | |

CO2 | | x | | 100000000 | |

HFCs | | x | | 100 | |

N2O | | x | | 10000 | |

NH3 | | x | | 10000 | |

NMVOC | | x | | 100000 | |

NOx | as NO2 | x | | 100000 | |

PFCs | | x | | 100 | |

SF6 | | x | | 50 | |

SOx | as SO2 | x | | 150000 | |

Nitroġenu totali | bħala N | | x | | 50000 |

Fosfru totali | bħala P | | x | | 5000 |

2. Metalli u komposti | (8) | (8) | (8) | | |

As u komposti | total, bħala As | x | x | 20 | 5 |

Cd u komposti | total, bħala Cd | x | x | 10 | 5 |

Cr u komposti | total, bħala Cr | x | x | 100 | 50 |

Cu u komposti | total, bħala Cu | x | x | 100 | 50 |

Hg u komposti | total, bħala Hg | x | x | 10 | 1 |

Ni u komposti | total, bħala Ni | x | x | 50 | 20 |

Pb u komposti | total, bħala Pb | x | x | 200 | 20 |

Zn u komposti | total, bħala Zn | x | x | 200 | 100 |

3. Sustanzi organiċi klorinati | (15) | (12) | (7) | | |

Diklorotetan-1,2 (DCE) | | x | x | 1000 | 10 |

Diklorometan (DCM) | | x | x | 1000 | 10 |

Kloro-alkani (C10-13) | | | x | | 1 |

Ezaklorobenzina (HCB) | | x | x | 10 | 1 |

Ezaklorobutadin (HCBD) | | | x | | 1 |

Ezaklorosikloeksan (HCH) | | x | x | 10 | 1 |

Komposti organiċi Aloġenati | bħala AOX | | x | | 1000 |

PCDD + PCDF (dijossini + furani) | bħala Teq | x | | 0,001 | |

Pentaklorofenol (PCP) | | x | | 10 | |

Tetrakloretilen (PER) | | x | | 2000 | |

Tetraklorometan (TCM) | | x | | 100 | |

Triklorobenzini (TCB) | | x | | 10 | |

Trikloroetan-1,1,1 (TCE) | | x | | 100 | |

Trikloroetilina (TRI) | | x | | 2000 | |

Triklorometan | | x | | 500 | |

4. Komposti organiċi oħra | (7) | (2) | (6) | | |

Benżina | | x | | 1000 | |

Benżina, tuleni, etilbenżina, ksileni | bħala BTEX | | x | | 200 |

Difeniletru brominat | | | x | | 1 |

Komposti organotini | bħala total Sn | | x | | 50 |

Idrakarbuni aromatiċi ta' poliċikliku | | x | x | 50 | 5 |

Fenoli | bħala total Ċ | | x | | 20 |

Karbun totali organiku (TOC) | bħala totali Ċ jew COD/3 | | x | | 50000 |

5. Komposti oħra | (7) | (4) | (3) | | |

Kloridi | bħala total C1 | | x | | 2000000 |

Komposti ta' klorin u inorganiċi | bħala HCI | x | | 10000 | |

Ċijanidi | bħala total CN | | x | | 50 |

Fluoridi | bħala total F | | x | | 2000 |

Fluorina u komposti inorganiċi | bħala HF | x | | 5000 | |

HCN | | x | | 200 | |

PM10 | | x | | 50000 | |

Numru ta' tniġġis | 50 | 37 | 26 | | |

--------------------------------------------------

L-ANNESS A2

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS A 3

Kategoriji ta' sorsi u kodiċi NOSE-P sabiex jiġu rrappurtati

IPPC | L-attivitajiet ta' l-Anness I (kategoriji ta' sorsi) | NOSE-P | Ipproċessar NOSE-P (allokazzjoni fi gruppi NOSE-P) | SNAP 2 |

1. | Industriji ta' enerġija | | | |

1.1. | Installazzjonijiet ta' kombustjoni > 50 MW | 101.01 | Kombustjoni ipproċessar > 300 MW (Biċċa kollha grupp) | 01-0301 |

101.02 | Kombustjoni ipproċessar > 50 and < 300 MW (Grupp sħiħ) | 01-0301 |

101.04 | Kombustjoni f'turbini tal-gass (Grupp sħiħ) | 01-0301 |

101.05 | Kombustjoni f'magni wieqfa (Sħiħ grupp) | 01-0301 |

1.2. | Żejt minerali u raffinaturi tal-gass | 105.08 | Ipproċessar ta' prodott ta' pitrolju (Manifattura ta' karburanti) | 0401 |

1.3. | Fran ta' l-ikkokjar | 104.08 | Fran ta' l-ikkokjar fornijiet (manifattura ta' l-ikkokjar, prodotti ta' petrolju u karburant nukleari) | 0104 |

1.4. | Gassifikazzjoni tal-faħam u impjanti ta' likwifikazzjoni | 104.08 | Trasformazzjoni tal-karburant solidu ieħor (Manifattura ta' kokjar, prodotti ta' petrolju u karburant nukleari) | 0104 |

2. | Produzzjoni u proċessar ta' metalli | | | |

2.1./2.2./2.3./2.4./2.5./2.6. | Industrija tal-metall u inkaljar tal-metall jew Installazzjonijiet ta' sinteri; Installazzjonijiet għall-produzzjoni ta' ħadid u metalli li mhux tal-ħadid | 104.12 | Primarji u produzzjoni tal-metall sekondarju jew impjanti sinteri (Industrija tal-metall li tinvolvi, karburant kombustjoni) | 0303 |

105.12 | Ipproċessar karatteristiku fil-manifattura ta' metalli u prodott tal-metall (Industrija tal-metall) | 0403 |

105.01 | Trattament tal-wiċċ ta' metalli u plastiks (Skop ġenerali li jimmanifattura proċessar) | |

3. | Industrija minerali | | | |

3.1./3.3./3.4./3.5. | Installazzjonijiet għall-produzzjoni ta' siment klinker (> 500 t/jum), ġir(> 50 t/day), ħġieġ (> 20 t/jum), sustanzi minerali (> 20 t/jum) ta' prodotti ċeramiċi (> 75 t/jum) | 104.11 | Manifattura ta' ġibs, asfalt, konkrit, siment, ħġieġ, fibri, bricks, madum jew ċeramika prodotti (industrija ta' prodott minerali li tinvolvi kombustjoni ta' karburant) | 0303 |

3.2. | Installazzjonijiet għall-produzzjoni ta' asbestos jew prodotti bil-qiegħ ta' l-asbestos | 105.11 | Manifattura ta' asbestos u b'qigħ ta' l-asbestos prodotti (industrija ta' prodotti minerali) | 0406 |

4. | Industrija kimika u Installazzjonijiet kimiċi għall-produzzjoni ta': | | | |

4.1. | Kimiċi organiċi bażiċi | 105.09 | Manifattura ta' kimiċi organiċi (Kimika industrija) | 0405 |

107.03 | Manifattura ta' organiku bil-bażi solventi prodotti (Użu solventi) | 0603 |

4.2./4.3. | Kimiċi inorganiċi bażiċi jew fertilizzaturi | 105.09 | Manifattura ta' kimiċi inorganiċi jew NPK fertilizzaturi (Industrija kimika) | 0404 |

4.4./4.6. | Biossidi u splussivi | 105.09 | Manifattura ta' pestiċidi jew esplossivi (Kimika industrija) | 0405 |

4.5. | Prodotti farmaċewtiċi | 107.03 | Manifattura ta' prodotti famaċewtiċi (Użu solventi) | 0603 |

5. | Maniġġjar ta' l-iskart | | | |

5.1./5.2. | Istallazzjonijet għar-rimi jew irkupru ta' skart ta' periklu (> 10 t/jum) jew muniċipali skart (> 3 t/siegħa) | 109.03 | Inċinerazzjoni ta' periklu jew skart muniċipali (Inċinerazzjoni ta' l-iskart u pirolożi) | 0902 |

109.06 | Landfills (Rimi ta' l-iskart solidu fuq l-art) | 0904 |

109.07 | Trattament psikokimiku u bijoloġiku ta' skart (Maniġġar ta' skart ieħor) | 0910 |

105.14 | Riġenerazzjoni/irkupru ta' materjali ta' l-iskart (Industrija ta' reċiklaġġ) | 0910 |

5.3./5.4. | Installazzjonijiet għar-rimi ta' skart li mhux ta' periklu (> 50 t/jum) u landfills (> 10 t/jum) | 109.06 | Landfills (Rimi ta' skart solidu fuq l-art) | 0904 |

109.07 | Trattament psikokimiku u bioloġiku ta' skart (Maniġġar ta' skart ieħor) | 0910 |

6. | Attivitajiet oħra ta' l-Anness I | | | |

6.1. | Impjanti industrijali għall-polpa mill-injam jew materjali ta' fibri u karta jew produzzjoni tal-bord (> 20 t/jum) | 105.07 | Manifattura oħra ta' polpa, karta u prodotti tal-karta (Grupp sħiħ) | 0406 |

6.2. | Impjant għat-trattament minn qabel ta' fibri jew tessili (> 10 t/jum) | 105.04 | Manifattura ta' tessili u prodotti tessili (Grupp sħiħ) | 0406 |

6.3. | Impjant għal ikkunzar ta' ġlud u ġlud ħoxnin (> 12 t/jum) | 105.05 | Manifattura ta' ġilda u prodotti tal-ġilda (Grupp sħiħ) | 0406 |

6.4. | Biċċeriji (> 50 t/jum), Impjant għall-prodotti tal-ħalib (> 200 t/jum), annimali oħra materjal prim (> 75 t/day) jew ħaxix mhux maħdum materjali (> 300 t/jum) | 105.03 | manifattura ta' prodotti ta' l-ikel u xorb (Grupp sħiħ) | 0406 |

6.5. | Installazzjonijiet għar-rimi jew reċiklaġġ ta' karkassi ta' l-annimali u skart ta' l-annimali (> 10 t/jum) | 109.03 | Inċinerazzjoni ta' karkassi ta' l-annimali u annimali skart (Inċinerazzjoni ta' l-iskart u pirolożi) | 0904 |

109.06 | Landfills (Rimi ta' l-iskart solidi fuq l-art) | 0904 |

105.14 | Reċiklaġġ ta' karkassi/skart ta' l-annimali (Reċiklaġġ industrija) | 0910 |

6.6. | Installazzjonijiet għal tjur (> 40000), ħnieżer (> 2000) jew majjaliet (> 750) | 110.04 | Fermentazzjoni enterika (Grupp sħiħ) | 1004 |

110.05 | Maniġġar tad-demel (Grupp sħiħ) | 1005 |

6.7. | Installazzjonijiet għat-trattament tal-wiċċ jew prodotti bl-użu ta' solventi organiċi (> 200 t/sena) | 107.01 | Applikazzjoni taż-żebgħa (Użu solventi) | 0601 |

107.02 | Mezz biex jinħall ix-xaħam, tniddif u elettroniċi (Użu solventi) | 0602 |

107.03 | Tlestija tat-tessut jew ikkunzar tal-ġilda (Użu solventi) | 0603 |

107.04 | Industrija ta' l-istampar (Użu solventi) | 0604 |

6.8. | Installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-karbun jew tal-graffit | 105.09 | Manifattura tal-karbun jew graffit (Industrija kimiku) | 0404 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS A4

Definizzjonijiet użati fir-relazzjoni ma' EPER

Oġġett | Tifsira |

IPPC Direttiva | Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE dwar il-prevenzjoni integrata tat-tniġġis u kontroll |

Installazzjoni | Unità stazzjonarja teknika, fejn attività waħda jew iktar mniżżla fl-Anness I għall-IPPC Direttiva saret, u kull attività assoċċjata diretta oħra, li għandha konnessjoni teknika ma' l-attivitajiet li saru fuq dak il-post u li jista' jkollhom effett fuq l-emissjonijiet u t-tniġġis |

L-Anness I attività | Attività mniżżla fl-Anness I għad-Direttiva IPPC 96/61/KE kif aggregata u speċifikata fl-L-Anness A 3 |

EPER | Reġistru ta' l-emissjoni dwar it-tniġġis Ewropew |

Sors ta' tniġġiż | ta' tniġġis individwali jew grupp ta' sustanzi mniżżla fl-Anness A 1 |

Sustanza | Kull element kimiku u l-komposti tiegħu, bl-eċċezzjoni ta' sustanzi radjoattivi |

Emissjoni | Rilaxx dirett ta' tniġġis ta' l-arja u l-ilma kif ukoll bħar-rilaxx indirett bi trasferiment għal impjant għal trattament ta' l-iskart ta' l-ilma 'l barra mill-post |

Faċilità | Kumpless industrijali b'installazzjoni waħda jew iktar fl-istess post, fejn ħaddiem wieħed iwettaq Attività jew aktar ta' l-Anness I |

Post | Post ġeogafiku tal-faċilità |

Ċiklu irrapurtat | Ċiklu tal-proċess irrappurtat totali, li jikkonsisti mill-ġbir, validazzjoni, sottomissjoni, ġestjoni u disseminazzjoni tad-data rrapurtata |

Kodiċi NACE | Nomenklatura standard għall-attivitajiet ekonomiċi |

Kodiċi NOSE-P | Nomenklatura standard għal sorsi ta' emissjonijiet |

Kodiċi SNAP | Nomenklatura użata f'inventorji ta' emissjoni oħra |

--------------------------------------------------

Top