EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998L0031

Direttiva 98/31/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/6/KEE dwar is-suffiċjenza tal-kapital tal-kumpaniji ta’ l-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu

ĠU L 204, 21.7.1998, p. 13–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/07/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/31/oj

31998L0031

Direttiva 98/31/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/6/KEE dwar is-suffiċjenza tal-kapital tal-kumpaniji ta’ l-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu

Official Journal L 204 , 21/07/1998 P. 0013 - 0025
CS.ES Chapter 06 Volume 03 P. 113 - 125
ET.ES Chapter 06 Volume 03 P. 113 - 125
HU.ES Chapter 06 Volume 03 P. 113 - 125
LT.ES Chapter 06 Volume 03 P. 113 - 125
LV.ES Chapter 06 Volume 03 P. 113 - 125
MT.ES Chapter 06 Volume 03 P. 113 - 125
PL.ES Chapter 06 Volume 03 P. 113 - 125
SK.ES Chapter 06 Volume 03 P. 113 - 125
SL.ES Chapter 06 Volume 03 P. 113 - 125


Id-Direttiva 98/31/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill

tat-22 ta’ Ġunju 1998

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/6/KEE dwar is-suffiċjenza tal-kapital tal-kumpaniji ta’ l-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel u t-tielet sentenzi ta’ l-Artikoli 57(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara li kkunsidrat l-opinjoni ta’ l-Istitut Monetarju Ewropew [3],

Wara li aġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189b tat-Trattat [4],

(1) Billi r-riskji assoċjati mal-kummerċ fil-prodotti primarji u u l-prodotti derivati minnhom huma bħalissa bla ħsara għad-Direttiva tal-Kunsill 89/647/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1989 dwar il-proporzjon tas-solvenza għall-istituzzjonijiet tal-kreditu [5]; billi, madankollu, ir-riskji tas-suq assoċjati ma’ dawn il-pożizzjonijiet mhumiex koperti sewwa mid-Direttiva 89/647/KEE; billi hemm bżonn illi l-kunċett tal- ktieb tal-kummerċ "jitwessa" biex jinkludi l-pożizzjonijiet tal-prodotti primarji jew id-derivati tagħhom li jinżammu għall-iskopijiet tal-kummerċ u li huma miftuħin l-aktar għar-riskji tas-suq; billi l-istituzzjonijiet iridu jikkonformaw ma’ din id-Direttiva billi jkopru r-riskji tal-prodotti primarji għall-kummerċ kollu tagħhom; billi t-twettiq ta’ frodi serju minn ċerti kummerċjanti fil-bejgħ u x-xiri bil-quddiem tal-prodotti primarji huwa ta’ tħassib li qed jikber għall-Komunità u theddida għall-impressjoni tajba u l-integrita’ ta’ din ix-xorta ta’kummerċ; billi huwa mixtieq li l-Kummissjoni tikkunsidra li tiddefinixxi qafas approprjat prudenzjali sabiex tiġi evitata l-prattika ta’ dawn il-frodi fil-ġejjieni;

(2) Billi d-Direttiva tal-Kunsill 93/6/KEE tal-15 ta’ Marzu 1993 fuq is-suffiċjenza tal-kapital tal-kumpaniji ta’ l-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu [6] tistabbilixxi metodu standardizzat għall-kalkolu tal-ħtiġiet kapitali kontra r-riskji tas-suq li huma miftuħin għalihom il-kumpaniji ta’ l-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu; billi l-istituzzjonijiet żviluppaw għalihom infushom sistemi ta’ tmexxija tar-riskju (mudelli interni), iddisinjati biex ikejlu bi preċiżjoni akbar minn tal-metodu standardizzat ir-riskji tas-suq li huma miftuħin għalihom il-kumpaniji ta’ l-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu; billi l-użu ta’ metodi aktar eżatti għall-kalkolu tar-riskji għandu jiġi inkoraġġit;

(3) Billi l-użu ta’ dawn il-mudelli interni biex isir il-kalkolu tal-ħtiġiet tal-kapital jeħtieġ mekkaniżmi stretti ta’ kontroll intern u għandu jkun soġġett għall-għarfien u s-sorveljanza ta’ l-awtoritajiet kompetenti; billi, sabiex ir-riżultati tal-kalkolu tal-mudell intern jibqgħu ta’ min joqgħod fuqhom, għandhom jiġu vverifikati permezz ta’proċedura li tittestja b’lura;

(4) Billi hu approprjat illi l-awtoritajiet kompetenti jippermettu illi l-ħtiġiet tal-marġini għall-kummerċ bil-quddiem ta’prodotti u opzjonijiet innegozjati fil-derivati ta’ l-istess natura verifikati direttament u d-derivati tagħhom, u fuq bażi transitorja għad-derivati ta’ l-istess natura li jiġu żdoganati u mibjugħa barra mill-borża, jintużaw bħala sostituti għall-ħtieġa kapitali iikkalkolata għal dawn l-istrumenti skond din id-Direttiva, sakemm dan ma jwassalx għal ħtieġa kapitali li hija inqas mill-ħtieġa kapitali ikkalkolata skond il-metodi l-oħra preskritti f’din id-Direttiva; billi l-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju ma teħtieġx li l-ekwivalenza bejn dawn il-ħtiġiet tal-marġini u l-ħtiġiet kapitali ikkalkolati skond il-metodi l-oħra preskritti f’din id-Direttiva trid tkun ivverifikata kontinwament mill-istituzzjonijiet li japplikaw dan il-prinċipju;

(5) Billi r-regoli adottati fuq il-livell aktar wiesgħa internazzjonali jistgħu, sabiex jiġu inkoraġġiti metodi aktar sofistikati tat-tmexxija tar-riskju msejsa fuq mudelli interni, ibaxxu l-ħtiġiet tal-kapital għall-istituzzjonijiet tal-kreditu minn pajjiżi terzi; billi dawn l-istituzzjonijiet tal-kreditu jikkompetu mal-kumpaniji ta’ l-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu inkorporati fl-Istati Membri; billi għall-kumpaniji ta’ l-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu inkorporati fl-Istati Membri, emenda tad-Direttiva 93/6/KEE biss tista’ tipprovdi inċentivi simili għall-iżvilupp u l-użu tal-mudelli interni;

(6) Billi sabiex jiġu ikkalkolati l-ħtiġiet tal-kapital li jirrigwardaw ir-riskju tas-suq, il-pożizzjonijiet fid-deheb u d-derivati tad-deheb għandhom jiġu ttrattati b’mod simili għall-pożizzjonijiet tal-kambju;

(7) Billi l-ħruġ tas-self subordinat ma għandux jeskludi b’mod awtomatiku l-ekwità ta’ min joħorġu milli tkun inkluża f’portafoll li jikkwalifika għall-piż tar- riskju speċifiku ta’ 2 % skond il-punt 33 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 93/6/KEE;

(8) Billi din id-Direttiva taqbel max-xogħol ta’ forum internazzjonali ta’ kontrolluri tal-banek dwar it-trattament bħala wieħed ta’ sorveljanza tar-riskju tas-suq u tal-pożizzjonijiet tal-prodotti primarji u d-derivati tal-prodotti primarji;

(9) Billi hemm il-bżonn ta’ reġim transitorju għall-kapital fuq bażi mhux obbligatorja għall-kumpaniji ta’ l-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu li jidħlu għal ammont sinifikanti ta’ kummerċ fil-prodotti primarji, li għandhom portafoll diversifikat ta’ prodotti primarji u li għadhom ma jistgħux jużaw mudelli sabiex jikkalkolaw l-ammont ta’ kapital meħtieġ biex jagħmel tajjeb għar-riskju tal-prodotti primarji, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni mingħajr problemi ta’ din id-Direttiva;

(10) Billi din id-Direttiva hija l-mezz l-iktar approprjat biex jintlaħqu l-miri mfittxa u ma tmurx lil hinn minn dak li hemm bżonn biex jintlaħqu dawn il-miri,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Direttiva 93/6/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a) il-punt 6(a) u l-frażi ta’ l-introduzzjoni u s-subpunti (i) u (ii) tal-punt 6(b) għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej:

"(a) il-pożizzjonijiet proprjetarji tagħha fl-istrumenti finanzjarji, il-prodotti primarji u d-derivati tal-prodotti primarji illi jinżammu biex jerġgħu jinbiegħu u/jew jinxtraw mill-istituzzjoni bil-ħsieb li tibbenefika fil-futur qrib mid-differenzi attwali u/jew mistennija bejn il-prezzijiet tax-xiri u tal-bejgħ tagħhom, jew minn tibdiliet oħra fil-prezz jew fir-rata ta’ l-imgħax tagħhom, u l-pożizzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji, fil-prodotti primarji jew fid-derivati tagħhom, li jinħolqu mis-senserija ta’ principal imqabbel, jew pożizzjonijiet meħuda biex jilqgħu għat-telf ta’ elementi oħra fil-ktieb tal-kummerċ;

(b) il-ftuħ għar-riskju li jiġi mill-operazzjonijiet mhux konklużi, it-tqassim bla ħlas u l-istrumenti għad-derivati li ma jinbiegħux fil-borża (OTC) riferuti fil-paragrafi 1, 2, 3 u 5 ta’ l-Anness II, il-ftuħ dovut għall-ftehim ta’ xiri lura u s-self ta’ sigurtajiet u prodotti primarji li huma ibbażati fuq is-sigurtajiet jew prodotti primarji inklużi fil-ktieb tal-kummerċ kif definit f’(a) riferuti fil-paragrafu 4 ta’ l-Anness II, il-ftuħ dovut għall-ftehim ta’ xiri lura bil-kontra u t-transazzjonijiet ta’ self ta’ sigurtajiet u prodotti primarji deskritti fl-istess paragrafu, sakemm l-awtoritajiet kompetenti jaqblu, li jħarsu jew il-kondizzjonijiet (i), (ii), (iii) u (v) jew il-kondizzjonijiet (iv) u (v) kif ġej:

(i) il-ftuħ għar-riskju jiġi mkejjel mas-suq kuljum skond il-proċeduri stabbiliti fl-Anness II;

(ii) il-garanzija tiġi aġġustata sabiex jiġi kkunsidrat it-tibdil sostanzjali fil-valur tas-sigurtajiet jew il-prodotti primarji involuti f’dan il-ftehim jew transazzjoni, skond ir-regola aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti";

(b) il-punti 15 u 16 għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej:

"15. "ċertifikat"; ifisser titolu ta’sigurtà li jagħti d-dritt lil min jippossjedih li jixtri r-riferut bi prezz stabbilit sa jew fid-data ta’ meta jiskadi ċ-ċertifikat. Jista’ jitħallas billi jiġi kkunsinnat ir-riferut innifsu jew bil-flus.

16. "iffinanzjar ta’ l-istokk"; ifisser pożizzjonijiet fejn stokk materjali nbiegħ bil-quddiem u l-ispiża ta’ l-iffinanzjar ma tistax tiċċaqlaq sad-data tal-bejgħ bil-quddiem";

(ċ) il-punt 17, l-ewwel paragrafu, għandu jinbidel hekk:

"17. "ftehim ta’ xiri lura"; u "ftehim ta’ xiri lura bil-kontra"; ifissru kull ftehim li fih istituzzjoni jew il-parti l-oħra titrasferixxi sigurtajiet jew prodotti primarji jew drittijiet garantiti li jirrigwardaw it-titolu għal sigurtajiet jew prodotti primarji fejn dik il-garanzija tinħareġ minn borża rikonoxxuta li għandha d-drittjiet għas-sigurtajiet jew il-prodotti primarji u l-ftehim ma jippermettix illi istituzzjoni titrasferixxi jew twiegħed sigurtà jew prodott partikolari lil iktar minn parti waħda fl-istess ħin, bla ħsara għall-impenn li terġa tixtrihom (jew sigurtajiet jew prodotti primarji ta’ l-istess deskrizzjoni li jistgħu jiġu sostitwiti) bi prezz speċifikat f’data speċifikata fil-futur, jew li għandha tkun speċifikata, minn min jitrasferixxi, li jkun ftehim ta’ xiri lura għall-istituzzjoni li tbigħ is-sigurtajiet jew il-prodotti primarji u ftehim ta’ xiri lura bil-kontra għall-istituzzjoni li tixtrihom";

(d) il-punt 18 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"18. "self ta’ sigurtajiet jew prodotti primarji"; u "self ta’ sigurtajiet jew prodotti primarji"; ifissru kull transazzjoni fejn istituzzjoni jew il-parti l-oħra titrasferixxi sigurtajiet jew prodotti primarji kontra garanzija approprjata bla ħsara għall-impenn minn min jissellef li jrodd lura sigurtajiet jew prodotti primarji ekwivalenti f’xi data fil-futur jew meta jiġi mitlub jagħmel hekk minn dak li ttrasferixxa; din it-transazzjoni hija self ta’ sigurtajiet jew prodotti primarji min-naħa ta’ l-istituzzjoni li titrasferixxi s-sigurtajiet jew il-prodotti u hija self ta’ sigurtajiet jew prodotti mill-istituzzjoni fejn ġew trasferiti.

Is-self ta’ sigurtajiet jew prodotti primarji għandu jitqies bħala transazzjoni interprofessjonali meta l-kontroparti tkun soġġetta għall-ko-ordinazzjoni prudenzjali fuq livell Komunitarju jew tkun istituzzjoni tal-kreditu fiż-Żona A kif iddefinit fid-Direttiva 89/647/KEE jew tkun magħrufa bħala kumpanija ta’ l-investiment f’pajjiż terz jew fejn it-transazzjoni ssir ma’ istituzzjoni bankarja li tikklerja l-kontijiet jew borża rikonoxxuti";

2. fl-Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (i) u (ii) għandhom jiġu mibdula b’ li ġej:

"(i) il-ħtiġijiet kapitali, maħduma skond l-Annessi I, II u VI u, kif approprjat, skond l-Anness VIII, għall-kummerċ tal-ktieb tal-kummerċ tagħhom;

(ii) il-ħtiġiet kapitali, maħduma skond l-Annessi III u VII u, kif approprjat, skond l-Anness VIII, għall-attivitajiet kummerċjali kollha tagħhom";

3. Artikolu 5(2) għandu jinbidel b’li ġej:

"2. Bla ħsara għall-paragrafu 1, dawk l-istituzzjonijiet li jaħdmu l-ħtiġiet tal-kapital għall-kummerċ tal-ktieb tal-kummerċ tagħhom skond l-Annessi I u II, u skond l-Anness VIII, għandhom jimmonitorjaw u jikkontrollaw il-ftuħ kbir għar-riskju li għandhom skond id-Direttiva 92/121/KEE bla ħsara għall-modifiki mniżżla fl-Anness VI ta’ din id-Direttiva";

4. Artikolu 7(10) u l-parti ta’ l-introduzzjoni ta’ l-Artikolu 7(11), jinbidlu b’dan li ġej:

"10. Meta d-drittijiet tar-rinunzja li hemm ipprovvduti fil-paragrafi 7 u 9 ma jiġux imħaddma, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, sabiex jaħdmu l-ħtiġiet tal-kapital elenkati fl-Annessi I u VIII u l-ftuħ għall-klijenti elenkati fl-Anness VI fuq bażi kkonsolidata, jippermettu li pożizzjonijiet fil-ktieb tal-kummerċ ta’ istituzzjoni minnhom jibbilanċjaw ma’ pożizzjonijiet fil-ktieb tal-kummerċ ta’ l-istituzzjoni oħra skond ir-regoli stabbiliti fl-Annessi I, VI u VIII.

Barra minn hekk, jistgħu jippermettu li pożizzjonijiet tal-kambju f’waħda mill-istituzzjonijiet jibbilanċjaw ma’ pożizzjonijiet tal-kambju fl-istituzzjoni l-oħra skond ir-regoli stabbiliti fl-Anness III u/jew l-Anness VIII. Jistgħu wkoll jippermettu li l-pożizzjonijiet ta’ prodotti primarji f’istituzzjoni minnhom jibbilanċjaw il-pożizzjonijiet ta’ prodotti primarji fl-istituzzjoni l-oħra skond ir-regoli stabbiliti fl-Anness VII u/jew l-Anness VIII.

11. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jippermettu l-ibbilanċjar tal-ktieb tal-kummerċ u tal-pożizzjonijiet tal-kambju u tal-prodotti primarji, rispettivament, ta’ impriżi li jinsabu f’pajjiżi terzi, bla ħsara fl-istess waqt għall-kondizzjonijiet li ġejjin:".

5. Artikolu 8(5) għandu jinbidel b’li ġej:

"5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jobbligaw lill-istituzzjonijiet jirrappurtawlhom mill-ewwel kull każ fejn il-kontopartijiet tagħhom fi ftehim ta’ xiri lura u xiri lura bil-kontra jew fi transazzjonijiet fejn huma isellfu sigurtajiet u prodotti primarji u fejn jissellfu sigurtajiet u prodotti primarji ma jħarsux l-obbligi tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tirraporta lill-Kunsill dawn il-każi u l-implikazzjonijiet tagħhom għat-trattament ta’ dawn il-ftehim u transazzjonijiet f’din id-Direttiva mhux aktar minn tlett snin wara d-data riferuta fl-Artikolu 12. Dan ir-rapport għandu jiddeskrivi wkoll il-mod kif l-istituzzjonijiet iħarsu dawk il-kondizzjonijiet minn(i) sa (v) fl-Artikolu 2(6)(b) li jgħoddu għalihom, b’mod partikolari il-kondizzjoni (v). Minbarra hekk għandu jagħti d-dettalji ta’ kull tibdil fil-volum relattiv tas-self tas-soltu ta’ l-istituzzjonijiet u tas-self permezz ta’ ftehim ta’ xiri lura bil-kontra u transazzjonijiet fejn jissellfu sigurtajiet jew prodotti primarji. Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi fuq il-bażi ta’ dan ir-rapport u tagħrif ieħor li jkun hemm bżonn aktar meżżi biex ma jsirx abbuż, għandha tagħmel il-proposti approprjati".

6. Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:

"Artikolu 11a

Sal-31 ta’ Diċembru 2006, l-Istati Membri jistgħu jawtoriżżaw lill-istituzzjonijiet tagħhom jużaw ir-rati minimi f’dawk li huma rati mifruxa, rati miżmuma u rati diretti mniżżla fit-tabella li ġejja minflok dawk indikati fil-paragrafi 13, 14, 17 u 18 ta’ l-Anness VII sakemm l-istituzzjonijiet, fl-opinjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti tagħhom:

(i) jagħmlu kummerċ sinifikanti ta’ prodotti primarji,

(ii) għandhom portafoll ta’ prodotti primarji diversifikat, u

(iii) għadhom mhumiex f’pożizzjoni illi jużaw mudelli interni sabiex jaħdmu l-ħtieġa tal-kapital għar-riskju tal-prodotti primarji skond l-Anness VIII.

Tabella

| Metalli prezjużi (ħlief deheb) | Metalli mhux prezzjużi | Prodotti agrikoli (rotob) | Prodotti ħrajn, inklużi prodotti ta’ l-enerġija |

Rata mifruxa (%) | 1,0 | 1,2 | 1,5 | 1,5 |

Rata miżmuma (%) | 0,3 | 0,5 | 0,6 | 0,6 |

Rata diretta (%) | 8 | 10 | 12 | 15 |

L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni bl-użu li jagħmlu minn dan l-Artikolu".

7. Annessi I, II, III u V għandhom jiġu emendati, u l-Annessi VII u VIII miżjuda skond l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mnn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati bir-referenza msemmija fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir din ir-riferenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandħa tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-22 ta’ Ġunju 1998.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. M. Gil-robles

Għall-Kunsill

Il-President

J. Cunningham

[1] ĠU C 240, tas-6.8.1997, p. 24, u ĠU C 118, tas-17.4.1998, p. 16.

[2] ĠU C 19, tal-21.1.1998, p. 9.

[3] Opinjoni li ngħatat fis-7 t’Ottubru 1997.

[4] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 1997 (ĠU C 14, tad-19.1.1998), il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1998 (ĠU C 135, tat-30.4.1998, p. 7) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ April 1998 (ĠU C 152, tat-18.5.1998). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998.

[5] ĠU L 386, tat-30.12.1989, p. 14. Id-Direttiva emendata l-aħħar bid-Direttiva 98/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ara paġna 26 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

[6] ĠU L 141, tal-11.6.1993, p. 1. Id-Direttiva emendata l-aħħar bid-Direttiva 98/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ara paġna 29 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

--------------------------------------------------

ANNESS

1. Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-Paragrafu 4,

l-aħħar sentenza titħassar

u

s-subparagrafu li ġej jiġi miżjud:

"L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu illi l-ħtieġa kapitali għall-iskambju ta’ futur tkun daqs il-marġini meħtieġa mill-borża jekk ikunu sodisfatti għal kollox li din tipprovdi l-kejl preċiż tar-riskju assoċjat ma’l-iskambju tal-futur u li hija mill-inqas daqs il-ħtieġa tal-kapital għal transazzjoni bħal din li toħroġ mill-kalkolu magħmul bl-użu tal-metodu stabbilit fil-bqija ta’ dan l-Anness jew bl-applikazzjoni tal-metodu tal-mudelli interni deskritt fl-Anness VIII. Sal-31 ta’ Diċembru 2006 l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu wkoll illi l-ħtieġa tal-kapital għal kuntratt ta’derivati OTC tat-tip riferuti f’dan il-paragrafu li jgħaddi minn istituzzjoni bankarja li tikklerja l-kontijiet illi jirrikonoxxu, tkun daqs il-marġini meħtieġ mill-istituzzjoni bankarja jekk ikunu sodisfatti għal kollox li din tipprovdi kalkolu preċiż tar-riskju assoċjat mal-kuntratt tad-derivati u li hija mill-inqas daqs il-ħtieġa tal-kapital għal dan il-kuntratt li toħroġ minn kalkolu li jsir bl-użu tal-metodu stabbilit fil-bqija ta’ dan l-Anness jew mill-applikazzjoni tal-metodu tal-mudelli interni deskritt fl-Anness VIII".

(b) Fil-paragrafu 5, it-tielet subparagrafu jinbidel hekk:

"L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistipulaw protezzjoni kontra r-riskji l-oħra, ħlief ir-riskju delta, assoċjati ma’ l-opzjonijiet. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu illi l-ħtieġa kontra opzjoni bil-miktub innegozjata fil-borża tkun daqs il-marġini meħtieġa mill-borża jekk ikunu sodisfatti għal kollox illi din tipprovdi l-kejl preċiż tar-riskju assoċjat ma’ l-opzjoni u li hija mill-inqas daqs il-ħtieġa kapitali għax-xiri ta’ opzjoni li toħroġ mill-kalkolu li jsir bl-użu tal-metodu ppreżentat fil-bqija ta’ dan l-Anness jew bl-applikazzjoni tal-metodu tal-mudelli interni deskritt fl-Anness VIII. Sal-31 ta’ Diċembru 2006 l-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jippermettu illi l-ħtieġa kapitali għal opzjoni OTC li tgħaddi minn istituzzjoni bankarja li tikklerja l-kontijiet illi jirrikonoxxu tkun daqs il-marġini meħtieġ minn din l-istituzzjoni jekk ikunu sodisfatti għal kollox li din tipprovdi l-kejl preċiż tar-riskju assoċjat ma’ l-opzjoni u li hija mill-inqas daqs il-ħtieġa kapitali għal opzjoni OTC li toħroġ minn kalkolu li jsir bl-użu tal-metodu ppreżentat fil-bqija ta’ dan l-Anness jew li japplika l-metodu tal-mudelli interni deskritt fl-Anness VIII. Minbarra hekk jistgħu jippermettu illi l-ħtieġa kapitali għal opzjoni mixtrija fil-borża jew OTC tkun l-istess bħal dik ta’ l-istrument li fuqu hi mibnija, bla ħsara għall-kondizzjoni illi l-ħtieġa li tirriżulta ma taqbiżx il-valur tas-suq ta’ l-opzjoni. Il-ħtieġa kontra opzjoni OTC bil-miktub għandha tkun iffissata bla ħsara għall-istrument li fuqu hi mibnija".

(ċ) Il-paragrafu 6 jinbidel b’dan li ġej:

"6. Iċ-ċertifikati li jirrigwardaw l-istrumenti tas-self u l-ekwità għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-opzjonijiet taħt il-paragrafu 5".

(d) Il-paragrafu 33(i) jinbidel b’dan li ġej:

"(i) l-ekwità ma għandhiex tkun ta’ min ħareġ biss strumenti tas-self kummerċjati li bħalissa għandhom 8 % ħtieġa fit-tabella 1 li tidher fil-paragrafu 14 jew li għandhom ħtieġa aktar baxxa biss għax huma garantiti jew assigurati".

2. Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

"1. Fil-każ ta’transazzjonijiet fejn l-istrumenti tas-self, l-ekwita’ u l-prodotti primarji (minbarra ftehim ta’ xiri lura u xiri lura bil-kontra u self ta’sigurtajiet jew prodotti primarji u self ta’ sigurtajiet jew prodotti primarji) ikunu għadhom mhux konklużi wara d-dati ta’ meta kellhom jitwasslu, l-istituzzjoni trid tikkalkula d-differenza fil-prezz li għaliha hija miftuħa. Din hija d-differenza bejn il-prezz miftiehem biex jitħallas l-istrument tas-self, l-ekwita’ jew il-prodott primarju interessati u l-valur korrenti fis-suq, fejn id-differenza tista’ tinvolvi telf għall-istituzzjoni. Trid timmoltiplika din id-differenza bil-fattur approprjat fil-kolonna A tat-tabella li tidher fil-paragrafu 2 sabiex taħdem il-ħtieġa kapitali tagħha".

(b)

Il-paragrafi 3.1 u 3.2 jiġu mibdula b’dan li ġej:

"3.1. Istituzzjoni għandha tkun meħtieġa żżomm kapital kontra r-riskju tal-kontroparti jekk:

(i) tkun ħallset għal sigurtajiet jew prodotti primarji qabel ma rċevithom jew tkun ikkunsinnat sigurtajiet jew prodotti qabel tkun irċeviet il-ħlas tagħhom;

u

(ii) fil-każ ta’ transazzjonijiet minn fruntiera għall-oħra, ikun għadda jum jew iżjed minn meta jkun sar dak il-ħlas jew twassil.

3.2. Il-ħtieġa tal-kapital għandha tkun 8 % tal-valur tas-sigurtajiet jew prodotti primarji jew flus dovuti lill-istituzzjoni mmoltiplikata bil-piż tar-riskju li japplika għall-kontroparti relevanti".

(ċ)

L-intestatura qabel il-paragrafu 4.1 u l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4.1 jiġu mibdula b’dan li ġej:

"Ftehim ta’ xiri lura u xiri lura bil-kontra, self u self ta’ sigurtajiet jew prodotti primarji

4.1. Fil-każ ta’ ftehim ta’ xiri lura u self ta’ sigurtajiet jew prodotti primarji ibbażati fuq is-sigurtajiet jew il-prodotti primarji inklużi fil-kotba tal-kummerċ l-istituzzjoni għandha taħdem id-differenza bejn il-prezz tas-suq tas-sigurtajiet jew prodotti u l-ammont missellef mill-istituzzjoni jew il-prezz tas-suq tal-garanzija, fejn dik id-differenza hija pożittiva. Fil-każ ta’ ftehim ta’ xiri lura bil-kontra u self ta’sigurtajiet jew prodotti, l-istituzzjoni għandha taħdem id-differenza bejn l-ammont li l-istituzzjoni tkun selfet jew il-prezz tas-suq tal-garanzija u l-prezz tas-suq tas-sigurtajiet jew il-prodotti primarji li tkun rċeviet, fejn dik id-differenza hija pożittiva’".

3. Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

"1. Jekk it-total kollu tal-pożizzjoni netta tal-kambju ta’ l-istituzzjoni u l-pożizzjoni netta tagħha fid-deheb, maħdum skond il-proċedura stabbilita hawn taħt, jaqbeż it-2 % tal-fondi proprji kollha tagħha, hija għandha timmoltiplika s-somma tal-pożizzjoni netta tagħha fil-kambju u l-pożizzjoni netta tagħha fid-deheb bi 8 % sabiex taħdem il-ħtieġa tal-fondi proprji kontra r-riskju tal-kambju.

Sal-31 ta’ Diċembru 2004, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jħallu lill-istituzzjonijiet jaħdmu l-ħtieġa tal-fondi proprji tagħhom billi jimmoltiplikaw bi 8 % l-ammont li bih is-somma tal-pożizzjoni netta totali tal-kambju w il-pożizzjoni netta fid-deheb taqbeż it-2 % tal-fondi proprji kollha".

(b)

Il-paragrafi 3.1 u 3.2 jinbidlu b’dan li ġej:

"3.1. L-ewwelnett, il-pożizzjoni netta miftuħa ta’ l-istituzzjoni f’kull munita (inkluża l-munita li tirraporta biha) u fid-deheb għandha tinħadem. Din il-pożizzjoni għandha tkun magħmula mis-somma ta’ l-elementi li ġejjin (pożittivi jew negattivi):

- il-pożizzjoni netta korrenti (jiġifieri l-assi kollha bil-lijabilitajiet imnaqqsa, inluż l-imgħax miżjud, fil-munita interessata jew, għad-deheb, il-pożizzjoni netta korrenti fid-deheb),

- il-pożizzjoni netta futura (jiġifieri l-ammonti kollha li għandhom jidħlu mnaqqsa bl-ammonti kollha li għandhom jitħallsu fi transazzjonijiet ta’ skambju bil-quddiem u deheb, inklużi l-futuri fil-munita u fid-deheb u l-prinċipal użat fit-tibdil tal-munita li mhumiex inklużi fil-pożizzjoni korrenti),

- garanziji li ma jistgħux jitħassru (u strumenti simili) li żgur jintalbu lura u li x’aktarx ma jkunux jistgħu jinġabru,

- dħul/spejjeż netti futuri li għadhom m’akkumulawx iżda li diġa huma assigurati kompletament (fid-diskrezzjoni ta’ l-istituzzjoni li tirraporta u bil-kunsens minn qabel ta’ l-awtoritajiet kompetenti, id-dħul/spejjeż netti futuri li għadhom ma ddaħħlux fil-kotba iżda huma diġa assigurati kompletament bi transazzjonijiet ta’ kambju futuri jistgħu jiddaħħlu hawn). Din id-diskrezzjoni trid tkun imħaddma fuq bażi konsistenti,

- l-ekwivalenti tad-delta nett (jew ibbażat fuq id-delta) tal-ktieb kollu ta’ l-opzjonijiet tal-kambju u tad-deheb,

- il-prezz tas-suq ta’ opzjonijiet oħra (jiġifieri li mhumiex ta’ kambju u mhumiex fid-deheb),

- kull pożizzjoni li l-istituzzjoni tkun ħadet bil-prudenza sabiex tagħmel tajjeb għall-effett ħażin tar-rata tal-kambju fuq il-proporzjon kapitali tagħha tista’ titħalla barra mill-kalkolu tal-pożizzjonijiet netti miftuħa fil-muniti. Dawn il-pożizzjonijiet għandhom ikunu ta’ natura mhux kummerċjali jew strutturali u t-tħollija barra tagħhom, u kull tibdil fit-termini ta’ l-esklużjoni tagħhom, tkun teħtieġ il-kunsens ta’ l-awtoritajiet kompetenti. L-istess trattament bla ħsara għall-istess kondizzjonijiet t’hawn fuq jista’ jingħata lill-pożizzjonijiet li jkollha l-istituzzjoni li għandhom x’jaqsmu ma’ oġġetti li diġa ġew imnaqqsa mill-kalkolu tal-fondi proprji.

3.2. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom id-diskrezzjoni illi jippermettu lill-istituzzjonijiet li jużaw il-valur nett preżenti meta jaħdmu l-pożizzjoni netta miftuħa f’kull munita u fid-deheb’".

(ċ)

Fil-paragrafu 4, l-ewwel sentenza, tinbidel b’dan li ġej:

"4. It-tieni nett, pożizzjonijiet netti twal u qosra f’kull munita minbarra l-munita li qed jirraportaw biha u l-pożizzjoni netta twila jew qasira fid-deheb għandhom jitbiddlu bir-rati korrenti fil-munita li qed jirraportaw biha".

(d)

Il-paragrafu 7 jinbidel b’dan li ġej:

"7. It-tieni nett, sal-31 ta’ Diċembru 2004, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet li japplikaw metodi alternattivi għal dawk illi l-punti prinċipali tagħhom ġew mogħtija fil-paragrafi 1 sa 6 għall-iskopijiet ta’ dan l-Anness. Il-ħtieġa kapitali prodotta b’dan il-metodu trid tkun biżżejjed biex taqbeż it-2 % tal-pożizzjoni netta miftuħa kif imkejla fil-paragrafu 4 u, fuq il-bażi ta’ analiżi taċ-ċaqlieq fir-rata tal-kambju matul il-perjodi kollha li jduru ta’ 10-ijiem tax-xogħol fit-tlett snin ta’ qabel, biex jinqabeż it-telf mistenni fid-99 % jew iżjed tad-drabi.

Il-metodu alternattiv deskritt fl-ewwel subparagrafu jista’ jintuża biss bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) il-formula tal-kalkolu u l-koeffiċjenti tal-korrelazzjoni jiġu ffissati mill-awtoritajiet kompetenti, ibbażati fuq l-analiżi tagħhom taċ-ċaqlieq fir-rata tal-kambju;

(ii) l-awtoritajiet kompetenti jirrevedu l-koeffiċjenti tal-korrelazzjoni fuq bażi regolari fid-dawl ta’ l-iżviluppi fis-swieq tal-kambju".

4. Anness V jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2, l-ewwel sentenza, tinbidel b’dan li ġej:

"Bla ħsara għall-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lil dawk l-istituzzjonijiet li huma obbligati jħarsu l-ħtiġiet tal-fondi proprji tagħhom stabbiliti fl-Annessi I, II, III, IV, VI, VII u VIII illi jużaw definizzjoni alternattiva meta jħarsu dawk il-ħtiġiet biss"

.

(b)

Il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

"4. Is-self subordinat tal-kapital riferut fil-paragrafu 2(ċ) ma jistax jaqbeż il-massimu tal-150 % tal-fondi proprji oriġinali li jitħallew biex jitħarsu l-ħtiġiet stabbiliti fl-Annessi I, II, III, IV, VI, VII, u VIII u jista’ jqarreb lejn dak il-massimu biss f’ċirkostanzi partikolari li jkunu sodisfaċenti għall-awtoritajiet rilevanti".

(ċ)

Il-paragrafi 6 u 7 jinbidlu b’dan li ġej:

"6. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-kumpaniji ta’ l-investiment illi jaqbżu l-massimu tas-self subordinat tal-kapital preskritt fil-paragrafu 4 jekk jaqtgħuha illi dan ikun prudenti biżżejjed u sakemm it-total ta’ dan is-self subordinat tal-kapital u l-punti riferuti fil-paragrafu 5 ma jaqbżux il-200 % tal-fondi proprji oriġinali li jitħallew biex jitħarsu l-ħtiġiet imposti fl-Annessi I, II, III, IV, VI, VII u VIII jew il-250 % ta’ l-istess ammont fejn il-kumpaniji ta’ l-investiment inaqqsu l-punt 2(d) riferut fil-paragrafu 2 meta jaħdmu l-fondi proprji.

7. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu illi l-massimu tas-self subordinat tal-kapital preskritt fil-paragrafu 4 jinqabeż minn istituzzjoni tal-kreditu jekk jaqtgħuha li dan huwa prudenti biżżejjed u sakemm it-total ta’ dan is-self subordinat tal-kapital u l-punti riferuti fil-paragrafu 5 ma jaqbżux il-250 % tal-fondi proprji oriġinali li jitħallew biex jitħarsu l-ħtiġiet imposti fl-Annessi I, II, III, IV, VI, VII u VIII."

5. Annessi li ġejjin jiżdiedu:"

ANNESS VII

RISKJU TAL-PRODOTTI PRIMARJI

1. Kull pożizzjoni fil-prodotti primarji jew fid-derivati tal-prodotti primarji għandha tkun espressa f'termini ta' l-unità standard tal-kejl. Il-prezz korrenti ta' kull prodott primarju għandu jkun espress fil-munita li l-istituzzjoni tirrapporta biha.

2. Il-pożizzjonijiet fid-deheb jew derivati tad-deheb għandhom ikunu kkunsidrati miftuħin għar-riskju tal-kambju u ttrattati skond l-Anness III jew l-Anness VIII, kif approprjat, sabiex jinħadem ir-riskju tas-suq.

3. Għall-iskopijiet ta' dan l-Anness, il-pożizzjonijiet li huma purament għall-iffinanzjar ta' l-istokk jistgħu jiġu esklużi mill-kalkolu tar-riskju tal-prodotti primarji biss.

4. Ir-riskji tar-rata ta' l-imgħax u tal-kambju illi mhumiex koperti mid- disposizzjonijiet l-oħra ta' dan l-Anness għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tar-riskju ġenerali għall-istrumenti kummerċjati tas-self u fil-kalkolu tar-riskju tal-kambju.

5. Meta l-pożizzjoni qasira tkun dovuta qabel il-pożizzjoni twila, l-istituzzjonijiet għandhom jgħassu wkoll kontra r-riskju tan-nuqqas ta' likwidità li jista' jkun jeżisti f'xi swieq.

6. Għall-iskop tal-paragrafu 19, id-differenza bejn il-pożizzjoni twila (qasira) ta' l-istituzzjoni u l-pożizzjoni qasira (twila) fl-istess prodott primarju u prodotti primarji kkummerċjati bil-quddiem, opzjonijiet u ċertifikati identiċi għandha tkun il-pożizzjoni netta tagħha f'kull prodott primarju. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu illi pożizzjonijiet fl-istrumenti tad-derivati jiġu ittrattati, kif stabbilit fil-paragrafi 8, 9 u 10, bħala pożizzjonijiet tal-prodott primarju li jirreferu għalih.

7. L-aworitajiet kompetenti jistgħu jqisu l-pożizzjonijiet li ġejjin bħala pożizzjonijiet fl-istess prodott primarju:

- pożizzjonijiet f'subkategoriji differenti ta' prodotti primarji f'każijiet fejn is-subkategoriji jistgħu jinqatgħu kontra xulxin,

u

- pożizzjonijiet fi prodotti primarji simili jekk huma sostituti viċini u jekk korrelazzjoni minima ta' 0,9 bejn iċ-ċaqlieq fil-prezz tista' tkun stabbilita biċ-ċar fuq perjodu minimu ta' sena.

Strumenti partikolari

8. Il-prodotti primarji ikkummerċjati bil-quddiem u r-rabtiet bil-quddiem biex jinxtraw u jinbiegħu prodotti primarji individwali għandhom jiddaħħlu fis-sistema tal-kejl bħala ħjiel ta' l-ammonti fit-termini tal-unità standard tal-kejl u jingħataw skadenza b'referenza għad-data ta' meta jiskadu. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu illi l-ħtieġa tal-kapital għall-iskambju ta' futur fil-borża tkun daqs il-marġini meħtieġa mill-borża jekk ikunu sodisfatti għal kollox li din tipprovdi l-kejl preċiż tar-riskju assoċjat mal-futur u li hija mill-inqas daqs il-ħtieġa tal-kapital għal futur li toħroġ mill-kalkolu li jsir bl-użu tal-metodu mniżżel fil-bqija ta' dan l-Anness jew bl-applikazzjoni tal-metodu tal-mudelli interni deskritt fl-Anness VIII. Sal-31 ta' Diċembru 2006 l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu wkoll illi l-ħtieġa tal-kapital għal kuntratt OTC għad-derivati ta' prodotti primarji tat-tip riferut f'dan il-paragrafu li jiġi kklerjat minn istituzzjoni li tikklerja l-kontijiet illi huma jirrikonoxxu tkun daqs il-marġini meħtieġ mill-istituzzjoni jekk huma jkunu sodisfatti għal kollox li din tipprovdi l-kejl preċiż tar-riskju assoċjat mal-kuntratt tad-derivati u li hija mill-inqas daqs il-ħtieġa kapitali għal dan il-kuntratt li toħroġ minn kalkolu li jsir bl-użu tal-metodu ppreżentat fil-bqija ta' dan l-Anness jew li japplika l-metodu tal-mudelli interni deskritt fl-Anness VIII'.

9. It-tpartit ta'prodotti primarji fejn naħa waħda tat-transazzjoni tkun prezz fiss u l-oħra tkun il-prezz korrenti fis-suq għandu jiġi inkorporat fil-metodu ta' l-iskeda ta' l-iskadenza bħala serje ta' pożizzjonijiet daqs il-ħjiel ta' l-ammont tal-kuntratt, b'pożizzjoni waħda tikkorrispondi ma' kull wieħed mill-pagamenti tat-tpartit u mdaħħla fl-iskeda ta' l-iskadenza ppreżentata fit-tabella li tidher fil-paragrafu 13. Il-pożizzjonijiet ikunu pożizzjoni twal jekk l-istituzzjoni tkun qed tħallas prezz fiss u tirċievi prezz li jvarja u pożizzjonijiet qosra jekk l-istituzzjoni tirċievi prezz fiss u tħallas prezz li jvarja.

It-tpartit ta' prodotti primarji fejn iż-żewġ naħat tat-transazzjoni jkunu fi prodotti differenti għandhom jiġu rraportati fil-parti relevanti ta' l-iskeda fil-metodu ta' l-iskeda ta' l-iskadenza.

10. L-opzjonijiet fuq prodotti primarji jew derivati tal-prodotti primarji għandhom jiġu ttrattati bħallikieku kienu pożizzjonijiet ta' valur daqs l-ammont li għalih tirreferi l-opzjoni, moltiplikat bid-delta tiegħu għall-iskopijiet ta' dan l-Anness. Dawn il-pożizzjonijiet ta' l-aħħar jistgħu jintagħmlu netti kontra kull pożizzjoni li jistgħu jinqatgħu kontriha fil-prodott primarju jew derivat identiku li tirreferi għalihom l-opzjoni. Id-delta wżata għandha tkun dik tal-borża kkonċernata, dik maħduma mill-awtoritajiet kompetenti jew, fejn l-ebda waħda minn dawn ma hija disponibbli jew għall-opzjonijiet OTC, dik maħduma mill-istituzzjoni nnifisha, sakemm l-awtoritjiet kompetenti jkunu sodisfatti li l-mudell użat mill-istituzzjoni huwa raġonevoli.

Iżda l-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jippreskrivu illi l-istituzzjonijiet jaħdmu d-deltas tagħhom bl-użu ta' metodoloġija speċifikata mill-awtoritajiet kompetenti.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistipulaw protezzjoni kontra r-riskji l-oħra, minbarra r-riskju delta, assoċjati ma' l-opzjonijiet fuq il-prodotti primarji. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu illi l-ħtieġa kapitali għal opzjoni fuq prodott primarju kummerċjat bil-miktub fil-borża tkun daqs il-marġini meħtieġa mill-borża jekk ikunu sodisfatti għal kollox li din tipprovdi l-kejl preċiż tar-riskju assoċjat ma' l-opzjoni u li hija mill-inqas daqs il-ħtieġa tal-kapital kontra l-opzjoni li toħroġ mill-kalkolu li jsir bl-użu tal-metodu ppreżentat fil-bqija ta' dan l-Anness jew bl-applikazzjoni tal-metodu tal-mudelli interni deskritt fl-Anness VIII. Sal-31 ta' Diċembru 2006 l-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jippermettu illi l-ħtieġa kapitali kontra opzjoni ta' prodott OTC li tgħaddi minn istituzzjoni bankarja li tikklerja l-kontijiet illi jirrikonoxxu tkun daqs il-marġini meħtieġ mill-istituzzjoni li tikklerja jekk ikunu kompletament sodisfatti li tipprovdi l-kejl preċiż tar-riskju assoċjat ma' l-opzjoni u li hija mill-inqas daqs il-ħtieġa tal-kapital għall-opzjoni OTC li toħroġ minn kalkolu li jsir bl-użu tal-metodu ppreżentat fil-bqija ta' dan l-Anness jew li japplika l-metodu tal-mudelli interni deskritt fl-Anness VIII. Minbarra hekk jistgħu jippermettu illi l-ħtieġa għax-xiri ta' opzjoni fuq prodott primarju kkummerċjat fil-borża jew OTC tkun l-istess bħal dik għal-prodott li għalih tirreferi, bla ħsara għall-kondizzjoni li l-ħtieġa li tirriżulta ma taqbiżx il-valur tas-suq ta' l-opzjoni. Il-ħtieġa għal opzjoni OTC bil-miktub għandha tkun iffissata skond il-prodott primarju li tirreferi għalih.

11. Iċ-ċertifikati li jirrigwardaw il-prodotti primarji għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-opzjonijiet tal-prodotti taħt il-paragrafu 10.

12. Min jitrasferixxi l-prodotti primarji jew id-drittijiet garantiti li jirrigwardaw id-dritt għall-prodotti primarji fi ftehim ta' xiri lura u min isellef il-prodotti fi ftehim ta' self ta' prodotti primarji għandu jinkludi dawn il-prodotti fil-kalkolu tal-ħtieġa tal-kapital tiegħu taħt dan l-Anness.

(a) Metodu ta' l-iskeda ta' l-iskadenza

13. L-istituzzjoni għandha tuża skeda separata ta' l-iskadenza skond it-tabella li ġejja għal kull prodott primarju. Il-pożizzjonijiet kollha f'dak il-prodott u l-pożizzjonijiet kollha li jitqiesu bħala pożizzjonijiet fl-istess prodott skond il-paragrafu 7 għandhom jiġu assenjati fil-perjodi ta' skadenza approprjati. L-istokk materjali għandu jitqiegħed fl-ewwel perjodu ta' skadenza.

Perjodu ta' skadenza (1) | Rata mifruxa (f' %) (2) |

0 ≤ 1 xahar | 1,50 |

> 1 ≤ 3 xhur | 1,50 |

> 3 ≤ 6 xhur | 1,50 |

> 6 ≤ 12-il xahar | 1,50 |

> 1 ≤ 2 (sentejn) | 1,50 |

> 2 ≤ 3 snin | 1,50 |

> 3 snin | 1,50 |

14. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu pożizzjonijiet illi huma, jew jitqiesu skond il-paragrafu 7 bħala, pożizzjonijiet fl-istess prodott primarju li għandhom jinqatgħu kontra xulxin u jiġu assenjati fil-perjodi approprjati ta' l-iskadenza fuq bażi netta għal:

- pożizzjonijiet f'kuntratti li jimmaturaw fl-istess data,

u

- pożizzjonijiet f'kuntratti li jimmaturaw fi żmien 10 tijiem minn xulxin jekk il-kuntratti jkunu ikkummerċjati fi swieq li għandhom dati ta' kunsinna li jagħlqu kuljum.

15. L-istituzzjoni għandha mbagħad taħdem is-somma tal-pożizzjonijiet twila u s-somma tal-pożizzjonijiet qosra f'kull perjodu ta' skadenza. L-ammonti ta' l-ewwel (ta' l-aħħar) li huma mqabbla b'ta' l-aħħar (b'ta' l-ewwel) f'perjodu mogħti ta' skadenza għandhom ikunu l-pożizzjonijiet imqabbla f'dak il-perjodu, mentri l-pożizzjoni twila jew qasira li tibqa' tkun il-pożizzjoni mhix imqabbla għall-istess perjodu.

16. Dik il-parti tal-pożizzjoni twila (qasira) mhix imqabbla għall-perjodu ta' l-iskadenza mogħti li tiġi mqabbla mal-pożizzjoni qasira (twila) mhix imqabbla għal perjodu itwal ta' skadenza għandha tkun il-pożizzjoni mqabbla bejn iż-żewġ perjodi ta' skadenza. Dik il-parti tal-pożizzjoni qasira mhix imqabbla jew twila mhix imqabbla li ma tistax titqabbel b'dan il-mod għandha tkun il-pożizzjoni mhix imqabbla.

17. Il-ħtieġa kapitali ta' l-istituzzjoni għal kull prodott primarju għandha tinħadem fuq il-bażi ta' l-iskeda relevanti ta' l-iskadenza bħala t-total ta' dawn li ġejjin:

(i) it-total tal-pożizzjoni twila u qasira mqabbla, mmoltiplikat bir-rata mifruxa approprjata kif indikat fit-tieni kolonna ta' l-iskeda li tidher fil-paragrafu 13 għal kull perjodu ta' skadenza u bil-prezz korrenti tal-prodott primarju;

(ii) il-pożizzjoni mqabbla bejn żewġ perjodi ta' skadenza għal kull perjodu ta' skadenza li fih pożizzjoni mhix imqabbla tinġarr ’il quddiem, immoltiplikata b'0,6 % (ir-rata miżmuma) u bil-prezz korrenti tal-prodott primarju;

(iii) il-pożizzjonijiet mhux imqabbla li jibqa’, immoltiplikati bil-15 % (ir-rata diretta) u bil-prezz korrenti tal-prodott primarju.

18. Il-ħtieġa kollha tal-kapital ta' l-istituzzjoni għar-riskju tal-prodotti primarji għandha tinħadem bħala t-total tal-ħtiġiet kapitali maħduma għal kull prodott skond il-paragrafu 17.

(b) Mod simplifikat

19. Il-ħtieġa kapitali ta' l-istituzzjoni għal kull prodott primarju għandha tinħadem bħala t-total ta':

(i) il-15 % tal-pożizzjoni netta, twila jew qasira, immoltiplikata bil-prezz korrenti tal-prodott;

(ii) it-3 % tal-pożizzjoni gross, twila u qasira, immoltiplikata bil-prezz korrenti tal-prodott.

20. Il-ħtieġa kollha tal-kapital ta' l-istituzzjoni kontra r-riskju tal-prodotti primarji għandha tinħadem bħala t-total tal-ħtiġiet kapitali maħduma għal kull prodott skond il-paragrafu 19.

ANNESS VIII

MUDELLI INTERNI

1. L-awtoritajiet kompeteni jistgħu, bla ħsara għall-kondizzjonijiet imniżżla f'dan l-Anness, jippermettu illi l-istituzzjonijiet jaħdmu l-ħtiġiet kapitali tagħhom għar-riskju tal-pożizzjoni, ir-riskju tal-kambju u/jew ir-riskju tal-prodotti primarji billi jużaw il-mudelli interni tagħhom tat-tmexxija tar-riskju minflok jew flimkien mal-metodi deskritti fl-Annessi I, III u VII. Ir-rikonoxximent espliċitu mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-użu tal-mudelli għall-iskopijiet tas-sorveljanza tal-kapital ikun meħtieġ f'kull każ.

2. Dan l-għarfien jingħata biss jekk l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li s-sistema tat-tmexxija tar-riskju ta' l-istituzzjoni tkun mibnija fuq konċetti sodi u implimentata b'integrita' u li, b'mod partikolari, tkun tilħaq il-livelli ta' kwalità li ġejjin:

(i) il-mudell intern tal-kalkolu tar-riskju ikun integrat mill-viċin fil-proċess ta' kuljum tat-tmexxija tar-riskju ta' l-istituzzjoni u jservi ta' bażi biex jiġi rrapportat il-ftuħ għar-riskji lill-uffiċjali li jmexxu lill-istituzzjoni;

(ii) l-istituzzjoni jkollha dipartiment għall-kontroll tar-riskju li huwa indipendenti mid-dipartimenti tal-kummerċ u li hija responsabbli għalih b'mod dirett l-amministrazzjoni l-għolja. Id-dipartiment irid ikun responsabbli għall-iddisinjar u l-implimentazzjoni tas-sistema tat-tmexxija tar-riskju ta' l-istituzzjoni. Għandu jagħmel u janaliżża rapporti ta' kuljum dwar ir-riżultati li joħorġu mill-mudell tal-kalkolu tar-riskju u dwar il-miżuri approprjati li hemm bżonn jittieħdu rigward il-limiti tal-kummerċ;

(iii) il-bord tad-diretturi u l-amministrazzjoni għolja ta' l-istituzzjoni ikunu involuti b'mod attiv fil-proċess tal-kontroll tar-riskju u r-rapporti ta' kuljum tad-dipartiment tal-kontroll tar-riskju jiġu analiżżati minn livell ta' amministrazzjoni b'awtorità biżżejjed biex tkun tista'tinforza kemm it-tnaqqis fil-pożizzjonijiet meħuda mill-kummerċjanti individwali kif ukoll fil-ftuħ kollu għar-riskju ta' l-istituzzjoni;

(iv) l-istituzzjoni għandha numru biżżejjed ta' impjegati imħarrġa fl-użu tal-mudelli sofistikati fl-oqsma tal-kummerċ, tal-kontroll tar-riskju, tar-reviżjoni tal-kontijiet u ż-żoni tax-xogħol klerikali;

(v) l-istituzzjoni ikollha proċeduri stabbiliti biex timmonitorja u tiżgura l-konformità ma' sett dokumentat ta' politika u kontrolli interni li jirrigwardaw l-operazzjoni kollha tas-sistema tal-kalkolu tar-riskju;

(vi) il-mudelli ta' l-istituzzjoni ikollhom rekord ippruvat ta' preċiżjoni raġonevoli biex ikejlu r-riskju;

(vii) l-istituzzjoni twettaq ta' sikwit programm rigoruż ta' testijiet ta' l-istress u r-riżultati ta' dawn it-testijiet jiġu analiżżati mill-amministrazzjoni l-għolja u riflessi fil-politika u l-limiti li tistabbilixxi;

(viii) l-istituzzjoni trid tagħmel, bħala parti mill-proċess regolari tar-reviżjoni interna tagħha, analiżi indipendenti tas-sistema tagħha tal-kalkolu tar-riskju. Din l-analiżi trid tinkludi kemm l-attivitajiet tad-dipartimenti tal-kummerċ u tad-dipartiment indipendenti tal-kontroll tar-riskju. Mill-inqas darba fis-sena, l-istituzzjoni trid tagħmel analiżi tal-proċess tagħha kollu ta' l-amministrazzjoni tar-riskju. L-analiżi trid tikkunsidra:

- kemm hi adegwata d-dokumentazzjoni tas-sistema u l-proċess tat-tmexxija tar-riskju u l-organiżżazzjoni tad-dipartiment tal-kontroll tar-riskju,

- l-integrazzjoni tal-miżuri kontra r-riskju tas-suq fit-tmexxija ta' kuljum tar-riskju u l-integrita' tas-sistema ta' l-informazzjoni għall-amministrazzjoni l-għolja,

- il-proċess li l-istituzzjoni timpjega biex tapprova l-mudelli li japprezzaw ir-riskji u s-sistemi ta' valutazzjoni li jintużaw mill-personal fil-front office u żoni ta' xogħol klerikali.

- il-medda tar-riskji tas-suq li jinqabdu mill-mudell tal-kalkolu tar-riskju u l-validazzjoni ta' kull tibdil sinifikanti fil-proċess tal-kalkolu tar-riskju,

- il-preċiżjoni u s-sħuħija ta' l-informazzjoni dwar il-pożizzjoni, il-preċiżjoni u l-proprjetà tas-suppożizzjonijiet tal-volatilità u l-korrelazzjoni, u l-preċiżjoni tal-kalkoli tal-valutazzjoni u s-sensitività għar-riskju,

- il-proċess ta' verifika li l-istituzzjoni timpjega biex tistma kemm huma konsistenti, aġġornati u ta' min joqgħod fuqhom is-sorsi ta' l-informazzjoni wżati biex jitħaddmu l-mudelli interni, inkluża l-indipendenza ta' dawn is-sorsi ta' l-informazzjoni,

u

- il-proċess ta' verifika li tuża l-istituzzjoni biex tivvalorizza t-testijiet li jsiru b'lura sabiex tiġi stmata l-preċiżjoni tal-mudell.

3. L-istituzzjoni għandha timmonitorja l-preċiżjoni u l-mod kif jaħdem il-mudell tagħha billi twettaq programm ta' ittestjar b'lura. Dan l-ittestjar b'lura għandu jipprovdi għal kull ġurnata tax-xogħol paragun tal-miżura tal-valur taħt riskju ta' ġurnata waħda ġġenerata mill-mudell ta' l-istituzzjoni għall-posizzjonijiet tal-portafoll ta' l-aħħar tal-ġurnata sal-bidla ta' ġurnata għall-valur tal-portafoll. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżaminaw il-kapaċita' ta' l-istituzzjoni illi twettaq l-ittestjar b'lura kemm tat-tibdil attwali kif ukoll ipotetiku fil-valur tal-portafoll. L-ittestjar b'lura tat-tibdil ipotetiku fil-valur tal-portfoll huwa bbażat fuq il-paragun bejn il-valur tal-portafoll fl-aħħar tal-ġurnata u, fuq l-ipotesi ta' pożizzjonijiet mhux mibdula, il-valur tiegħu fl-aħħar tal-ġurnata ta' wara. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu illi l-istituzzjonijiet jieħdu l-miżuri approprjati biex itejbu l-programm tagħhom ta' ittestjar b'lura jekk dan ikun meqjus nieqes b'xi mod.

4. Għall-iskop tal-kalkolu tal-ħtiġiet kapitali għar-riskju speċifiku assoċjat ma' pożizzjonijiet tas-self u ekwità kummerċjati, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikonoxxu l-mudell intern ta' istituzzjoni jekk minbarra l-konformita' mal-kondizzjonijiet tal-bqija ta' dan l-Anness il-mudell:

- jispjega l-varjazzjoni storika fil-prezz tal-portafol,

- jaqbad il-konċentrazzjoni f'termini ta' kobor u tibdil fil-kompożizzjoni tal-portafoll,

- jiflaħ għal ambjent li jmur kontrih,

- huwa ġġustifikat mill-ittestjar b'lura mmirat biex jistma jekk ir-riskju speċifiku qiegħedx jinqabad bir-reqqa. Jekk l-awtoritajiet kompetenti jippermettu illi dan l-ittestjar b'lura jsir fuq il-bażi tas-subportafolli relevanti, dawn iridu jintgħażlu b'mod konsistenti.

5. L-istituzzjonijiet li jużaw mudelli interni li mhumiex irrikonoxxuti skond il-paragrafu 4 għandhom ikunu meħtieġa jagħmlu ħlas kapitali separat għar-riskju speċifiku kif maħdum skond l-Anness I.

6. Għall-iskop tal-paragrafu 10(ii) ir-riżultati tal-kalkolu ta' l-istituzzjoni stess għandhom jitkabbru b'fattur tal-moltiplikazzjoni ta' mill-inqas 3.

7. Il-fattur tal-moltiplikazzjoni għandu jitkabbar b'fattur taż-żieda ta' bejn 0 u 1 skond it-tabella li ġejja, skond kemm-il darba l-kalkoli qabżu l-mira matul il-250 ġurnata tax-xogħol l-aktar reċenti kif jivverifika l-ittestjar b'lura li tagħmel l-istituzzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu lill-istituzzjonijiet li jikkalkolaw b'mod konsistenti kemm-il darba jaqbżu l-mira fuq il-bażi ta' testijiet b'lura fuq it-tibdil attwali jew ipotetiku fil-valur tal-portafoll. Kalkolu li jaqbeż il-mira huwa t-tibdil ta' ġurnata fil-valur tal-portafoll li taqbeż il-miżura relatata tal-valur tar-riskju ta' ġurnata ġġenerata mill-mudell ta' l-istituzzjoni. Sabiex jiġi stabbilit il-fattur miżjud in-numru ta' drabi li tinqabeż il-mira għandu jiġi stmat mill-inqas kull kwart tas-sena.

Numru tad-drabi li nqabżet il-mira | Fattur taż- żieda |

Inqas minn 5 | 0,00 |

5 | 0,40 |

6 | 0,50 |

7 | 0,65 |

8 | 0,75 |

9 | 0,85 |

10 jew aktar | 1,00 |

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, f'każijiet individwali u minħabba xi sitwazzjoni mhix tas-soltu, ineħħu l-ħtieġa li jiżdied il-fattur tal-moltiplikazzjoni bil-fattur taż-żieda skond it-tabella t'hawn fuq, jekk l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti li din iż-żieda mhix ġustifikata u li l-mudell huwa bażikament tajjeb.

Jekk tinqabeż il-mira ħafna drabi hekk li turi li l-mudell mhux preċiż biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirtiraw l-għarfien tagħhom tal-mudell jew jimponu miżuri approprjati biex jiżguraw li l-mudell jittejjeb minnufih.

Sabiex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti illi jimmonitorjaw il-proprjetà tal-fattur taż-żieda fuq bażi kontinwa, l-istituzzjonijiet għandhom javżaw mill-ewwel, u f'kull każ mhux aktar tard minn ħames ġranet tax-xogħol, lill-awtoritajiet kompetenti ta' dawk id-drabi li tkun inqabżet il-mira illi jirriżultaw mill-programm tagħhom ta' ittestjar b'lura u li skond it-tabella t'hawn fuq tkun tfisser żieda ta' fattur taż-żieda.

8. Jekk il-mudell ta' l-istituzzjoni jingħata l-għarfien mill-awtoritajiet kompetenti skond il-paragrafu 4 għalbiex jinħadmu l-ħtiġiet kapitali għar-riskju speċifiku, l-istituzzjoni għandha tkabbar il-ħtieġa kapitali tagħha maħduma skond il-paragrafi 6, 7 u 10 b'somma żejda fl-ammont ta':

(i) il-parti tar-riskju speċifiku tal-miżura tal-valur taħt riskju li għandu jiġi iżolat skond ir-regoli tas-sorveljanza; jew, fuq l-għażla ta' l-istituzzjoni,

(ii) il-miżuri tal-valur taħt riskju tas-subportafolli tal-pożizzjonijiet tas-self u ta' l-ekwità li fihom riskju speċifiku.

L-istituzzjonijiet li jagħmlu l-għażla (ii) huma meħtieġa jidentifikaw l-istruttura tas-subportafoll tagħhom minn qabel u ma għandhomx ibiddluha mingħajr il-kunsens ta' l-awtoritajiet kompetenti.

9. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jneħħu l-ħtieġa skond il-paragrafu 8 għas-somma żejda jekk l-istituzzjoni turi li b'konformita' ma' standards internazzjonali maqbula l-mudell tagħha jaqbad ukoll bir-reqqa ir-riskju ta' l-avveniment u r-riskju tan- nuqqas ta' ħlas għall-pożizzjonijiet tagħha tas-self u ta' l-ekwità kummerċjati.

10. Kull istituzzjoni trid tilħaq ħtieġa kapitali espressa bħala l-ogħla bejn:

(i) in-numru tal-valur taħt riskju tal-jum ta' qabel imkejjel skond il-parametri speċifikati f'dan l-Anness;

(ii) il-medja ta' kuljum tal-miżuri tal-valur taħt riskju ta' kull waħda mis-60 ġurnata xogħol preċedenti immoltiplikata bil-fattur imsemmi fil-paragrafu 6, aġġustat bil-fattur imsemmi fil-paragrafu 7.

11. Il-kalkolu tal-valur taħt riskju jgħandu kun suġġett għall-i standards minimi li ġejjin:

(i) mill-inqas kalkolazzjoni ta' kuljum tal-valur taħt riskju;

(ii) intervall tal-konfidenza li huwa d-99 persentil u one-tailed;

(iii) perjodu ta' żamma ekwivalenti għal 10 tijiem;

(iv) perjodu effettiv ta' osservazzjoni storika ta' mill-inqas sena ħlief fejn perjodu iqsar ta' osservazzjoni jkun iġġustifikat b'żieda sinifikanti fiċ-ċaqlieq fil-prezz;

(v) aġġornament ta'kull tlett xhur tas-sett ta' l-informazzjoni.

12. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistipulaw illi l-mudell ikun jaqbad bir-reqqa r-riskji kollha materjali fil-prezz ta' l-opzjonijiet jew f'pożizzjonijiet li huma bħall-opzjonijiet u li kull riskju ieħor li ma jinqabadx bil-mudell ikun kopert biżżejjed mill-fondi proprji.

13. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistipulaw illi l-mudell tal-kalkolu tar-riskju ikun jaqbad numru suffiċjenti ta' fatturi tar-riskju, skond il-livell ta' l-attivita ta' l-istituzzjoni fis-swieq rispettivi. Bħala minimu, id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu rrispettati:

(i) għar-riskju tar-rata ta' l-imgħax, is-sistema tal-kalkolu tar-riskju għandha tiġbor fiha sett ta' fatturi tar-riskju li jikkorrispondu mar-rati ta' l-imgħax f'kull munita li fiha l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet sensittivi għar-rata ta' l-imgħax kemm fuq il-karta tal-bilanċ kif ukoll barra minnha. L-istituzzjoni għandha timmudella l-kurvi tal-qligħ bl-użu ta' wieħed mill-metodi aċċettati b'mod ġenerali. Għal ftuħ materjali għar-riskju fuq rati ta'l-imgħax fil-muniti u s-swieq ewlenin, il-kurva tal-qligħ għandha tinqasam f'minimu ta' sitt perjodi ta' skadenza, biex jinqabdu l-varjazzjonijiet taċ-ċaqlieq fir-rati matul il-kurva tal-qligħ. Is-sistema tal-kalkolu tar-riskju trid ukoll taqbad ir-riskju ta' ċaqlieq inqas minn perfettament korrelat bejn il-kurvi differenti tal-qligħ;

(ii) għar-riskju tal-kambju, is-sistema tal-kalkolu tar-riskju għandha tiġbor fiha l-fatturi tar-riskju li jikkorrispondu mad-deheb u mal-muniti barranin individwali li fihom ikunu denominati l-pożizzjonijiet ta' l-istituzzjoni;

(iii) għar-riskju tal-kapital, is-sistema tal-kalkolu tar-riskju għandha tuża fattur separat tar-riskju mill-inqas għal kull wieħed mis-swieq ta'l-ekwità li fih l-istituzzjoni għandha pożizzjonijiet sinifikanti;

(iv) għar-riskju tal-prodotti primarji, is-sistema tal-kalkolu tar-riskju għandha tuża fattur separat tar-riskju għall-inqas għal kull prodott li fih l-istituzzjoni għandha pożizzjonijiet sinifikanti. Is-sistema tal-kalkolu tar-riskju trid taqbad ukoll ir-riskju ta' ċaqlieq inqas minn perfettament korrelat bejn prodotti primarji simili, imma mhux identiċi, u l-ftuħ għaċ-ċaqlieq fil-prezzijiet bil-quddiem li jinħolqu mit-tqabbil żbaljat ta' l-iskadenza. Trid tikkunsidra wkoll il-karatteristiċi tas-suq, l-aktar id-data ta' meta jitwasslu u l-opportunitajiet ipprovvdut lill-kummerċjanti biex jagħlqu l-pożizzjonijiet tagħhom.

14. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu illi l-istituzzjonijiet jużaw korrelazzjonijiet empiriċi ġewwa l-kategoriji tar-riskju u fuq firxa ta' kategoriji tar-riskju jekk ikunu sodisfatti li s-sistema ta' l-istituzzjoni għall-kejl tal-korrelazzjonijiet hija tajba w implimentata b'integrita'.

"

--------------------------------------------------

Top