EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998D0470

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju 1998 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE f’dak li jirrigwarda l-informazzjoni dwar il-verifiki veterinarji (notifikata taħt id-dokument numru C(1998) 1741)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 208, 24.7.1998, p. 54–61 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/01/2006; Imħassar b' 32006D0765

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/470/oj

31998D0470



Official Journal L 208 , 24/07/1998 P. 0054 - 0061


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-9 ta’ Lulju 1998

li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE f’dak li jirrigwarda l-informazzjoni dwar il-verifiki veterinarji

(notifikata taħt id-dokument numru C(1998) 1741)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(98/470/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 li tikkonċerna l-verifiki veterinarji tal-kummerċ intra-Komunitarju bl-għan tat-twettieq tas-suq intern [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/118/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi, sabiex l-informazzjoni bażika dwar il-verifiki veterinarji mwettqa fl-Istati Membri permezz tad-Direttiva 89/662/KEE tista’ tkun eżaminata fil-Kumitat Permanenti Veterinarju, il-Kummissjoni teħtieġ li jkollha disponibbli informazzjoni mħaffa u fiduċjuża;

Billi, sabiex ikun stabbilit resqien razzjonali għar-riżultati tal-verifiki, l-informazzjoni għandha tkun ippreżentata għal kull settur ta’ l-attività koperta bil-leġislazzjoni veterinarja;

Billi, għal raġunijiet prattiċi, informazzjoni bħal din għandha tkun trasmessa lejn il-Kummissjoni fil-forma elettronika;

Billi, sabiex ir-riżultati jistgħu jkunu espressi b’mod ċar, l-informazzjoni meħtieġa għandha tkun trasmessa f’għamla kkonsolidata għal kull settur fi Stat Membru partikolari bħala unità sħiħa mill-awtorità nazzjonali kompetenti;

Billi, sabiex tkun assigurata li s-sistema sħiħa tkun fiduċjuża, akkont għandu jittieħed biss ta’ l-informazzjoni mill-verifiki uffiċjali li jkunu mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri;

Billi dispożsizzjoni għandha ssir fl-ewwel istanza għall-informazzjoni dwar il-laħam frisk; billi din id-Deċiżjoni għandha sussegwentament tkun issuplimentata biex tinkludi s-setturi kollha koperti bil-leġislazzjoni veterinarja;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/662/KEE għas-settur ta’ l-attività. Is-setturi ta’ l-attività, li jkunu korrispondenti ma’ dawk li hemm provvediment dwarhom fil-leġislazzjoni veterinarja, għandhom ikunu kif stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 2

Għal kull settur ta’ l-attività, l-informazzjoni għandha tieħu akkont tal-verifiki uffiċjali mwettqa u r-riżultati akkwistati fl-oriġini u fid-destinazzjoni, u għandhom ikunu ppreżentati għal kull Stat Membru għal kull sena kalendarja.

Artikolu 3

1. L-informazzjoni għandha tkun ippreżentata bi qbil mal-mudell xieraq għal kull settur.

2. Il-mudell għas-settur tal-laħam frisk għandu jkun kif stabbilit fl-Anness III.

Artikolu 4

L-informazzjoni għandha tkun mgħoddija lejn il-Kummissjoni fl-għamla elettronika.

Artikolu 5

L-informazzjoni għandha tkun mgħoddija darba kull sena mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju tas-sena segwenti ta’ dik li fiha jkunu twettqu l-verifiki. L-ewwel forniment ta’ l-informazzjoni bħal din, li tirrigwarda l-verifiki fl-1999, għandu jseħħ mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2000.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-9 ta’ Lulju 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13.

[2] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49.

--------------------------------------------------

ANNESS I

SETTURI TA' L-ATTIVITÀ

Is-Settur I | Laħam frisk |

Id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk (ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 2012/64). |

Is-Settur II | Laħam tat-tjur |

Id-Direttiva tal-Kunsill 71/118/KEE tal-15 ta' Frar 1971 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ fil-laħam frisk tat-tjur (ĠU L 55, at-8.3.1971, p. 23). |

Is-Settur III | Il-Prodotti tal-Laħam |

Id-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-prodotti mil-laħam u ċerti prodotti oħrajn ta' l-oriġini mill-annimali (ĠU L 26, at-31.1.1977, p. 85). |

Is-Settur IV | Laħam imqatta' |

Id-Direttiva tal-Kunsill 94/65/KEE ta' l-14 ta' Diċembru 1994 li tistabbilixxi l-ħtiġiet għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-laħam ikkappuljat u l-preparazzjonijiet tal-laħam (ĠU L 368, tal-31.12.1994, p. 10). |

Is-Settur V | Prodotti tal-bajd |

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/437/KEE tal-20 ta' Ġunju 1989 dwar l-iġjene u l-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti mill-bajd (ĠU L 212, at-22.7.1989, p. 87). |

Settur VI | Prodotti tas-sajd |

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tas-sajd (ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 15). |

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/48/KEE tas-16 ta' Ġunju 1992 li tistabbilixxi r-regoli minimi dwar l-iġjene applikabbli għall-prodotti tas-sajd maqbuda abbord ċerti vapuri bi qbil ma' l-Artikolu 3(1)(a)(i) tad-Direttiva 91/493/KEE (ĠU L 187, tas-7.7.1992, p. 41). |

Is-Settur VII | Molluski |

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/492/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-molluski bivalvi ħajjin (ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p.1). |

Is-Settur VIII | Il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib |

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE tas-16 ta' Ġunju 1992 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa dwar il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-ħalib mhux ittrattat, tal-ħalib ittrattat bis-sħana u tal-prodotti bil-bażi tal-ħalib (ĠU L 268, ta' 14.9.1992, p. 1). |

Is-Settur IX | Laħam tal-fenek u l-laħam ta' l-għasafar tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet |

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/495/KEE tas-27 ta' Novembru 1991 li tikkonċerna l-problemi tas-saħħa pubblika u s-saħħa ta' l-annimali li jaffettwaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-laħam tal-fenek u tal-laħam ta' l-għasafar tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet (ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 41). |

Is-Settur X | Laħam tal-kaċċa ferjali |

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/45/KEE tas-16 ta' Ġunju 1992 rigward il-problemi tas-saħħa pubblika u tas-saħħa ta' l-annimali li jirrigwardaw il-qtil tal-kaċċa ferjali u t-tqegħid fis-suq tal-laħam tal-kaċċa ferjali (ĠU L 268, ta' l-14.9.1992, p. 35). |

Is-Settur XI | Prodotti oħrajn ta' l-oriġini mill-annimali |

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità tal-prodotti mhux soġġetti għall-ħtiġiet imsemmija kif stabbiliti fir-regoli Komunitarji speċifiċi riferiti fl-Anness A (1) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fir-rigward tal-patoġeni, tad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 62, tal- 15.3.1993, p. 49). |

--------------------------------------------------

ANNESS II

1. IS-SETTUR I LAĦAM FRISK

Id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 rigward il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk (ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 2012/64)

1.1. Stat Membru: [Kodiċi ISO]

1.2. Is-sena ta’ l-attività: […]

1.3. Verifiki uffiċjali fl-oriġini

1.3.1. L-awtorità/l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti:

1.3.1.1. Il-Ministeru responsabbli għall-koordinazzjoni tal-verifiki: [test]

1.3.1.2. Id-Dipartiment responsabbli għas-settur ta’ l-attività: [test]

1.3.1.3. Il-Ministeru/l-korp responsabbli biex jgħaddi l-informazzjoni lill-Kummissjoni

1.3.1.3.1. Isem: [test]

1.3.1.3.2. L-indirizz postali: [it-test u l-kodiċi]

1.3.1.3.3. Tel. Nru.: […]

1.3.1.3.4. Nru tal-Fax […]

1.3.1.3.5. L-indirizz ta’ l-e-mail (Inforvet): [it-test u l-kodiċi]

1.3.2. In-numru ta’ stabbilimenti soġġetti għall-verifiki uffiċjali fl-oriġini:

1.3.2.1. Il-biċċeriji fil-lista riferita fl-Artikolu 10(1) […]

1.3.2.2. L-impjanti tat-tqattiegħ fil-lista riferita fl-Artikolu 10(1) […]

1.3.2.3. L-istabbilimenti tal-ħażna […]

1.3.3. In-numru tal-postijiet assenjati għall-verifiki fl-oriġini [1]:

1.3.3.1. Il-biċċeriji fil-lista riferita fl-Artikolu 10(1):

1.3.3.1.1. Il-veterinarji […]

1.3.3.1.2. L-assistenti veterinarji […]

1.3.3.1.3. Il-kategoriji l-oħrajn tal-persunal […]

1.3.3.2. L-impjanti tat-tqattiegħ fil-lista riferita fl-Artikolu 10(1):

1.3.3.2.1. Il-veterinarji […]

1.3.3.2.2. L-assistenti veterinarji […]

1.3.3.2.3. Il-kategoriji l-oħrajn tal-persunal […]

1.3.3.3. L-istabbilimenti tal-ħażna:

1.3.3.3.1. Il-veterinarji […]

1.3.3.3.2. L-assisstenti veterinarji […]

1.3.3.3.3. Il-kategoriji l-oħrajn tal-persunal […]

1.3.4. Il-kwantitajiet soġġetti għall-verifiki:

1.3.4.1. In-numru ta’ annimali maqtula fil-biċċeriji fil-lista riferita fl-Artikolu 10(1):

1.3.4.1.1. L-annimali bovini

1.3.4.1.1.1. L-annimali bovini adulti […]

1.3.4.1.1.2. L-annimali bovini żgtnar […]

1.3.4.1.2. Solipiedi/equidae […]

1.3.4.1.3. Il-majjali […]

1.3.4.1.4. In-nagħaġ […]

1.3.4.1.5. Il-mogħoż […]

1.3.4.2. Il-piż tal-laħam (f’tunnellati) li jidħol fl-impjanti tat-tqattiegħ fil-lista riferita fl-Artikolu 10(1): […]

1.3.4.3. Il-piż tal-laħam (f’tunnellati) li jidħol fl-istabbilimenti tal-ħażna: […]

1.3.5. In-numru ta’ l-eżamijiet imwettqa fil-laboratorju:

1.3.5.1. Il-biċċeriji fil-lista riferita fl-Artikolu 10(1):

1.3.5.1.1. It-testijiet dwar ir-residwi u l-kontaminanti […]

1.3.5.1.2. L-eżamijiet batterjaloġiċi, inklużi t-testijiet għal patoġeni, fuq il-laħam […]

1.3.5.1.3. It-testijiet għat-trikina u l-parassiti l-oħrajn […]

1.3.5.1.4. It-testijiet l-oħrajn […]

1.3.5.2. L-impjanti tat-tqattiegħ fil-lista riferita fl-Artikolu 10(1):

1.3.5.2.1. L-eżamijiet batterjoloġiċi, inklużi t-testijiet għal patoġeni, fuq il-laħam […]

1.3.5.2.2. It-testijiet l-oħrajn […]

1.3.5.3. L-istabbilimenti tal-ħażna:

1.3.5.3.1. L-eżamijiet batterjoloġiċi, inklużi t-testijiet għal patoġeni, fuq il-laħam […]

1.3.5.3.2. It-testijiet l-oħrajn […]

1.3.6. In-numru ta’ verifiki apparti mill-eżamijiet batterjoloġiċi mwettqa mill-awtorità kompetenti:

1.3.6.1. Il-biċċeriji fil-lista riferita fl-Artikolu 10(1):

1.3.6.1.1. Il-verifiki regolari fuq l-istabbilimenti (it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 89/662/KEE […]

1.3.6.1.2. Il-verifika tas-sorveljanza interna dwar il-miżuri mwettqa dwar […]

1.3.6.2. L-impjanti tat-tqattiegħ fil-lista riferita fl-Artikolu 10(1):

1.3.6.2.1. Il-verifiki regolari fuq l-istabbilimenti (it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 89/662/KEE […]

1.3.6.2.2. Il-verifika tas-sorveljanza interna dwar il-miżuri mwettqa fuq […]

1.3.6.3. L-istabbilimenti tal-ħażna:

1.3.6.3.1. Il-verifiki regolari fuq l-istabbilimenti (it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 89/662/KEE […]

1.3.6.3.2. Il-verifika tas-sorveljanza interna dwar il-miżuri mwettqa fuq […]

1.3.7. Ir-riżultati kwantitattivi tal-verifiki fl-oriġini:

1.3.7.1. Il-biċċeriji fil-lista riferita fl-Artikolu 10(1):

1.3.7.1.1. L-istabbilimenti

1.3.7.1.1.1. Approvati ġodda […]

1.3.7.1.1.2. Sospiżi temporanjament […]

1.3.7.1.1.3. Sospiżi definittivament […]

1.3.7.1.2. L-ispezzjoni ante mortem

1.3.7.1.2.1. L-annimali definittivament esklużi mill-qatla għall-konsum uman […]

1.3.7.1.3. L-ispezzjoni post mortem

1.3.7.1.3.1. In-numru ta’ karkassi sħaħ issekwestrati […]

1.3.7.2. L-impjanti tat-tqattiegħ fil-lista riferita fl-Artikolu 10(1):

1.3.7.2.1. L-istabbilimenti

1.3.7.2.1.1. Approvati ġodda […]

1.3.7.2.1.2. Sospiżi temporanjament […]

1.3.7.2.1.3. Sospiżi definittivament […]

1.3.7.2.2. L-ispezzjoni

1.3.7.2.2.1. It-tunnelaġġ issekwestrat […]

1.3.7.3. L-istabbilimenti tal-ħażna:

1.3.7.3.1. L-istabbilimenti

1.3.7.3.1.1. Approvati ġodda […]

1.3.7.3.1.2. Sospiżi temporanjament […]

1.3.7.3.1.3. Sospiżi definittivament […]

1.3.7.3.2. L-ispezzjoni

1.3.7.3.2.1. It-tunnelaġġ issekwestrat […]

1.4. L-organizzazzjoni għall-verifiki uffiċjali fid-destinazzjoni

1.4.1. L-awtorità/l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti [2]:

1.4.1.1. Il-Ministeru responsabbli għall-koordinazzjoni tal-verifiki: [test]

1.4.1.2. Id-Dipartiment responsabbli għas-settur ta’ l-attività: [test]

1.4.1.3. Il-Ministeru/l-korp responsabbli biex jgħaddi l-informazzjoni lill-Kummissjoni

1.4.1.3.1. Isem: [test]

1.4.1.3.2. L-indirizz postali: [it-test u l-kodiċi]

1.4.1.3.3. Tel. Nru.: […]

1.4.1.3.4. Nru tal-Fax […]

1.4.1.3.5. L-indirizz ta’ l-e-mail (Inforvet): [it-test u l-kodiċi]

1.4.2. In-numru ta’ l-istabbilimenti soġġetti għall-verifiki uffiċjali fid-destinazzjoni: […]

1.4.3. In-numru tal-postijiet assenjati għall-verifiki fid-destinazzjoni [3]: […]

1.4.4. Il-kwantità mwassla fid-destinazzjoni minn Stati Membri oħrajn: […]

1.4.5. In-numru ta’ verifiki uffiċjali fid-destinazzjoni:

1.4.5.1. Verifiki tad-dokumenti: […]

1.4.5.2. Verifiki ta’ l-identità: […]

1.4.5.3. Verifiki fiżikament attwali:

1.4.5.3.1. Aktar verifiki veterinarji […]

1.4.5.3.2. L-eżaminazzjonijiet fil-laboratorju

1.4.5.3.2.1. It-testijiet dwar ir-residwi u l-kontaminanti […]

1.4.5.3.2.2. L-eżamijiet batterjoloġiċi, inklużi t-testijiet għal patoġeni, fuq il-laħam […]

1.4.5.3.2.3. It-testijiet l-oħrajn […]

1.4.6. Ir-riżultati tal-verifiki fiżikament attwali fid-destinazzjoni:

1.4.6.1. Verifiki tad-dokumenti:

1.4.6.1.1. L-istabbiliment mhux approvat ta’ l-oriġini […]

1.4.6.1.2. Id-dokument nieqes […]

1.4.6.1.3. Nuqqas ta’ konformità tad-dokument […]

1.4.6.2. Verifiki ta’ l-identità:

1.4.6.2.1. Dokument li ma jaqbilx mal-laħam […]

1.4.6.2.2. Kitba, marka jew timbru uffiċjali nieqes […]

1.4.6.2.3. L-eżaminazzjoni li tipproduċi riżultati mhux favorevoli:

1.4.6.2.3.1. Laħam […]

1.4.6.2.3.2. Mezzi tat-trasport […]

1.4.6.3. Verifiki fiżikament attwali b’riżultat mhux favorevoli:

1.4.6.3.1. Aktar verifiki veterinarji […]

1.4.6.3.2. L-eżaminazzjoni fil-laboratorju […]

1.5. Il-verifiki uffiċjali mad-dħul (l-Artikolu 6(1)(b) u l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 89/662/KEE:

1.5.1. L-awtorità/l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti [4]:

1.5.1.1. Il-Ministeru responsabbli għall-koordinazzjoni tal-verifiki [test]

1.5.1.2. Id-Dipartiment responsabbli għas-settur ta’ l-attività [test]

1.5.1.3. Il-Ministeru/l-korp responsabbli biex jgħaddi l-informazzjoni lill-Kummissjoni:

1.5.1.3.1. Isem: [test]

1.5.1.3.2. L-indirizz postali: [it-test u l-kodiċi]

1.5.1.3.3. Tel. Nru.: […]

1.5.1.3.4. Nru tal-Fax […]

1.5.1.3.5. L-indirizz tal-e-mail (Inforvet): [it-test u l-kodiċi]

1.5.2. In-numru ta’ konsenji soġġetti għall-verifiki uffiċjali mad-dħul […]

1.5.3. In-numru ta’ verifiki uffiċjali mad-dħul:

1.5.3.1. Verifiki tad-dokumenti: […]

1.5.3.2. Verifiki oħrajn […]

1.5.4. Ir-riżultati tal-verifiki uffiċjali mad-dħul:

1.5.4.1. Verifiki tad-dokumenti: […]

1.5.4.2. Verifiki oħrajn […]

[1] In-numru ta’ postijiet f’kull kategorija ta’ persunal huma kkalkolati fuq il-bażi tal-medja annwali tal-ħin tax-xogħol ta’ dik il-kategorija.

[2] In-numru ta’ postijiet ta’ persunal assenjati għall-verifiki huma kkalkolati fuq il-bażi tal-medja annwali tal-ħin tax-xogħol ta’ dak il-persunal.

[3] Biss meta differenti mill-awtorità/awtoritajiet murija fil-punt 1.3.1.

[4] Biss meta differenti mill-awtorità/awtoritajiet murija fil-punt 1.4.1.

--------------------------------------------------

Top