EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R3095

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) NRU 3095/95 tat-22 ta' Diċembru 1995 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom u lill-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, ir-Regolament (KEE) Nru 574/72 li jiffissa proċeduri għall-implimentazzjoni ta' Regolament (KEE) Nru 1408/71, ir-Regolament (KEE) Nru 1247/92 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 1945/93 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1247/92

ĠU L 335, 30.12.1995, p. 1–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/3095/oj

31995R3095



Official Journal L 335 , 30/12/1995 P. 0001 - 0009


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) NRU 3095/95

tat-22 ta' Diċembru 1995

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom u lill-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, ir-Regolament (KEE) Nru 574/72 li jiffissa proċeduri għall-implimentazzjoni ta' Regolament (KEE) Nru 1408/71, ir-Regolament (KEE) Nru 1247/92 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 1945/93 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1247/92

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 51 u 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, magħmula wara li kkonsulta mal-Kummissjoni Amministrattiva dwar Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema li Jemigraw [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3],

(1) Billi hemm il-ħtieġa li jsiru ċerti emendi għar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 [4] u (KEE) Nru 574/72 [5]; billi uħud minn dawn l-emendi għandhom x'jaqsmu mat-tibdiliet magħmula mill-Istati Membri lil-liġijiet tagħhom dwar is-sigurtà soċjali filwaqt li oħrajn huma ta' natura teknika u bil-ħsieb li jirfinaw ir-Regolamenti msemmija;

(2) Billi, sabiex jiffaċilita r-residenza temporanja u l-aċċess għat-trattament bl-awtorizzazzjoni ta' l-istituzzjoni kompetenti fit-territorju ta' l-Unjoni Ewropea, il-benefiċċju ta' l-Artikolu 22(1)(a) u (ċ) għandu jiġi estiż lill-persuni kollha ta' nazzjonalità ta' Stati Membri li huma assigurati taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru u lill-membri tal-familja tagħhom li jgħixu magħhom, anke jekk mhumiex la impjegati u lanqas jaħdmu għal rashom;

(3) Billi sa fejn il-persuna totalment qiegħda msemmija fl-Artikolu 71(1)(a)(ii) jew (b)(ii) hija intitolata għall-benefiċċji dwar mard u maternità u għall-benefiċċji tal-familja pprovduti mill-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom huwa residenti, kif ukoll għall-krediti ta' żmien ta' qgħad totali li jikkonferixxu dritt għal dak li għandu x'jaqsam ma' invalidità u età anzjana pprovduta mill-istituzzjoni msemmija, skond il-leġislazzjoni applikata minn dak l-Istat (l-Artikolu 25(2), 39(6), 45(6) u 72a tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71) isegwi li l-Istati Membri li fihom huma residenti għandhom ikunu jistgħu jnaqqsu l-kontribuzzjonijiet għal dawn il-benefiċċji fejn meħtieġa, u konsegwentement għandhom jiġu introdotti dispożizzjonijiet sabiex Stat ikun jista' jagħmel tnaqqis jekk il-leġislazzjoni tiegħu tippermettilu;

(4) Billi jidher li hu meħtieġ li jiġi żgurat li familja ma titlifx id-drittijiet għall-benefiċċji tal-familja bil-fatt li l-limitu ta' żmien għat-talbiet huwa qasir wisq, u għal dan il-għan l-Artikolu 86 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 għandu jiġi emendat;

(5) Billi, għal raġunijiet ta' effikaċità, ikun jidher preferibbli li jsir ragruppament tad-dispożizzjonijiet transitorji kollha li jikkonċernaw benefiċċji speċjali mhux kontributorji fl-Artikolu ġdid 95b tar- Regolament (KEE) Nru 1408/71;

(6) Billi ċerti emendi imisshom isiru lil titoli "G. l-IRLANDA" u "O. IR-RENJU UNIT" fl-Anness I, parti II tar- Regolament (KEE) Nru 1408/71 sabiex titqies l-interpretazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Irlandiżi u tar-Renju Unit lill-kunċett ta' "membru tal-familja";

(7) Billi huwa meħtieġ li jiżdied ma' l-Anness IIa tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 taħt it-titolu "B. ID-DANIMARKA" konċessjoni ta' rata fissa għal rijabilitazzjoni, li tikkostitwixxi benefiċċju speċjali mhux kontributorju u li mhux esportabbli;

(8) Billi huwa meħtieġ li tiġi mħassra d-daħla "allowance" li tikkumpensa għall-għoli tal-ħajja' fl-Anness IIa taħt it-titolu "I. IL-LUSSEMBURGU" minħabba li dik il-konċessjoni m'għadhiex teżisti fil-leġislazzjoni tal-Lussemburgu;

(9) Billi, bħala riżultat ta' ftehim magħmul bejn l-awtoritajiet Griegi u Ġermaniżi, għandha ssir żjieda fl-Anness III, Parti B, punt 30 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71;

(10) Billi jidher li hu meħtieġ li jkun adattat it-titolu "F. IL GREĊJA" ta' l-Anness VI tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 bħala riżultat tar-ristrutturar ta' l-assigurazzjoni soċjali u ta' l-emendi varji li seħħu fil-leġislazzjoni Griega;

(11) Billi minħabba l-possibilità li persuni assigurati jibdlu iżjed spiss minn istituzzjoni ta' assigurazzjoni għall-mard għal oħra, huwa meħtieġ li jkunu emendati l-Artikoli 17(2) u 30(1) tar- Regolament (KEE) Nru 574/72 sabiex jestendu lill-istituzzjonijiet Ġermaniżi, Taljani u Portugiżi dispożizzjoni speċifika li hija diġà pprovduta mill-istituzzjonijiet Franċiżi;

(12) Billi l-Artikolu 95 ta' Regolament (KEE) Nru 574/72 għandu jkun emendat sabiex l-ammont fiss li għandu jkun rimborżat isir jixbaħ iżjed in-nefqa verament magħmula mill-istituzzjonijiet ta' l-Istati Membri; billi għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-perjodu transitorju għar-relazzjonijiet mar-Repubblika Franċiża minħabba d-diffikultajiet amminstrativi li jista' jiltaqa' magħhom dak l-Istat;

(13) Billi l-kliem ta' l-Artikolu 107(1) ta' Regolament (KEE) Nru 574/72 imissu jkun emendat sabiex jitqiesu l-emendi li kienu saru permezz tar-Regolamenti (KEE) Nru 2195/91 [6], (KEE) Nru 1248/92 [7] u (KEE) Nru 1249/92 [8];

(14) Billi wara li seħħ tibdil amministrattiv fid-Danimarka, titolu "B. ID-DANIMARKA" ta' l-Annessi 2, 3, 4 u 10 ta' Regolament (KEE) Nru 574/72 għandhom ikunu aġġustati kif xieraq;

(15) Billi punti "13. ID-DANIMARKA — SPANJA" u "15. ID-DANIMARKA — GREĊJA" ta' l-Anness 5 ta' Regolament (KEE) Nru 574/72 imissu jkun aġġustat sabiex jitqies il-ftehim konkluż minn dawn l-Istati Membri;

(16) Billi l-imsemmi Anness 5 ukoll għandu jkun emendat bħala riżultat tal-ftehim bejn l-Olanda u l-Greċja u bejn l-Olanda u r-Renju Unit skond l-Artikolu 36(3) ta' Regolament (KEE) Nru 1408/71;

(17) Billi huwa meħtieġ li jkun adattat it-titolu "A. BELĠJU" ta' l-Anness 10 ta' Regolament (KEE) Nru 574/72 biex tissemma l-istituzzjoni kompetenti msemmija fl-Artikolu 10b tar-Regolament imsemmi;

(18) Billi, minħabba r-riorganizzazzjoni amministrattiva ta' assigurazzjonijiet dwar mard fil-Lussemburgu, id-daħliet fl-Annessi 2, 3, 4, 9 u 10 ta' Regolament (KEE) Nru 574/72 taħt it-titolu "I. IL-LUSSEMBURGU" imissu jkun emendat;

(19) Billi, bħala riżultat tat-tibdil fid-denominazzjoni tal-Kunsilli tax-Xogħol Olandiżi, huwa meħtieġ li jkunu adattati l-Anness 2, 3 u 4 ta' Regolament (KEE) Nru 574/72 taħt it-titolu "J. L-OLANDA";

(20) Billi l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1247/92 u l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 1945/93 għandhom jiġu mħassra minħabba li l-kontenut jinsab fir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 innifsu; billi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 1945/93, huwa meħtieġ li jitħassar il-punt 10 li fih issir referenza għad-dispożizzjonijiet imħassra,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 22:

"L-Artikolu 22a

Regoli speċjali għal ċerta kategorija ta' persuni

Minkejja l-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament, l-Artikolu 22(1)(a) u (ċ) għandu japplika wkoll għall-persuni li huma ta' nazzjonalità ta' l-Istat Membru u li huma assigurati taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru u membri tal-familja tagħhom li jirrisjedu magħhom.";

2. L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 25:

"L-Artikolu 25a

Kontribuzzjonijiet li jitħallsu minn persuni totalment qiegħda

L-istituzzjoni responsabbli għall-għoti ta' benefiċċji in natura jew benefiċċji fi flus lill-persuni qiegħda msemmija fl-Artikolu 25(2) u li jappartjenu lill-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu tipprovdi għal tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu minn persuni qiegħda sabiex ikopru benefiċċji ta' mard u maternità għandhom ikunu awtorizzati jagħmlu dan it-tnaqqis skond id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni tiegħu.";

3. Fl-Artikolu 39, is-subparagrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6:

"Billi dik l-istituzzjoni tapplika leġislazzjoni li tipprovdi għal tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu minn persuni qiegħda sabiex ikopru benefiċċji għall-invalidità, għandha tkun awtorizzata tagħmel dan it-tnaqqis skond id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni tiegħu.";

4. Fl-Artikolu 45, is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied wara l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6:

"Billi dik l-istituzzjoni tapplika leġislazzjoni li tipprovdi għal tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu minn persuni qiegħda sabiex ikopru pensjonijiet għall-età anzjana kif ukoll mewt, għandha tkun awtorizzata tagħmel dan it-tnaqqis skond id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni tiegħu.";

5. L-Artikolu 72a ser jiġi supplementat bil-paragrafu li ġej:

"Billi dik l-istituzzjoni tapplika leġislazzjoni li tipprovdi għal tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu minn persuni qiegħda sabiex ikopru benefiċċji tal-familja, għandha tkun awtorizzata tagħmel dan it-tnaqqis skond id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni tiegħu.";

6. Fl-Artikolu 86 it-test eżistenti għandu jsir paragrafu 1 u għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"2. Fejn persuna li għandha dritt li tagħmel hekk taħt il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru għamlet talba lil dak l-Istat għall-benefiċċji tal-familja anke jekk dak l-Istat mhuwiex kompetenti bi dritt ta' prijorità, id-data meta saret din l-ewwel applikazzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala d-data li fiha ngħatat lill-awtorità kompetenti, istituzzjoni jew tribunal, basta li l-applikazzjoni l-ġdida tkun sottomessa lill-Istat Membru li jkun kompetenti bi dritt ta' prijorità minn persuna li għandha li tagħmel hekk taħt il-leġislazzjoni ta' dak l-Istat. It-tieni applikazzjoni għandha tkun sottomessa fi żmien perjodu ta' sena wara n-notifika taċ-ċaħda ta' l-ewwel applikazzjoni jew il-waqfien tal-ħlas tal-benefiċċji fl-ewwel Stat Membru.";

7. L-Artikolu li ġej għandu jiżdied wara l-Artikolu 95a:

"L-Artikolu 95b

Dispożizzjonijiet transitorji għall-applikazzjoni tar- Regolament (KEE) Nru 1247/92

1. Ir-Regolament (KEE) Nru 1247/92 ma għandux jipprovdi xi intitolament għall-perjodi ta' qabel l-1 Ġunju 1992.

2. Il-perjodi ta' residenza u l-perjodi ta' xogħol jew ta' "self-employment" magħmula fit-territorju ta' Stat Membru qabel l-1 ta' Ġunju 1992 għandhom jittieħed inkonsiderazzjoni għad-determinazzjoni tad-drittijiet akkwistati taħt id-dispożizzjonijiet ta' Regolament (KEE) Nru 1247/92.

3. Bla ħsara għall-paragrafu 1, dritt jista' jkun akkwistat skond Regolament (KEE) Nru 1247/92 anke fejn jirrigwarda kontinġenza li seħħet qabel l-1 ta' Ġunju 1992.

4. Il-benefiċċji speċjali mhux kontributorji kollha li ma kinux mogħtija jew li ġew sospiżi minħabba raġunijiet ta' nazzjonalità tal-persuna kkonċernata għandha, fl-applikazzjoni tal-persuna kkonċernata, jingħataw jew jerġgħu jibdew b'effett mill-1 ta' Ġunju 1992, basta li d-drittijiet iddeterminati qabel ma taw lok għal ħlas sħiħ.

5. Id-drittijiet ta' persuni li lilhom ingħatat pensjoni qabel l-1 ta' Ġunju 1992, jistgħu, fuq applikazzjoni tal-persuni kkonċernati, ikunu riveduti, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' Regolament (KEE) Nru 1247/92.

6. Jekk applikazzjoni msemmija fil-paragrafi 4 u 5 tiġi sottomessa fi żmien sentejn mill-1 ta' Ġunju 1992, id-drittijiet akkwistati skond ir-Regolament (KEE) Nru 1247/92 għandu jkollu effett minn dik id-data, u d-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta' kwalunkwe Stat Membru dwar it-telfien jew il-limitazzjoni tad-drittijiet ma jistgħux ikunu invokati kontra l-persuni kkonċernati.

7. Jekk applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 jew 5 tiġi sottomessa wara t-tmiem tal-perjodu ta' sentejn wara l-1 ta' Ġunju 1992, drittijiet li ma ntilfux jew li ma ġewx preskritti għandhom jidħlu fis-seħħ mid-data li fiha ġiet sottomessa l-applikazzjoni, ħlief fejn japplikaw dispożizzjonijiet aktar favorevoli fil-leġislazzjoni ta' Stat Membru.

8. L-applikazzjoni ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1247/92 ma tistax tirriżulta fl-irtirar tal-benefiċċji mogħtija qabel l-1 ta' Ġunju 1992 mill-istituzzjonijiet kompetenti ta' l-Istati Membri taħt it-Titolu III tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 għal liema huwa applikabbli l-Artikolu 10 ta' dan l-aħħar Regolament.

9. L-applikazzjoni ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1247/92 ma jistax jirriżulta fiċ-ċaħda ta' applikazzjoni għall-benefiċċju speċjali mhux kontributorju mogħti bħala supplement għal pensjoni, li kienet sottomessa minn persuna kkonċernata li ssodisfat il-kondizzjonijiet għall-għoti ta' dan il-benefiċċju qabel l-1 ta' Ġunju 1992, anke fejn il-persuna kkonċernata tirrisjedi fit-territorju ta' Stat Membru ieħor li mhux l-Istat Membru kompetenti, basta li l-applikazzjoni għall-benefiċċju tkun sottomessa fi żmien perjodu ta' ħames snin li jibdew mill-1 ta' Ġunju 1992.

10. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, kull benefiċċju speċjali mhux kontributorju, mogħti bħala supplement ta' pensjoni, li ma kienx mogħti jew li ġie sospiż skond ir-residenza tal-persuna kkonċernata fit-territorju ta' Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti għandu, fuq l-applikazzjoni tal-persuna kkonċernata, jingħata jew jerġa' jinbeda b'effett mill-1 ta' Ġunju 1992, fl-ewwel każ mid-data li fiha l-benefiċċju jmissu jingħata, u fit-tieni każ fid-data tas-sospensjoni tal-benefiċċju.

11. Billi benefiċċji speċjali mhux kontributorji kif imsemmija fl-Artikolu 4(2a) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 jistgħu, matul l-istess perjodu u għall-istess persuni, jingħataw skond l-Artikolu 10a ta' dak ir-Regolament mill-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat Membru fit-territorju ta' liema dik il-persuna hija residenti u skond il-paragrafi 1 u 10 ta' dan l-Artikolu mill-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru ieħor, il-persuna kkonċernata tista' tgħaqqad flimkien dawk il-benefiċċji sal-limitu biss ta' l-ogħla ammont tal-benefiċċji speċjali li seta' jitlob taħt waħda mill-leġislazzjonijiet ikkonċernati.

12. Ir-Regoli ddettaljati dwar l-applikazzjoni tal-paragrafu 11, u partikolarment l-applikazzjoni, rigward il-benefiċċji msemmija f'dak il-paragrafu, ta' klawsoli ta' riduzzjoni, sospensjoni jew abolizzjoni pprovduti taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed jew aktar u l-allowance ta' l-ammonti differenzjali addizzjonali għandhom isiru b'deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva dwar Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Emigranti u, fejn ikun xieraq, bi qbil komuni ma' l-Istati Membri kkonċernati jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom."

8. Fl-Anness I, il-Parti II, it-Titolu

"G. L-IRLANDA"

għandu jinbidel b'dan li ġej:

"G. L-IRLANDA

Sabiex jiġi ddeterminat id-dritt għall-benefiċċji in natura għal mard u maternità fl-applikazzjoni tar-Regolament, it- terminu "membru tal-familja"; għandu jfisser persuna kkunsidrata bħala dipendenti fuq persuna impjegata jew persuna li taħdem għal rasha għall-applikazzjoni ta' l-Atti dwar is-Saħħa ta' l-1947 sa l-1970.";

9. Fl-Anness I, il-Parti II, it-Titolu

"O. IR-RENJU UNIT"

għandu jinbidel b'dan li ġej:

"O. IR-RENJU UNIT

Sabiex jiġi ddeterminat id-dritt għall-benefiċċji in natura, it- terminu "membru tal-familja" jfisser:

1. Għal dak li jirrigwarda l-leġislazzjoni tal-Gran Brettanja u l-Irlanda ta' Fuq:

(1) il-konjuġi, basta li:

(a) dik il-persuna, kemm jekk impjegata jew jekk taħdem għal rasha, jew persuna oħra li għandha dritt taħt ir-Regolament, hija:

(i) residenti ma' dak il-konjuġi; jew

(ii) qed jikkontribwixxi għall-manteniment ta' dak il-konjuġi;

u

(b) il-konjuġi ma:

(i) għandux dħul bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha jew "income" bħala persuna intitolata taħt ir-Regolament; jew

(ii) jirċievi benefiċċju jew pensjoni ta' sigurtà soċjali bbażata fuq l-assigurazzjoni tal-konjuġi stess;

(2) persuna li tieħu ħsieb ta' tifel/tifla, basta li:

(a) il-persuna impjegata jew li taħdem għal rasha jew persuna intitolata taħt dan ir-Regolament qiegħda:

(i) tgħix mal-persuna bħal li kieku kienu r-raġel u martu; jew

(ii) tikkontribwixxi għall-manteniment tal-persuna;

u

(b) il-persuna ma:

(i) għandhiex dħul bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha jew "income" ħala persuna intitolata taħt dan ir-Regolament; jew

(ii) ma tirċevix benefiċċju jew pensjoni ta' sigurtà soċjali bbażata fuq l-assigurazzjoni ta' dik il-persuna stess;

(3) tifel jew tifla li fir-rigward tiegħu jew tagħha dik il-persuna, il-persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, jew persuna oħra intitolata taħt ir-Regolament hija jew tista' tkun mogħtija benefiċċju għat-tfal.

2. Għal dak li jirrigwarda l-leġislazzjoni ta' Ġibiltà:

Kull persuna kkunsidrata dipendenti fis-sens ta' l-Ordinanza dwar Skema ta' Prattika fi Grupp, 1973.;"

10. L-Anness IIa għandu jkun emendat kif ġej:

(a) it-titolu

"B. ID-DANIMARKA"

għandu jinbidel b'dan li ġej:

"B. ID-DANIMARKA

Benefiċċju fiss ta' rijabilitazzjoni mogħti taħt il-Liġi dwar l-'Assistenza Soċjali għall-manteniment ta' persuni li jirċievu trattament ta' rijabilitazzjoni";

(b) it-titolu "I. IL-LUSSEMBURGU", punt (a) għandu jitħassar u punti (b) u (ċ) għandhom isiru punti (a) u (b) rispettivament;

11. Fl-Anness III, il-Parti A, it-titolu

"30. IL-ĠERMANJA — GREĊJA"

għandu jiġi miżjud b'dan li ġej:

"(ċ) Protokoll tas-7 t'Ottubru 1991 flimkien mal-Ftehim tas-6 ta' Lulju 1984 bejn il-Gvern tar-Repubblika Demokratika Ġermaniża u l-Gvern tar-Repubblika Ellenika dwar il-ftehim dwar problemi rigward pensjonijiet.";

12. Fl-Anness III, il-Parti B, it-titolu

"30. IL-ĠERMANJA — IL GREĊJA"

għandu jiġi miżjud b'dan li ġej:

"30. IL-ĠERMANJA — IL GREĊJA

Protokoll tas-7 t'Ottubru 1991 flimkien mal-Ftehim tas-6 ta' Lulju 1984 bejn il-Gvern tar-Repubblika Demokratika Ġermaniża u l-Gvern tar-Repubblika Ellenika dwar is-ftehim dwar problemi rigward pensjonijiet.";

13. L-Anness VI għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) it-titolu

"C. IL-ĠERMANJA"

, il-punt 2(ċ) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(ċ) Sabiex jittieħdu inkonsiderazzjoni l-perjodi tal-pensjoni Ġermaniżi għall-assigurazzjoni pensjonarja ta' ħaddiema fil-minjieri l-leġislazzjoni Ġermaniża biss għandha tapplika.";

(b) it-titolu

"F. IL GREĊJA"

, punt 1i għandu jitħassar u għandhom jiżdiedu ż-żewġ punti li ġejjin:

"5. billi r-regoli għal fondi pensjonarji awżiljarji Griegi ("επικουρικα ταμια";) jipprovdu għar-rikonoxximent tal-perjodi ta' assigurazzjoni pensjonarja obbligatorja għall-età anzjana magħmula ma' l-istituzzjonijiet ta' assigurazzjoni statutorji Griegi ("κυριας ασαλισης";) dawn ir-regoli għandhom japplikaw ukoll għall-perjodi ta' assigurazzjoni pensjonarja obbligatorja fil-fergħa pensjonarja magħmula taħt il-leġislazzjoni ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor li jaqgħu taħt dan ir-Regolament.

6. Persuni impjegati li kienu obbligati sal-31 ta' Diċembru 1992 ikunu affiljati fi skema ta' assigurazzjoni pensjonarja ta' Stat Membru li mhuwiex il-Greċja u li huma soġġetti għall-assigurazzjoni soċjali obbligatorja Griega (skema statutorja bażika) għall-ewwel darba wara l-1 ta' Jannar 1993, għandhom jkunu stmati bħala "persuni li kienu assigurati qabel"; skond id- dispożizzjonijiet ta' Liġi Nru 2084/92.";

L-Artikolu 2

Ir-Regolament (KEE) Nru 574/72 għandu jkun emendat skond kif ġej:

1. it-tieni sentenza ta' l-Artikolu 17(2) u l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 30(1) għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

"Madankollu, fejn l-imsemmija dikjarazzjoni attestata nħarġet mill-istituzzjoni Ġermaniża, Franċiża, Taljana jew Portugiża, għandha tkun valida għall-perjodu ta' sena mid-data li fiha nħarġet u għandha tkun imġedda kull sena";

2. L-Artikolu 95 ser jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"L-Artikolu 95

Rifużjoni ta' benefiċċji in natura pprovduti taħt assigurazzjoni dwar mard u maternità lill-pensjonanti u membri tal-familja tagħhom li mhumiex residenti fi Stat Membru li taħt il-liġijiet tagħhom jirċievu pensjoni jew għandhom dritt għall-benefiċċju.

1. L-ammont ta' benefiċċji in natura pprovduti skond l-Artikoli 28(1) u 28a tar-Regolament għandhom ikunu mogħtija lura mill-istituzzjonijiet kompetenti lill-istituzzjonijiet li jipprovdu l-benefiċċji msemmija, fuq bażi ta' somma waħda ta' flus li hija viċin kemm jista' jkun tan-nefqa li verament għamlu.

2. Is-somma waħda ta' flus għandha tkun stabbilita billi tiġi mmultiplikata l-medja annwali ta' l-ispejjeż per kapita bin-numru medju ta' pensjonanti u l-membri tal-familji tagħhom li jkunu meqjusa u billi jitnaqqas l-ammont li jirriżulta b'20 %.

3. Il-fatturi meħtieġa għall-kalkolu tas-somma waħda ta' flus msemmija għandha tkun stabbilita skond ir-regoli li ġejjin:

(a) il-medja annwali ta' l-ispiża per kapita għandha tinkiseb għal kull Stat Membru, billi tiġi diviża n-nefqa annwali tat-total tal-benefiċċji in natura pprovduti mill-istituzzjonijiet ta' dak l-Istat Membru lill-pensjonanti kollha li l-pensjoni tagħhom hija mħallsa skond il-liġijiet ta' dak l-Istat Membru taħt l-iskemi ta' sigurtà soċjali li għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni u lill- membri tal-familja tagħhom, bin-numru annwali medju ta' pensjonanti u membri tal-familja tagħhom; l-iskemi ta' sigurtà soċjali li għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni għal din ir-raġuni huma speċifikati fl-Anness 9;

(b) fin-negozjati bejn l-istituzzjonijiet ta' żewġ Stati Membri, in-numru medju annwali ta' pensjonanti u l-membri tal-familji tagħhom li għandhom ikunu meqjusa għandu jkun ugwali daqs in-numru medju annwali ta' pensjonanti u l-membri tal-familji tagħhom imsemmija fl-Artikolu 28(2) tar-Regolament li, filwaqt li jirrisjedu fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri, għandhom dritt għall-benefiċċji in natura li huma a spejjeż fuq l-istituzzjonijiet ta' Stat Membru ieħor.

4. In-numru ta' pensjonanti u l-membri tal-familja tagħhom li għandhom jitqiesu skond il-paragrafu 3(b) għandu jkun stabbilit permezz ta' lista miżmuma għal dak il-għan mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza, ibbażat fuq xhieda dokumentata fornita mill-istituzzjoni kompetenti tad-drittijiet tal-persuni kkonċernati. Fil-każ ta' l-argument, l-osservazzjonijiet ta' l-istituzzjonijiet involuti għandhom jingħataw lill-Bord tal-Verifika pprovdut fl-Artikolu 101(3) tar-Regolament implimentattiv.

5. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tħejji l-metodi u l-proċeduri sabiex jiġu stabbiliti l-fatturi għall-kalkolazzjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 4.

6. Żewġ Stati Membri jew aktar jew l-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-Istati Membri jistgħu, wara li jirċievu l-opinjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva, jaqblu sabiex jintroduċu metodi oħra ta' kif jagħmlu stima ta' l-ammonti li għandhom ikunu mogħtija lura";

3. L-Artikolu 107(1) ser jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"1. Għall-għanijiet tad-disposizzjonijiet li ġejjin:

(a) Regolament: l-Artikolu 12(2), (3) u (4), l-Artikolu 14d(1), l-Artikolu 19(1)(b), l-aħħar sentenza, l-Artikolu 22(1)(ii), l-aħħar sentenza, l-Artikolu 25(1)(b) is-sentenza ta' qabel l-aħħar, L-Artikolu 41(1) (ċ) u (d), l-Artikolu 46(4), l-Artikolu 46a(3), l-Artikolu 50, l-Artikolu 52(b) l-aħħar sentenza, l-Artikolu 55(1)(ii), l-aħħar sentenza, l-Artikolu 70(1), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 71(1)(a)(ii) u (b)(ii), is- sentenza ta' qabel l-aħħar;

(b) Regolament implimentattiv: l-Artikolu 34(1), (4) u (5);

ir-rata ta' konverżjoni f'munita nazzjonali ta' ammonti espressi f'munita nazzjonali oħra għandha tkun ir-rata kkalkolata mill-Kummissjoni bbażata fuq medja fix-xahar matul il-perjodu ta' riferenza definit fil-paragrafu 2 tar-rati ta' kambju ta' dawn il-muniti li kienu nnotifikati lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tas-sistema monetarja Ewropea";

4. L-Anness 2 għandu jkun emendat kif ġej:

(a) fit-titolu

"B. ID-DANIMARKA"

, punti 2(a) u 3(a), it-test fil-kolonna tal-lemin għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Direktoratet for Social Sikring of Bistand (Uffiċċju Nazzjonali għas-Sigurtà Soċjali u l-"Welfare";), Koebenhavn.";

(b) fit-titolu "I. IL-LUSSEMBURGU":

(i) punt 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"1.Mard u maternità

(a)Benefiċċji in natura: | Caisse de maladie compétente et/ou union des caisses de maladie (fond kompetenti għall-mard u/jew assoċjazzjoni għall-fondi għall-mard) |

(b)Benefiċċji fi flus: | Caisse de maladie compétente (il-fond kompetenti għall-mard)"; |

(ii) punt 6 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"6.Konċessjonijiet għall-imwiet

Bil-għan li jiġi implimentat l-Artikolu 66 tar-Regolament: | Union des caisses de maladie (l-assoċjazzjoni għall-fondi dwar mard), il-Lussemburgu."; |

(ċ) fil-punti 5(a) u (b) tat-titolu "J. L-OLANDA", "Raad van Arbeid" għandha tinbidel f'kull każ permezz ta' "Districtskantoor van de Sociale Verzekeringsbank" (l-uffiċċju lokali tal-Bank Soċjali għall-Assigurazzjoni);

5. L-Anness 3 għandu jkun emendat kif ġej:

(a) fit-titolu

"B. ID-DANIMARKA"

, it-Taqsima I, punti (b) u (ċ)(i), it-test fil-kolonna tal-lemin għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Direktoratet for Social Sikring of Bistand (Uffiċċju Nazzjonali għas-Sigurtà Soċjali u l-"Welfare";), Koebenhavn.";

(b) fit-titolu

"I. IL-LUSSEMBURGU"

, punt 1, it-test fil-kolonna tal-lemin għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Caisse de maladie des ouvriers et/ou union des caisses de maladie (il-fond għall-mard ta' ħaddiema manwali u/jew assoċjazzjoni għal fondi dwar mard).

Caisse de maladie compétente, selon la législation luxembourgeoise, pour la pension partielle luxembourgeoise et/ou union des caisses de maladie (il-fond għall-mard li, taħt il-liġi tal-Lussemburgu, huwa kompetenti għall-pensjoni parzjali tal-Lussemburgu u/jew assoċjazzjoni għal fond għall-mard)";

(ċ) it-titolu "J. L-OLANDA" għandu jkun emendat skond kif ġej:

(i) fil-punt 3(ċ), it-test fil-kolonna tal-lemin għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Bureau voor Duitse zaken (Dipartiment ta' l-Affarijiet Ġermaniżi), Nijmegen";

(ii) fil-punt 5, fil-kolonna tal-lemin, "Raad van Arbeid" għandha tkun sostitwita permezz ta' "districtskantoor van de Sociale Verzekeringsbank (uffiċċju lokali tal-bank soċjali ta' l-assigurazzjoni";

6. L-Anness 4 għandu jkun emendat kif ġej:

(a) fit-titolu

"B. ID-DANIMARKA"

, fil-punti 1, 2, 3, u 5, it-test fil-kolonna tal-lemin għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Direktoratet for Social Sikring of Bistand (Uffiċċju Nazzjonali għas-Sigurtà Soċjali u l-"Welfare";), Koebenhavn.";

(b) fit-titolu "I. IL-LUSSEMBURGU":

(i) il-punt 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"1.Mard u maternità | Union des caisses de maladie (assoċjazzjoni għall-fondi dwar mard), il-Lussemburgu."; |

(ii) il-punt 6 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"6.Konċessjonijiet għall-imwiet

(a) Bl-għan li jiġi applikat l-Artikolu 66 tar-Regolament: | Union des caisses de maladie (assoċjazzjoni għall-fondi dwar mard), il-Lussemburgu; |

(b) Fil-każijiet oħra: | Istituzzjonijiet imsemmija fil-jew 3, li jiddependu fuq dwar liema assigurazzjoni hija responsabbli għall-ħlas ta' benefiċċju."; |

(ċ) fit-titolu

"J. L-OLANDA"

f'punt 2(ċ), it-test fil-kolonna tal-lemin għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Bureau voor Duitse zaken (Dipartiment ta' l-Affarijiet Ġermaniżi), Nijmegen";

7. L-Anness 5 għandu jkun emendat kif ġej:

(a) il-punt 16

"ID-DANIMARKA — SPANJA"

għandu jinbidel b'dan li ġej:

"16. ID-DANIMARKA — SPANJA

Ftehim ta' l-1 ta' Lulju 1990 dwar ir-rinunzja parzjali u reċiproka ta' rimborż ipprovdut fl-Artikoli 36(3) u 63(3) tar-Regolament u r-rinunzja reċiproka ta' rimborż pprovdut fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament implimentattiv. (Rinunzja parzjali ta' rimborż rigward benefiċċji in natura għall-mard, maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard ikkawżat mix-xogħol u r-rinunzja ta' rimborż rigward kontrolli amministrattivi u ezamijiet mediċi).";

(b) il-punt 18

"ID-DANIMARKA — GREĊJA"

għandu jinbidel b'dan li ġej:

"18. ID-DANIMARKA — GREĊJA

Ftehim tat-8 ta' Mejju 1986 dwar ir-rinunzja parzjali u reċiproka ta' rimborż ipprovdut fl-Artikoli 36(3) u 63(3) tar-Regolament u r-rinunzja reċiprokat a' rimborż ipprovdut fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament implimentattiv. (Rinunzja parzjali ta' rimborż rigward benefiċċji in natura għall-mard, maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard ikkawżat mix-xogħol u r-rinunzja ta' rimborż rigward kontrolli amministrattivi u ezamijiet mediċi).";

(ċ) il-punt 62

"IL-GREĊJA — L-OLANDA"

għandu jinbidel b'dan li ġej:

"62. IL-GREĊJA — L-OLANDA

L-iskambju ta' ittri tat-8 ta' Settembru 1992 u t-30 ta' Ġunju 1993 li jikkonċernaw il-metodi ta' rimborż bejn istituzzjonijiet.";

(d) fil-punt 93

"L-OLANDA — IR-RENJU UNIT"

, (d) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(d) L-iskambju ta' ittri tal-25 ta' April u tas-26 ta' Mejju 1986 li jikkonċernaw l-Artikolu 36(3) tar-Regolament (rimborż jew rinunzja ta' rimborż ta' spejjeż għall-benefiċċju in natura), kif emendat.";

8. fl-Anness 9, it-titolu

"I. IL-LUSSEMBURGU"

, għandu jinbidel b'dan li ġej:

"I. IL-LUSSEMBURGU

Il-fondi għall-mard u l-assoċjazzjonijiet tal-fondi għall-mard kollha għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni meta tiġi kkalkulata l-ispiża annwali medja tal-benefiċċji in natura.";

9. L-Anness 10 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) fit-titolu

"A. IL-BELĠJU"

, qabel punt 1 għandu jiżdied il-punt li ġej:

"Għall-għanijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 10b tar-Regolament implimentattiv:

Persuni impjegati: | L-istituzzjoni assigurattiva li magħha l-persuna impjegata kienet assigurata |

Persuni li jaħdmu għal rashom: | Institut national d'assurances sociales pour travailleurs indépendants (Istitut Nazzjonali għall-Assigurazzjoni Soċjali ta' dawk li jaħdmu għal rashom), Brussel"; |

(b) fit-titolu "B. ID-DANIMARKA":

(i) fil-punti 1,2 u 3, it-test fil-kolonna tal-lemin għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Direktoratet for Social Sikring of Bistand (Uffiċċju Nazzjonali għas-Sigurtà Soċjali u l-Assistenza), Koebenhavn.";

(ii) il-punt 7(b) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(b) Benefiċċji fi flus taħt it-Titolu III, il-Kapitolu 1 tar-Regolament u l-benefiċċji taħt it-Titolu III, il-Kapitoli 2, 3, 7 u 8 tar-Regolament: "Direktoratet for Social Sikring og Bistand (Uffiċċju Nazzjonali għas-Sigurtà Soċjali u l-"Welfare";), Koebenhavn.";";

(ċ) fit-titolu

"I. IL-LUSSEMBURGU"

, il-punti 8(a) u 9(a), it-test fil-kolonna tal-lemin għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Union des caisses de maladie (assoċjazzjoni għall-fondi għall-mard), il-Lussemburgu".

L-Artikolu 3

Fir-Regolament (KEE) Nru 1247/92 l-Artikolu 2 għandu jitħassar.

L-Artikolu 4

Ir-Regolament (KEE) Nru 1945/93 għandu jkun emendat skond kif ġej:

1. L-Artikolu 3 huwa mħassar;

2. Fl-Artikolu 4, il-punt 10 għandu jitħassar.

L-Artikolu 5

1. Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tax-xahar ta' wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

2. L-Artikolu 2(2) għandu japplika mill-1 ta' Jannar 1998 'il quddiem.

Madankollu, fir-relazzjonijiet mar-Repubblika Franċiża, l-Artikolu 2(2) għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2002 'il quddiem.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 1995.

Għall-Kunsill

Il-President

L. Atienza Serna

[1] ĠU C 143, tas-26.7.5, p. 7.

[2] ĠU C 166, tat-3.7. 1995, p. 24.

[3] ĠU C 393, tal-31.12.1994, p. 75.

[4] ĠU L 149, tal-5.7.1971, p. 2. Regolament kif emendat l-aħħar permezz ta' l-Att ta' Sħubija ta' l-1994.

[5] ĠU L 74, tas-27.3.1972, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar permezz ta' l-Att ta' Sħubija ta' l-1994.

[6] ĠU L 206, tad-29.7.1991, p. 2.

[7] ĠU L 136, tad-19.5.1992, p. 7.

[8] ĠU L 136, tad-19.5.1992, p. 28.

--------------------------------------------------

Top