EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995L0026

Id-Direttiva Tal-Parlament Ewropew U Tal-Kunsill 95/26/KE tad-29 ta’ Ġunju 1995 li temenda d-Direttivi 77/780/KEE u 89/646/KEE fil-qasam ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-Direttivi 73/239/KEE u 92/49/KEE fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, id-Direttivi 79/267/KEE u 92/96/KEE fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja, id-Direttiva 93/22/KEE fil-qasam ta’ ditti ta’ investiment u d-Direttiva 85/611/KEE fil-qasam ta’ impriżi ta’ l-investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (Ucits), bil-għan li tissaħħah is-superviżjoni prudenti

ĠU L 168, 18.7.1995, p. 7–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1995/26/oj

31995L0026



Official Journal L 168 , 18/07/1995 P. 0007 - 0013


Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/26/KE

tad-29 ta’ Ġunju 1995

li temenda d-Direttivi 77/780/KEE u 89/646/KEE fil-qasam ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-Direttivi 73/239/KEE u 92/49/KEE fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, id-Direttivi 79/267/KEE u 92/96/KEE fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja, id-Direttiva 93/22/KEE fil-qasam ta’ ditti ta’ investiment u d-Direttiva 85/611/KEE fil-qasam ta’ impriżi ta’ l-investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (Ucits), bil-għan li tissaħħah is-superviżjoni prudenti

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-ewwel u t-tielet sentenzi ta’ l-Artikolu 57(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni, [1]

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189b tat-Trattat [3] fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fil-11 ta’ Mejju 1995,

(1) Billi ċerti avvenimenti urew li huwa xieraq li jkunu emendati f’ċerti aspetti ċerti Direttivi tal-Kunsill, li jispeċifikaw il-qafas ġenerali li fl-ambitu tiegħu ċerti istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi ta’ assigurazzjoni, ditti ta’ l-investiment u impriżi għall-investiment f’titoli trasferibbli (Ucits) jistgħu jwettqu n-negozju tagħhom, jiġifieri d-Direttivi 77/780/KEE [4] u 89/646/KEE, id-Direttivi 73/239/KEE [5] u 92/49/KEE, id-Direttivi 79/267/KEE [6] u 92/96/KEE, id-Direttiva 93/22/KEE [7] u d-Direttiva 85/611/KEE [8], bil-għan li tissaħħaħ is-superviżjoni prudenti; billi huwa mixtieq li jkunu adottati miżuri simili matul is-settur finanzjarju kollu;

(2) Billi dawk id-Direttivi jistabbilixxu, inter alia, il-kondizzjonijiet li għandhom ikunu mwettqa qabel ma’ l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jagħau awtorizzazzjoni bħal bidu ta’ negozju;

(3) Billi l-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jawtorizzaw jew ikomplu jawtorizzaw impriża finanzjarja meta huma aktarx li jkunu mfixkla milli jeżerċitaw effettivament il-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni b’rabtiet mill-qrib bejn dik l-impriża u persuni naturali jew legali oħra; billi l-impriżi finanzjarji li huma diġà awtorizzati għandhom ukoll jissodisfaw lill-awtoritajiet kompetenti f’dan ir-rigward;

(4) Billi d-definizzjoni "rabtiet mil-qrib" f’din id-Dirtettiva tistabbilixxi kriterji minimi u ma tfixkilx Stati Membri milli japplikawha f’sitwazzjonijiet oħra apparti minn dawk maħsuba b’din id-definizzjoni;

(5) Billi l-fatt uniku li jkun akkwistat proporzjoni sinifikanti fil-kapital ta’ kumpanija ma jikkostitwix parteċipazzjoni għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva jekk dik il-propjetà tkun akkwistata biss bħala investiment temporanju li ma jagħmilhiex possibli li tkun eżerċitata influwenza fuq l-istruttura jew l-istrateġija finanzjarja ta’ impriża;

(6) Billi r-referenza għal eżerċizzju effettiv mill-awtoritajiet ta’ superviżjoni tal-funzjonijiet tagħhom li jkopru superviżjoni fuq bażi kkonsolidata li għandha tkun eżerċitata fuq impriża finanzjarja meta d-dispożizzjonijiet ta’ liġi tal-Komunità hekk tipprovdi; billi, f’każi bħal dawn, l-awtoritajiet li tkun saritilhom talba għall-awtorizzazzjoni għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw l-awtoritajiet kompetenti għal eżerċitar ta’ superviżjoni fuq bażi kkonsolidata fuq dik l-impriża finanzjarja;

(7) Billi l-prinċipji tar-rikonoxximent reċiproku u tas-superviżjoni mill-Istat Membru tal-post jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru m’għandhomx jagħtu jew inkella għandhom ineħħu awtorizzazzjoni meta fatturi bħal ma huma l-kontenut ta’ programmi ta’ operazzjoni, id-distribuzzjoni ġeografika ta’ l-attivitajiet attwalment imwettqa jindikaw b’mod ċar li l-impriża finanzjarja tkun għażlet sistema legali ta’ Stat Membru wieħed sabiex tevadi normi aktar stretti li jkunu eżistenti fi Stat Membru ieħor li fit-territorju tiegħu hi twettaq jew għandha l-intenzjoni li twettaq il-parti l-kbira ta’ l-attivitajiet tagħha; billi impriża finanzjarja li hija persuna legali għandha tkun awtorizzata fl-Istat Membru li fih ikollha l-uffiċju rreġistrat tagħha; billi l-impriża finanzjarja li mhijiex persuna legali għandha jkollha l-uffiċju prinċipali fl-Istat Membru li fih tkun ġiet awtorizzata; billi, minbarra dan, l-Istati Membri għandhom jenħtieġu li l-uffiċju prinċipali ta’ l-impriża finanzjarja ikun dejjem jinstab fl-Istat Membru tal-post u li hi attwalment topera hemmhekk;

(8) Billi huwa xieraq li ssir dispożizzjoni dwar il-possibbiltà ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet jew korpi li, bis-saħħa tal-funzjonijiet tagħhom, jgħinu biex tissaħħaħ l-istabbilità tas-sistema finanzjarja; billi, sabiex tkun ippreservata n-natura kunfidenzjali ta’ l-informazzjoni mwassla, il-lista ta’ l-indirizzi għandha tibqa’ f’limiti stretti;

(9) Billi ċerta mġieba, bħal ma huma offiżi ta’ frodi u informazzjoni minn ġewwa, aktarx li taffettwa l-istabbilità, inkluża l-integrità, tas-sistema finanzjarja, anki meta tinvolvi impriżi apparti minn dawk finanzjarji;

(10) Billi huwa meħtieġ li jkunu speċifikati l-kondizzjonijiet li bihom dan l-iskambju ta’ informazzjoni jkun awtorizzat;

(11) Billi meta jkun stipulat li l-informazzjoni tista’ tkum imwassla biss bil-ftehim espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti, dawn jistgħu, fejn xieraq, jistipulaw li l-ftehim tagħhom ikun suġġett għal konformità ma’ kondizzjonijiet stretti;

(12) Billi skambju ta’ informazzjoni bejn, min-naħa l-waħda, l-awtoritajiet kompetenti u, min-naħa l-oħra, banek ċentrali u korpi oħra b’funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet monetarji u, fejn xieraq, awtoritajiet pubbliċi oħra responsabbli għal superviżjoni ta’ sistemi ta’ pagamenti, għandha wkoll tkun awtorizzata;

(13) Billi l-istess obbligu ta’ segretezza professjonali fuq l-awtoritajiet responsabbli għal awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ Ucits u l-impriżi li jieħdu parti f’dawk l-attivitajiet u l-istess possibiltajiet għal skambju ta’ informazzjoni bħal dawk mogħtija lill-awtoritajiet responsabbli għal awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditti ta’ l-investiment u l-impriżi ta’ assigurazzjoni, għandhom ikunu inklużi fid-Direttiva 85/611/KEE;

(14) Billi din id-Direttiva tikkoordina d-dispożizzjonijiet kollha li jirregolaw skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet għas-settur kollu finanzjarju kif hemm dispożizzjoni dwar dan fid-Direttiva 93/22/KEE;

(15) Billi, għall-iskopijiet tat-tisħiħ tas-superviżjoni prudenti ta’ l-impriżi finanzjarji u protezzjoni ta’ klijenti ta’ l-impriżi finanzjarji, għandu jkun stipulat li awditur għandu jkollu d-dover li jirraporta minnufih lejn l-awtoritajiet kompetenti, ta’ kull meta, kif hemm dispożizzjoni dwar dan f’din id-Direttiva, hu jsir konxju, waqt li jwettaq id-doveri tiegħu, b’ċerti fatti li aktarx li jkollhom effetti serji fuq is-sitwazzjoni finanzjarja jew l-organizzazzjoni amministrattiva jew tal-kontijiet ta’ l-impriża ta’ kreditu;

(16) Billi, kien ikkunsidrat li bl-għan ta’ dan il-ħsieb, huwa mixtieq għall-Istat Membru li jipprovdi li dover bħal dak għandu jkun applikabbli fiċ-ċirkostanzi kollha meta fatti bħal dawn ikunu skoperti minn awditur matul it-twettiq tad-doveri tiegħu f’impriża li jkollha rabtiet mill-qrib ma’ impriża finanzjarja;

(17) Billi d-dover ta’ awdituri li jikkomunikaw, fejn xieraq, ma’ l-awtoritajiet kompetenti ċerti fatti u deċiżjonijiet li jikkonċernaw impriża finanzjarja li huma jiskopru matul it-twettiq tad-doveri tagħhom f’impriża li mhijiex finanzjarja ma tbiddilx minnha nnifisha n-natura tad-doveri tagħhom f’dik l-impriża u l-anqas il-manjiera li biha huma għandhom iwettqu id-doveri tagħhom f’dik l-impriża.

(18) Billi l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva huwa l-aktar mezz xieraq biex jintlaħqu l-objettivi li huma maħsuba, u partikolarment it-tisħiħ tal-poteri ta’ l-awtoritajiet kompetenti; billi din id-Direttiva hija ristretta għal minimu meħtieg biex jintlaħqu dawk l-objettivi u ma tmurx aktar lill hinn milli huwa meħtieġ għal dak l-iskop,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Kull meta t-termi "impriża finanzjarja" huwa użat f’din id-Direttiva, dan għandu jkun mibdul bi:

- "istituzzjoni ta’ kreditu" meta din id-Direttiva temenda d-Direttiva 77/780/KEE u 89/646/KEE;

- "impriża ta’assigurazzjoni" meta din id-Direttiva temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 92/49/KEE, u "impriżi ta’ assigurazzjoni tal-ħajja" meta din id-Direttiva temenda d-Direttivi 79/267/KEE u 92/96/KEE;

- "ditta ta’ investiment" meta din id-Direttiva temenda d-Direttiva 93/22/KEE;

- "impriża għal investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (Ucits) jew bħala impriża li tikkontribwixxi lejn attività tan-negozju tagħha" meta din id-Direttiva temenda d-Direttiva 85/611/KEE.

L-Artikolu 2

1. - fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 77/780/KEE, ħames subinċiż,

- fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/49/KEE, il-punt (1),

- fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/96/KEE, il-punt (m), u

- fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 93/22/KEE, il-punt 15,

għandhom jiżdiedu billi jkun fihom dawn id-definizzjonijiet:

""rabtiet mill-qrib". għandha tfisser sitwazzjoni li fiha żewġ persuni naturali jew legali jew aktar ikunu marbuta bi:

(a) "partiċipazzjoni"., li għandha tfisser il-proprjetà, diretta jew permezz ta’ kontroll, ta’ 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-voti jew kapital ta’ impriża, jew

(b) "kontroll"., li għandu jfisser ir-relazzjoni bejn impriża parent u sussidjarja, fil-każi kollha li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(1) u (2) tad-Direttiva 83/349/KEE [9], jew relazzjoni simili bejn xi persuni naturali jew legali u xi impriża; xi impriża sussidjarja ta’ impriża sussidjarja għandha wkoll tkun meqjusa bħala sussidjarja ta’ l-impriża parent li tkun fir-ras ta’ dawk l-impriżi.

Sitwazzjoni li fiha tnejn jew aktar persuni naturali jew legali jkollhom rabta permanenti lejn waħda jew aktar mill-istess persuni b’relazzjoni ta’ kontroll għandhom ukoll ikunu meqjusa bħala li jikkostitwixxu rabta mill-qrib bejn persuni bħal dawk".

2. Dawn is-sub-paragrafi li ġejjin għandhom ikunu miżjuda fit-tarf ta’:

- L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 77/780/KEE,

- L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 93/22/KEE,

- L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 73/239/KEE,

- L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 79/267/KEE:

"Aktar minn hekk, meta rabtiet mill-qrib jeżistu bejn impriża finanzjarja u persuni naturali jew legali oħra, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-awtorizzazzjoni biss jekk dawk ir-rabtiet ma jfixklux l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiċħdu awtorizzazzjoni jekk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjoniijiet amministrattivi ta’ pajjiż li mhuwiex membru jirregola wieħed jew aktar persuni naturali jew legali li magħhom l-impriża jkollha rabta mill-qrib, jew diffikultajiet involuti fl-infurzar, ifixklu l-eżerċizzju effettiv ta’ dawn il-funzjonijiet ta’ superviżjoni.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jenħtieġu impriżi ta’ kreditu li jipprovdulhom l-informazzjoni li huma jenħtieġu biex jissorveljaw il-konformità mal-kondizzjonijiet li hemm referenza għalihom f’dan il-paragrafu fuq bażi kontinwa".

L-Artikolu 3

1. Dan il-paragrafu li ġej għandu jkun miżjud ma’ l-Artikolu 8 tad-Direttiva 73/239/KEE u ma’ l-Artikolu 8 tad-Direttiva 79/267/KEE:

"1. a. L-Istati Membri għandhom jenħtieġu li l-uffiċju prinċipali ta’ impriżi ta’ assigurazzjoni jkun jinstab fl-istess Stat Membru bħall-uffiċini irreġistrati tagħhom".

2. Dan l-Artikolu li ġej għandu jkum imdaħħal fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 77/780/KEE:

"2a. Kull Stat Membru għandu jenħtieġ li:

- xi istituzzjoni ta’ kreditu li tkun persuna legali u li, permezz tal-liġi nazzjonali tagħha, ikollha uffiċċju rreġistrat, li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-istess Stat Membru bħal l-uffiċċju rreġistrat tagħha,

- xi istituzzjoni ta’ kreditu oħra jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Istat Membru li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni u li fih attwalment twettaq in-negozju tagħha".

L-Artikolu 4

1. Fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 92/49/KEE u fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 92/96/KEE, dan il-paragrafu li ġej għandu jkun imdaħħal:

"5a. Independentement mill-paragrafi 1 sa 4, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw skambji ta’ informazzjoni bejn, l-awtoritajiet kompetenti u:

- l-awtoritajiet responsabbli biex jissorveljaw il-korpi involuti fil-likwidazzjoni jew il-falliment ta’ l-impriżi finanzjarji u l-proċeduri oħra simili, jew

- l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta’ persuni inkarigati li jwettqu awditjar statutorju tal-kontijiet ta’ l-impriżi ta’ assigurazzjoni, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditti ta’ investimenti u istituzzjonijiet finanzjarji oħra, jew

- attwarji independenti ta’ impriżi ta’ assigurazzjoni li jwettqu superviżjoni legali ta’ dawk l-impriżi u tal-korpi responsabbli għas-superviżjoni ta’ dawk l-attwarji.

L-Istati Membri li jkollhom rikors għal għażla li hemm dispożizzjonii dwarha fl-ewwel sub-paragrafu għandhom jenħtieġu mill-anqas li waħda minn dawn il-kondizzjonijiet tkun milħuqa:

- din l-informazzjoni għandha tkun għall-iskop biex titwettaq is-superviżjoni jew is-superviżjoni legali li hemm referenza għaliha fl-ewwel sub-paragrafu,

- l-informazzjoni mwassla f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għal kondizzjonijiet ta’ segretezza professjonali imposti fil-paragrafu 1,

- meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Memru ieħor, din ma tkunx tista’ tiġi żvelata mingħajr ftehim espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żwelawha u, fejn xieraq, għall-iskopijiet li dwarhom l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom biss.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-ismijiet ta’ l-awtoritajiet, persuni jew korpi li huma jistgħu jirċievu informazzjoni bis-saħħa ta’ dan il-paragrafu".

2. Fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 77/780/KEE u fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 93/22/KEE, dan il-paragrafu li ġej għandu jkun imdaħħal:

"5a. Independentement mill-paragrafi 1 sa 4, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw skambji ta informazzjoni bejn, l-awtoritajiet kompetenti u:

- l-awtoritajiet responsabbli biex jissorveljaw il-korpi involuti fil-likwidazzjoni jew il-falliment ta’ l-impriżi finanzjarji u l-proċeduri oħra simili, jew

- l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta’ persuni inkarigati li jwettqu awditjar statutorju tal-kontijiet ta’ l-impriżi ta’ assigurazzjoni, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-ditti ta’ investimenti u l-istituzzjonijiet finanzjarji oħra.

L-Istati Membri li jkollhom rikors għall-għażla li hemm dispożizzjonii dwarha fl-ewwel sub-paragrafu għandhom jenħtieġu mill-anqas li waħda minn dawn il-kondizzjonijiet tkun milħuqa:

- l-informazzjoni għandha tkun għall-iskopijiet li jitwettaq id-dover li hemm referenza għalih fl-ewwel sub-paragrafu,

- l-informazzjoni mwassla f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għal kondizzjonijiet ta’ segretezza professjonali indikati fil-paragrafu 1,

- meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Memru ieħor, din ma tkunx tista’ tiġi żvelata mingħajr il-ftehim espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, għall-iskopijiet li dwarhom l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom biss.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni u lejn l-Istati Membri l-oħra l-ismijiet ta’ l-awtoritajiet li jistgħu jirċievu informazzjoni bis-saħħa ta’ dan il-paragrafu."

3. Fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 77/780/KEE, fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 92/49/KEE, fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 93/22/KEE u fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 92/96/KEE, dan il-paragrafu li ġej għandu jkun imdaħħal:

"5b. Independentement mill-paragrafi 1 sa 4, l-Istati Membri jistgħu, bil-għan li tissaħħaħ l-istabbilità, inkluża l-integrità, tas-sistema finanzjarja, jawtorizzaw l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet jew korpi responsabbli permezz tal-liġi għal tfittix u investigazzjoni ta’ ksur tal-liġi tal-kumpanniji.

L-Istati Membri li jkollhom rikors għal għażla li hemm dispożizzjonii dwarha fl-ewwel sub-paragrafu għandhom jenħtieġu mill-anqas li waħda minn dawn il-kondizzjonijiet tkun milħuqa:

- l-informazzjoni għandha tkun għall-iskopijiet li jitwettaq id-dover li hemm referenza għalih fl-ewwel sub-paragrafu,

- l-informazzjoni mwassla f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għal kondizzjonijiet ta segretezza professjonali indikati fil-paragrafu 1,

- meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, din ma tistax tiġi żvelata mingħajr ftehim espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, solament għall-iskopijiet li dwarhom l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom.

Meta, fi Stat Membru, l-awtoritajiet jew korpi li hemm referenza għalihom fl-ewwel sub-paragrafu jwettqu d-doveri tagħhom ta’ tfittix jew investigazzjoni bl-għajnuna, invista tal-kompetenza speċifika tagħhom, ta’ persuni maħtura għal dak l-iskop u li ma jkunux impjegati fis-settur pubbliku, il-possibiltà ta’ skambju ta’ informazzjoni li hemm dispożizzjonii dwarha fl-ewwel sub-paragrafu tista’ tkun estiża għal persuni bħal dawk permezz tal-kondizzjonijiet stipulati fit-tieni sub-paragrafu.

Sabiex ikun implimentat is-subinċiż finali tat-tieni sub-paragrafu, l-awtoritajiet jew korpi li hemm referenza għalihom fl-ewwel sub-paragrafu għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelaw l-informazzjoni, l-ismijiet u r-responsabilitajiet preċiżi tal-persuni li huma jkunu bagħtu.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-ismijiet ta’ l-awtoritajiet jew tal-korpi li jistgħu jirċievu informazzjoni bis-saħħa ta’ dan il-paragrafu.

Qabel il-31 ta’ Diċembru 2000, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjoniijiet ta’ dan il-paragrafu."

4. Fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 77/780/KEE u fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 93/22/KEE, il-paragrafu 6 li ġej għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"6. Dan l-artikolu m’għandux ifixkel lil awtorità kompetenti milli titrasmetti:

- lejn il-banek ċentrali u lejn il-korpi l-oħra b’funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet monetarji,

- meta xieraq, lejn l-awtoritajiet pubbliċi l-oħra responsabbli biex jissorveljaw sistemi ta’ pagamenti,

l-informazzjoni intenzjonata għat-twettiq tad-doveri tagħhom, lanqas m’għandha tfixkel awtoritajiet bħal dawk milli jikkomunikaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti dik l-informazzjoni li huma jistgħu jenħtieġu għall-iskopijiet tal-paragrafu 4. L-informazzjoni mwassla f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għal kondizzjonijiet ta’ segretezza professjonali imposta f’dan l-Artikolu."

5. Fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 92/49/KEE u fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 92/96/KEE, dan li ġej għandu jkun imdaħħal:

"5ċ. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-awtoritajiet kompetenti li jittrasmettu:

- lejn il-banek ċentrali u lejn il-korpi l-oħra b’funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet monetarji,

- meta xieraq, lejn l-awtoritajiet pubbliċi l-oħra responsabbli biex jissorveljaw sistemi ta’ pagamenti,

l-informazzjoni intenzjonata għat-twettiq tad-doveri tagħhom u jistgħu jawtorizzaw l-awtoritajiet bħal dawk jew lill-korpi li jikkomunikaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti dik l-informazzjoni li huma jistgħu jenħtieġu għall-iskopijiet tal-paragrafu 4. L-informazzjoni mwassla f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għal kondizzjonijiet ta’ segretezza professjonali imposta f’dan l-Artikolu."

6. Dan il-paragrafu 8 li ġej għandu jkum imdaħħal fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 77/780/KEE:

"8. Dan l-Artikolu m’għandux ifixkel lill-awtoritajiet kompetenti milli jikkomunikaw l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafi 1 sa 4 lejn "clearing house" jew korp simili rikonoxxut permezz tal-liġi nazzjonali ħalli jipprovdi "clearing" u twettiq ta’ servizzi għal wieħed mis-swieq ta’ l-Istati Membri jekk huma jikkunsidraw li jkun meħtieġ li jikkomunikaw l-informazzjoni sabiex jassiguraw il-funzjonar xieraq ta’ dawk il-korpi b’relazzjoni man-nuqqasijiet jew il-potenzjal ta’ nuqqasijiet mill-parteċipanti fis-suq. L-informazzjoni mwassla f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għal kondizzjonijiet ta’ segretezza professjonali indikati fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom, b’dana kollu, jassiguraw li informazzjoni li tkun waslitilhom permezz tal-paragrafu 2 ma tkunx tista’ tiġi żvelata fiċ-ċirkostanzi li hemm referenza għalihom f’dan il-paragrafu mingħajr il-kunsens espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawhom."

7. Fl-Artikolu 50 tad-Direttiva 85/611/KEE, paragrafi 2, 3 u 4 għandhom ikunu mibdula b’dan li ġej:

"2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuni kollha li jaħdmu jew li kienu ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll l-awdituri jew l-esperti li jaġixxu f’isem l-awtoritajiet kompetenti, huma marbuta bl-obbligu tas-segretezza professjonali. Din is-segretezza timplika li l-ebda informazzjoni kunfidenzjali li huma jistgħu jirċievu waqt it-twettiq tad-doveri tagħhom ma tista’ tkun żvelata lejn xi persuna jew awtorità liema tkun, ħlief f’għamla sommarja jew aggregata hekk li Ucits u kumpanniji ta’ amministrazzjoni u depositarji (minn hawn ’il quddiem irreferuti bħala impriżi li jikkontribwixxu lejn l-attività tan-negozju tagħhom) ma jkunux jistgħu jiġu identifikati individwalment, mingħajr preġudizzju għal każi koperti b’liġi kriminali.

Madanakollu, meta Ucits jew impriża li tikkontribwixxi lejn l-attività tan-negozju tagħha tkun giet iddikjarata bħala falluta jew li tkun ġiet xolta ta’ bil-fors, l-informazzjoni kunfidenzjali li ma tkunx tikkonċerna partijiet terzi involuti fi sforz ta’ salvataġġ tista’ tiġi żvelata fi proċedimenti ċivili jew kummerċjali.

3. Il-paragrafu 2 m’għandux ifixkel lill-awtoritajiet kompetenti tal-varji Stati Membri milli jagħmlu skambju ta’ l-informazzjoni bi qbil ma’ din id-Direttiva jew id-Direttivi l-oħra applikabbli għal Ucits u l-impriżi li jikkontribwixxu lejn attività tan-negozju tagħhom. Dik l-informazzjoni għandha tkun suġġetta għal kondizzjonijiet ta’ segretezza professjonali indikati fil-paragrafu 2.

4. L-Istati Membri jistgħu jiffinalizzaw ftehim ta’ koperazzjoni li jipprovdi għal skambju ta’ informazzjoni, ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi biss jekk l-informazzjoni kkomunikata tkun koperta b’garanziji ta’ segretezza professjonali mill-anqas ekwivalenti għal dawk li hemm dispożizzjonii dwarhom f’dan l-Artikolu.

5. L-awtoritajiet kompententi li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali permezz tal-paragrafi 2 jew 3 jkunu jistgħu jużawha biss fil-korsa tad-doveri tagħhom:

- li jivverifikaw li l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-bidu ta’ negozju ta’ Ucits jew ta’ l-impriżi li jikkontribwixxu lejn l-attività tan-negozju tagħhom ikunu milħuqa u li tiffaċilita l-monitoraġġ tat-twettiq ta’ dak in-negozju, tal-proċeduri amministrattivi u tal-kontijiet u tal-mekkaniżmi ta’ kontroll intern,

- biex jimponu sanzjonijiet,

- f’appelli amministrattivi kontra deċiżjonijiet ta’ l-awtoritajiet kompetenti, jew

- fi proċedimenti fi qrati mibdija skond l-Artikolu 51(2).

6. Il-paragrafi 2 u 5 m’għandhomx ifixklu l-iskambju ta’ l-informazzjoni:

(a) fi Stat Membru, meta jkun hemm żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar; jew

(b) fi Stat Membru jew bejn Stati Membri, bejn awtoritajiet kompetenti; u

- awtoritajiet b’responsabbiltà pubblika għal superviżjoni ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-impriżi ta’ investiment, l-impriżi ta’ assigurazzjoni u l-organizzazzjonijiet finanzjarji l-oħra u l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tas-swieq finanzjarji,

- korpi nvoluti fil-likwidazzjoni ta’ Ucits falluti u proċeduri simili oħra u ta’ l-impriżi li jikkontribwixxu lejn l-attività tan-negozju tagħhom,

- persuni responsabbli għat-twettiq ta’ awditjar statutorju tal-kontijiet ta’ l-impriżi ta’ assigurazzjoni, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-impriżi ta’ investiment u istituzzjonijiet finanzjarji oħra,

fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni, u fl-iżvelar lejn il-korpi li jamministraw skemi ta’ garanzija ta’ kumpens dwar l-informazzjoni meħtieġa biex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom. Dik l-informazzjoni għandha tkun suġġetta għal kondizzjonijiet ta’ segretezza professjonali indikati fil-paragrafu 2.

7. Independentement mill-paragrafi 2 sa 5, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw skambji ta’ l-informazzjoni bejn, l-awtoritajiet kompetenti u:

- l-awtoritajiet responsabbli biex jissorveljaw il-korpi involuti fil-likwidazzjoni jew il-falliment ta’ l-impriżi finanzjarji u l-proċeduri l-oħra simili, jew

- l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta’ persuni inkarigati li jwettqu awditjar statutorju tal-kontijiet ta’ l-impriżi ta’ assigurazzjoni, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-ditti ta’ investimenti u l-istituzzjonijiet finanzjarji oħra.

L-Istati Membri li jkollhom rikors għall-għażla li hemm dispożizzjonii dwarha fl-ewwel sub-paragrafu għandhom jenħtieġu mill-anqas li waħda minn dawn il-kondizzjonijiet tkun milħuqa:

- l-informazzjoni għandha tkun għall-iskopijiet li jitwettaq id-dover li hemm referenza għaliha fl-ewwel sub-paragrafu,

- l-informazzjoni mwassla f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għal kondizzjonijiet ta’ segretezza professjonali indikati fil-paragrafu 2,

- meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Memru ieħor, din ma tkunx tista’ tiġi żvelata mingħajr ftehim espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, għall-iskopijiet li dwarhom l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom biss.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-ismijiet ta’ l-awtoritajiet li jistgħu jirċievu informazzjoni bis-saħħa ta’ dan il-paragrafu.

8. Independentement mill-paragrafi 2 sa 5, l-Istati Membri jistgħu, bil-għan li tissaħħaħ l-istabbilità, inkluża l-integrità, tas-sistema finanzjarja, jawtorizzaw l-iskambju ta’ l-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet jew korpi responsabbli permezz tal-liġi għal tfittix u investigazzjoni ta’ ksur tal-liġi tal-kumpaniji.

L-Istati Membri li jkollhom rikors għal għażla li hemm dispożizzjonii dwarha fl-ewwel sub-paragrafu għandhom jenħtieġu mill-anqas li waħda minn dawn il-kondizzjonijiet tkun milħuqa:

- l-informazzjoni għandha tkun għall-iskopijiet li jitwettqu id-doveri li hemm referenza għalihom fl-ewwel sub-paragrafu,

- l-informazzjoni mwassla f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għal kondizzjonijiet ta’ segretezza professjonali indikati fil-paragrafu 2,

- meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, din ma tkunx tista’ tiġi żvelata mingħajr il-ftehim espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, għall-iskopijiet li dwarhom l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom biss.

Meta, fi Stat Membru, l-awtoritajiet jew korpi li hemm referenza għalihom fl-ewwel sub-paragrafu jwettqu d-doveri tagħhom ta’ tfittix jew investigazzjoni bl-għajnuna, in vista tal-kompetenza speċifika tagħhom, ta’ persuni maħtura għal dak l-iskop u li ma jkunux impjegati fis-settur pubbliku, il-possibiltà ta’ skambju ta’ l-informazzjoni li hemm dispożizzjonii dwarha fl-ewwel sub-paragrafu tista’ tkun estiża lejn persuni bħal dawk permezz tal-kondizzjonijiet stipulati fit-tieni sub-paragrafu.

Sabiex ikun implimentat is-subinċiż finali tat-tieni sub-paragrafu, l-awtoritajiet jew korpi li hemm referenza għalihom fl-ewwel sub-paragrafu għandhom jikkomunikaw lejn l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelaw l-informazzjoni, l-ismijiet u r-reponsabbilitajiet preċiżi tal-persuni li huma jkunu bagħtu.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-ismijiet ta’ l-awtoritajiet jew korpi li jistgħu jirċievu l-informazzjoni bis-saħħa ta’ dan il-paragrafu.

Qabel il-31 ta’ Diċembru 2000, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

9. Dan l-Artikolu m’għandux iżomm awtorità kompetenti milli tittrażmetti lill-banek ċentrali u lil korpi oħra b’funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet monetarji, l-informazzjoni ntenzjonata għat-twettiq tad-doveri tagħhom, l-anqas m’għandha tfixkel lill-awtoritajiet jew lill-korpi bħal dawk milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni li huma jistgħu jenħtieġu għall-iskopijiet tal-paragrafu 5. L-informazzjoni mwassla f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għal kondizzjonijiet ta’ segretezza professjonali imposta f’dan l-Artikolu.

10. Dan l-Artikolu m’għandux ifixkel lill-awtoritajiet kompetenti milli jikkomunikaw l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafi 2 sa 5 lil "clearing house" jew korp simili rikonoxxut mill-liġi nazzjonali biex jipprovdi servizzi ta’ "clearing" jew ta’ settlement għal wieħed mis-swieq ta’ l-Istati Membri jekk huma jikkunsidraw li jkun meħtieġ li jikkomunikaw l-informazzjoni sabiex jassiguraw il-funzjonar xieraq ta’ dawk il-korpi b’relazzjoni man-nuqqasijiet jew il-potenzjal ta’ nuqqasijiet mill-parteċipanti fis-suq. L-informazzjoni mwassla f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għal kondizzjonijiet ta’ segretezza professjonali indikati fil-paragrafu 2. L-Istati Membri għandhom, b’dana kollu, jassiguraw li l-informazzjoni li tkun waslitilhom permezz tal-paragrafu 3 ma tkunx tista’ tiġi żvelata fiċ-ċirkostanzi li hemm referenza għalihom f’dan il-paragrafu mingħajr il-kunsens espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawhom.

11. Minbarra dan, u indipendentement mid-dispożizzjoniijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 2 u 5, l-Istati Membri jistgħu, bis-saħħa tad-dispożizzjoniijiet stabbiliti bil-liġi, jawtorizzaw l-iżvelar ta’ ċerta informazzjoni lil dipartimenti oħra ta’ l-amministrazzjonijiet ċentrali tal-gvernijiet tagħhom li jkunu responsabbli għal leġislazzjoni dwar is-superviżjoni ta’ Ucits u l-impriżi li jikkontribwixxu lejn l-attività tan-negozji tagħhom, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-impriżi ta’ investiment u l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni u ta’ spetturi li jaġixxu f’isem dawk id-dipartimenti.

Żvelar bħal dan jista’ jsir, madanakollu, meta meħtieġ biss u għal raġunijiet ta’ kontroll prudenti.

L-Istati Membri għandhom, madanakollu, jipprovdu li l-informazzjoni li tkun waslitilhom permezz tal-paragrafi 3 u 6 ma tkunx tista’ qatt tiġi żvelata fiċ-ċirkostanzi li hemm referenza għalihom f’dan il-paragrafu mingħajr il-ftehim espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawhom."

L-Artikolu 5

Dawn li ġejjin għandhom ikunu inkorporati:

- fid-Direttiva 77/780/KEE, l-Artikolu 12a

- fid-Direttiva 92/49/KEE, l-Artikolu 16a,

- fid-Direttiva 92/96/KEE, l-Artikolu 15a,

- fid-Direttiva 93/22/KEE, l-Artikolu 25a,

- u fid-Direttiva 85/611/KEE, l-Artikolu 50a,

li jinqraw hekk:

"1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw mill-anqas li:

(a) kull persuna awtorizzata fil-qofol ta’ dak li tfisser id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE [10], li jkunu jwettqu fl-istituzzjoni ta’ kreditu d-dover deskritt fl-Artikolu 51 tad-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE [11], jew l-Artikolu 37 tad-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE, jew l-Artikolu 31 tad-Direttiva 85/611/KEE jew xi dover statutorju ieħor, għandhom ikollhom id-dover li jirrapurtaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti xi fatt jew deċiżjoni li tikkonċerna dik l-istituzzjoni, li dwarhom ikun sar konxju waqt li jkun qiegħed iwettaq dak id-dover, li aktarx:

- tikkostitwixxi ksur materjali tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjoniijiet amministrattivi li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jew li speċifikament tirregola l-eżerċizzju ta’ l-attivitajiet ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, jew

- jaffettwa il-funzjonament kontinwu ta’ l-impriża finanzjarja, jew

- twassal għal ċaħda ta’ ċertifikazzjoni tal-kontijiet jew għall-espressjoni ta’ riservi;

(b) dik il-persuna għandha wkoll ikollha d-dover li tirraporta xi fatt jew deċiżjonijiet li dwarhom issir konxja matul it-twettiq ta’ dover kif deskritt f’ (a) f’impriża li jkollha rabtiet mill-qrib li jirriżultaw minn relazzjoni ta’ kontroll mal-impriżi finanzjarji li fiha jkun qiegħed iwettaq id-dover imsemmi hawn fuq.

2. Dan l-iżvelar inbona fede lill-awtoritajiet kompetenti, minn persuni awtorizzati fil-qofol ta’ dak li tfisser id-Direttiva 84/253/KEE, ta’ xi fatt jew deċiżjoni li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 m’għandux jikkonstitwixxi ksur ta’ xi restrizzjoni dwar l-iżvelar ta’ l-informazzjoni mposta b’kuntratt jew b’xi dispożizzjoniijiet leġislattivi, regolatorji jew amministrattivi u m’għandux tinvolvi lil dawn il-persuni f’xi responsabilità ta’ kwalunke tip."

L-Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjoniijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sat-18 ta’ Lulju 1996. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex jagħmlu referenza bħal dik għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjoniijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva.

L-Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta’ Ġunju 1995.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

K. Hänsch

Għall-Kunsill

Il-President

M. Barnier

[1] ĠU C 229, tal-25.8.1993, p. 10.

[2] ĠU C 52, ta’ l-14.2.1994, p. 15.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 1994 (ĠU C 91, tat-28.3.1994, p. 61), Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 1994 (ĠU C 213, tat-3.8.1994, p. 29), id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Ottubru 1994 (ĠU C 323, tal-21.11.1994, p. 56).

[4] ĠU L 322, tas-17.12.1977, p. 30. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/646/KEE (ĠU L 386, tat-30.12.1989, p. 1).

[5] ĠU L 228, tas-16.8.1973, p. 3. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/49/KEE (ĠU L 228, tal-11.8.1992, p. 1).

[6] ĠU L 63, tat-13.3.1979, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/96/KEE (ĠU L 360, tad-9.12.1992, p. 1).

[7] ĠU L 141, tal-11.6.1993, p. 27.

[8] ĠU L 375, tal-31.12.1985, p. 3. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 88/220/KEE (ĠU L 100, tad-19.4.1988, p. 31).

[9] ĠU L 193, tat-18.7.1983, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/605/KEE (ĠU L. 317, tas-16.11.1990, p. 60).

[10] ĠU L 126, tat-12.5.1984, p. 20.

[11] ĠU L 222, ta’ l-14.8.1978, p. 11. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/605/KEE (ĠU L 317, tas-16.11.1990, p. 60).

--------------------------------------------------

Top