EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990R0650

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 650/90 tas-16 ta' Marzu 1990 li tikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

ĠU L 71, 17.3.1990, p. 11–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1990/650/oj

31990R0650



Official Journal L 071 , 17/03/1990 P. 0011 - 0012
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0122
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0122


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 650/90

tas-16 ta' Marzu 1990

li tikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar in-nomenklatura tat-tariffi u ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana, kif l-aħħar emendata bir-Regolament Nru 323/90 [2], u partikolarment l-Artikolu 9,

Billi sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomeklatura magħquda annessa ma’ l-imsemmi Regolament, huwa neċessarju illi jkunu adottati miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti li jagħmel referenza għalihom l-Anness ta' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament Nru 2658/87 ipprovda regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kollha jew in parti bbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjonijiet addizzjonali għaliha u li hi mwaqqfa b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bil-ħsieb għall-applikazzjoni ta' tariffa jew miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu man-negozju ta' oġġetti;

Billi, skond l-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa ma’ dan ir-Regolament għandhom ikunu kklassifikata skond il-kodiċi CN xierqa indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet ipprovduti fil-kolonna 3;

Billi l-Kumitat tan-Nomenklatura ma tax opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-President tiegħu, dwar il-prodott Nru 2 fit-tabella annessa;

Billi l-miżuri li huma pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura għar-rigward tal-prodotti Nru 1 u 3 fit-tabella annessa,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa kklassifikati fi ħdan in-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċi CN xierqa indikati fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha

Magħmul fi Brussell, fis-16 ta' Marzu 1990.

Għall-Kummissjoni

Henning Christophersen

Viċi-President

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 36, tat-8.2.1990, p. 7.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oggetti | Klassifikazzjoni tal-kodici GN | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

1.Affarijiet li fihom forma ta' kuruna ta' dijametri differenti (7 sa 35 cm) li jikkonsistu f'qasab ta' l-osjier, imqaxxrin u mbagħad mgħawġa u minsuġa (Ara r-ritratt Nru 1) | 46021091 | Il-klassifikazzjoni hi stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 1 tal-Kapitolu 6 kif ukoll it-testi tal-kodiċi CN 4602 u 46021091. L-oggetti ma jistgħux ikunu kklassifikati f'Kapitolu 6 peress illi ma jaderixxux mar-rekwiżiti tan-Nota 1 għal dan il-Kapitolu. |

2.Żraben ta' l-isport (buwts) bil-pett ta' barra tal-gomma u ta' fuq totalment ta' materjal tad-drapp fuq hiex ikunu meħjutin biċċiet ta' ġilda u biċċiet ta' drapp dekorattiv miksi bil-plastik meħjutin esternalment. Kisja tal-ġild ta' madwar 59 % ta' arja superfiċjali esterna, filwaqt illi l-materjal tad-drapp ikopri madwar 41 % (Ara ritratt Nru 2) | 64041100 | Il-klassifikazzjoni hi stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Noti 3 u 4 (a) u s-Subtitolu Nota 1 (b) tal-Kapitolu 64 kif ukoll it-testi tal-kodiċi 6404 u 64041100. Fil-fatt, ma jitteħidtx kont ta' dawk il-partijiet ta' ġilda jew plastik li jkunu accessorji jew rinforz, l-arja tal-materjal tad-drapp tippredomina. |

3.Folja ta' ħġieġ impinġi, ta' forma rettangolari (li tinkludi kaxxa) magħrufa bħala "ħġieġ ta' l-ortikoltura", li wieħed mix-xfar ikun sempliċiment illixxat u li normalment ikun użat fil-bini ta' greenhouses | 70049070 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u t-testi tal-kodiċi CN 7004 u 70049070. L-oġġetti ma jistgħux ikunu kklassifikati taħt is-subtitolu 70060090 peress li huma ma nħadmux fi ħdan it-tifsir ta' dak is-subtitolu. L-illixxar li jkun sar fuq wieħed mix-xfar huwa mingħajr xi sinifikat reali min naħa tekniku u ekonomiku u għalhekk ma jbiddilx il-karattru ta' l-oġġetti kif speċifikat taħt B. tan-Nota Spjegattiva tas-Sistema Armonizzata għall-Intestatura 7006. |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top