EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31976L0211

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Jannar ta’ l-1976 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-prekondizzjonament bil-piż jew bil-volum ta’ ċerti prodotti f’imballaġġ minn qabel

ĠU L 46, 21.2.1976, p. 1–11 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 26/07/2019

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1976/211/oj

31976L0211

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Jannar ta’ l-1976 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-prekondizzjonament bil-piż jew bil-volum ta’ ċerti prodotti f’imballaġġ minn qabel

Official Journal L 046 , 21/02/1976 P. 0001 - 0011
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 2 P. 0031
Greek special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0195
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 2 P. 0031
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0244
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 4 P. 0244
CS.ES Chapter 13 Volume 003 P. 91 - 101
ET.ES Chapter 13 Volume 003 P. 91 - 101
HU.ES Chapter 13 Volume 003 P. 91 - 101
LT.ES Chapter 13 Volume 003 P. 91 - 101
LV.ES Chapter 13 Volume 003 P. 91 - 101
MT.ES Chapter 13 Volume 003 P. 91 - 101
PL.ES Chapter 13 Volume 003 P. 91 - 101
SK.ES Chapter 13 Volume 003 P. 91 - 101
SL.ES Chapter 13 Volume 003 P. 91 - 101


Id-Direttiva tal-Kunsill

tal-21 ta’ Jannar ta’ l-1976

fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-prekondizzjonament bil-piż jew bil-volum ta’ ċerti prodotti f’imballaġġ minn qabel

(76/211/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropeja, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi f’ħafna mill-Istati Membri l-kondizzjonijiet għall-bejgħ ta’ prodotti f’imballaġġ minn qabel huma soġġetti għal regolamenti mandatarji li huma differenti minn Stat Membru għall-iehor, b’hekk ifixklu n-negozju ta’ l-imballaġġ minn qabel; billi dawn id-dispożizzjonijiet għandhom b’hekk jiġu approssmati;

Billi, sabiex jgħin il-konsumaturi li jkunu infurmati sew, il-metodu ta’ mmarkjar fuq l-imballaġġ minn qabel l-użin nominali jew volum tal-prodott fl-imballaġġ minn qabel, għandu jiġi ppreżentat;

Billi hu neċessarju li jkun speċifikat li l-iżbalji tollerabbli negattivi fil-kontenut ta’ l-iimballaġġ lest u billi metodu ta’ referenza għal tali kontroll għandu jiġi mfisser sabiex jipprovdi metodu sempliċi li jassigura li l-imballaġġ minn qabel jikkonforma mad-dispożizzjonijiet mniżżla;

Billi l-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE tas-26 ta’ Lulju ta’ l-1971 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jittrattaw dispożizzjonijiet komuni għaż-żewġ strumenti tal-kejl u metodi ta’ kontroll metroloġiku [3], kif l-aħħar emendat permezz ta’ l-Att ta’ Adeżjoni [4], jipprovdi li l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti għal marketing ta’ ċerti prodotti, b’mod partikolari dak li jirrigwarda l-kejl u l-immarkar ta’ kwantitajiet f’imballaġġ minn qabel, jistgħu jkunu koperti permezz ta’ Direttivi separati;

Billi bidla daqshekk malajr fil-mod ta’ determinazzjoni ta’ kwantità stabbilita mil-legiżlazzjoni nazzjonali tagħhom u l-organizzazzjoni ta’ sistemi ta’ kontroll ġodda kif ukoll l-adozzjoni ta’ sistema ta’ miżuri ġodda jippreżentaw diffikultajiet għal ċerti Stati Membri, perjodu transitorju għandu jingħata għal dawn l-Istati Membri; billi tali dispożizzjoni m’għandiex, iżda, tkompli tfixkel in-negozju ġewwa l-Komunità għal prodotti kkonċernati u ma għandix tippreġudika l-implimentazzjoni tad-Direttiva fl-Istati Membri oħra,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva tirrigwarda l-imballaġġ minn qabel ta’ prodotti ħlief dawk imsemmija fid-Direttiva tal-Kunsill 75/106/KEE tad-19 ta’ Diċembru ta’ l-1974 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-preparazzjoni permezz ta’ volum ta’ ċerti likwidi f’imballaġġ minn qabel [5], u li huma intenzjonati għal bejgħ f’kwantitajiet ta’ unità kostanti nominali li huma:

- ugwali għal valuri diġa determinati minn min jippakkja,

- espressi f’unitajiet ta’ użin jew volum,

- mhux inqas minn 5g jew 5ml u mhux iktar minn 10 kili jew 10 l.

Artikolu 2

1. Imballaġġ lest fid-definizzjoni ta’ din id-Direttiva hi l-għaqda ta’ prodott u l-imballaġġ individwali li fih hu f’imballaġġ minn qabel.

2. Prodott hu f’imballaġġ minn qabel meta hu mqieghed f’pakkett ta’ kwalunkwe għamla mingħajr ma x-xerrej ikun preżenti u l-kwantità ta’ prodott fil-pakkett għandu valur diġa determinat u ma jistax jinbidel mingħajr ma’ l-pakkett jew jinfetaħ jew ikum hemm modifikazzjoni perċetibbli.

Artikolu 3

1. Il-pakketti f’imballaġġ minn qabel li jistgħu jkollhom il-marka ta’ l-KEE speċifikata f’sezzjoni 3.3 ta’ l-Anness I huma dawk li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u ma’ l-Anness I hawn imniżżla.

2. Huma għandhom ikunu soġġetti għal kontroll metroloġiku taħt il-kondizzjonijiet imfissra fl-Anness I, sezzjoni 5 u f’L-Anness II

Artikolu 4

1. Il-pakketti f’imballaġġ minn qabel msemmija fl-Artikolu 3 għandhom, ma’ l-Anness I, jkollhom indikazzjoni ta’ l-użin jew volum tal-prodott, magħruf bħala ‘użin nominali’ jew ‘volum nominali’, li huma rikjesti li jkollhom.

2. Imballaġġ lesti ta’ prodotti ta’ likwidi għandhom ikunu mmarkati bil-volum nominali u pakketti pakkeġjati lesti ta’ prodotti oħra għandhom jkunu mmarkati bl-użin nominali, ħlief fil-każ ta’ prattika tal-kummerċ jew regolamenti nazzjonali li jipprovdu xort’ohra u li huma identiċi fl-Istati Membri kollha, jew fil-każ ta’ regoli tal-Komunità kontrarji.

3. Jekk prattika tal-kummerċ jew regolamenti nazzjonali m’humiex l-istess fl-Istati Membri kollha għal kategorija ta’ prodotti jew għal tip ta’ imballaġġ lest, dak l-imballaġġ lest għandu juri mill-inqas l-informazzjoni metroloġika li tikkorrispondi għal prattika tal-kummerċ jew regolamenti nazzjonali fil-pajjiż ta’ destinazzjoni.

4. Sakemm jiskadi il-perjodu transitorju fejn l-użu tal-unitajiet imperjali tal-kejl li jidhru fl-Anness II għad-Direttiva tal-Kunsill 71/354/KEE tat-18 ta’ Ottubru ta’ l-1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jittrattaw il-unitajiet ta’ miżuri [6], kif emendat permezz ta’ l-Att taa Adeżjoni, hu awtoriżżat fil-Komunità, l-indikazzjoni ta’ l-użin nominali u/jew volum nominali tal-kontenut espressi f’unitajiet SI ta’ skond is-sezzjoni 3.1 ta’ l-Anness I ta’ din id-Direttiva għandha, jekk l-Ingilterra jew l-Irlanda hekk tixtieq, tkun akkumpanjata fuq it-territorji nazzjonali tagħhom, permezz ta’ indikazzjoni tal-valur ekwivalenti f’unitajiet imperjali ta’ miżuri (UK), ikkalkulat fuq il-bażi tal-fatturi ta’ konverżjoni segwenti:

1 g = 0.0353 uqijiet (avoirdupois),

1 kg = 2205 libbri

1 ml = 0.0352 uqijiet fluwidi,

1 l = 1760 pinti jew 0220 glalen.

Artikolu 5

L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw, jipprojbixxu jew jirristrinġu t-tqiegħed fis-suq ta’ imballaġġ lest li jissodisfa r-rekwiżiti u t-testijiet preskritti f’din id-Direttiva għal raġunijiet li jikkonċernaw il-marki rekwiżiti li jinstabu f’dan l-imballaġġ minn qabel skond din id-Direttiva, id-determinazzjoni tal-volum jew użin tagħhom, jew il-metodi li permezz tagħhom huma tkejlu jew ġew ivverifikati.

Artikolu 6

L-emendi neċessarji biex ikunu adattati l-ħtiġiet ta’ l-Anness I u II ta’ din id-Direttiva għal progress tekniku għandu jkun adottat skond il-proċedura preskritta fl-Artikoli 18 u 19 tad-Direttiva 71/316/KEE.

Artikolu 7

1. L-Istati Membri għandhom jinfurzaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar min-notifika tagħha u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b’dan.

2. Bħala deroga mill-paragrafu 1, il-Belġju, l-Irlanda, l-Olanda u l-Ingilterra jistgħu jiddiferixxu l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u l-Anness tagħha sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru ta’ l-1979.

3. Waqt il-perjodu meta d-Direttiva ma tkunx qiegħda topera fi Stat Membru, dak l-Istat Membru ma għandux jintroduċi miżuri ta’ kontroll iktar iebsa rigward il-kwantita’ li hemm fl-imballaġġ minn qabel kopert minn din id-Direttiva u li ġej minn Stati Membri oħra minn dawk fis-seħħ meta d-Direttiva ġiet adottata.

4. Matul l-istess perjodu, l-Istati Membri li implimentaw id-Direttiva għandhom jaċċettaw dawk l-imballaġġ minn qabel ġejjin minn Stati Membri li jibbenefikaw mid-deroga provduta fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li jikkonforma ma’ sezzjoni 1 ta’ l-Anness I, anke jekk ma għandhomx is-sinjal KEE fuqhom li hi msemmija f’sezzjoni 3.3 ta’ l-Anness I, fuq l-istess bażi u taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dak l-imballaġġ minn qabel li jikkonforma mar-rekwiżiti kollha tad-Direttiva.

5. Il-verifiki provduti fl-Anness I, sezzjoni 5 għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni meta l-imballaġġ minn qabel immanifatturat barra l-Komunità huwa importat fit-territorju tal-Komunità fi Stat Membru li għadu ma implimentax id-Direttiva skond dan l-Artikolu.

6. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva huma kkomunikati lill-Kummissjoni.

Artikolu 8

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-20 ta’ Jannar 1976.

Għall-Kunsill

Il-President

G.Thorn

[1] ĠU Ċ 48, 25.4.1974, p. 21

[2] ĠU Ċ 109, 19.9.1974, p. 16.

[3] ĠU L 202, 6.9.1971, p. 1.

[4] ĠU L 73, tas-27.3.1972, p. 14.

[5] ĠU L 42, 15.2.1975, p. 1.

[6] ĠU L 243, 29.10.1971, p. 29.

--------------------------------------------------

ANNESS I

1. GĦANIJIET

Imballaġġ minn qabel kopert permezz ta’ din id-Direttiva għandhu jkun magħmul b’tali mod li l-pakketti kompluti jissodisfaw l-ħtiġiet li ġejjin;

1.1. il-kontenuti attwali ma għandhomx ikunu inqas, b’medja, mill-kwantità nominali;

1.2. il-proporzjon ta’ l-imballaġġ minn qabel li għandu żball negattiv ikbar mill-iżball negattiv tollerabli stabbilit f’2.4 għandu jkun suffiċjentement żgħir għal gruppi ta’ imballaġġ minn qabel sabiex jisoddisfa r-rekwiziti tat-testijiet speċifikati fl-Anness II;

1.3. l-ebda imballaġġ lest li għandu żball negattiv ikbar minn darbtejn l-iżball negattiv tollerabli mogħti fil-lista f’2.4 ma jista’ jkollu s-sinjal tal-KEE fuqu provdut f’3.3.

2. DEFINIZZJONIJIET U DISPOSIZZJONIJIET BAŻIĊI

2.1. Il-kwantità nominali (użin nominali jew volum nominali) tal-kontenuti ta’ pakkett lest hu l-użin jew volum indikat fuq l-imballaġġ minn qabel, jiġifieri l-kwantità tal-prodott li l-imballaġġ hu maħsub li jikkontjeni.

2.2. Il-kontenuti attwali ta’ l-imballaġġ minn qabel huma l-kwantità (użin jew volum) ta’ prodott li fil-fatt jikkontjeni. Fl-operazzjonijiet kollha għal verifika ta’ prodotti espressi f’unitajiet ta’ volum, il-valur użat għal kontenuti attwali għandhom ikunu mkejla jew koreġuti f’temperatura ta’ 20ºC, tkun li tkun it-temperatura f’liema isir l-imballaġġ jew il-verifika. Iżda, din ir-regola ma għandhiex tapplika għal prodotti surġelati jew iffriżati, li l-kwantitajiet tagħhom hija espressa f’unitajiet ta’ volum.

2.3. L-iżball negattiv ta’ imballaġġ minn qabel hu l-kwantità permezz ta’ liema kontenuti attwali ta’ l-imballaġġ minn qabel huma inqas mill-kwantità nominali.

2.4. L-iżball negattiv tollerabli fil-kontenuti ta’ l-imballaġġ minn qabel hu ffissat skond il-lista hawn taħt, fejn il-prodotti huma maqsuma f’żewġ taqsimiet ("A" u "B"), kif stabbilit f’2.5 u 2.6 hawn taħt, skond il-karatterisitiċi fiżiċi tagħhom u/jew il-proċessi ta’ l-imballaġġ li jgħaddu minnhom u l-valuri tal-kwantitajiet nominali.

Kwantità nominali Qn, f’grammi jew millilitri | Żbalji negattivi tollerabbli |

"A"Klassi | "B"Klassi |

bħala % ta’ Qn | g jew ml | bħala % ta’ Qn | g jew ml |

‘il fuq minn 5 u inqas minn 25 | — | — | 9 | — |

minn 25 sa 50 | 4.5 | — | 9 | — |

minn 50 sa 100 | — | 2.25 | — | 4.5 |

minn 100 sa 200 | 2.25 | — | 4.5 | — |

minn 200 sa 300 | — | 4.5 | — | 9 |

minn 300 sa 500 | 1.5 | — | 3 | — |

minn 500 sa 1000 | — | 7.5 | — | 15 |

minn 1000 sa 10000 | 0.75 | — | 1.5 | — |

Meta tuża t-tabella, il-valuri ta’ l-iżbalji negattivi tollerabli murija bħala perċentaġġi fil-lista, kkalkulati bħala unitajiet ta’ użin jew volum, għandhom ikunu arrotonditi bħala wieħed minn kull għaxra ta’ gramma jew millilitru għad-dritt.

2.5. Il-prodotti segwenti għandhom ikunu kkunsidrati bħala li jappartjenu ma’ Taqsima "A".

(a) prodotti li huma solidi jew diffiċli li jkunu mferrgħin fl-istadju ta’ bejgħ iżda li jkunu jistgħu jsiru likwidi biżżejjed fil-kors ta’ pimballaġġ, u li ma jikkontjenux l-ebda solidu apparenti jew elementi ta’ gassijiet, u li jistgħu ikunu ppakkjati f’operazzjoni waħda,

(b) prodotti fl-għamla ta’ trab,

(ċ) prodotti magħmula minn biċċiet, fdalijiet jew frak, li l-unità ta’ l-użin tagħhom li ma tiskorrix terz ta’ l-iżball negattiv tollerabli li jikkorrispondi ma’ l-użin nominali tal-kontenuti ta’ l-imballaġġ minn qabel fit-Taqsima "A" ringiela tat-tabella f’2.4,

(d) prodotti tal-pejst li jistgħu faċilment ikunu mdellkin, sakemm dawn il-prodotti,

la darba huma mwieżna jew ippakkjati, m’humiex soġġetti għal iktar proċessar jew huma soġġetti biss għal proċessar li ma jbiddilx il-kwantità attwali tal-kontenuti.

2.6. Il-prodotti kollha li ma jaqawx fit-taqsima deskritti f’2.5 għandha tappartjeni lil Taqsima "B". Il-prodotti segwenti għandhom ukoll ikunu kkunsidrati bħala li jappartjenu ma’ Taqsima "B".

(a) prodotti likwidi,

(b) prodotti ppakkeġġjati lesti ta’ użin nominali jew volum inqas minn 25g jew 25ml,

(ċ) prodotti b’proprjetajiet reologiċi (eż. likwidità jew viżkożità) jew densità meta jkun hemm ċirkolazzjoni li ma tistax tibqa’ biżżejjed konstanti permezz ta’ metodi tekniċi adegwati.

3. ISKRIZZJONIJIET U MARKI

L-imballaġġ minn qabel kollu magħmul skond din id-Direttiva għandu jkollu fuq il-pakkett il-marki li ġejjin mwaħħla b’tali mod li ma jithassrux, jinqraw faċilment u viżibbli fuq l-imballaġġ minn qabel f’kondizzjonijiet normali ta’ preżentazzjoni:

3.1. il-kwantità nominali (użin nominali jew volum nominali), espressa f’kilogrammi, grammi, litri, ċentilitri jew millilitri, u immarkata f’figuri ta’ mhux inqas minn 6 mm għolja jekk il-kwantità nominali tiskorri 1000g jew 100ċl; 4 mm għolja jekk hi bejn 1000g jew 100ċl inkluż inqas minn iżda mhux inkluż 200g jew 20ċl, u 3 mm għolja jew m’huwiex iktar minn 200g jew 20ċl, segwit mis-simbolu għall-unità ta’ kejl jew meta xieraq permezz ta’ l-isem tal-unità skond id-Direttiva 71/354/KEE

marki f’unitajiet imperjali (UK) għandhom ikun peremezz ta’ ittri u figuri f’dimenzjonijiet mhux ikbar minn dawk il-marki kkorrispondenti f’unitajiet SI;

3.2. marka jew iskrizzjoni li tippermetti d-dipartimenti kompetenti sabiex jiddentifikaw min jippakkja jew il-persuna li tirranġa għall-iimballaġġ jew l-importatur stabbilit fil-Komunità;

3.3 "e" żgħira, għall-inqas 3mm għolja, imqiegħda fl-istess pjan ta’ viżjoni bħall-indikazzjoni ta’ l-użin nominali jew volum nominali, li tikkonstitwixxi garanzija minn min jippakkja jew l-importatur li l-imballaġġ minn qabel jħares il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

Din l-ittra għandu jkollha l-għamla kif murija fit-tpinġija f’sezzjoni 3 ta’ l-Anness II għad-Direttiva 71/316/KEE.

L-Artikolu 12 ta’ din l-aħħar Direttiva għandha tapplika mutatis mutandis.

4. RESPONABBILITÀ TA’ MIN JIPPAKKJA JEW IMPURTATUR

Min jippakkja jew l-impurtatur għandu jkun responsabbli sabiex jassigura li l-imballaġġ minn qabel jħares ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

Il-kwantità ta’ prodott f’imballaġġ lest (jew kwantità ta’ imballaġġ), magħruf bħala il-"kontenuti attwali", għandu jkun imkejjel jew ivverifikat permezz ta’ l-użin jew volum fuq ir-responsabbilità ta’ min jippakkja u/jew impurtatur. Il-kejl jew verifika għandu jsir permezz ta’ strument ta’ miżuri legali adattat biex isiru l-operazzjonijiet meħtieġa.

Il-verifika tista’ ssir permezz ta’ kampjuni.

Fejn il-kontenuti attwali mhumiex mkejla, il-verifika maħruġa minn min jippakkja għandu jkun hekk organizzat li l-kwantitàjiet tal-kontentui hu assigurat effettivament.

Din il-kondizzjoni hi mwettqa jekk min jippakkja joħroġ verifiki ta’ produzzjoni skond il-proċeduri magħrufa mid-dipartimenti kompetenti fl-Istati Membri u jekk iżomm fid-dispożizzjoni ta’ dawk id-dipartimenti d-dokumenti li jikkontjenu r-riżultati ta’ tali verifika, sabiex jiċċertifikaw li dawn il-verifiki, flimkien ma’ kwalunkwe korrezzjonijiet u aġġustamenti li dehru meħtieġa, saru korrettement u preċiżament.

Fil-każ ta’ importazzjoni minn pajjiżi mhux fil-KEE, l-impurtatur jista’ minnflok ma’ jkejjel u jivverifika jipprovdi evidenza li hu fil-pussess tal-garanziji neċessarji kollha li jħalluh jassumi r-responsabbilità.

Fil-każ ta’ prodotti f’kwantitajiet espressi f’unitajiet ta’ volum, wieħed minn bosta metodi ta’ tħaris tal-ħtiġiet ta’ kejl u verifika hu li jintuża, fil-preparazzjoni ta’ l-imballaġġ minn qabel, kontenitur ta’ kejl tat-tip definit fid-Direttiva li tirriferi għalih, mimli taħt il-kundizzjonijiet preskritti f’dik id-Direttiva u hawn imsemmi.

5. VERIFIKI LI GĦANDHOM ISIRU MID-DIPARTIMENT KOMPETENTI FL-ISTABBILIMENTI TA’ MIN JIPPAKKJA JEW TA’ L-IMPURTATUR

Verifika sabiex jiġi assikurat li l-imballaġġ minn qabel għandha tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva għandha tinħareġ permezz tad-dipartimenti kompetenti ta’ l-Istati Membri permezz ta’ teħid ta’ kampjun fl-istabbiliment ta’ min jippakkja jew, jekk dan mhux prattiku, fl-istabbiliment ta’ l-impurtatur jew l-aġent tiegħu stabbilit fil-Komunità.

Din il-verifika statistika ta’ teħid ta’ kampjun għandha tinħareġ skond il-metodi aċċettati ta’ spezzjoni ta’ aċċettazzjoni ta’ kwalità. L-effettività tagħha għandha tkun paragunabbli ma’ dak tal-metodu ta’ referenza speċifikata fl-Anness II.

6. VERIFIKI OĦRA MAĦRUĠA MID-DIPARTIMENTI KOMPETENTI

Din id-Direttiva ma għandix teskludi l-ebda verifika li jistgħu jinħarġu mid-dipartimenti kompetenti ta’ l-Istati Membri f’kwalunkwe stat tal-proċess ta’ marketing, b’mod partikolari b’għan ta’ verifika li l-imballaġġ minn qabel jilħaq il-ħtiġiet tad-Direttiva.

L-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 71/316/KEE għandu japplika mutatis mutandis.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Dan l-Anness jistabbilixxi l-proċeduri tal-metodu ta’ referenza għal verifika statistika ta’ gruppi ta’ imballaġġ lest sabiex iħares il-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva u ta’ sezzjoni 5, l-Anness I tiegħu.

Din il-verifika hi bbażata fuq ISO standard Nru 2859 rigward metodu ta’ prova permezz ta’ attributi, billi jittieħed livell ta’ kwalità aċċetabbli ta’ 2 75 % Il-livell ta’ teħid ta’ kampjun jikkorrispondi għal-livell II ta’ dak l-istandard ta’ testijiet mhux distruttivi u għal livell S3 għar-rigward ta’ testijiet distruttivi.

1. ĦTIĠIET GĦAL KEJL TALKONTENUTI ATTWALI TA’ L-IMBALLAĠĠ MINN QABEL

Il-kontenuti attwali ta’ l-imballaġġ minn qabel jista’ jkun imkejjel direttament permezz ta’ strumenti ta’ l-użin jew strumenti tal-volum jew, f’każ ta’ likwidi, indirettament, premezz ta’ l-użin tal-prodott pakkeġġjat lest u permezz tal-kejl tad-densità tiegħu.

Irrespetivament mill-metodu użat, l-iżball li sar fil-kejl tal-kontenuti attwali ta’ l-imballaġġ minn qabel ma għandux jiskorri wieħed minn ħamsa ta’ l-iżball negattiv tollerabli għal kwantità nominali ta’ l-imballaġġ minn qabel.

Il-proċedura għal kejl tal-kontentuti attwali ta’ l-imballaġġ minn qabel jista’ jkun soġġett għal regolamenti domestiċi f’kull Stat Membru.

2. ĦTIĠIET GĦAL VERIFIKA TA” L-IMBALLAĠĠ MINN QABEL

Il-verifika ta’ l-imballaġġ minn qabel għandu jinħareġ permezz ta’ teħid ta’ kampjuni u għandu jkun f’żewġ partijiet:

- verifika li tkopri l-kontenuti attwali ta’ kull imballaġġ lest fil-kampjun.

- verifika oħra fuq il-medja tal-kontentui attwali ta’ l-imballaġġ minn qabel fil-kampjun.

Gruppi ta’ imballaġġ lest għandhom ikunu konsiderati bħala aċċettabli jekk ir-riżultati tat-tnejn mill-verifika jissodisfaw il-kriterju ta’ aċċettazzjoni.

Għal kull wieħed minn dawn il-verifiki, hemm żewġ pjanijiet ta’ teħid ta’ kampjun:

- wieħed għal testijiet li mhumiex distruttivi, jiġifieri, testijiet li ma jinvolvux il-ftuħ tal-pakkett.

- l-ieħor għal testijiet distruttivi, jiġifieri, testijiet li jinvolvu l-ftuħ jew distruzzjoni tal-pakkett.

Għal raġunijiet ekonomiċi u prattiċi, dawn l-aħħar testijiet għandhom ikunu limitati għal minimu assolut essenzjali; hu inqas effettiv mit-test li mhux distruttiv.

Testjar distruttiv għandu għalhekk ikun użat biss meta t-testjar mhux distruttiv mhux prattiku. Bħala regola ġenerali ma għandux ikun applikat għal gruppi ta’ inqas minn 100 unitajiet.

2.1. Gruppi pakkeġġjati minn qabel.

2.1.1 Il-grupp għandu jkun magħmul mill-imballaġġ minn qabel kollu ta’ l-istess tip u l-istess lott ta’ produzzjoni li għandhom ikunu spezzjonati.

2.1.2 Meta l-imballaġġ minn qabel huwa verifikat fl-aħħar tal-linja ta’ l-imballaġġ, in-numru f’kull grupp għandu jkun ugwali għar-rendiment massimu f’siegħa tal-linja ta’ l-imballaġġ, mingħajr l-ebda restrizzjoni tal-qies tal-grupp.

F ’każijiet oħra l-qies tal-grupp għandu jkun limitat għal 10000.

2.1.3 Għal gruppi ta’ inqas minn 100 pakkeġġ lesti, it-testijiet mhux distruttivi, fejn isiru, għandhom ikunu 100 %.

2.1.4 Qabel isiru t-testijiet f’2.2 u 2.3, numru suffiċjenti ta’ imballaġġ lest għandu jkun estratt każwalment mill-grupp sabiex tkun tista’ ssir il-verifika tal-akbar kampjun.

Għal verifika l-oħra, il-kampjun neċessarju għandu jkun estratt każwalment mill-ewwel kampjun u jkun immarkat.

Din l-operazzjoni ta’ immarkar għandha tkun lesta qabel il-bidu ta’ l-operazzjonijiet ta’ kejl.

2.2 Verifika tal-kontenuti minimi aċċettabbli ta’ imballaġġ lest

2.2.1. Il-kontenuti minimi aċċettabbli għandhom ikunu kalkulati permezz ta’ tnaqqis ta’ l-iżball negattiv tollerabli għal kontenuti kkonċernati mill-kwantità nominali ta’ l-imballaġġ minn qabel.

2.2.2. Għal verifiki permezz ta’ teħid ta’ kampjun, għandu jintuża wieħed mill-pjanijiet li ġejjin ta’ teħid ta’ kampjun (wieħed jew doppju), biex ikunu magħżula minn kull Stat Membru.

2.2.3. Għal verifiki permezz ta’ teħid ta’ kampjun, għandu jintuża wieħed mill-pjanijiet li ġejjin ta’ teħid ta’ kampjun (wieħed jew doppju), biex ikunu magħżula minn kull Stat Membru.

2.2.3.1. Pjan ta’ kampunatura wieħed

In-numru ta’ imballaġġ lest verifikat għandu ikun ugwali għan-numru fil-kampjun, kif indikat fil- pjan

- in-numru ta’ unitajiet difettużi misjuba f’kampjun hu inqas minn jew ugwali għal kriterju għall-aċċettazzjoni, il-grupp ta’ imballaġġ lest għandu jkun ikkunsidrat bħala aċċettabbli għall-għan ta’ din il-verifika;

- in-numru ta’ unitajiet difettużi misjuba f’kampjun hu ugwali għal jew iktar mill-kriterju għal rifjut, il-grupp ta’ imballaġġ lest għandu jkun irrifjutat.

2.2.3.1.1. Pjan ta’ testjar mhux distruttiv

Numru fil-grupp | Numru fil-kampjun | Numru ta’ unitajiet difettużi |

Kriterju ta’ accettazzjoni | Kriterju ta’ rifjut |

100 sa 150 | 20 | 1 | 2 |

151 sa 280 | 32 | 2 | 3 |

281 sa 500 | 50 | 3 | 4 |

501 sa 1200 | 80 | 5 | 6 |

1201 sa 3200 | 125 | 7 | 8 |

3201 u iktar | 200 | 10 | 11 |

2.2.3.1.2. Pjan ta’ testjar distruttiv

Numru fil-grupp | Numru fil-kampjun | Numru ta’ unitajiet difettużi |

Kriterju ta’ accettazzjoni | Kriterju ta’ rifjut |

Ikun li jkun in-numru (≥ 100) | 20 | 1 | 2 |

2.2.3.2. Pjan ta’ teħid ta’ kampjun doppju

L-ewwel numru ta’ imballaġġ lest verifikat għandu jkunu ugwali għan-numru ta’ unitajiet fl-ewwel kampjun, kif indikat fil-pjan:

- jekk in-numru ta’ unitajiet diffettużi misjuba fl-ewwel kampjun hu inqas minn jew ugwali għall-ewwel kriterju ta’ aċċettazzjoni, il-grupp għandu jkun ikkunsidrat bħala aċċettabbli għall-għan ta’ din il-verifika;

- jekk in-numru ta’ unitajiet difettużi misjuba fl-ewwel kampjun hu ugwali għal jew iktar mill-kriterju għall-ewwel rifjut, il-grupp għandu jkun irrifjutat;

- jekk in-numru ta’ unitajiet difettużi misjuba fl-ewwel kampjun huwa bejn l-ewwel kriterju ta’ aċċettazzjoni u l-ewwel kriterju ta’ rifjut, it-tieni kampjun għandu jiġi verifikat, li n-numru ta’ unitajiet tiegħu hu indikat fil-pjan.

L-unitajiet difettużi fl-ewwel u t-tieni kampjuni għandhom ikunu miżjuda flimkien u:

- jekk is-somma kollha ta’ unitajiet difettużi hu inqas minn jew ugwali għat-tieni kriterju ta’ aċċettazzjoni, il-grupp għandu jkun ikkunsidrat bħala aċċettabbli għall-għan tal-verifika;

- jekk is-somma kollha ta’ unitajiet difettużi hu ikbar minn jew ugwali għat-tieni kriterju ta’ rifjut, il-grupp għandu jkun rifjutat.

2.2.3.2.1. Pjan ta’ testjar mhux distruttiv

Numru fil-grupp | Kampjuni | Numru ta’ unitajiet difettużi |

Ordni | Numru | Somma kollha | Kriterju ta’ accettazzjoni | Kriterju ta’ rifjut |

100 sa 150 | L-ewwel | 13 | 13 | 0 | 2 |

It-tieni | 13 | 26 | 1 | 2 |

151 sa 280 | L-ewwel | 20 | 20 | 0 | 3 |

It-tieni | 20 | 40 | 3 | 4 |

281 sa 500 | L-ewwel | 32 | 32 | 1 | 4 |

It-tieni | 32 | 64 | 4 | 5 |

501 sa 1200 | L-ewwel | 50 | 50 | 2 | 5 |

It-tieni | 50 | 100 | 6 | 7 |

1201 sa 3200 | L-ewwel | 80 | 80 | 3 | 7 |

It-tieni | 80 | 160 | 8 | 9 |

3201 u iktar | L-ewwel | 125 | 125 | 5 | 9 |

It-tieni | 125 | 250 | 12 | 13 |

2.2.3.2.2. Pjan ta’ testjar distruttiv

Numru fil-grupp | Kampjuni | Numru ta’ unitajiet difettużi |

Ordni | Numru | Somma kollha | Kriterju ta’ accettazzjoni | Kriterju ta’ rifjut |

Ikun li jkun in-numru (≥ 100) | L-ewwel | 13 | 13 | 0 | 2 |

It-tieni | 13 | 26 | 1 | 2 |

2.3. Verifika tal-medja tal-kontenuti attwali ta’ l-imballaġġ minn qabel individwali li jagħmlu grupp

2.3.1. Grupp ta’ imballaġġ lest għandu jkun ikkunsidrat bħala aċċettabbli għall–għanijiet ta’ din il-verifika jekk il-valur medju

x

=

∑ x

tal-kontenuti attwali xi ta’ imballaġġ lest n f’kampjunhu ikbar mill-valur:

Q

· t

F’din il-formula:

Qn = il-kwantità nominali ta’ l-imballaġġ minn qabel,

n = in-numru ta’ imballaġġ lest fil-kampjun għal din il-verifika,

s = id-devjazzjoni standard stmata tal-kontenuti attwali tal-grupp,

t (1 – α) = 0995 livell ta’ kunfidenza ta’ distribuzzjoni ta’ Student b’ v = n – 1 grad ta’ libertà.

2.3.2. Jekk xi hija l-valur mkejjel għal kontenuti attwali ta’ l-oġġett i fil-kampjun li jikkontjeni n oġġetti mela:

2.3.2.1. il-medja tal-valuri mkejla għall-kampjun jinkiseb permezz tal-kalkulazzjoni li ġejja:

x

=

x

in

2.3.2.2. u l-valur stmat tad-devjazzjoni standard s permezz tal-kalkulazzjoni li ġejja:

- l-għadd kwadrat tal-valuri mkejla:

- il-kwadrat ta’ l-għadd tal-valuri mkejla mkejla

x

mbagħad

1

n

x

- l-għadd korreġġut:

SC = ∑

- v =

SCn − 1

il-valur stmat tad-devjazzjoni standard hi:

s =

v

2.3.3. Kriterji għall-aċċettazzjoni jew rifjut tal-grupp ta’ imballaġġ lest għal verifika tal-medja:

2.3.3.1. Kriterji għat-testjar mhux distruttiv

Numru fil-grupp | Numru fil-kampjun | Kriterji |

Accettazzjoni | Rifjut |

100 sa 500 (inkluż) | 30 | x- ≥ Qn − 0,503s | x- < Qn − 0,503s |

> 500 | 50 | x- ≥ Qn − 0,379s | x- < Qn − 0,379s |

2.3.3.2. Kriterji għat-testjar distruttiv

Numru fil-grupp | Numru fil-kampjun | Kriterji |

Accettazzjoni | Rifjut |

Ikun li jkun in-numru (≥100) | 20 | x- ≥ Qn − 0,640s | x- < Qn − 0,640s |

--------------------------------------------------

Top