EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31971D0238

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 1971 li tapplika l-Artikolu 51 tat-Trattat għad-dipartimenti Franċiżi barranija

ĠU L 149, 5.7.1971, p. 1–1 (DE, FR, IT, NL)
Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje II Volum I(2) P. 207 - 209

Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1971/238/oj

31971D0238



Official Journal L 149 , 05/07/1971 P. 0001 - 0001
Danish special edition: Series II Volume I(2) P. 0123
English special edition: Series II Volume I(2) P. 0197
Greek special edition: Chapter 05 Volume 1 P. 0072
Spanish special edition: Chapter 05 Volume 1 P. 0147
Portuguese special edition Chapter 05 Volume 1 P. 0147


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

ta' l-14 ta' Ġunju 1971

li tapplika l-Artikolu 51 tat-Trattat għad-dipartimenti Franċiżi barranija

(71/238/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 227(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Proposta [1] mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni [2] tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali,

Billi, it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 227(2) jipprovdi illi l-Kunsill għandu jiddetermina l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom id-dispożizzjonijiet tat-Trattat apparti minn dawk riferuti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 227(2), u partikolarment id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 51 tat-Trattat, għandhom ikunu applikati għad-dipartimenti Franċiżi barranija;

Billi, bi qbil ma' l-Artikolu 1 ta, u l-Anness A, tar-Regolament Nru 3 [3] dwar is-sigurtà soċjali għall-ħaddiema emigranti, dak ir-Regolament kien japplika għad-dipartimenti Franċiżi barranija u għall-Alġerija; billi, b'dankollu, ir-Regolament Nru 109/65/KEE [4] tat-30 ta' Lulju 1965 neħħa l-Alġerija mill-Anness A tar-Regolament Nru 3;

Billi, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 1968 [5], l-Artikoli 48 u 49 tat-Trattat, u l-miżuri meħuda fl-implementazzjoni ta' dawk l-Artikoli, kienu saru applikabbli għad-dipartimenti Franċiżi barranija;

Billi hemm bażi wkoll biex l-Artikolu 51 tat-Trattat isir wkoll applikabbli għal dawk id-dipartimenti,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 51 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u l-miżuri meħuda fl-implementazzjoni ta' dak l-Artikolu għandhom ikunu japplikaw għad-dipartimenti Franċiżi barranija.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej taħt il-"Leġislazzjoni I". Din għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tas-seba' xhar li jiġi wara l-pubblikazzjoni tal-Regolament implementattiv referut fl-Artikolu 97 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 [6] ta' l-14 ta' Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali lill-ħaddiema bil-paga u lill-familji tagħhom li jkunu jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità.

Magħmula fil-Lussemburgu, fl-14 ta' Ġunju 1971.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Cointat

[1] ĠU C 194, tat-28.10.1966, p. 3359/66.

[2] ĠU C 10, ta' l-14.2.1968, p. 42.

[3] ĠU C 30, tas-16.12.1958, p. 561/58 sa 596/58.

[4] ĠU C 125, tad-9.7.1965, p. 2124/65 sa 2130/65.

[5] ĠU L 257, tad-19.10.1968, p. 1.

[6] ĠU L 149, tal-5.7.1971, p. 2.

--------------------------------------------------

Top