EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31968L0297

Id-Direttiva tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 1968 dwar l-istandardizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw id-dħul mingħajr dazju ta' karburant kontenut fit-tankijiet tal-karburant ta' vetturi bil-mutur

ĠU L 175, 23.7.1968, p. 15–16 (DE, FR, IT, NL)
Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1968(II) P. 313 - 314

Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 12/07/1985

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1968/297/oj

31968L0297



Official Journal L 175 , 23/07/1968 P. 0015 - 0016
Finnish special edition: Chapter 9 Volume 1 P. 0008
Danish special edition: Series I Chapter 1968(II) P. 0307
Swedish special edition: Chapter 9 Volume 1 P. 0008
English special edition: Series I Chapter 1968(II) P. 0313
Greek special edition: Chapter 07 Volume 1 P. 0098
Spanish special edition: Chapter 07 Volume 1 P. 0111
Portuguese special edition Chapter 07 Volume 1 P. 0111


Id-Direttiva tal-Kunsill

tad-19 ta' Lulju 1968

dwar l-istandardizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw id-dħul mingħajr dazju ta' karburant kontenut fit-tankijiet tal-karburant ta' vetturi bil-mutur

(68/297/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 75 u 99 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill [1] tat-13 ta' Mejju 1965 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-kompetizzjoni fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-kanali interni, u b'mod partikolari l-Artikolu 1(b) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-adozzjoni ta' politika komuni tat-trasport titlob l-istabbiliment ta' regoli komuni għat-trasport internazzjonali lejn jew mit-territorju ta' Stat Membru, jew li jgħaddi mit-territorju ta' Stat Membru wieħed jew aktar;

Billi l-istabbiliment ta' dawn ir-regoli komuni għandu jinkludi wkoll l-istandardizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw id-dħul mingħajr dazju ta' karburant kontenut fit-tankijiet tal-karburant ta' vetturi kummerċjali bil-mutur;

Billi, sabiex jiġu armonizzati l-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni bejn it-trasportatruri fl-Istati Membri varji:

- il-kwantità minima ta' karburant mingħajr dazju ammessa għandha tiġi speċifikata, u l-kondizzjonijiet għall-ammissjoni mingħajr dazju ta' kwantitajiet addizzjonali għandhom jiġu stabbiliti;

- id-dispożizzjonijiet applikabbli fi Stat Membru li jikkonċernaw id-dħul mingħajr dazju ta' karburant għandhom ikunu l-istess irrispettivament mill-Istat Membru li fih tkun irreġistrata l-vettura;

Billi, sabiex jiġu evitati abbużi fir-rigward ta' karburant impurtat mingħajr dazju, għandhom isiru dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward ta' żoni tal-fruntiera;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom, waqt li jaġixxu skond din id-Direttiva, jistandarizzaw id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw id-dħul mingħajr dazju ta' karburant kontenut f'tankijiet ta' karburant ta' vetturi kummerċjali bil-mutur irreġistrati fi Stat Membru u li jivjaġġaw tul fruntieri komuni bejn l-Istati Membri.

L-Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva "vettura kummerċjali bil-mutur" tfisser kull vettura tat-triq bil-mutur li fil-kostruzzjoni u t-tagħmir tagħha hija addattata u maħsuba għat-trasport, bir-rimunerazzjoni jew mingħajrha:

(a) ta' iktar minn disa' persuni inkluż is-sewwieq;

(b) ta' merkanzija.

L-Artikolu 3

1. B'effett minn mhux iktar tard mill-1 ta' Frar 1969, l-Istati Membri għandhom idaħħlu mingħajr dazju kwantità ta' ħamsin litru ta' karburant għall-muturi.

2. Kull meta ssir approssimazzjoni maġġuri ta' sistemi nazzjonali ta' tassazzjoni fuq il-karburant tad-diżil, il-Kunsill, waqt li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jispeċifika il-kwantità ta' karburant li l-Istati Membri għandhom idaħħlu mingħajr dazju b'żieda mal-kwantità speċifikata fil-paragrafu 1.

Il-Kunsill għandu, waqt li jimxi fuq l-istess proċedura, jieħu deċiżjoni li tikkonċerna d-dħul mingħajr dazju tal-karburant kollu kontenut fit-tankijiet normali ta' karburant ta' vetturi kummerċjali bil-mutur, ladarba d-differenzi f'sistemi ta' tassazzjoni msemmija qabel ikunu tnaqqsu biżżejjed.

3. Kull Stat Membru jista' jdaħħal kwantitajiet ta' karburant mingħajr dazju b'żieda mal-kwantitajiet ammessibbli skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2.

4. Il-Kwantitajiet ta' karburant speċifikati minn Stat Membru skond kwalunkwe paragrafu preċedenti għandhom ikunu l-istess irrispettivament mill-Istat Membru li fih tkun irreġistrata l-vettura kummerċjali bil-magna.

L-Artikolu 4

Fl-ebda każ ma jistgħu jkunu adottati minn Stat Membru, skond din id-Direttiva, miżuri inqas favorevoli minn dawk applikati minn dak l-Istat Membru għal vetturi kummerċjali bil-mutur irreġistrati f'pajjiżi terzi u li jivjaġġaw tul fruntieri komuni bejn Stati Membri.

L-Artikolu 5

1. Kull Stat Membru jista', wara li jikkonsulta mal-Kummissjoni, jillimita l-kwantitajiet imdaħħla mingħajr dazju skond l-Artikolu 3(2) fir-rigward ta' vetturi kummerċjali bil-mutur li jwettqu operazzjonijiet internazzjonali ta' trasport fiż-żoni ta' fruntiera tiegħu għal fond li ma jaqbiżx il-ħamsa u għoxrin kilometru f'linja dritta.

2. Il-Kwantitajiet ta' karburant speċifikati minn Stat Membru skond il-paragrafu 1 għandhom ikunu l-istess irrispettivament mill-Istat Membru li fih tkun irreġistrata vettura kummerċjali bil-mutur.

L-Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda biex tiġi implimentata din id-Direttiva.

L-Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Lulju 1968.

Għall-Kunsill

Il-President

O. L. Scalfaro

[1] ĠU 88, ta' l-24.5.1965, p. 1500/65.

[2] ĠU 28, tas-17.2.1967, p. 459/67.

[3] ĠU 42, tas-7.3.1967, p. 618/67.

--------------------------------------------------

Top