EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22024D0178

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 184/2021 tal-11 ta’ Ġunju 2021 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/178]

ĠU L, 2024/178, 1.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/178/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/178/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/178

1.2.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 184/2021

tal-11 ta’ Ġunju 2021

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/178]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1713 tad-9 ta’ Ottubru 2019 li tistabbilixxi l-format tal-informazzjoni li għandhom jagħmlu disponibbli l-Istati Membri għall-finijiet tar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/2193 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21azf (ir-Regolament (UE) 2015/2193 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“21azfa.

32019 D 1713: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1713 tad-9 ta’ Ottubru 2019 li tistabbilixxi l-format tal-informazzjoni li għandhom jagħmlu disponibbli l-Istati Membri għall-finijiet tar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/2193 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 260, 11.10.2019, p. 65).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1713 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Ġunju 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 183/2021 tal-11 ta’ Ġunju 2021 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Clara GANSLANDT


(1)   ĠU L 260, 11.10.2019, p. 65.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(2)   ĠU L 2024/175, 1.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/175/oj


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/178/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top