EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22024D0041

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 57/2021 tal-5 ta’ Frar 2021 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/41]

PUB/2023/893

ĠU L, 2024/41, 11.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/41/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/41/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/41

11.1.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 57/2021

tal-5 ta’ Frar 2021

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/41]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/590 tal-24 ta’ April 2020 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/784 fir-rigward ta’ aġġornament tal-kundizzjonijiet tekniċi rilevanti applikabbli għall-banda ta’ frekwenzi ta’ bejn l– 24,25 u s– 27,5 GHz (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/667 tas-6 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2012/688/UE fir-rigward ta’ aġġornament tal-kundizzjonijiet tekniċi rilevanti applikabbli għall-meded ta’ frekwenzi 1 920-1 980 MHz u 2 110-2 170 MHz (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/636 tat-8 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2008/477/KE fir-rigward ta’ aġġornament tal-kundizzjonijiet tekniċi rilevanti applikabbli għall-medda ta’ frekwenzi 2 500-2 690 MHz (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(4)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 5cze (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/477/KE):

‘, kif emendat minn:

32020 D 0636: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/636 tat-8 ta’ Mejju 2020 (ĠU L 149, 12.5.2020, p. 3).’

2.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 5czi (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/688/UE):

‘, kif emendat minn:

32020 D 0667: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/667 tas-6 ta’ Mejju 2020 (ĠU L 156, 19.5.2020, p. 6).’

3.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 5czp (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/784):

‘, kif emendat minn:

32020 D 0590: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/590 tal-24 ta’ April 2020 (ĠU L 138, 30.4.2020, p. 19).’

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/590, (UE) 2020/636 u (UE) 2020/667 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Frar 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Frar 2021.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Clara GANSLANDT


(1)   ĠU L 138, 30.4.2020, p. 19.

(2)   ĠU L 156, 19.5.2020, p. 6.

(3)   ĠU L 149, 12.5.2020, p. 3.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/41/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top