EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21994A1223(12)

Ftehim dwar ir-regoli ta' l-oriġini

ĠU L 336, 23.12.1994, p. 144–150 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1994/800(11)/oj

Related Council decision

21994A1223(12)



Official Journal L 336 , 23/12/1994 P. 0144 - 0150
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 38 P. 0146
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 38 P. 0146


Ftehim dwar ir-regoli ta' l-oriġini

IL-MEMBRI,

Filwaqt li jinnotaw li fil-20 ta' Settembru 1986 il-Ministri ftiehmu li r-Round ta' l-Urugwaj dwar in-Negozjati Kummerċjali Multilaterali għandu jimmira li "jġib liberalizzazzjoni u espansjoni iktar fil-kummerċ dinji", "isaħħaħ ir-rwol tal-GATT", u "jżid l-abbiltà tar-rispons tas-sistema tal-GATT għall-ambjent ekonomiku internazzjonali li jkun qiegħed jevolvi";

Mixtieqa li jmexxu ‘l quddiem il-għanijiet tal-GATT 1994;

Jagħrfu illi regoli ta' l-oriġini ċari u li jistgħu jitħabbru minn qabel u l-applikazzjoni tagħhom jiffaċilitaw il-mixi tal-kummerċ internazzjonali;

Mixtieqa li jiżguraw illi r-regoli ta' l-orġini minnhom infushom ma joħolqux xkilijiet mhux meħtieġa għall-kummerċ;

Mixtieqa li jiżguraw illi r-regoli ta' l-oriġini ma jxejnux jew jagħmlu ħsara lid-drittijiet tal-Membri skond il-GATT 1994;

Jagħrfu li hu mixtieq li tiġi pprovvduta t-trasparenza fil-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiċi li jirrigwardaw ir-regoli ta' l-oriġini;

Mixtieqa li jiżguraw illi r-regoli ta' l-oriġini jiġu mħejjija u applikati f'manjiera trasparenti, li tista' titbassar, konsistenti u newtrali;

Jagħrfu d-disponibbiltà ta' mekkaniżu u proċeduri ta' konsultazzjoni għar-regolazzjoni bil-ħeffa, effettiva u ekwitabbli tal-kontroversi li jinħolqu skond dan il-Ftehim;

Mixtieqa li jarmonizzaw u jiċċaraw ir-regoli ta' l-oriġini;

HAWNHEKK JIFTIEHMU KIF ĠEJ;

IL-PARTI I

ID-DEFINIZZJONIJIET U L-KOPERTURA

Artikolu 1

Ir-Regoli ta' l-Oriġini

1. Għall-għanijiet tal-Partijiet minn I sa IV ta' dan il-Ftehim, ir-regoli ta' l-oriġini għandhom jiġu ddefiniti bħala dawk il-liġijiet, regolamenti u stabbilizzazzjonijiet amministrattivi ġenerali applikati mill-Membri sabiex jistabbilixxu l-pajjiż ta' l-oriġini tal-prodotti sakemm dawn ir-regoli ta' l-oriġini ma jkollhomx x'jaqsmu mar-reġimi kummerċjali kontrattwali jew awtonomi li jwassu għall-konċessjoni ta' preferenzi fit-tariffi li jmorru lil hewmm mill-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta' l-Arttikolu I tal-GATT 1994.

2. Ir-regoli ta' l-oriġini riferiti fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu r-regoli kollha ta' l-oriġini wżati fl-istrumenti tal-politika kummerċjali mhux preferenzali, bħalma huma fl-applikazzjoni ta': it-trattament ta' pajjiż l-iktar iffavorit skond l-Artikoli I, II, III, XI u XIII tal-GATT 1994; id-dazji kontra d-dumping u ta' kontrobilanċ skond l-Artikolu VI tal-GATT 1994; il-miżuri tas-salvagward skond l-Artikolu XIX tal-GATT 1994; il-ħtiġiet tal-għoti tal-marki ta' l-oriġini skond l-Artikolu IX il-GATT 1994; u kull restrizzjoni kwantitattiva diskriminatorja jew kwoti tat-tariffi. Għandhom jinkludu wkoll ir-regoli ta' l-oriġini wżati għall-prokura tal-gvernijiet u l-istatistiċi kummerċjali [1].

IL-PARTI II

ID-DIXXIPLINI GĦALBIEX JIRREGOLAW L-APPLIKAZZJONI TAR-REGOLI TA' L-ORIĠINI

Artikolu 2

Id-Dixxiplini Matul il-Perjodu taż-Żmien tat-Transizzjoni

Sakemm jitlesta l-programm tax-xogħol ta' l-armonizzazzjoni tar-regoli ta' l-oriġini ddikjarat fil-parti IV, il-Membri għandhom jiżguraw li:

(a) meta joħorġu modi dwar kif tiġi stabbilita mill-amministrazzjoni applikazzjoni ġenerali, il-ħtiġiet li jridu jitwettqu jkunu ddefiniti biċ-ċar. B'mod partikolari:

(i) fil-każijiet meta jiġi applikat il-kriterju tal-bidla tal-klassifika tat-tariffi, din ir-regola ta' l-oriġini, u kull eċċezzjoni għar-regola, iridu jispeċifikaw b'mod ċar is-subintestaturi jew l-intestaturi ġewwa n-nomeklatura tat-tariffi li jiġu indirizzati bir-regola;

(ii) fil-każijiet meta jiġi applikat il-kriterju tal-perċentwal ad valorem, il-metodu għalbiex jiġi kkalkolat dan il-perċentwal għandu jiġi indikat ukoll fir-regoli ta' l-oriġini;

(iii) fil-każijiet meta jiġi stabbilit il-kriterju tal-ħidma tal-fabbrikazzjoni jew tal-proċessar, il-ħidma li tikkonferixxi l-oriġini fuq l-oġġett interessat għandha tiġi speċifikata bil-preċiż;

(b) minkejja l-kejl jew l-istrument tal-politika kummerċjali li magħhom ikunu marbuta, ir-regoli tagħhom ta' l-oriġini ma jintużawx bħala strumenti għalbiex jiġu segwiti għanijiet kummerċjali direttament jew indirettament;

(ċ) ir-regoli ta' l-oriġini ma għandhomx minnhom infushom joħolqu effetti restrittivi ta' tagħwiġ jew ta' diżordni fil-kummerċ internazzjonali. Ma għandhomx joħolqu ħtiġiet stretti mhux mistħoqqa jew jeħtieġu t-twettiq ta' ċerta kondizzjoni li ma jkollhiex x'taqsam mal-fabbrikazzjoni jew il-poċessar, bħala prerekwiżit għalbiex jiġi stabbilit il-pajjiż ta' l-oriġini. Madankollu, l-ispejjeż li ma jkollhomx x'jaqsmu direttament mal-fabbrikazzjoni jew il-proċessar jistgħu jiġu inklużi għall-għanijiet ta' l-applikazzjoni tal-kriterju perċentwal ad valorem konsistenti mas-subparagrafu (a);

(d) ir-regoli ta' l-oriġini li huma japplikaw għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ma jkunux iktar strinġenti mir-regoli ta' l-oriġini li huma japplikaw sabiex jistabbilixxu jekk oġġett ikunx domestiku jew le u ma għandhomx jiddiksriminaw bejn il-Membri l-oħra, irrispettivament mill-affiljazzjoni tal-fabbrikanti ta' l-oġġetti interessati [2];

(e) ir-regoli tagħhom ta' l-oriġini jiġu amministrati f'manjiera konsistenti, uniformi, imparzjali u raġjonevoli.

(f) ir-regoli tagħhom ta' l-oriġini jkunu msejsa fuq standard pożittiv. Ir-regoli ta' l-oriġini li jiddikjaraw x'ma jikkonferixxix l-oriġini (standard negattiv) huma permissibbli bħala parti minn kjarifika ta' standard pożittiv jew f'każijiet individwali meta ma jkunx meħtieġ kif tiġi stabbilita l-oriġini.

(g) il-liġijiet, id-deċiżjonijiet ġudizzjali u d-deċiżjonijiet amministrattivi tagħhom ta' applikazzjoni ġenerali li jkollhom x'jaqsmu mar-regoli ta' l-oriġini jiġu ppubblikati daqs li kieku kienu bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta' l-Artikolu X tal-GATT 1994 jew skondhom:

(h) fuq it-talba ta' esportatur, importatur jew kull persuna b'kawża ġustifikabbli, joħorġu stima ta' l-oriġini li huma jkunu jistgħu jagħtu lil oġġett malajr kemm jista' jkun imma mhux iktar tard minn 150 jum [3] wara talba għal din l-istima sakemm ikunu ġew issottomessi l-elementi kollha meħtieġa. It-talbiet għal din l-istima għandhom jiġu aċċettati qabel jibda l-kummerċ fl-oġġett interessat u jistgħu jiġu aċċettati f'kull waqt iktar tard minn dan. Dawn l-istimi għandhom jibqgħu validi għal tliet snin sakemm jibqgħu komparabbli l-fatti u l-kondizzjonijiet, inklużi r-regoli ta' l-oriġini li fuqhom ikunu ntagħmlu. Sakemm il-partijiet interessati jiġu mgħarrfa bil-quddiem, dawn l-istimi ma jridux jibqgħu iktar validi meta tittieħed deċiżjoni kuntrarja għall-istima f'rivista kif riferit fis-subparagrafu (j). Dawn l-istimi għandhom jintgħamlu disponibbli b'mod pubbliku bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu (k);

(i) meta jiġu introdotti bidliet għar-regoli ta' l-oriġini jew regoli ġodda ta' l-oriġini, dawn ma għandhomx japplikaw għal dawn il-bidliet b'mod retroattiv kif iddefinit fil-liġijiet jew ir-regolamenti tagħhom u mingħajr preġudizzju għal dawn;

(j) kull azzjoni amministrattiva li jieħdu fejn jidħol kif jiġi stabbilit l-oriġini tista' tiġi rivista mill-ġdid minnufih minn tribunali jew proċeduri ġudizzjali, arbitrali jew amministrattivi, indipendenti mill-awtorità li tkun ħarġet kif jiġu stabbiliti, li jistgħu jaffettwaw il-modifika jew it-treġġigħ bil-maqlub ta' kif jiġu stabbiliti;

(k) kull tagħrif li jkun kunfidenzali min-natura tiegħu jew li jiġi pprovvdut fuq bażi kunfidenzali għall-għanijiet ta' l-applikazzjoni tar-regoli ta' l-oriġini għandu jiġi ttrattat bħala strettament kunfidenzali mill-awtoritajiet interessati, li ma għandhomx jiżvelawh mingħajr il-permess speċifiku tal-persuna jew tal-gvern li jipprovdu dan it-tagħrif, għajr safejn u sakemm jista' jkun meħtieġ li jiġi żvelat fil-kuntest ta' proċedimenti ġudizzjarji.

Artikolu 3

Id-Dixxiplini Wara l-Perjodu taż-Żmien tat-Transizzjoni

Fil-waqt li titqies il-mira tal-Membri kollha li, bħala riżultat tal-programm tax-xogħol ta' l-armonizzazzjoni ddikjarat fil-Parti IV, jiksbu li jiġu stabbiliti regoli armonizzati ta' l-oriġini, il-membri għandhom jiżguraw li, ma' l-implimentazzjoni tar-riżultati tal-programm tax-xogħol ta' l-armonizzazzjoni:

(a) japplikaw ir-regoli ta' l-oriġini b'mod egwali għall-għanijiet kollha ddikjarati fl-Artikolu 1;

(b) skond ir-regoli tagħhom ta' l-oriġini, il-pajjiż li jrid jiġi stabbilit bħala l-oriġini ta' oġġett partikolari jkun jew il-pajjiż fejn l-oġġett jinkiseb għal kollox jew, meta jkunu interessati iktar minn pajjiż wieħed fil-produzzjoni ta' l-oġġett, il-pajjiż fejn tkun twettqet l-aħħar trasformazzjoni sostanzjali;

(ċ) ir-regoli ta' l-oriġini li huma japplikaw għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ma jkunux iktar strinġenti mir-regoli ta' l-oriġini li huma japplikaw sabiex jistabbilixxu jekk oġġett ikunx domestiku jew le u ma għandhomx jiddiksriminaw bejn il-Membri l-oħra, irrispettivament mill-affiljazzjoni tal-fabbrikanti ta' l-oġġett interessat;

(d) ir-regoli tagħhom ta' l-oriġini jiġu amministrati f'manjiera konsistenti, uniformi, imparzjali u raġjonevoli;

(e) il-liġijiet, id-deċiżjonijiet ġudizzjali u d-deċiżjonijiet amministrattivi tagħhom ta' applikazzjoni ġenerali li jkollhom x'jaqsmu mar-regoli ta' l-oriġini jiġu ppubblikati daqs li kieku kienu bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta' l-Artikolu X tal-GATT 1994 jew skondhom;

(f) fuq it-talba ta' esportatur, importatur jew kull persuna b'kawża ġustifikabbli, joħorġu l-istimi ta' l-oriġini li huma jkunu jistgħu jagħtu lil oġġett malajr kemm jista' jkun imma mhux iktar tard minn 150 jum wara talba għal din l-istima sakemm ikunu ġew issottomessi l-elementi kollha meħtieġa. It-talbiet għal din l-istima għandhom jiġu aċċettati qabel jibda l-kummerċ fl-oġġett interessat u jistgħu jiġu aċċettati f'kull waqt iktar tard minn dan. Dawn l-istimi għandhom jibqgħu validi għal tliet snin sakemm jibqgħu komparabbli l-fatti u l-kondizzjonijiet, inklużi r-regoli ta' l-oriġini li fuqhom ikunu ntagħmlu. Sakemm il-partijiet interessati jiġu mgħarrfa bil-quddiem, dawn l-istimi ma jridux jibqgħu iktar validi meta tittieħed deċiżjoni kuntrarja għall-istima f'rivista kif riferit fis-subparagrafu (h). Dawn l-istimi għandhom jintgħamlu disponibbli b'mod pubbliku bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu (i);

(g) meta jiġu introdotti bidliet għar-regoli tagħhom ta' l-oriġini jew regoli ġodda ta' l-oriġini, dawn ma għandhomx japplikaw għal dawn il-bidliet b'mod retroattiv kif iddefinit fil-liġijiet jew ir-regolamenti tagħhom u mingħajr preġudizzju għal dawn;

(h) kull azzjoni amministrattiva li jieħdu fejn tidħol kif jiġi stabbilit l-oriġini tista' tiġi rivista mill-ġdid minnufih minn tribunali jew proċeduri ġudizzjali, arbitrali jew amministrattivi, indipendenti mill-awtorità li tkun ħarġet kif jiġu stabbiliti, li jistgħu jaffettwaw il-modifika jew it-treġġigħ bil-maqlub ta' kif jiġu stabbiliti;

(i) kull tagħrif li jkun kunfidenzali min-natura tiegħu jew li jiġi pprovvdut fuq bażi kunfidenzali għall-għanijiet ta' l-applikazzjoni tar-regoli ta' l-oriġini għandu jiġi ttrattat bħala strettament kunfidenzali mill-awtoritajiet interessati, li ma għandhomx jiżvelawh mingħajr il-permess speċifiku tal-persuna jew tal-gvern li jipprovdu dan it-tagħrif, għajr safejn u sakemm jista' jkun meħtieġ li jiġi żvelat fil-kuntest ta' proċedimenti ġudizzjarji.

IL-PARTI III

L-ARRANĠAMENTI PROĊEDURALI TAN-NOTIFIKA, IR-RIVISTA, IL-KONSULTAZZJONI U S-SOLUZZJONI TAL-KONTROVERSJI

Artikolu 4

L-Istituzzjonijiet

1. Huwa hawnhekk stabbilit Kumitat tar-Regoli ta' l-Oriġini (imsejjaħ "il-Kumitat" f'dan il-Ftehim) kompost minn rappreżentanti ta' kull wieħed mill-Membri. Il-Kumitat għandu jeleġġi l-President tiegħu u għandu jiltaqa' kif meħtieġ, imma mhux inqas minn darba fis-sena, bil-għan li jkun jista' jagħti lill-Membri l-opportunità li jikkonsultaw dwar materji fejn jidħol l-operat tal-Partijiet I, II, III u IV jew sabiex imexxi ‘l quddiem il-għanijiet iddikjarati f'dawn il-Partijiet u sabiex iwettaq dawk ir-responsabbiltajiet l-oħra assenjati lilu skond dan il-Ftehim jew mill-Kunsill tal-Kummerċ fl-Oġġetti. Meta approprjat, il-Kumitat għandu jitlob tagħrif u pariri minn għand il-Kumitat Tekniku riferit fil-paragrafu 2 dwar materji li jkollhom x'jaqsmu ma' dan il-Ftehim. Il-Kumitat jista' jitlob ukoll dak ix-xogħol l-ieħor minn għand il-Kumitat Tekniku li jikkunsidra approprjat għalbiex imexxi ‘l quddiem il-għanijiet imsemmija hawn fuq f'dan il-Ftehim. Is-Segretarjat tal-WTO għandu jaġixxi bħala s-Segretarjat tal-Kumitat.

2. Għandu jiġi stabbilit Kumitat Tekniku tar-Regoli ta' l-Oriġini (imsejjaħ "il Kumitat Tekniku" f'dan il-Ftehim) taħt l-awspiċji tal-Kunsill tal-Kordinament tad-Dwana (il-CCC) kif iddikjarat fl-Anness I. Il-Kumitat Tekniku għandu jwettaq ix-xogħol tekniku mitlub fil-Parti IV u stabbilit fl-Anness I. Meta approprjat, il-Kumitat Tekniku għandu jitlob tagħrif u pariri minn għand il-Kumitat dwar materji li jkollhom x'jaqsmu ma' dan il-Ftehim. Il-Kumitat Tekniku jista' jitlob ukoll dak ix-xogħol l-ieħor minn għand il-Kumitat li jikkunsidra approprjat għalbiex imexxi ‘l quddiem il-għanijiet imsemmija hawn fuq ta' dan il-Ftehim. Is-Segretarjat tal-CCC għandu jaġixxi bħala s-segretarjat tal-Kumitat Tekniku.

Artikolu 5

It-Tagħrif u l-Proċeduri għall-Modifika u l-Introduzzjoni ta' Regoli Ġodda ta' l-Oriġini

1. Kull Membru għandu jipprovdi lis-Segretarjat, fi żmien 90 jum wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-WTO, ir-regoli tiegħu ta' l-oriġini, id-deċiżjonijiet ġudizzjali u s-sentenzi amministrattivi ta' applikazzjoni ġenerali li jkollhom x'jaqsmu mar-regoli ta' l-oriġini f'effett f'din id-data. Jekk minħabba n-nuqqas ta' l-attenzjoni ma tiġix ipprovvduta regola ta' l-oriġini, il-Membru interessat għandu jipprovdiha minnufih wara li dan il-fatt isir magħruf. Il-listi tat-tagħrif irċevuti u disponibbli għand is-Segretarjat għandhom jiġu ċċirkolati lill-Membri mis-Segretarjat.

2. Matul il-perjodu taż-żmien riferit fl-Artikolu 2, il-Membri li jintroduċu modifiki, għajr modifiki de minimis, għar-regoli tagħhom ta' l-oriġini jew li jdaħlu reġoli ġodda ta' l-oriġini riferiti fil-paragrafu 1 u mhux ipprovvduti mis-Segretarjat, għandhom jippubblikaw avviż b'dan l-effett mill-inqas 60 jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-regola mmodifikata jew ġdida hekk li tgħin lill-partijiet interessati li jsiru jafu l-intenzjoni li tiġi mmodifikata regola ta' l-oriġini jew tiddaħħal regola ġdida ta' l-oriġini, għajr jekk jinħolqu jew jheddu li jinħolqu ċirkostanzi eċċezzjonali għall- Membru. F'dawn il-każijiet eċċezzjonali, il-Membru għandu jippubblika r-regola mmodifikata jew ġdida malajr kemm jista' jkun.

Artikolu 6

Ir-Rivista

1. Il-Kumitat għandu jagħmel rivista kull sena dwar l-implimentazzjoni u l-operat tal-Partijiet II u III ta' dan il-Ftehim wara li jikkunsidra l-għanijiet tiegħu. Il-Kumitat għandu jgħarraf kull sena lill-Kunsill tal-Kummerċ fl-Oġġetti bl-iżviluppi matul il-perjodu taż-żmien kopert b'dawn ir-rivisti.

2. Il-Kumitat għandu jagħmel ir-rivista tad-dispożizzjonijiet tal-Partiiet II u III u jipproponi emendi kif meħtieġ għalbiex jirriflettu r-riżultati tal-programm tax-xogħol ta' l-armonizzazzjoni.

3. F'kooperazzjoni mal-Kumitat Tekniku, il-Kumitat għandu jistabbilixxi mekkaniżmu għalbiex jikkunsidra u jipproponi emendi għar-riżultati tal-programm tax-xogħol ta' l-armonizzazzjoni, filwaqt li jqis il-għanijiet u l-prinċipji ddikjarati fl-Artikolu 9. Dan jista jinkludi każijiet meta r-regoli jinħtieġu li jintgħamlu iktar operattivi jew jeħtieġu li jiġu aġġornati għalbiex iqisu kif proċessi ġodda tal-produzzjoni jiġu affettwati b'kull bidla teknoloġika.

Artikolu 7

Il-Konsultazzjonijiet

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu XXII tal-GATT 1994, kif elaborati u applikati mill-Fehim dwar is-Soluzzjon tal-Kontroversji, japplikaw għal dan il-Ftehim.

Artikolu 8

Is-Soluzzjoni tal-Kontroversji

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu XXIII tal-GATT 1994, kif elaborati u applikati mill-Fehim dwar is-Soluzzjon tal-Kontroversji, japplikaw għal dan il-Ftehim.

IL-PARTI IV

L-ARMONIZZAZZJONI TAR-REGOLI TA' L-ORIĠINI

Artikolu 9

Il-Għanijiet u l-Prinċipji

1. Bil-għanijiet li jiġu armonizzati r-regoli ta' l-oriġini u, fost ħwejjeġ oħra, li tiġi pprovvduta ċ-ċertezza fil-kondotta tal-kummerċ dinji, il-Konferenza Ministerjali għandha tindaħal għall-programm tax-xogħol iddikjarat hawn taħt f'għaqda mal-CCC, fuq il-bażi tal-prinċipji li ġejjin:

(a) ir-regoli ta' l-oriġini għandhom jiġu applikati b'mod egwali għall-għanijiet kollha kif iddikjarati fl-Artikolu 1;

(b) ir-regoli ta' l-oriġini għandhom jipprovdu lill-pajjiż li jrid jiġi stabbilit bħala l-oriġini ta' oġġett partikolari li jkun jew il-pajjiż fejn l-oġġett jinkiseb għal kollox jew, meta jkunu interessati iktar minn pajjiż wieħed fil-produzzjoni ta' l-oġġett, il-pajjiż fejn tkun twettqet l-aħħar trasformazzjoni sostanzjali;

(ċ) ir-regoli ta' l-oriġini għandhom ikunu oġġettivi, jinftiehmu u li jistgħu jiġu mbassra;

(d) minkejja l-kejl jew l-istrument li magħhom jistgħu jiġu marbuta, ir-regoli ta' l-oriġini ma għandhomx jintużaw bħala strumenti għalbiex jiġu segwiti għanijiet kummerċjali direttament jew indirettament. Ma għandhomx minnhom infushom joħolqu effetti restrittivi ta' tagħwiġ jew ta' diżordni fil-kummerċ internazzjonali. Ma għandhomx joħolqu ħtiġiet stretti mhux mistħoqqa jew jeħtieġu t-twettiq ta' ċerta kondizzjoni li ma jkollhiex x'taqsam mal-fabbrikazzjoni jew il-poċessar, bħala prerekwiżit għalbiex jiġi stabbilit il-pajjiż ta' l-oriġini. Madankollu, l-ispejjeż li ma jkollhomx x'jaqsmu direttament mal-fabbrikazzjoni jew il-proċessar jistgħu jiġu inklużi għall-għanijiet ta' l-applikazzjoni tal-kiterju perċentwal ad valorem;

(e) ir-regoli ta' l-oriġini jkunu jistgħu jiġu amministrati f'manjiera konsistenti, uniformi, imparzjali u raġjonevoli;9(f) ir-regoli ta' l-oriġini għandhom ikunu koerenti;

(f) ir-regoli ta' l-oriġini għandhom ikunu msejsa fuq standard pożittiv. Jistgħu jintużaw standards negativi għalbiex jiċċaraw standard pożittiv.

Il-Programm tax-Xogħol

2. (a) il-programm tax-xogħol għandu jinbeda maljar kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-WTO u jrid jitlesta fi żmien tliet snin mill-bidu tiegħu.

(b) Il-Kumitat u l-Kumitat Tekniku provvduti fl-Artikolu 4 għandhom ikunu l-korpi approprjati għalbiex jikkonduċu dan ix-xogħol.

(ċ) Għalbiex jipprovdi input iddettaljat mill-CCC, il-Kumitat għandu jitlob lill-Kumitat Tekniku li jipprovdi l-interpretazzjonijiet u l-opinjonijiet li jirriżultaw mix-xogħol deskritt hawn taħt fuq il-bażi tal-prinċipji elenkati fil-paragrafu 1. Għalbiex tiġi żġurata t-tlestija f'waqtha tal-programm tax-xogħol ta' l-armonizzazzjoni, dan ix-xogħol għandu jiġi kondott fuq il-bażi tas-settur ta' prodott, kif irrappreżentat mill-kapitoli u t-taqsimiet varji tan-nomenklatura tas-Sistema Armonizzata (HS).

(i) L-Operati u l-Proċessi Miksuba għal Kollox jew Minimali

il-Kumitat Tekniku għandu jiżviluppa d-definizzjonijiet armonizzati rigward:

- l-oġġetti li jridu jiġu kkunsidrati bħala miksuba għal kollox f'pajjiż wieħed. Dan ix-xogħol għandu jkun iddettaljat kemm jista' jkun;

- operati jew proċessi minimali li minnhom infushom ma jikkonferux l-oriġini lil oġġett.

Ir-riżultati ta' dan ix-xogħol għandhom jiġu ssottomessi lill-Kumitat fi żmien tliet xhur minn meta tiġi rċevuta t-talba minn għand il-Kumitat.

(ii) It-Trasformazzjoni Sostanjali - Bidla fil-Klassifika tat-Tariffi

- Il-Kumitat Tekniku għandu jikkunsidra u jelabora, fuq il-bażi tal-kriterju tat-trasformazzjoni sostanzjali, l-użu ta' bidla fis-subintestatura jew l-intestatura tat-tariffi meta jkun qiegħed jiżviluppa r-regoli ta' l-oriġini għal prodotti partikolari jew settur ta' prodotti u, jekk approprjat, l-impost minimu ġewwa n-nomenklatura li tissodisfa dan il-kriterju.

- Il-Kumitat Tekniku għandu jqassam ix-xogħol ta' hawn fuq fuq il-bażi ta' prodott filwaqt li jqis il-kapitoli jew it-taqsimiet tan-nomenklatura tal-HS, sabiex jissottometti r-riżultati tax-xogħol tiegħu fuq il-bażi ta' mill-inqas kwart ta' sena. Il-Kumitat Tekniku għandu jlesti x-xogħol ta' hawn fuq fi żmien sena u tliet xhur minn meta jirċievi t-talba minn għand il-Kumitat.

(iii) It-Trasformazzjoni sostanzjali - Il-Kriterji Supplimentarji

Mat-tlestija tax-xogħol skond is-subparagrafu (ii) rigward kull settur ta' prodott jew kategorija ta' prodott individwali meta l-użu esklussiv tan-nomenklatura tal-HS ma tippermettix l-espressjoni ta' transformazzjoni sostanzjali, il-Kumitat Tekniku:

- għandu jikkunsidra u jelabora, fuq il-bażi tal-kriterju ta' trasformazzjoni sostanzjali, l-użu, f'manjiera supplimentari jew esklussiva, ta' ħtiġiet oħra, inklużi l-perċentwali ad valorem [4] u/jew l-operati tal-fabbrikazzjoni jew tal-proċessar [5], meta jkun qiegħed jiżviluppa r-regoli ta' l-oriġini għal prodotti partikolari jew settur tal-prodotti;

- jista' jipprovdi spjegi għall-proposti tiegħu;

- għandu jqassam ix-xogħol ta' hawn fuq fuq il-bażi ta' prodott filwaqt li jqis il-kapitoli jew it-taqsimiet tan-nomenklatura tal-HS, sabiex jissottometti r-riżultati tax-xogħol tiegħu fuq il-bażi ta' mill-inqas kwart ta' sena. Il-Kumitat Tekniku għandu jlesti x-xogħol ta' hawn fuq fi żmien sentejn u tliet xhur minn meta jirċievi t-talba minn għand il-Kumitat.

ir-Rwol tal-Kumitat

3. Fuq il-bażi tal-prinċipji elenkati fil-paragrafu 1:

(a) il-Kumitat għandu jikkunsidra l-interpretazzjonijiet u l-opinjonijiet tal-Kumitat Teknikun perjodikament skond il-kwadri taż-żmien ipprovvduti fis-subparagrafi (i), (ii) u (iii) tal-paragrafu 2(ċ) bil-ħsieb li jendorsja dawn l-interpretazzjonijiet u opinjonijiet. Il-Kumitat jista' jitlob lill-Kumitat Tekniku li jirfina jew jelabora x-xogħol tiegħu u/jew jiżviluppa avviċinamenti ġodda. Sabiex jassisti lill-Kumitat Tekniku, il-Kumitat għandu jipprovdi r-raġunijiet tiegħu għat-talbiet għal xogħol addizzjonali u jissuġġrixxi, kif approprjat, avviċinamenti alternattivi;

(b) mat-tlestija tax-xogħol kollu identifikat fis-subparagrafi (i) (ii) u (iii) tal-paragrafu 2(ċ), il-Kumitat għandu jikkunsidra r-riżultati f'termini tal-koerenza ġenerali.

Ir-Riżultati tal-Programm tax-Xogħol ta' l-Armonizzazzjoni u x-Xogħol Sossegwenti

4. Il-Konferenza Ministerjali għandha tistabbilixxi r-riżultati tal-programm tax-xogħol ta' l-amminizzazzjoni f'anness bħala parti integrali minn dan il-Ftehim [6]. Il-Konferenza Ministerjali għandha tistabbilixxi kwadru taż-żmien għad-dħul fis-seħħ ta' dan l-anness.

[1] Huwa mifhum li din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għal dawk il-modi kif jiġu stabbiliti magħmula għall-għanijiet sabiex jiddefinixxu "industrija domestika" jew "prodotti simili ta' l-industrija domestika" jew termini simili kulfejn japplikaw.

[2] Rigward ir-regoli ta' l-oriġini applikati għall-għanijiet tal-prokura tal-gvern, din id-dispożizzjoni ma għandhiex toħloq obbligi addizzjonali għal dawk diġà assunti mill-Membri skond il-GATT 1994.

[3] Rigward it-tabiet magħmula matul l-ewwel sena mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-WTO, il-Membri għandhom ikunu meħtieġa biss li joħorġu l-istimi tagħhom malajr kemm jista' jkun.

[4] Jekk jiġi stabbilit kriterju ad valorem, il-metodu għalbiex jiġi kkalkolat dan il-perċentwal għandu jiġi indikat ukoll fir-regoli ta' l-oriġini;

[5] Jekk jiġi stabbilit il-kriterju tal-ħidma tal-fabbrikazzjoni jew tal-proċessar, il-ħidma li tikkonferixxi l-oriġini fuq l-oġġett interessat għandha tiġi speċifikata bil-preċiż.

[6] Fk-istess waqt għandha tingħata konsiderazzjoni lill-arranġamenti li jirrigwardaw is-soluzzjoni tal-kontroversji li jkollhom x'jaqqsmu mal-klassifika tad-dwana.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

IL-KUIMITAT TEKNIKU TAR-REGOLI TA' L-ORIĠINI

Ir-Responsabbiltajiet

1. Ir-responsabbiltajiet għaddejja tal-Kumitat Tekniku għandhom jinkludu dan li ġej:

(a) fuq it-talba ta' kull Membru tal-Kumitat Tekniku, jeżamina l-problemi tekniċi speċifiċi li jinħolqu fl-aministrazzjoni minn jum għal jum tar-regoli tal-Membri u jagħti opinjonijiet konsultattivi dwar is-soluzzjonijiet approprjati imsejsa fuq il-fatti ppreżentati;

(b) li jforni t-tagħrif u dawk il-pariri dwar kull materja li tirrigwarda kif jiġi stabbilit l-oriġini ta' l-oġġetti li jistgħu jintalbu minn kull Membru jew mill-Kumitat.

(ċ) li jħejji u jiċċirkola rapporti perjodiċi dwar l-aspetti tekniċi ta' l-operat u l-istatus ta' dan il-Ftehim; u

(d) li jagħmel rivista kull sena ta' l-aspetti tekniċi dwar l-implimentazzjoni u l-operat tal-partijiet II u III.

2. Il-KumitatvTekniku għandu jeżerċita dawk ir-responsabbiltajiet l-oħra li jista' jitolbu l-Kumitat.

3. Il-Kumitat Tekniku għandu jipprova jikkonkludi xogħlu dwar materji speċifiċi, b'mod speċjali dawk riferiti lilu mill-Membri jew mill-Kumitat, f'perjodu taż-żmien qasir b'mod raġjonevoli.

Ir-Rappreżentanza

4. Kull Membru għandu jkollu d-dritt li jiġi rrappreżentat fuq il-Kumitat Tekniku. Kull Membru għandu jinnomina delegat u sostitut, jew iktar, biex ikunu r-rappreżentanti tiegħu fuq il-Kumitat Tekniku. Dan il-Membru hekk irrappreżentat fuq il-Kumitat Tekniku huwa minn issa ‘l quddiem imsejjaħ "membru" tal-Kumitat Tekniku. Ir-rappreżentanti tal-membri tal-Kumitat Tekniku jistgħu jiġu assistiti minn konsulenti fil-laqgħat tal-Kumitat Tekniku. Is-Segretarjat tal-WTO jista' wkoll jattendi dawn il-laqgħat bl-istatus ta' osservatur.

5. Il-Membri tal-CCC li mhumiex Membri tal-WTO jistgħu jiġu rrappreżentati fil-laqgħat tal-Kumitat Tekniku minn delegat u sostitut jew iktar. Dawn ir-rappreżentanti għandhom jattendu l-laqgħat tal-Kumitat Tekniku bħala osservaturi.

6. Bla ħsara għall-approvazzjoni tal-President tal-Kumitat Tekniku, is-Segretarju Ġenerali tal-CCC (imsejjaħ "is-Segretarju Ġenerali" f'dan l-Anness) jista' jistieden ir-rappreżentanti tal-gvernijiet li la huma Membri tal-WTO u lanqas membri tal-CCC u r-rappreżentati ta' l-organizzazzjoniet governattivi u tax-xogħol li jattendu l-laqgħat tal-Kumitat Tekniku bħala osservaturi.

7. In-nomini tad-delegati, tas-sostituti u tal-konsultenti għal-laqgħat tal-Kumitat Tekniku għandhom isiru mis-Segretarju Ġenerali.

Il-laqgħat

8. Il-Kumitat Tekniku għandu jiltaqa' kif meħtieġ imma mhux inqas minn darba fis-sena.

Il-Proċeduri

9. Il-Kumitat Tekniku għandu jeleġġi l-President tiegħu nnifsu u għandu jistabbilixxi l-proċeduri tiegħu nnifsu.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

ID-DIKJARAZZJONI KOMUNI RIGWARD IR-REGOLI PREFERENZALI TA' L-ORIĠINI

1. Filwaqt li jagħrfu illi x'uħud mill-membri japplikaw regoli preferenzali ta' l-oriġini, distinti mir-regoli mhux preferenzali ta' l-oriġini, il-Membri hawnhekk jiftiehmu kif ġej:

2. Għall-għanijiet ta' din id-Dikjarazzjoni Komuni, ir-regoli preferenzali ta' l-oriġini għandhom jiġu ddefiniti bħala dawk il-liġijiet, regolamenti u stabbilizzazzjonijiet amministrattivi ta' applikazzjoni ġenerali applikati minn kull Membru sabiex jiġi stabbilit jekk l-oġġetti jikkwalifikawx għal trattament preferenzali skond ir-reġimi kummerċjali kontrattwali jew awtonomi li jwasslu għall-konċessjoni ta' preferenzi fit-tariffi li jmorru lil hemm mill-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta' l-Arttikolu I tal-GATT 1994.

3. I l-Membri jiftiehmu li jiżguraw li:

(a) meta joħorġu stabbilizzazzjonijiet amministrattivi ta' applikazzjoni ġenerali, il-ħtiġiet li jridu jitwettqu jkunu ddefiniti biċ-ċar. B'mod partikolari:

(i) fil-każijiet meta jiġi applikat il-kriterju tal-bidla tal-klassifika tat-tariffi, din ir-regola ta' l-oriġini, u kull eċċezzjoni għar-regola, iridu jispeċifikaw b'mod ċar is-subintestaturi jew l-intestaturi ġewwa n-nomenklatura tat-tariffi li jiġu indirizzati bir-regola;

(ii) fil-każijiet meta jiġi applikat il-kriterju tal-perċentwal ad valorem, il-metodu għalbiex jiġi kkalkolat dan il-perċentwal għandu jiġi indikat ukoll fir-regoli ta' l-oriġini;

(iii) fil-każijiet meta jiġi stabbilit il-kriterju tal-ħidma tal-fabbrikazzjoni jew tal-proċessar, il-ħidma li tikkonferixxi l-oriġini fuq l-oġġett interessat għandha tiġi speċifikata bil-preċiż.

(b) ir-regoli preferenzali tagħhom ta' l-oriġini jkunu msejsa fuq standard pożittiv. Ir-regoli ta' l-oriġini li jiddikjaraw x'ma jikkonferixxix l-oriġini preferenzali (standard negattiv) huma permissibbli bħala parti minn kjarifika ta' standard pożittiv jew f'każijiet individwali meta ma jkunx meħtieġ kif tiġi stabbilita l-oriġini;

(ċ) il-liġijiet, id-deċiżjonijiet ġudizzjali u d-deċiżjonijiet amministrattivi tagħhom ta' applikazzjoni ġenerali li jkollhom x'jaqsmu mar-regoli preferenzali ta' l-oriġini jiġu ppubblikati daqs li kieku kienu bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta' l-Artikolu X tal-GATT 1994 jew skondhom;

(d) fuq it-talba ta' esportatur, importatur jew kull persuna b'kawża ġustifikabbli, joħorġu l-istimi ta' l-oriġini preferenzali li huma jkunu jistgħu jagħtu lil oġġett malajr kemm jista' jkun imma mhux iktar tard minn 150 jum [1] wara talba għal din l-istima sakemm ikunu ġew issottomessi l-elementi kollha meħtieġa. It-talbiet għal din l-istima għandhom jiġu aċċettati qabel jibda l-kummerċ fl-oġġett interessat u jistgħu jiġu aċċettati f'kull waqt iktar tard minn dan. Dawn l-istimi għandhom jibqgħu validi għal tliet snin sakemm jibqgħu komparabbli l-fatti u l-kondizzjonijiet, inklużi r-regoli preferenzali ta' l-oriġini li fuqhom ikunu ntagħmlu. Sakemm il-partijiet interessati jiġu mgħarrfa bil-quddiem, dawn l-istimi ma jridux jibqgħu iktar validi meta tittieħed deċiżjoni kuntrarja għall-istima f'rivista kif riferit fis-subparagrafu (f). Dawn l-istimi għandhom jintgħamlu disponibbli b'mod pubbliku bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu (g);

(e) meta jiġu introdotti bidliet għar-regoli preferenzali tagħhom ta' l-oriġini jew regoli preferenzali ġodda ta' l-oriġini, dawn ma għandhomx japplikaw għal dawn il-bidliet b'mod retroattiv kif iddefinit fil-liġijiet jew ir-regolamenti tagħhom u mingħajr preġudizzju għal dawn;

(f) kull azzjoni amministrattiva li jieħdu fejn jidħol kif jiġi stabbilit l-oriġini preferenzali tista' tiġi rivista mill-ġdid minnufih minn tribunali jew proċeduri ġudizzjali, arbitrali jew amministrattivi, indipendenti mill-awtorità li tkun ħarġet kif jiġu stabbiliti, li jistgħu jaffettwaw il-modifika jew it-treġġigħ bil-maqlub ta' kif jiġu stabbiliti;

(g) kull tagħrif li jkun kunfidenzali min-natura tiegħu jew li jiġi pprovvdut fuq bażi kunfidenzali għall-għanijiet ta' l-applikazzjoni tar-regoli preferenzali ta' l-oriġini għandu jiġi ttrattat bħala strettament kunfidenzali mill-awtoritajiet interessati, li ma għandhomx jiżvelawh mingħajr il-permess speċifiku tal-persuna jew tal-gvern li jipprovdu dan it-tagħrif, għajr safejn u sakemm jista' jkun meħtieġ li jiġi żvelat fil-kuntest ta' proċedimenti ġudizzjali.

4. Il-Membri jiftiehmu li jipprovdu lis-Segretarjat minnufih ir-regoli preferenzali tagħhom ta' l-oriġini, inkluż it-tfassil f'lista ta' l-arranġmenti preferenzali li għalihom japplikaw, id-deċiżjonijiet ġudizzjali, u d-deċiżjonijiet amministrattivi ta' applikazzjoni ġenerali li jkollhom x'jaqsmu mar-regoli preferenzali tagħhom fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-WTO għall-Membru interesat. Iktar minn hekk, il-Membri jiftiehmu li jipprovdu kull modifika għar-regoli preferenzali tagħhom ta' l-oriġini jew regoli preferenzali ġodda malajr kemm jista' jkun lis-Segretarjat. Il-listi tat-tagħrif irċevuti u disponibbli għand is-Segretarjat għandhom jiġu ċċirkolati lill-Membru tas-Segretarjat.

[1] Rigward it-talbiet magħmula matul l-ewwel sena mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-WTO, il-Membri għandhom ikunu meħtieġa biss li joħorġu dawn l-istimi tagħhom malajr kemm jista' jkun.

--------------------------------------------------

Top