EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12016M/PRO/37

Verzjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
PROTOKOLL (Nru 37) DWAR IL-KONSEGWENZI FINANZJARJI TA’ L-ISKADENZA TAT-TRATTAT TAL-KEFA U DWAR IL-FOND TAR-RICERKA GHALL-FAHAM U L-AZZAR

ĠU C 202, 7.6.2016, p. 327–328 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/teu_2016/pro_37/oj

   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/327


PROTOKOLL (Nru 37)

DWAR IL-KONSEGWENZI FINANZJARJI TA’ L-ISKADENZA TAT-TRATTAT TAL-KEFA U DWAR IL-FOND TAR-RICERKA GHALL-FAHAM U L-AZZAR

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

FILWAQT li jfakkru li l-kapital u d-dejn kollu tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar kif kien jeżisti fit-23 ta' Lulju 2002, kien ingħadda lill-Komunità Ewropea fl-24 ta' Lulju 2002,

WAQT LI JQISU x-xewqa li jużaw dawn il-fondi għar-riċerka f’setturi relatati ma’ l-industrija tal-faħam u l-azzar u, għalhekk, il-ħtieġa li jipprovdu ċerti regoli speċifiċi f’dan ir-rigward,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Artikolu 1

1.   Il-valur nett ta’ dawn l-assi u djun, kif jidhru fil-balance sheet tal-KEFA fit-23 ta’ Lulju 2002, suġġetti għal xi awment jew tnaqqis konsegwenti għall-operazzjoni ta' likwidazzjoni, huwa kunsidrat bħala patrimonju destinat għar-riċerka fis-setturi konnessi ma’ l-industrija tal-faħam u l-azzar, imsejħa “likwidazzjoni tal-KEFA”. Meta tintemm il-likwidazzjoni il-patrimonju jissejjaħ “Patrimonju tal-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar”.

2.   Id-dħul minn dan il-patrimonju msejjaħ “Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar” jiġi utilizzat esklussivament għar-riċerka f'setturi konnessi ma' l-industrija tal-faħam u ta' l-azzar 'il barra mill-programm qafas ta' riċerka, skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll u ta' l-atti adottati abbażi tiegħu.

Artikolu 2

Il-Kunsill, li jaġixxi skond proċedura leġislattiva speċjali u wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, għandu jadotta d-dispożizzjonijiet kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, inklużi l-prinċipji essenzjali.

Il-Kunsill għandu jadotta, fuq proposta mil-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, il-miżuri li jistabbilixxu l-linji gwida finanzjarji pluriennali għall-immaniġġar tal-patrimonju tal-Fond ta' Riċerka tal-faħam u l-azzar u linji gwida tekniċi għall-programm ta’ riċerka għall-Fond ta’ Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar.

Artikolu 3

Barra minn kif provdut mod ieħor f’dan il-Protokoll u fl-atti adottati abbażi tiegħu, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tat-Trattati.


Top