EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12012E160

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IT-TIELET PARTI - POLITIKA UAZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
TITOLU X - POLITIKA SOĊJALI
Artikolu 160
(ex Artikolu 144 TKE)

ĠU C 326, 26.10.2012, p. 118–119 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tfeu_2012/art_160/oj

26.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/1


TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)

IT-TIELET PARTI

POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI

TITOLU X

POLITIKA SOĊJALI

Artikolu 160

(ex Artikolu 144 TKE)

Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza sempliċi, wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, għandu jistabbilixxi Kumitat għall-Protezzjoni Soċjali ta’ xorta konsultattiva sabiex jippromwovi koperazzjoni dwar il-protezzjoni soċjali bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Ix-xogħol tal-Kumitat għandu jkun:

li jissorvelja s-sitwazzjoni soċjali u l-iżvilupp ta’ politika ta’ protezzjoni soċjali fl-Istati Membri u fl-Unjoni.

biex jippromwovi skambju ta’ informazzjoni, esperjenzi u prattiċi tajbin bejn l-Istati Membri u mal-Kummissjoni;

bla preġudizzju għall-Artikolu 240, li jipprepara rapporti, jifformula opinjonijiet jew jidħol għal attivitajiet oħra fl-oqsma tal-kompetenza tiegħu, fuq talba tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess.

Fit-twettieq tal-mandat tiegħu, il-Kumitat għandu jistabbilixxi kuntatti xierqa mal-partijiet soċjali.

Kull Stat Membru u l-Kummissjoni għandhom jaħtru żewġ membri tal-Kumitat.


Top