EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12003TN12/09

ATT li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea - Anness XII: Il-lista li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 24 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni: Il-Polonja - 9. It-tassazzjoni

ĠU L 236, 23.9.2003, p. 889–890 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

12003TN12/09



Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0889 - 0890


9. IT-TASSAZZJONI

1. 31977 L 0388: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas- 17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi fuq il-valur tal-bejgħ — sistema Komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1), kif l-aħħar emendata bi:

- 32002 L 0038: Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/38/KE tas- 7.5.2002 (ĠU L 128, 15.5.2002, p. 41).

(a) B'deroga mill-Artikolu 12(3)(a) tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Polonja tista' (i) tapplika sal- 31 ta' Diċembru 2007 eżenzjoni bil-ħlas lura tat-taxxa mħallsa fl-istadju ta' qabel fuq il-provvista ta' ċerti kotba u perijodiċi speċjalizzati, u (ii) żżomm fis-seħħrata mnaqqsa ta' taxxa fuq il-valur miżjud ta' mhux anqas minn 7 % fuq il-provvista ta' servizzi ta' l-ikel sal- 31 ta' Diċembru 2007 jew sa l-aħħar tal-perijodu transitorju li hemm referenza għalih fl-Artikolu 28l tad-Direttiva, skond liema tiġi l-ewwel.

(b) B'deroga mill-Artikolu 12(3)(a) tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Polonja tista' żżomm fis-seħħ(i) sat- 30 ta' April 2008, rata mnaqqsa ta' taxxa fuq il-valur miżjud ta' mhux anqas minn 3 % fuq oġġetti ta' l-ikel (inkluż xorb minbarra xorb alkoħoliku) għall-konsum mill-bniedem u l-annimali; annimali ħajjin, żrieragħ, pjanti u ingredjenti li huma normalment maħsuba għall-użu fil-preparazzjoni ta' l-oġġetti ta' l-ikel; prodotti normalment maħsuba bħala suppliment jew sostitut għall-oġġetti ta' l-ikel; u fuq il-provvista ta' merkanzija u servizzi tax-xorta li normalment huma maħsuba għall-użu fil-produzzjoni agrikola imsemmija fil-punti 1 u 10 ta' l-Anness H tad-Direttiva, iżda li ma jinkludux merkanzija kapitali bħalma huma makkinarju jew bini, u (ii) sal- 31 ta' Diċembru 2007, rata mnaqqsa ta' taxxa fuq il-valur miżjud ta' mhux anqas minn 7 % fuq il-forniment ta' servizzi, mhux pprovduti bħala parti minn politika soċjali, għall-kostruzzjoni, ir-rinovazzjoni u l-alterazzjoni ta' djar, minbarra l-materjal tal-bini, u fuq il-forniment qabel l-ewwel okkupazzjoni ta' bini residenzjali jew partijiet minn bini residenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva.

(ċ) Sabiex tapplika l-Artikolu 28(3)(b) tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Polonja tista' wkoll iżżomm fis-seħħ eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq it-trasport internazzjonali tal-passiġġieri msemmi f'punt 17 ta' l-Anness F tad-Direttiva, sa meta il-kondizzjoni stipulata fl-Artikolu 28(4) tad-Direttiva tintlaħaq jew sa meta l-istess eżenzjonijiet huma applikati minn xi Stat Membru attwali, skond liema tiġi l-ewwel.

2. 31992 L 0079: Id-Direttiva tal-Kunsill 92/79/KEE tad- 19 ta' Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tat-taxxi fuq is-sigaretti (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 8), kif l-aħħar emendata bi:

- 32002 L 0010: Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/10/KE tat- 12.2.2002 (ĠU L 46, 16.2.2002, p. 26).

B'deroga mill-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 92/79/KEE, il-Polonja tista' tipposponi sal- 31 ta' Diċembru 2008 l-applikazzjoni tat-taxxa tas-sisa minima globali fuq il-prezz tal-bejgħbl-imnut (inklużi t-taxxi kollha) tas-sigaretti li jaqgħu fil-kategorija tal-prezz l-aktar imfittex, sakemm matul dan il-perijodu il-Polonja tressaq b'mod gradwali ir-rati tat-taxxa tas-sisa tagħha lejn it-taxxa tas-sisa minima globali stipulata fid-Direttiva.

Bla preġudizzju għall-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għat-taxxa tas-sisa u għaż-żamma, iċ-ċirkolazzjoni u l-kontroll ta' dawn il-prodotti [25], sakemm id-deroga ta' hawn qabel tkun tapplika, l-Istati Membri, wara li jkunu għarrfu lill-Kummissjoni, jistgħu jżommu fis-seħħ l-istess limiti kwantitattivi applikati għall-importazzjoni minn terzi pajjiżi għas-sigaretti li jistgħu jiddaħħlu fit-territorji tagħhom mill-Polonja mingħajr ma titħallas taxxa tas-sisa aktar. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din il-possibbiltà jistgħu jagħmlu l-kontrolli meħtieġa sakemm dawn il-kontrolli jħallu s-suq intern jaħdem kif imiss.

3. 31992 L 0081: Id-Direttiva tal-Kunsill 92/81/KEE tad- 19 ta' Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta' l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u fuq ix-xorb alkoħoliku (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 12), kif l-aħħar emendata bi:

- 31994 L 0074: Id-Direttiva tal-Kunsill 94/74/KE tat- 22.12.1994 (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 46).

Bla preġudizzju għal xi deċiżjoni formali li għandha tittieħed skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 92/81/KEE, jew għal xi stima ta' din il-miżura taħt l-Artikolu 87 tat-Trattat tal-KE, il-Polonja tista' żżomm fis-seħħsa sena wara d-data ta' l-adeżjoni rata mnaqqsa ta' taxxa tas-sisa fuq petrol manifatturat b'alkoħol anidru, diesel (gas) oil b'kontenut ta' kubrit baxx u petrol b'kontenut ta' etere ta' alkoħol etilbutiliku.

[25] ĠU L 76, 23.3.1992, p.1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/47/KE (ĠU L 193, 29.7.2000, p. 73)

--------------------------------------------------

Top