EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02019R0818-20231231

Consolidated text: Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/818/2023-12-31

Dan it-test ikkonsolidat jista’ ma jinkludix l-emendi li ġejjin:

Att li jemenda Tip ta’ emenda Is-subdiviżjoni kkonċernata Data tal-effett
32024R0982 Emendata minn artikolu 39 paragrafu 1 25/04/2024
32024R0982 Emendata minn artikolu 39 paragrafu 2 25/04/2024
32024R0982 Emendata minn artikolu 6 paragrafu 2 punt (d) 25/04/2024
32024R1358 Emendata minn artikolu 13 paragrafu 1 paragrafu mhux numerat 1 punt (c) 12/06/2026
32024R1358 Emendata minn artikolu 26 paragrafu 1 punt (g) 12/06/2026
32024R1358 Emendata minn artikolu 29 paragrafu 1 punt (f) 12/06/2026
32024R1358 Emendata minn artikolu 26 paragrafu 1 punt (c) 12/06/2026
32024R1358 Emendata minn artikolu 29 paragrafu 1 punt (g) 12/06/2026
32024R1358 Emendata minn artikolu 39 paragrafu 2 12/06/2026
32024R1358 Emendata minn artikolu 23 paragrafu 1 12/06/2026
32024R1358 Emendata minn artikolu 14 12/06/2026
32024R1358 Emendata minn artikolu 50 12/06/2026
32024R1358 Emendata minn artikolu 29 paragrafu 1 punt (c) 12/06/2026
32024R1358 Emendata minn artikolu 10 paragrafu 1 sentenza 12/06/2026
32024R1358 Emendata minn artikolu 24 paragrafu 1 12/06/2026
32024R1358 Emendata minn artikolu 18 paragrafu 1 12/06/2026
32024R1358 Emendata minn artikolu 26 paragrafu 1 punt (d) 12/06/2026
32024R1358 Emendata minn artikolu 26 paragrafu 1 punt (f) 12/06/2026
32024R1358 Emendata minn artikolu 29 paragrafu 1 punt (h) 12/06/2026
32024R1358 Emendata minn artikolu 29 paragrafu 1 punt (e) 12/06/2026
32024R1358 Emendata minn artikolu 26 paragrafu 1 punt (h) 12/06/2026
32024R1358 Emendata minn artikolu 26 paragrafu 1 punt (e) 12/06/2026
32024R1358 Emendata minn artikolu 16 paragrafu 1 sentenza 12/06/2026
32024R1358 Emendata minn artikolu 27 paragrafu 1 punt (c) 12/06/2026
32024R1358 Emendata minn artikolu 47 paragrafu 3 paragrafu mhux numerat 12/06/2026
32024R1358 Emendata minn artikolu 27 paragrafu 3 punt (c) 12/06/2026
32024R1358 Emendata minn artikolu 4 punt 20 12/06/2026
32024R1358 Emendata minn artikolu 13 paragrafu 1 paragrafu mhux numerat 1 punt (b) 12/06/2026
32024R1358 Emendata minn artikolu 29 paragrafu 1 punt (d) 12/06/2026
32024R1352 Emendata minn artikolu 20a 12/06/2026
32024R1352 Emendata minn artikolu 17 paragrafu 1 12/06/2026
32024R1352 Emendata minn artikolu 24 paragrafu 1 12/06/2026
32024R1352 Emendata minn artikolu 24 paragrafu 2a 12/06/2026
32024R1352 Emendata minn artikolu 18 paragrafu 3 12/06/2026
32024R1352 Emendata minn artikolu 17 paragrafu 4 12/06/2026
32024R1352 Emendata minn artikolu 7 paragrafu 2 12/06/2026
32024R1352 Emendata minn artikolu 24 paragrafu 5 paragrafu mhux numerat 1 12/06/2026

02019R0818 — MT — 31.12.2023 — 002.002


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) 2019/818 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta' Mejju 2019

dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816

(ĠU L 135 22.5.2019, p. 85)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) 2021/1133 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tal-7 ta’ Lulji 2021

  L 248

1

13.7.2021

 M2

REGOLAMENT (UE) 2021/1150 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tas-7 ta’ Lulju 2021

  L 249

1

14.7.2021

►M3

REGOLAMENT (UE) 2021/1151 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tas-7 ta’ Lulju 2021

  L 249

7

14.7.2021


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 010, 15.1.2020, p.  5 (2019/818)

►C2

Rettifika, ĠU L 335, 29.12.2022, p.  112 (2019/818)

►C3

Rettifika, ĠU L 90189, 15.3.2024, p.  1 ((UE) 2019/818)




▼B

REGOLAMENT (UE) 2019/818 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta' Mejju 2019

dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816



KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

1.  
Dan ir-Regolament, flimkien mar-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), jistabbilixxi qafas għall-iżgurar tal-interoperabbiltà bejn is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), is-sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS), il-Eurodac, is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS), u s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali għal ċittadini ta' pajjiżi terzi (ECRIS-TCN).
2.  

Il-qafas għandu jinkludi l-komponenti tal-interoperabbiltà li ġejjin:

(a) 

portal Ewropew tat-tfittxija (ESP);

(b) 

servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku (BMS kondiviż);

(c) 

repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità (CIR);

(d) 

detettur ta' identitajiet multipli (MID).

3.  
Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-data, dwar format universali ta' messaġġ (UMF), dwar repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika (CRRS) u dwar ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u tal-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA), fir-rigward tad-disinn, tal-iżvilupp u tal-operat tal-komponenti tal-interoperabbiltà.
4.  
Dan ir-Regolament jadatta wkoll il-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-aċċess mill-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri u mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi u t-Taħriġ (Europol) għall- EES, għall- VIS, għall- ETIAS, u għall-Eurodac għall-finijiet tal-prevenzjoni, tad-detezzjoni jew tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra.
5.  
Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll qafas għall-verifika tal-identità ta' persuni u għall-identifikazzjoni ta' persuni.

Artikolu 2

Għanijiet

1.  

Billi jiżgura l-interoperabbiltà, dan ir-Regolament għandu l-għanijiet li ġejjin:

(a) 

li jtejjeb l-effikaċja u l-effiċjenza tal-verifiki fil-fruntieri tal-fruntieri esterni;

(b) 

li jikkontribwixxi għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali;

(c) 

li jikkontribwixxi għal livell għoli ta' sigurtà fi ħdan l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja tal-Unjoni inklużi ż-żamma tas-sigurtà pubblika u tal-ordni pubbliku u s-salvagwardja tas-sigurtà fit-territorji tal-Istati Membri;

(d) 

li jtejjeb l-implimentazzjoni tal-politika komuni dwar il-viżi;

(e) 

li jassisti fl-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali;

(f) 

li jikkontribwixxi għall-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra;

(g) 

li jiffaċilita l-identifikazzjoni ta' persuni mhux magħrufa li ma jkunux jistgħu jidentifikaw lilhom infushom jew fdalijiet umani mhux identifikati f'każ ta' diżastru naturali, inċident jew attakk terroristiku.

2.  

L-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jintlaħqu billi:

(a) 

tiġi żgurata l-identifikazzjoni korretta tal-persuni;

(b) 

isir kontribut għall-ġlieda kontra l-frodi tal-identità;

(c) 

tittejjeb il-kwalità tad-data u jiġu armonizzati r-rekwiżiti relatati mal-kwalità għad-data maħżuna fis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE filwaqt li jiġu rispettati r-rekwiżiti relatati mal-ipproċessar tad-data tal-istrumenti ġuridiċi li jirregolaw is-sistemi individwali, l-istandards u l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data;

(d) 

tiġi ffaċilitata u appoġġata implimentazzjoni teknika u operazzjonali mill-Istati Membri tas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE;

(e) 

jissaħħu, jiġu ssimplifikati u jiġu allinjati aħjar il-kundizzjonijiet relatati mas-sigurtà tad-data u mal-protezzjoni tad-data li jirregolaw is-sistemi ta' informazzjoni rispettivi tal-UE, mingħajr ma jaffettwaw il-protezzjoni u s-salvagwardji speċjali pprovduti lil ċerti kategoriji ta' data;

(f) 

jiġu ssimplifikati l-kundizzjonijiet għall-aċċess tal-awtoritajiet maħtura għall-EES, għall-VIS, għall- ETIAS u għall-Eurodac, filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet meħtieġa u proporzjonati għal dak l-aċċess;

(g) 

jingħata appoġġ għall-finijiet tal-EES, il-VIS, l-ETIAS, l-Eurodac, is-SIS u l-ECRIS-TCN.

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni

1.  
Dan ir-Regolament japplika għall-Eurodac, għas-SIS u għall- ECRIS-TCN.
2.  
Dan ir-Regolament japplika wkoll għad-data tal-Europol sa fejn jippermetti li din titfittex b'mod simultanju mas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE msemmija fil-paragrafu 1.
3.  
Dan ir-Regolament japplika għal persuni li fir-rigward tagħhom tista' tiġi pproċessata data personali fis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE msemmija fil-paragrafu 1 u fid-data tal-Europol imsemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“fruntieri esterni” tfisser fruntieri esterni kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399 ( 2 );

(2) 

“verifiki fil-fruntieri” tfisser verifiki fil-fruntiera kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399;

(3) 

“awtorità tal-fruntiera” tfisser il-gwardja tal-fruntiera assenjata f'konformità mad-dritt nazzjonali biex twettaq verifiki fil-fruntieri;

(4) 

“awtoritajiet superviżorji” tfisser l-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 41(1) tad-Direttiva (UE) 2016/680;

(5) 

“verifika” tfisser il-proċess ta' tqabbil ta' settijiet ta' data biex tiġi stabbilita l-validità tal-identità ddikjarata (verifika “one-to-one”);

(6) 

“identifikazzjoni” tfisser il-proċess biex tiġi determinata l-identità ta' persuna permezz ta' tfittxija f'bażi tad-data ma' settijiet multipli ta' data (verifika “one-to-many”);

(7) 

“data alfanumerika” tfisser data rrappreżentata minn ittri, ċifri, karattri speċjali, spazji u marki tal-punteġġjatura;

▼C1

(8) 

“data tal-identità” tfisser id-data msemmija fl-Artikolu 27(3)(a) u (b);

▼B

(9) 

“data tal-marki tas-swaba'” tfisser immaġnijiet ta' marki tas-swaba' u immaġnijiet ta' marki tas-swaba' latenti li minħabba l-karattru uniku tagħhom u l-punti ta' referenza li jkun fihom jippermettu li jsir tqabbil preċiż u konklużiv dwar l-identità ta' persuna;

(10) 

“immaġni tal-wiċċ” tfisser immaġnijiet diġitali tal-wiċċ;

(11) 

“data bijometrika” tfisser data tal-marki tas-swaba' jew immaġnijiet tal-wiċċ jew it-tnejn li huma;

(12) 

“mudell bijometriku” tfisser rappreżentazzjoni matematika miksuba b'estrazzjoni tal-karatteristiċi mid-data bijometrika limitata għall-karatteristiċi neċessarji biex isiru identifikazzjonijiet u verifiki;

(13) 

“dokument tal-ivvjaġġar” tfisser passaport jew dokument ieħor ekwivalenti li jintitola lid-detentur li jaqsam il-fruntieri esterni u li miegħu tista' titwaħħal viża;

(14) 

“data tad-dokument tal-ivvjaġġar” tfisser it-tip, in-numru u l-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar, id-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż li joħroġ id-dokument tal-ivvjaġġar;

(15) 

“sistemi ta' informazzjoni tal-UE” tfisser l-EES, il-VIS, l-ETIAS, il-Eurodac, is-SIS u l-ECRIS-TCN;

(16) 

“data tal-Europol” tfisser data personali pproċessata mill-Europol għall-fini msemmi fl-Artikolu 18(2)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 2016/794;

(17) 

“bażijiet ta' data tal-Interpol” tfisser il-bażi ta' data ta' Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqin u Mitlufin (il-bażi ta' data SLTD) tal-Interpol u l-bażi ta' data ta' Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma' Avviżi (il-bażi ta' data TDAWN) tal-Interpol.

(18) 

“konkordanza” tfisser l-eżistenza ta' korrispondenza b'riżultat ta' tqabbil awtomatizzat bejn data personali rreġistrata jew li qed tiġi rreġistrata f'sistema ta' informazzjoni jew f'bażi ta' data;

(19) 

“awtorità tal-pulizija” tfisser l-awtorità kompetenti kif definita fil-punt (7) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva(UE) 2016/680; 2016/680;

▼M1

(20) 

“awtoritajiet maħtura” tfisser l-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri kif definiti fil-punt (3a) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, fil-punt (26) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2017/2226 u fil-punt (21) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240;

▼B

(21) 

“reat terroristiku” tfisser reat skont id-dritt nazzjonali li jikkorrispondi jew li hu ekwivalenti għal wieħed mir-reati msemmija fid-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );

(22) 

“reat kriminali serju” tfisser reat li jikkorrispondi jew li huwa ekwivalenti għal wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI ( 4 ), jekk dan ikun punibbli skont id-dritt nazzjonali b'sentenza ta' priġunerija jew b'ordni ta' detenzjoni għal perjodu massimu ta' mill-inqas tliet snin;

(23) 

is-“Sistema tad-Dħul/Ħruġ” jew “EES” tfisser is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ stabbilita permezz tar-Regolament (UE) 2017/2226;

(24) 

is-“Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża” jew “VIS” tfisser is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );

(25) 

is-“Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar” jew “ETIAS” tfisser is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar stabbilita permezz tar-Regolament (UE) 2018/1240;

(26) 

“Eurodac” tfisser il-Eurodac stabbilita permezz tar-Regolament (UE); Nru 603/2013 ( 6 );

(27) 

is-“Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen” jew “SIS” tfisser is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen stabbilita permezz tar-Regolamenti (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861 u (UE) 2018/1862;

(28) 

“ECRIS-TCN” tfisser is-sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta' Stati Membri fil-pussess ta' informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi stabbilita permezz tar-Regolament (UE) 2019/816.

Artikolu 5

Nondiskriminazzjoni u drittijiet fundamentali

L-ipproċessar ta' data personali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament ma għandu jirriżulta f'diskriminazzjoni kontra persuni għall-ebda raġuni bħas-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-fattizzi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Dan għandu jirrispetta bis-sħiħ id-dinjità u l-integrità tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali inkluż id-dritt tar-rispett għall-ħajja privata tal-individwu u għall-protezzjoni tad-data personali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-tfal, lill-anzjani, lill-persuni b'diżabbiltà u persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali. L-aħjar interessi tat-tfal għandhom jikkostitwixxu kunsiderazzjoni primarja.

KAPITOLU II

Il-portal Ewropew tat-tfittxija

Artikolu 6

Il-portal Ewropew tat-tfittxija

1.  
Hu stabbilit portal Ewropew tat-tfittxija (ESP) għall-finijiet ta' faċilitazzjoni tal-aċċess veloċi, mingħajr xkiel, effiċjenti, sistematiku u kontrollat tal-awtoritajiet tal-Istati Membri u tal-aġenziji tal-Unjoni għas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE, għad-data tal-Europol u għall-bażijiet ta' data tal-Interpol għat-twettiq tal-kompiti tagħhom u f'konformità mad-drittijiet ta' aċċess tagħhom, u għall-għanijiet u l-finijiet tal-EES, tal-VIS, tal- ETIAS, tal-Eurodac, tas-SIS u l- ECRIS-TCN.
2.  

L-ESP għandu jkun magħmul minn:

(a) 

infrastruttura ċentrali, inkluż portal tat-tfittxija li jippermetti t-tfittix simultanju fl-EES, il-VIS, l-ETIAS, l-Eurodac, is-SIS, l-ECRIS-TCN kif ukoll fid-data tal-Europol u fil-bażijiet ta' data tal-Interpol;

(b) 

kanal ta' komunikazzjoni sigur bejn l-ESP, l-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni li huma intitolati jużaw l-ESP;

(c) 

infrastruttura tal-komunikazzjoni sigura bejn l-ESP u l-EES, il-VIS, l-ETIAS, il-Eurodac, is-SIS Ċentrali, l-ECRIS-TCN, id-data tal-Europol u l-bażijiet ta' data tal-Interpol kif ukoll bejn l-ESP u l-infrastrutturi ċentrali tas-CIR u l-MID.

3.  
L-eu-LISA għandha tiżviluppa l-ESP u tiżgura l-ġestjoni teknika ta' dan.

Artikolu 7

Użu tal-portal Ewropew tat-tfittxija

1.  
L-użu tal-ESP għandu jkun riżervat għall-awtoritajiet tal-Istati Membri u għall-aġenziji tal-Unjoni li jkollhom aċċess għal tal-anqas waħda mis-sistemi tal-informazzjoni tal-UE f'konformità mal-istrumenti legali li jirregolaw lil dawk is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE, għas-CIR u għall-MID f'konformità ma' dan ir-Regolament, għad-data tal-Europol f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/794 jew għall-bażijiet ta' data tal-Interpol f'konformità mad-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali li jirregola tali aċċess.

Dawk l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni jistgħu jagħmlu użu mill-ESP u mid-data pprovduta minnu biss għall-għanijiet u l-finijiet stabbiliti fl-istrumenti legali li jirregolaw lil dawk is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE, fir-Regolament (UE) 2016/794 u f'dan ir-Regolament.

2.  
L-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jużaw l-ESP biex ifittxu data relatata ma' persuni jew mad-dokumenti tal-ivvjaġġar tagħhom fis-sistemi ċentrali tal-Eurodac, u tal- ECRIS-TCN f'konformità mad-drittijiet ta' aċċess tagħhom kif imsemmi fl-istrumenti legali li jirregolaw lil dawk is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE u fid-dritt nazzjonali. Dawk għandhom jużaw ukoll l-ESP biex ifittxu fis-CIR f'konformità mad-drittijiet ta' aċċess tagħhom skont dan ir-Regolament għall-finijiet imsemmija fl-Artikoli 20, 21 u 22.

▼C2

3.  
L-awtoritajiet tal-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jużaw l-ESP biex ifittxu data relatata ma' persuni jew mad-dokumenti tal-ivvjaġġar tagħhom fis-SIS Ċentrali msemmija fir-Regolament (UE) 2018/1862.

▼B

4.  
Meta jkun hekk previst skont id-dritt tal-Unjoni, l-aġenziji tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jużaw l-ESP biex ifittxu data relatata ma' persuni jew mad-dokumenti tal-ivvjaġġar tagħhom fis-SIS Ċentrali.
5.  
L-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jużaw l-ESP biex ifittxu data relatata ma' persuni jew mad-dokumenti tagħhom tal-ivvjaġġar fid-data tal-Europol f'konformità mad-drittijiet ta' aċċess tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni u nazzjonali.

Artikolu 8

Profili għall-utenti tal-portal Ewropew tat-tfittxija

1.  

Biex ikun jista' jsir użu mill-ESP, l-eu-LISA għandha, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, toħloq profil ibbażata fuq kull kategorija ta' utent tal-ESP, u fuq il-finijiet tat-tfittxijiet tagħhom, f'konformità mad-dettalji tekniċi u mad-drittijiet ta' aċċess imsemmija fil-paragrafu 2. Kull profil għandu, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u nazzjonali, jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-attributi tad-data li għandhom jintużaw għat-tfittxijiet;

(b) 

is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE, data tal-Europol u l-bażijiet ta' data tal-Interpol li għandhom jiġu mfittxija, dawk li jistgħu jiġu mfittxija u dawk li għandhom jipprovdu tweġiba lill-utent;

(c) 

id-data speċifika fis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE, id-data tal-Europol u l-bażijiet ta' data tal-Interpol li fihom tista' ssir tfittxija;

(d) 

il-kategoriji tad-data li jistgħu jiġu pprovduti f'kull tweġiba.

2.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tispeċifika d-dettalji tekniċi tal-profili msemmija fil-paragrafu 1 f'konformità mad-drittijiet ta' aċċess tal-utenti tal-ESP, taħt l-istrumenti legali li jirregolaw is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE u taħt id-dritt nazzjonali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 70(2).
3.  
Il-profili msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rieżaminati regolarment mill-eu-LISA f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, mill-inqas darba fis-sena, u jekk meħtieġ jiġu aġġornati.

Artikolu 9

Tfittxijiet

1.  
L-utenti tal-ESP għandhom iniedu tfittxija billi jissottomettu data alfanumerika jew bijometrika lill-ESP. Meta titnieda tfittxija, l-ESP għandu jfittex fl-EES, l-ETIAS, il-VIS, is-SIS, l-Eurodac, l-ECRIS-TCN u s-CIR, fid-data tal-Europol u fil-bażijiet tad-data tal-Interpol, b'mod simultanju, bid-data sottomessa mill-utent tal-ESP u f'konformità mal-profil tal-utent,.
2.  
Il-kategorijitad-data użati għat-tnedija ta' tfittxija permezz tal-ESP għandhom jikkorrispondu għall-kategoriji tad-data relatati ma' persuni jew ma' dokumenti tal-ivvjaġġar li jistgħu jintużaw biex isiru tfittxijiet fid-diversi sistemi ta' informazzjoni tal-UE, fid-data tal-Europol u fil-bażijiet ta' data tal-Interpol f'konformità mal-istrumenti legali li jirregolawhom.
3.  
L-eu-LISA, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha timplimenta dokument ta' kontroll tal-interfaċċa ibbażat fuq il-UMF imsemmi fl-Artikolu 38 għall-ESP.
4.  
Meta tfittxija titnied minn utent tal-ESP, l-EES, l-ETIAS, il-VIS, is-SIS, il-Eurodac, is-sistema ECRIS-TCN, is-CIR,l-MID, id-data tal-Europol u l-bażijiet ta' data tal-Interpol, għandhom bħala risposta għat-tfittxija jipprovdu data li huma jżommu fihom.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20, it-tweġiba pprovduta mill-ESP għandha tindika għal liema sistema ta' informazzjoni jew bażi ta' data tappartjeni d-data.

L-ESP ma għandu jipprovdi l-ebda informazzjoni rigward id-data f'sistemi ta' informazzjoni tal-UE, id-data tal-Europol u l-bażijiet ta' data tal-Interpol li għalihom l-utent ma jkollu l-ebda aċċess taħt id-dritt tal-Unjoni u d-dritt nazzjonali applikabbli.

5.  
Kwalunkwe tfittxija fil-bażijiet ta' data tal-Interpol imnedija permezz tal-ESP għandha ssir b'tali mod li l-ebda informazzjoni ma tiġi żvelata lis-sid tal-allert tal-Interpol.
6.  
L-ESP għandu jagħti tweġibiet lill-utent malli tkun disponibbli data minn xi waħda mis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE, mid-data tal-Europol jew mill-bażijiet ta' data tal-Interpol. Dawk it-tweġibiet għandu jkun fihom biss id-data li għaliha l-utent ikollu aċċess skont id-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali.
7.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-proċedura teknika għat-tfittxija tal-ESP fis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE, fid-data tal-Europol u fil-bażijiet ta' data tal-Interpol u l-format tat-tweġibiet tal-ESP. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 70(2).

Artikolu 10

Żamma ta' reġistrazzjonijiet

1.  

Mingħajr preġudizzju għall- Artikoli 12 u 18 tar-Regolament (UE) 2018/1862, l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2019/816 u l- Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2016/794, l-eu-LISA għandha żżomm reġistrazzjonijiet tal-operazzjonijiet kollha ta' proċessar tad-data fi ħdan l-ESP. Dawn ir-reġistrazzjonijiet għandhom jinkludu li ġej:

(a) 

l-Istat Membru jew l-aġenzija tal-Unjoni li tniedi t-tfittxija u l-profil tal-ESP użat;

(b) 

id-data u l-ħin tat-tfittxija;

(c) 

is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE u d-data tal-Europol imfittxija.

2.  
Kull Stat Membru għandu jżomm reġistrazzjonijiet tat-tfittxijiet li l-awtoritajiet tiegħu u l-persunal ta' dawk l-awtoritajiet debitament awtorizzat li jużaw l-ESP jagħmlu. Kull aġenzija tal-Unjoni għandha żżomm reġistrazzjonijiet ta' tfittxijiet li jagħmel il-persunal debitament awtorizzat tagħha.
3.  
Ir-reġistrazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-protezzjoni tad-data, inkluża l-verifika tal-ammissibbiltà ta' tfittxija u tal-legalità tal-ipproċessar ta' data, u għall-iżgurar tas-sigurtà u l-integrità tad-data. Dawk ir-reġistrazzjonijiet għandhom ikunu protetti permezz ta' miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u għandhom jitħassru sena wara li jinħolqu. Jekk madankollu, huma rikjesti għal proċeduri ta' monitoraġġ li jkunu diġà bdew,għandhom jitħassru ladarba l-proċeduri ta' monitoraġġ ma jkunux għadhom jirrikjedu r-reġistrazzjonijiet.

Artikolu 11

Proċeduri ta' riżerva f'każ ta' impossibbiltà teknika li jintuża l-portal Ewropew tat-tfittxija

1.  
Meta jkun teknikament impossibbli li jintuża l-ESP biex issir tftixxija f'sistema ta' informazzjoni waħda jew aktar tal-UE jew fis-CIR, minħabba ħsara fl-ESP, l-utenti tal-ESP għandhom jiġu nnotifikati b'mod awtomatizzat mill-eu-LISA.
2.  
Meta jkun teknikament impossibbli li jintuża l-ESP biex issir tftixxija f'sistema ta' informazzjoni waħda jew aktar tal-UE jew fis-CIR, minħabba ħsara fl-infrastruttura nazzjonali fi Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-eu-LISA u lill-Kummissjoni b'mod awtomatizzat.
3.  
Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu, u sakemm tiġi indirizzata l-ħsara teknika, l-obbligu msemmi fl-Artikolu 7(2) u (4) ma għandux ikun japplika u l-Istati Membri għandhom jaċċedu għas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE jew is-CIR direttament meta jkunu obbligati jagħmlu dan taħt id-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali.
4.  
Meta jkun teknikament impossibbli li jintuża l-ESP biex issir tfittxija f'sistema ta' informazzjoni tal-UE waħda jew aktar jew fis-CIR, minħabba ħsara fl-infrastruttura ta' aġenzija tal-Unjoni, dik l-aġenzija għandha tinnotifika lill-eu-LISA u lill-Kummissjoni b'mod awtomatizzat.

KAPITOLU III

Servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku

Artikolu 12

Servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku

1.  
Servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku (BMS kondiviż) li jaħżen mudelli bijometriċi miksuba mid-data bijometrika msemmija fl-Artikolu 13, li huma maħżuna fis-CIR u SIS, u li jippermetti li jsiru tfittxijiet b'data bijometrika f'diversi sistemi ta' informazzjoni tal-UE hu stabbilit għall-finijiet ta' għoti ta' appoġġ għas-CIR u l-MID u għall-għanijiet tal-EES, il-VIS, l-Eurodac, is-SIS u l-ECRIS-TCN.
2.  

Il-BMS kondiviż għandu jkun magħmul minn:

(a) 

infrastruttura ċentrali, li għandha tissostitwixxi s-sistemi ċentrali tal-EES, tal-VIS, tas-SIS, tal-Eurodac u tal-ECRIS-TCN rispettivament, biex taħżen fiha l-mudelli bijometriċi u tippermetti t-tiftix b'data bijometrika;

(b) 

infrastruttura tal-komunikazzjoni sigura bejn il-BMS kondiviż, is-SIS Ċentrali u s-CIR.

3.  
L-eu-LISA għandha tiżviluppa l-BMS kondiviż u tiżgura l-ġestjoni teknika ta' dan.

Artikolu 13

Il-ħżin ta' mudelli bijometriċi fis-servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku

1.  

Il-BMS kondiviż għandu jaħżen il-mudelli bijometriċi, li għandu jikseb mid-data bijometrika li ġejja:

(a) 

id-data msemmija fl-Artikolu 20(3)(w) u (y), eskluża d-data dwar il-marki tal-pala tal-id, tar-Regolament (UE) 2018/1862;

▼C3

(b) 

id-data msemmija fl-Artikolu 5(1)(b) u (3) tar-Regolament (UE) 2019/816.

▼B

Il-mudelli bijometriċi għandhom jinħażnu fil-BMS komuni f'forma separata loġikament skont is-sistema ta' informazzjoni tal-UE li minnha toriġina d-data.

2.  
Għal kull sett ta' data msemmi fil-paragrafu 1, il-BMS kondiviż għandu jinkludi f'kull mudell bijometriku referenza għas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE li fihom tkun maħżuna d-data bijometrika korrispondenti u referenza għar-rekords attwali f'dawk is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE.
3.  
Il-mudelli bijometriċi għandhom jiddaħħlu fil-BMS kondiviż biss wara verifika awtomatizzata tal-kwalità tad-data bijometrika miżjuda f'waħda mis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE mwettqa mill-BMS kondiviż biex jiġi żgurat l-issodisfar ta' standard minimu tal-kwalità tad-data.
4.  
Il-ħżin tad-data msemmi fil-paragrafu 1 għandu jissodisfa l-istandards tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 37(2).
5.  
Il-Kummissjoni, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, għandha tistabbilixxi rekwiżiti ta' prestazzjoni u arranġamenti prattiċi għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-BMS kondiviż sabiex tiżgura li l-effikaċja tat-tfittxijiet bijometriċi, tirrispetta proċeduri ta' żmien kruċjali bħal kontrolli fil-fruntieri u identifikazzjonijiet. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 70(2).

Artikolu 14

It-tfittix tad-data bijometrika bis-servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku

Biex titfittex id-data bijometrika maħżuna fi ħdan is-CIR u s-SIS, is-CIR u s-SIS għandhom jużaw il-mudelli bijometriċi maħżuna fil-BMS kondiviż. It-tfittxijiet bid-data bijometrika għandhom isiru f'konformità mal-finijiet previsti f'dan ir-Regolament u fir-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816.

Artikolu 15

Żamma ta' data fis-servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku

Id-data msemmija fl-Artikolu 13(1) u (2) għandha tinħażen fil-BMS kondiviż biss sakemm id-data bijometrika tibqa' maħżuna fis-CIR jew fis-SIS. Id-data għandha titħassar mill-BMS kondiviż b'mod awtomatizzat.

Artikolu 16

Żamma ta' reġistrazzjonijiet

1.  

Mingħajr preġudizzju għall- Artikoli 12 u 18 tar-Regolament (UE) 2018/1862 u għall-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2019/816, l-eu-LISA għandha żżomm reġistrazzjonijiet tal-operazzjonijiet kollha ta' proċessar tad-data fil-BMS kondiviż. Dawk ir-reġistrazzjonijiet għandhom jinkludu li ġej:

(a) 

l-Istat Membru jew l-aġenzija tal-Unjoni li tkun qed tniedi t-tfittxija;

(b) 

l-istorja tal-ħolqien u l-ħżin tal-mudelli bijometriċi;

(c) 

is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE mfittxija bil-mudelli bijometriċi maħżuna fil-BMS kondiviż;

(d) 

id-data u l-ħin tat-tfittxija;

(e) 

it-tip ta' data bijometrika użata għat-tnedija tat-tfittxija;

(f) 

ir-riżultati tat-tfittxija u d-data u l-ħin tar-riżultat.

2.  
Kull Stat Membru għandu jżomm reġistrazzjonijiet tat-tfittxijiet li l-awtoritajiet tiegħu u l-persunal debitament awtorizzat biex jużaw il-BMS kondiviż jagħmlu. Kull aġenzija tal-Unjoni għandha żżomm reġistrazzjonijiet tat-tfittxijiet li jagħmel il-persunal debitament awtorizzat tagħha.
3.  
Ir-reġistrazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-protezzjoni tad-data, inkluża l-verifika tal-ammissibbiltà ta' tfittxija u tal-legalità tal-ipproċessar ta' data, u għall-iżgurar tas-sigurtà u l-integrità tad-data. Dawk ir-reġistrazzjonijiet għandhom ikunu protetti permezz ta' miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u għandhom jitħassru sena wara li jinħolqu. Jekk, madanakollu,jkunu rikjesti għal proċeduri ta' monitoraġġ li jkunu diġà bdew, għandhom jitħassru ladarba l-proċeduri ta' monitoraġġ ma jkunux għadhom jirrikjedu r-reġistrazzjonijiet.

KAPITOLU IV

Repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità

Artikolu 17

Repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità

1.  
Hu stabbilit repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità (CIR), li joħloq fajl individwali għal kull persuna li tiġi rreġistrata fl-EES, il-VIS, l-ETIAS, il-Eurodac jew -l-ECRIS-TCN li fiha d-data msemmija fl-Artikolu 18, għall-fini ta' ffaċilitar u ta' assistenza fl-identifikazzjoni korretta tal-persuni rreġistrati fl-EES, il-VIS, l-ETIAS, il-Eurodac u l-ECRIS-TCN f'konformità mal-Artikolu 20, biex jiġi appoġġat il-funzjonament tal-MID f'konformità mal-Artikolu 21 u għall-faċilitazzjoni u l-issimplifikar tal-aċċess mill-awtoritajiet maħtura u mill-Europol għall-EES, il-VIS, l-ETIAS u l-Eurodac, fejn dan ikun meħtieġ għall-prevenzjoni, għad-detezzjoni jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra skont l-Artikolu 22.
2.  

Is-CIR għandu jkun magħmul minn:

(a) 

infrastruttura ċentrali li għandha tieħu post is-sistemi ċentrali tal-EES, il-VIS, l-ETIAS, il-Eurodac u l-ECRIS-TCN rispettivament biex tinħażen fiha d-data msemmija fl-Artikolu 18;

(b) 

kanal ta' komunikazzjoni sigur bejn is-CIR, l-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni li huma intitolati jużaw is-CIR f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali;

(c) 

infrastruttura ta' komunikazzjoni sigura bejn is-CIR u l-EES, il-VIS, l-ETIAS, il-Eurodac u l-ECRIS-TCN kif ukoll mal-infrastrutturi ċentrali tal-ESP, tal-BMS kondiviż u tal-MID.

3.  
L-eu-LISA għandha tiżviluppa s-CIR u tiżgura l-ġestjoni teknika tiegħu.
4.  
Fejn ikun teknikament impossibbli, minħabba nuqqas tas-CIR, li ssir tfittxija fis-CIR għall-fini ta' identifikazzjoni ta' persuna skont l-Artikolu 20, għad-detezzjoni ta' identitajiet multipli skont l-Artikolu 21 jew għall-finijiet tal-prevenzjoni, detezzjoni jew investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra skont l-Artikolu 22, l-utenti tas-CIR għandhom jiġu notifikati mill-eu-LISA b'mod awtomatizzat.
5.  
L-eu-LISA, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha timplimenta dokument ta' kontroll tal-interfaċċa bbażat fuq il-UMF imsemmi fl-Artikolu 38 għas-CIR.

Artikolu 18

Id-data tar-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità

▼C3

1.  
Is-CIR għandu jaħżen id-data li ġejja, loġikament separata skont is-sistema ta' informazzjoni li minnha oriġinat id-data: id-data msemmija fl-Artikolu 5(1)(b) u (3) tar-Regolament (UE) 2019/816 u d-data li ġejja elenkata fl-Artikolu 5(1)(a) ta’ dan ir-Regolament: il-kunjom (isem il-familja), l-ewwel ismijiet (ismijiet mogħtija), id-data tat-twelid, il-post tat-twelid (belt u pajjiż), in-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet, is-sess u ismijiet preċedenti jekk applikabbli, laqmijiet jew psewdonimi fejn disponibbli, kif ukoll, fejn disponibbli, informazzjoni dwar id-dokumenti tal-ivvjaġġar.

▼M1

1a.  
Għall-fini tal-Artikoli 9a u 22b tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, is-CIR għandu jaħżen ukoll, separata b’mod loġiku mid-data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, id-data msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/816. Id-data msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/816 għandha tkun aċċessibbli biss bil-mod imsemmi fl-Artikolu 5(7) ta’ dak ir-Regolament.

▼M3

1b.  
Għall-fini tal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-CIR għandu jaħżen ukoll, separata b’mod loġiku mid-data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, id-data msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/816. Id-data msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/816 għandha tkun aċċessibbli biss bil-mod imsemmi fl-Artikolu 5(7) ta’ dak ir-Regolament.

▼B

2.  
Għal kull sett ta' data msemmi fil-paragrafu 1, is-CIR għandu jinkludi referenza għas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE li għalihom tappartjeni d-data.
3.  
L-awtoritajiet li jaċċedu għas-CIR għandhom jagħmlu dan f'konformità mad-drittijiet ta' aċċess tagħhom taħt l-istrumenti legali li jirregolaw is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE u taħt id-dritt nazzjonali u f'konformità mad-drittijiet ta' aċċess tagħhom skont dan ir-Regolament għall-finijiet imsemmija fl-Artikoli 20, 21 u 22.
4.  
Għal kull sett ta' data msemmi fil-paragrafu 1, is-CIR għandu jinkludi referenza għar-rekord attwali fis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE li għalihom tappartjeni d-data.
5.  
Il-ħżin tad-data msemmi fil-paragrafu 1 għandu jissodisfa l-istandards tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 19

Iż-żieda, l-emendar u t-tħassir ta' data fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità

1.  
Meta tiżdied, tiġi emendata jew titħassar data fil-Eurodac jew fl-ECRIS-TCN, id-data msemmija fl-Artikolu 18 maħżuna fil-fajl individwali tas-CIR għandha tiġi miżjuda, emendata jew imħassra kif xieraq b'mod awtomatizzat.
2.  
Fejn tinħoloq link bajda jew ħamra fl-MID f'konformità mal-Artikolu 32 jew l-Artikolu 33 bejn id-data ta' żewġ sistemi ta' informazzjoni tal-UE jew aktar li jikkostitwixxu s-CIR, minflok ma jinħoloq fajl individwali ġdid, is-CIR għandu jżid id-data l-ġdida mal-fajl individwali tad-data llinkjata.

Artikolu 20

Aċċess għar-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità għall-identifikazzjoni

1.  

It-tfittxijiet tas-CIR għandhom isiru minn awtorità tal-pulizija f'konformità mal-paragrafi 2 u 5 biss fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) 

meta awtorità tal-pulizija ma tkunx tista' tidentifika persuna minħabba n-nuqqas ta' dokument tal-ivvjaġġar jew dokument kredibbli ieħor li juri l-identità ta' dik il-persuna;

(b) 

meta jkun hemm dubji dwar id-data tal-identità pprovduta minn persuna;

(c) 

meta jkun hemm dubji dwar l-awtentiċità tad-dokument tal-ivvjaġġar jew ta' dokument ieħor kredibbli pprovdut minn persuna;

(d) 

meta jkun hemm dubji dwar l-identità tad-detentur ta' dokument ta' vvjaġġar jew dokument ieħor kredibbli; jew

(e) 

meta persuna ma tkunx tista' tikkoopera jew tirrifjuta li tikkoopera.

Tali tfittxijiet ma għandhomx ikunu permessi fir-rigward ta' minorenni taħt l-età ta' 12-il sena, sakemm dawn ma jkunux fl-aħjar interessi tal-minorenni.

2.  
Meta tirriżulta waħda mill-ċirkostanzi elenkati fil-paragrafu 1 u awtorità tal-pulizija tkun ingħatat setgħa għal dan permezz tal-miżuri leġiżlattivi nazzjonali kif imsemmi fil-paragrafu 5, din tista', esklużivament għall-fini ta' identifikazzjoni ta' persuna, tfittex fis-CIR bid-data bijometrika ta' dik il-persuna meħuda fil-post matul kontroll tal-identità, dment li dik il-proċedura tkun inbdiet fil-preżenza ta' dik il-persuna.
3.  
Meta t-tfittxija tindika li d-data dwar il-persuna tkun maħżuna fis-CIR, l-awtorità tal-pulizija għandu jkollha aċċess biex tikkonsulta d-data msemmija fl-Artikolu 18(1).

Meta d-data bijometrika tal-persuna ma tkunx tista' tintuża jew meta t-tfittxija b'dik id-data ma tirnexxix, it-tfittxija għandha ssir bid-data tal-identità tal-persuna flimkien mad-data tad-dokument tal-ivvjaġġar, jew bid-data tal-identità pprovduta minn dik il-persuna.

4.  
Meta awtorità tal-pulizija tkun ingħatat is-setgħa għal dan minn miżuri leġiżlattivi nazzjonali kif imsemmi fil-paragrafu 6, din tista', fil-każ ta' diżastru naturali, inċident jew attakk terroristiku u esklużivament għall-fini ta' identifikazzjoni ta' persuni mhux magħrufa li mhumiex kapaċi jidentifikaw lilhom infushom jew fdalijiet ta' persuni mhux identifikati, tagħmel tfittxija fis-CIR bid-data bijometrika ta' dawk il-persuni.
5.  
L-Istati Membri li jixtiequ jużaw il-possibbiltà pprovduta fil-paragrafu 2 għandhom jadottaw miżuri leġiżlattivi nazzjonali. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ħtieġa li tiġi evitata kwalunkwe diskriminazzjoni kontra ċittadini ta' pajjiżi terzi. Tali miżuri leġiżlattivi għandhom jispeċifikaw l-iskopijiet preċiżi tal-identifikazzjoni fi ħdan l-iskopijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1)(b) u (c). Dawn għandhom jaħtru l-awtoritajiet tal-pulizija kompetenti u jistabbilixxu l-proċeduri, il-kundizzjonijiet u l-kriterji ta' tali verifiki.
6.  
L-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu użu mill-possibbiltà prevista fil-paragrafu 4 għandhom jadottaw miżuri leġiżlattivi nazzjonali li jistabbilixxu l-proċeduri, il-kundizzjonijiet u l-kriterji.

Arikolu 21

Aċċess għar-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità għad-detezzjoni ta' identitajiet multipli

1.  
Meta tfittxija tas-CIR tirriżulta f'link safra f'konformità mal-Artikolu 28(4), l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali tal-identitajiet differenti f'konformità mal-Artikolu 29 għandu jkollha aċċess, esklużivament għall-fini ta' din il-verifika, għad-data msemmija fl-Artikolu 18(1) u (2) maħżuna fis-CIR konnessi permezz ta' link safra.
2.  
Meta tfittxija tas-CIR tirriżulta f'link ħamra f'konformità mal-Artikolu 32, l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 26(2) għandu jkollhom aċċess, esklużivament għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi tal-identità, għad-data msemmija fl-Artikolu 18(1) u (2) maħżuna fis-CIR konnessi permezz ta' link ħamra.

Artikolu 22

Tfittxija fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità għall-finijiet ta' prevenzjoni, detezzjoni jew investigazzjoni ta' reati ta' terroriżmu jew reati kriminali serji oħrajn

1.  
F'każ speċifiku, meta jkun hemm raġunijiet raġonevolment motivati biex wieħed jemmen li l-konsultazzjoni tas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE tikkontribwixxi għall-prevenzjoni, detezzjoni jew investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra, partikolarment meta jkun hemm suspett li l-persuna suspettata, l-awtur jew il-vittma ta' reat terroristiku jew ta' reati kriminali serji oħra tkun persuna li d-data tagħha tkun maħżuna fil-Eurodac, l-awtoritajiet maħtura u l-Europol jistgħu jikkonsultaw is-CIR biex jiksbu informazzjoni dwar jekk id-data dwar persuna speċifika tkunx teżisti fil-Eurodac.
2.  
Meta, bħala tweġiba għal tfittxija, is-CIR jindika li hemm data dwar dik il-persuna fil-Eurodac, is-CIR għandu jipprovdi lill-awtoritajiet maħtura u lill-Europol tweġiba fil-forma ta' referenza kif imsemmi fl-Artikolu 18(2) li tindika li l-Eurodac fiha data li taqbel. Is-CIR għandu jwieġeb b'tali mod li s-sigurtà tad-data ma tiġix kompromessa.

It-tweġiba li tindika li hemm data dwar dik il-persuna li tinsab preżenti fil-Eurodac għandha tintuża biss għall-finijiet tat-tressiq ta' talba għal aċċess sħiħ soġġett għall-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-istrument legali li jirregola tali aċċess.

Fil-każ ta' konkordanza jew konkordanzi multipli, l-awtorità maħtura jew il-Europol għandhom jagħmlu talba għal aċċess sħiħ għal mill-inqas waħda mis-sistemi ta' informazzjoni li minnhom ġiet iġġenerata konkordanza.

Meta, eċċezzjonalment, tali aċċess sħiħ ma jkunx mitlub, l-awtoritajiet maħtura għandhom jirreġistraw il-ġustifikazzjoni għaliex it-talba ma saritx, li għandha tkun rintraċċabbli għall-fajl nazzjonali. Europol għandha tirreġistra l-ġustifikazzjoni fil-fajl rilevanti.

3.  
L-aċċess sħiħ għad-data li tinsab fil-Eurodac għall-finijiet ta' prevenzjoni, detezzjoni jew investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra jibqa' soġġett għall-kundizzjonijiet u għall-proċeduri stabbiliti fl-istrument legali li jirregola tali aċċess.

Artikolu 23

Żamma ta' data fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità

1.  
Id-data msemmija fl-Artikolu 18(1), (2) u (4) għandha titħassar mis-CIR b'mod awtomatizzat f'konformità mad-dispożizzjonijiet dwar iż-żamma ta' data tar- Regolament (UE) 2019/816.
2.  
Il-fajl individwali għandu jkun maħżun fis-CIR biss sakemm id-data korrispondenti tkun maħżuna f'tal-anqas waħda mis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE li d-data tagħha tkun tinsab fis-CIR. Il-ħolqien ta' link m'għandux jaffettwa l-perjodu ta' żamma ta' kull attribut tad-data llinkjata.

Artikolu 24

Iż-żamma ta' reġistrazzjonijiet

1.  
Mingħajr preġudizzju għall- Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2019/816, l-eu-LISA għandha żżomm reġistrazzjonijiet tal-operazzjonijiet kollha ta' proċessar tad-data fis-CIR f'konformità mal-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.
2.  

L-eu-LISA għandha żżomm reġistrazzjonijiet tal-operazzjonijiet kollha ta' proċessar tad-data skont l-Artikolu 20 fis-CIR. Dawk ir-reġistrazzjonijiet għandhom jinkludu li ġej:

(a) 

l-aġenzija tal-Istat Membru jew tal-Unjoni li tniedi t-tfittxija;

(b) 

l-iskop tal-aċċess tal-utent li jagħmel tfittxija permezz tas-CIR;

(c) 

id-data u l-ħin tat-tfittxija;

(d) 

it-tip ta' data użata għat-tnedija tat-tfittxija;

(e) 

ir-riżultati tat-tfittxija.

3.  

L-eu-LISA għandha żżomm reġistrazzjonijiet tal-operazzjonijiet kollha ta' proċessar tad-data skont l-Artikolu 21 fis-CIR. Dawn ir-reġistrazzjonijiet għandhom jinkludu li ġej:

(a) 

l-aġenzija tal-Istat Membru jew tal-Unjoni li tniedi t-tfittxija;

(b) 

l-iskop tal-aċċess tal-utent li jagħmel tfittxija permezz tas-CIR;

(c) 

id-data u l-ħin tat-tfittxija;

(d) 

fejn tinħoloq link, id-data użata għat-tnedija tat-tfittxija u r-riżultati tat-tfittxija li jindikaw is-sistema ta' informazzjoni tal-UE li minnha tkun waslet id-data.

4.  

L-eu-LISA għandha żżomm reġistrazzjonijiet tal-operazzjonijiet kollha ta' proċessar tad-data skont l-Artikolu 22 fis-CIR. Dawn ir-reġistrazzjonijiet għandhom jinkludu li ġej:

(a) 

id-data u l-ħin tat-tfittxija;

(b) 

id-data użata għat-tnedija tat-tfittxija;

(c) 

ir-riżultati tat-tfittxija;

(d) 

l-aġenzija tal-Istat Membru jew tal-Unjoni li tagħmel tfittxija fis-CIR.

Ir-reġistrazzjonijiet tat-tali aċċess għandhom jiġu vverifikati b'mod regolari mill-awtorità superviżorja kompetenti f'konformità mal-Artikolu 41 tad-Direttiva (UE) 2016/680 jew mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mal-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2016/794, f'intervalli li ma jaqbżux is-sitt xhur, biex jiġi vverifikat jekk il-proċeduri u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22(1) u (2) ta' dan ir-Regolament ġewx issodisfati.

5.  
Kull Stat Membru għandu jżomm reġistrazzjonijiet tat-tfittxijiet li l-awtoritajiet tiegħu u l-persunal ta' dawk l-awtoritajiet debitament awtorizzati li jużaw is-CIR jagħmlu skont l-Artikoli 20, 21 u 22. Kull aġenzija tal-Unjoni għandha żżomm reġistrazzjonijiet ta' tfittxijiet li l-persunal debitament awtorizzat tagħha jagħmel skont l-Artikoli 21 u 22.

Barra minn hekk, għal kwalunkwe aċċess għas-CIR skont l-Artikolu 22, kull Stat Membru għandu jżomm ir-reġistrazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ir-referenza tal-fajl nazzjonali;

(b) 

l-iskop tal-aċċess;

(c) 

f'konformità mar-regoli nazzjonali, l-identità unika tal-utent tal-uffiċjal li għamel it-tfittxija u tal-uffiċjal li ordna t-tfittxija.

6.  
F'konformità mar-Regolament (UE) 2016/794, għal kwalunkwe aċċess għas-CIR skont l-Artikolu 22 ta' dan ir-Regolament, il-Europol għandha żżomm reġistrazzjonijiet tal-identità unika tal-utent tal-uffiċjal li għamel it-tfittxija u tal-uffiċjal li ordna t-tfittxija.
7.  
Ir-reġistrazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 sa 6 jistgħu jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-protezzjoni tad-data, inkluża l-verifika tal-ammissibbiltà ta' tfittxija u tal-legalità tal-ipproċessar ta' data, u biex jiġu żgurati s-sigurtà tad-data u l-integrità. Dawk ir-reġistrazzjonijiet għandhom ikunu protetti permezz ta' miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u għandhom jitħassru sena wara li jinħolqu. Jekk madanakollu, jkunu rikjesti għal proċeduri ta' monitoraġġ li jkunu diġà bdew, huma għandhom jitħassru ladarba l-proċeduri ta' monitoraġġ ma jkunux għadhom jirrikjedu r-reġistrazzjonijiet.
8.  
L-eu-LISA għandha taħżen ir-reġistrazzjonijiet relatati mar-rekords tad-data, fil-fajls individwali. L-eu-LISA għandha tħassar tali reġistrazzjonijiet, b'mod awtomatizzat, ladarba titħassar id-data.

KAPITOLU V

Detettur ta' identitajiet multipli

Artikolu 25

Id-detettur ta' identitajiet multipli

1.  
Detettur ta' identitajiet multipli (MID) li joħloq u jaħżen fajls ta' konferma tal-identità kif imsemmi fl-Artikolu 34, li fihom links bejn id-data fis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE inklużi fis-CIR u s-SIS u li jippermettu l-iskoperta ta' identitajiet multipli, bl-iskop doppju li jiffaċilita l-verifika tal-identità u jiġġieled il-frodi tal-identità, huwa stabbilit biex jappoġġa l-funzjoni tas-CIR u l-objettivi tal-EES, il-VIS, l-ETIAS, il-Eurodac, is-SIS u l-ECRIS-TCN.
2.  

L-MID għandu jkun magħmul minn:

(a) 

infrastruttura ċentrali, li taħżen links u referenzi għas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE;

(b) 

infrastruttura tal-komunikazzjoni sikura li tqabbad l-MID mas-SIS u mal-infrastrutturi ċentrali tal-ESP u tas-CIR.

3.  
L-eu-LISA għandha tiżviluppa l-MID u tiżgura l-ġestjoni teknika ta' dan.

Artikolu 26

Aċċess għad-detettur ta' identitajiet multipli

1.  

Għall-finijiet tal-verifika manwali tal-identitajiet differenti msemmija fl-Artikolu 29, l-aċċess għad-data msemmija fl-Artikolu 34 maħżuna fl-MID għandu jingħata lil:

(a) 

l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li joħloq jew jaġġorna allert skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/1862;

(b) 

l-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru tal-kundanna meta tiġi rreġistrata jew modifikata data fl-ECRIS-TCN f'konformità mal-Artikolu 5 jew 9 tar-Regolament (UE) 2019/816.

2.  
L-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni li jkollhom aċċess għal tal-anqas sistema ta' informazzjoni waħda tal-UE inkluża fis-CIR jew is-SIS għandu jkollhom aċċess għad-data msemmija fl-Artikolu 34(a) u (b) rigward kull link ħamra msemmija fl-Artikolu 32.
3.  
L-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni għandu jkollhom aċċess għal-links bojod imsemmija fl-Artikolu 33 fejn ikollhom aċċess għaż-żewġ sistemi ta' informazzjoni tal-UE li fihom data li bejniethom tkun inħolqot il-link il-bajda.
4.  
L-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni għandu jkollhom aċċess għal-links il-ħodor imsemmija fl-Artikolu 31 fejn ikollhom aċċess għaż-żewġ sistemi ta' informazzjoni tal-UE li fihom data li bejniethom tkun inħolqot il-link il-ħadra u tfittxija ta' dawk is-sistemi ta' informazzjoni tkun żvelat konkordanza maż'-żewġ settijiet ta' data marbuta.

Artikolu 27

Detezzjoni ta' identitajiet multipli

1.  

Id-detezzjoni ta' identitajiet multipli fis-CIR u fis-SIS għandha titnieda meta:

(a) 

jinħoloq jew jiġi aġġornat fis-SIS allert dwar persuna f'konformità mal-Kapitoli VI sa IX tar-Regolament (UE) 2018/1862;

(b) 

jinħoloq jew jiġi modifikat rekord tad-data fl-ECRIS-TCN f'konformità mal-Artikolu 5 jew 9 tar-Regolament (UE) 2019/816.

2.  
Meta d-data li tinsab fi ħdan sistema ta' informazzjoni tal-UE msemmija fil-paragrafu 1 ikun fiha data bijometrika, is-CIR u s-SIS Ċentrali għandhom jużaw il-BMS kondiviż biex iwettqu d-detezzjoni ta' identitajiet multipli. Il-BMS kondiviż għandu jqabbel il-mudelli bijometriċi miksuba minn kwalunkwe data bijometrika ġdida mal-mudelli bijometriċi li diġà jinsabu fil-BMS kondiviż biex jivverifika jekk hemmx data li tappartjeni għall-istess persuna diġà maħżuna fis-CIR jew fis-SIS Ċentrali.
3.  

Minbarra l-proċess imsemmi fil-paragrafu 2, is-CIR u s-SIS Ċentrali għandhom jużaw l-ESP biex ifittxu d-data maħżuna fis-SIS Ċentrali u fis-CIR rispettivament billi jużaw id-data li ġejja:

(a) 

il-kunjomijiet, l-ismijiet, l-ismijiet tat-twelid, l-ismijiet użati preċedentement u l-psewdonimi, il-post tat-twelid, id-data tat-twelid, is-sess u kwalunkwe nazzjonalita' kif imsemmija fl-Artikolu 20(3) tar-Regolament (UE) 2018/1862;

(b) 

il-kunjom (isem tal-familja), l-ewwel -ismijiet (ismijiet mogħtija), id-data tat-twelid, il-post tat-twelid (belt u pajjiż), in-nazzjonalità jew nazzjonalitajiet u s-sess kif imsemmija fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (UE) 2019/816;

4.  
Minbarra l-proċess imsemmi fil-paragrafi 2 u 3, is-CIR u s-SIS Ċentrali għandhom jużaw l-ESP biex ifittxu d-data maħżuna fis-SIS Ċentrali u fis-CIR rispettivament billi jużaw id-data tad-dokument tal-ivvjaġġar.
5.  
Id-detezzjoni ta' identitajiet multipli għandha titnieda biss biex titqabbel id-data disponibbli f'sistema ta' informazzjoni tal-UE waħda ma' data disponibbli f'sistemi ta' informazzjoni oħra tal-UE.

Artikolu 28

Riżultati tad-detezzjoni ta' identitajiet multipli

1.  
Meta t-tfittxijiet imsemmija fl-Artikolu 27(2), (3) u (4) ma jirrapportaw ebda konkordanza, il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(1) għandha tkompli f'konformità mal-istrumenti legali li jirregolawhom.
2.  
Meta t-tfittxija stabbilita fl-Artikolu 27(2), (3) u (4) tirrapporta konkordanza waħda jew aktar, is-CIR u, fejn rilevanti, is-SIS għandhom joħolqu link bejn id-data użata għat-tnedija tat-tfittxija u d-data li twassal għall-konkordanza.

Meta jiġu rrapportati diversi konkordanzi, għandha tinħoloq link bejn id-data kollha li twassal għall-konkordanza. Meta d-data diġà tkun illinkjata, il-link eżistenti għandha tiġi estiża għad-data użata għat-tnedija tat-tfittxija.

3.  
Meta t-tfittxija msemmija fl-Artikolu 27(2), (3) u (4) tirrapporta konkordanza waħda jew aktar u d-data tal-identità tal-fajls illinkjati tkun l-istess jew simili, għandha tinħoloq link bajda f'konformità mal-Artikolu 33.
4.  
Meta t-tfittxija msemmija fl-Artikolu 27(2), (3) u (4) tirrapporta konkordanza waħda jew aktar u d-data tal-identità tal-fajls illinkjati ma tkunx tista' titqies li hija simili, għandha tinħoloq link safra f'konformità mal-Artikolu 30 u għandha tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 29.
5.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal- Artikolu 69 li jistabbilixxu l-proċeduri biex jiġu determinati l-każijiet li fihom id-data tal-identità tkun tista' titqies li hija l-istess jew simili.
6.  
Il-links għandhom jinħażnu fil-fajl ta' konferma tal-identità msemmi fl-Artikolu 34.
7.  
Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mal-eu-LISA, tistabbilixxi r-regoli tekniċi għall-ħolqien ta' links bejn id-data minn sistemi ta' informazzjoni differenti tal-UE permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 70(2).

Artikolu 29

Verifika manwali ta' identitajiet differenti u l-awtoritajiet responsabbli

1.  

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti għandha tkun:

(a) 

l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru għal konkordanzi li jkunu seħħew matul il-ħolqien jew l-aġġornament ta' allert tas-SIS f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1862;

(b) 

l-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru tal-kundanna għal konkordanzi li seħħew meta tiġi rreġistrata jew modifikta data fl-ECRIS-TCN f'konformità mal-Artikolu 5 jew 9 tar-Regolament (UE) 2019/816.

L-MID għandu jindika l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti fil-fajl ta' konferma tal-identità.

2.  

L-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti fil-fajl ta' konferma tal-identità għandha tkun l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li ħoloq l-allert fejn tinħoloq link għad-data inkluża f'allert:

(a) 

fir-rigward ta' persuni mfittxija għal arrest għall-finijiet ta' konsenja jew estradizzjoni msemmi fl-Artikolu 26 tar- Regolament (UE) 2018/1862;

(b) 

dwar persuni neqsin jew vulnerabbli msemmi fl-Artikolu 32 tar- Regolament (UE) 2018/1862;

(c) 

dwar persuni mfittxija biex jassistu fi proċedura ġudizzjarja msemmi fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1862;

(d) 

dwar persuni għal verifiki diskreti, għal verifiki ta' inkjesta jew għal verifiki speċifiċi msemmi fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2018/1862.

3.  
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti għandu jkollha aċċess għad-data llinkjata li tinsab fil-fajl rilevanti ta' konferma tal-identità u għad-data tal-identità llinkjata fis-CIR u, fejn rilevanti, fis-SIS. Hija għandha tivvaluta l-identitajiet differenti mingħajr dewmien. Ladarba titlesta din il-valutazzjoni, hija għandha taġġorna l-link f'konformità mal-Artikoli 31, 32 u 33 u żżidha fil-fajl ta' konferma tal-identità, mingħajr dewmien.
4.  
Meta tinħoloq aktar minn link waħda, l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti għandha tivvaluta kull link b'mod separat.
5.  
Meta d-data li tirrapporta konkordanza diġà tkun ġiet illinkjata, l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti għandha tqis il-links eżistenti meta tivvaluta l-ħolqien ta' links ġodda.

Artikolu 30

Link safra

1.  

Fejn il-verifika manwali ta' identitajiet differenti għadha ma seħħitx, link bejn id-data minn żewġ sistemi ta' informazzjoni tal-UE jew aktar għandha tiġi kklassifikata bħala safra f'kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) 

id-data llinkjata jkollha l-istess data bijometrika iżda d-data tal-identità tkun simili jew differenti;

(b) 

id-data llinkjata jkollha data tal-identità differenti iżda taqsam l-istess data tad-dokument tal-ivvjaġġar, u tal-inqas waħda mis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE ma jkollhiex data bijometrika dwar il-persuna kkonċernata;

(c) 

id-data llinkjata taqsam l-istess data tal-identità iżda jkollha data bijometrika differenti;

(d) 

id-data llinkjata jkollha data tal-identità simili jew differenti, u taqsam l-istess data tad-dokument tal-ivvjaġġar, iżda jkollha data bijometrika differenti.

2.  
Meta link tiġi kklassifikata bħala safra f'konformità mal-paragrafu 1, tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29.

Artikolu 31

Link ħadra

1.  

Link bejn data minn żewġ sistemi ta' informazzjoni tal-UE jew aktar għandha tiġi kklassifikata bħala ħadra meta:

(a) 

id-data llinkjata jkollha data bijometrika differenti iżda taqsam l-istess data tal-identità u l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li d-data llinkjata tirreferi għal żewġ persuni differenti;

(b) 

id-data llinkjata jkollha data bijometrika differenti, ikollha data tal-identità simili jew differenti, taqsam l-istess data tad-dokument tal-ivvjaġġar u l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li d-data llinkjata tirreferi għal żewġ persuni differenti;

(c) 

id-data llinkjata jkollha data tal-identità differenti iżda taqsam l-istess data tad-dokument tal-ivvjaġġar, mill-inqas waħda mis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE ma jkollhiex data bijometrika dwar il-persuna kkonċernata u l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali tal-identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li d-data llinkjata tirreferi għal żewġ persuni differenti.

2.  
Meta ssir tfittxija fis-CIR jew is-SIS u meta tkun teżisti link ħadra bejn data f'żewġ sistemi ta' informazzjoni tal-UE jew aktar, l-MID għandu jindika li d-data tal-identità tad-data llinkjata ma tikkorrispondix għall-istess persuna.
3.  
Jekk awtorità ta' Stat Membru jkollha evidenza li tindika li link ħadra ġiet irreġistrata ħażin fl-MID, li link ħadra mhijiex aġġornata jew li data ġiet ipproċessata fl-MID jew fis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE bi ksur ta' dan ir-Regolament, hija għandha tivverifika d-data rilevanti maħżuna fis-CIR u s-SIS u għandha, jekk ikun meħtieġ, tirrettifika jew tħassar il-link mill-MID mingħajr dewmien. Dik l-awtorità tal-Istat Membru għandha tinforma lill-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti mingħajr dewmien.

Artikolu 32

Link ħamra

1.  

Link bejn id-data minn żewġ sistemi ta' informazzjoni tal-UE jew aktar għadha tiġi kklassifikata bħala ħamra fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) 

id-data llinkjata jkollha l-istess data bijometrika iżda jkollha data tal-identità simili jew differenti u l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali tal-identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li din id-data llinkjata tirreferi għall-istess persuna b'mod mhux iġġustifikat;

(b) 

id-data llinkjata jkollha data tal-identità li tkun l-istess, simili jew differenti u l-istess data tad-dokument tal-ivvjaġġar iżda data bijometrika differenti u l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali tal-identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li din id-data llinkjata tirreferi għal żewġ persuni differenti, li mill-inqas wieħed minnhom, juża l-istess dokument tal-ivvjaġġar b'mod mhux iġġustifikat;

(c) 

id-data llinkjata taqsam l-istess data tal-identità, iżda jkollha data bijometrika differenti u data tad-dokument tal-ivvjaġġar differenti jew ma tkunx teżisti, u l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali tal-identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li d-data llinkjata tirreferi għal żewġ persuni differenti b'mod mhux iġġustifikat;

(d) 

id-data llinkjata jkollha data tal-identità differenti, iżda taqsam l-istess data tad-dokument tal-ivvjaġġar, mill-inqas waħda mis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE ma jkollhiex data bijometrika dwar il-persuna kkonċernata u l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali tal-identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li d-data llinkjata tirreferi għall-istess persuna b'mod mhux iġġustifikat.

2.  
Meta ssir tfittxija fis-CIR jew is-SIS u meta tkun teżisti link ħamra bejn id-data f'żewġ sistemi ta' informazzjoni tal-UE jew aktar, l-MID għandu jindika d-data msemmija fl-Artikolu 34. Is-segwitu għal link ħamra għandu jsir f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u nazzjonali, bi kwalunkwe konsegwenza ġuridika għall-persuna kkonċernata bbażata fuq id-data rilevanti dwar dik il-persuna biss. Ma għandu jkun hemm ebda konsegwenza ġuridika għall-persuna kkonċernata mill-eżistenza ta' link ħamra biss.
3.  
Meta tinħoloq link ħamra bejn id-data fl-EES, il-VIS, l-ETIAS, il-Eurodac jew l-ECRIS-TCN, il-fajl individwali maħżun fis-CIR għandu jiġi aġġornat f'konformità mal-Artikolu 19(2).
4.  
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet relatati mal-immaniġġjar tal-allerti fis-SIS li jinsabu fir- Regolamenti (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861 u (UE) 2018/1862, u mingħajr preġudizzju għal-limitazzjonijiet neċessarji għall-protezzjoni tas-sigurtà u tal-ordni pubbliku, għall-prevenzjoni tal-kriminalità u għall-garanzija li ebda investigazzjoni nazzjonali ma tiġi imxekkla, fejn tinħoloq link ħamra, l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti għandha tinforma lill-persuna kkonċernata dwar il-preżenza ta' data illegali ta' identitajiet multipli u għandha tagħti lill-persuna numru uniku ta' identifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 34(c) ta' dan ir-Regolament, referenza għall-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti imsemmi fl-Artikolu 34(d) ta' dan ir-Regolament u l-indirizz tas-sit web tal-portal web stabbilit skont l-Artikolu 49 ta' dan ir-Regolament.
5.  
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tingħata bil-miktub permezz ta' formola standard mill-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-kontenut u preżentazzjoni ta' dik il-formola permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 70(2).
6.  
Meta tinħoloq link ħamra, il-MID għandu jinnotifika lill-awtoritajiet responsabbli għad-data llinkjata b'mod awtomatizzat.
7.  

Jekk awtorità ta' Stat Membru jew aġenzija tal-Unjoni li jkollha aċċess għas-CIR jew għas-SIS tikseb evidenza li tissuġġerixxi li link ħamra ġiet irreġistrata ħażin fl-MID jew li ġiet proċessata data fl-MID, is-CIR jew is-SIS bi ksur ta' dan ir-Regolament, dik l-awtorità jew aġenzija għandha tivverifika d-data relevanti maħżuna fis-CIR u s-SIS u għandha:

(a) 

meta l-link tirrelata ma' wieħed mill-allerti tas-SIS imsemmi fl-Artikolu 29(2), tinforma immedjatament lill-Uffiċċju SIRENE rilevanti tal-Istat Membru li jkun ħoloq l-allert tas-SIS.

(b) 

fil-każijiet l-oħra kollha, tikkoreġi jew tħassar il-link mill-MID immedjatament.

Jekk Uffiċċju SIRENE jiġi kkuntattjat skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, għandu jivverifika l-evidenza pprovduta mill-awtorità tal-Istat Membru jew l-aġenzija tal-Unjoni u, fejn rilevanti, jirrettifika jew iħassar il-link mill-MID immedjatament.

L-awtorità tal-Istat Membru li tikseb l-evidenza għandha tinforma lill-awtorità tal-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti mingħajr dewmien dwar kwalunkwe rettifika jew tħassir ta' link ħamra rilevanti.

Artikolu 33

Link bajda

1.  

Link bejn id-data minn żewġ sistemi ta' informazzjoni tal-UE jew aktar għandha tiġi kklassifikata bħala bajda fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) 

id-data llinkjata jkollha l-istess data bijometrika u l-istess data tal-identità jew data tal-identità simili;

(b) 

id-data llinkjata jkollha l-istess data tal-identità jew data tal-identità simili, l-istess data tad-dokument tal-ivvjaġġar, u tal-anqas waħda mis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE ma jkollhiex data bijometrika dwar il-persuna kkonċernata;

(c) 

id-data llinkjata jkollha l-istess data bijometrika, l-istess data tad-dokument tal-ivvjaġġar u data tal-identità simili;

(d) 

id-data llinkjata jkollha l-istess data bijometrika iżda jkollha data tal-identità simili jew differenti u l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali tal-identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li data llinkjata tirreferi għall-istess persuna b'mod ġustifikat;

2.  
Meta ssir tfittxija fis-CIR jew is-SIS u meta tkun teżisti link bajda bejn id-data f'żewġ sistemi ta' informazzjoni tal-UE jew aktar, l-MID għandu jindika li d-data tal-identità tad-data llinkjata tikkorrispondi għall-istess persuna. Is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE li fihom issir it-tfittxija għandhom iwieġbu billi jindikaw, fejn rilevanti, id-data llinkjata kollha dwar il-persuna, u b'hekk itellgħu konkordanza mad-data li tkun llinkjata permezz tal-link bajda, jekk l-awtorità li tniedi t-tfittxija jkollha aċċess għad-data llinkjata skont id-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali.
3.  
Meta tinħoloq link bajda bejn id-data fl-EES, il-VIS, l-ETIAS, il-Eurodac jew l-ECRIS-TCN, il-fajl individwali maħżun fis-CIR għandu jiġi aġġornat f'konformità mal-Artikolu 19(2).
4.  
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet relatati mal-immaniġġjar tal-allerti fis-SIS li jinsabu fir- Regolamenti (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861 u (UE) 2018/1862, u mingħajr preġudizzju għal-limitazzjonijiet neċessarji għall-protezzjoni tas-sigurtà u tal-ordni pubbliku, għall-prevenzjoni tal-kriminalità u għall-garanzija li ebda investigazzjoni nazzjonali ma tkun fir-riskju, meta tinħoloq link bajda wara verifika manwali ta' identitajiet differenti, l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti għandha tinforma lill-persuna kkonċernata bil-preżenza ta' data simili jew differenti ta' identità u għandha tagħti lill-persuna numru uniku ta' identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 34(c) ta' dan ir-Regolament, referenza għall-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti msemmija fl-Artikolu 34(d) ta' dan ir-Regolament u l-indirizz tas-sit web tal-portal web stabbilit skont l-Artikolu 49 ta' dan ir-Regolament.
5.  
Jekk awtorità ta' Stat Membru jkollha evidenza li tindika li link bajda ġiet irreġistrata ħażin fl-MID, li link bajda mhijiex aġġornata jew li data ġiet ipproċessata fl-MID jew fis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE bi ksur ta' dan ir-Regolament, hija għandha tivverifika d-data rilevanti maħżuna fis-CIR u s-SIS u għandha, jekk ikun meħtieġ, tirrettifika jew tħassar il-link mill-MID mingħajr dewmien. Dik l-awtorità tal-Istat Membru għandha tinforma lill-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali tal-identitajiet differenti mingħajr dewmien.
6.  
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tkun bil-miktub permezz ta' formola standard mill-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-kontenut u l-preżentazzjoni ta' dik il-formola permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 70(2).

Artikolu 34

Fajl ta' konferma tal-identità

Il-fajl ta' konferma tal-identità għandu jkun fih id-data li ġejja:

(a) 

il-links imsemmija fl-Artikoli 30 sa 33;

(b) 

referenza għas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE fejn id-data llinkjata hija maħżuna;

(c) 

numru uniku ta' identifikazzjoni li jippermetti li tinstab id-data llinkjata mis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE korrispondenti;

(d) 

l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti;

(e) 

id-data ta' meta nħolqot jew ġiet aġġornata l-link.

Artikolu 35

Żamma ta' data fid-detettur ta' identitajiet multipli

Il-fajls ta' konferma tal-identità u d-data li fihom, inklużi l-links, għandhom jinħażnu fl-MID biss sakemm id-data llinkjata tkun maħżuna f'żewġ sistemi ta' informazzjoni tal-UE jew aktar. Dawn għandhom jitħassru mill-MID b'mod awtomatizzat.

Artikolu 36

Żamma ta' reġistrazzjonijiet

1.  

L-eu-LISA għandha żżomm reġistrazzjonijiet tal-operazzjoni kollha ta' proċessar tad-data fl-MID. Dawn ir-reġistrazzjonijiet għandhom jinkludu li ġej:

(a) 

l-Istat Membru li jkun qed iniedi t-tfittxija;

(b) 

l-iskop tal-aċċess tal-utent;

(c) 

id-data u l-ħin tat-tfittxija;

(d) 

it-tip ta' data użata għat-tnedija tat-tfittxija;

(e) 

ir-referenza għad-data llinkjata;

(f) 

l-istorja tal-fajl ta' konferma tal-identità.

2.  
Kull Stat Membru għandu jżomm reġistrazzjonijiet tat-tfittxijiet li jagħmlu l-awtoritajiet tiegħu u l-persunal ta' dawk l-awtoritajiet debitament awtorizzati li jużaw l-MID. Kull aġenzija tal-Unjoni għandha żżomm reġistrazzjonijiet ta' tfittxijiet li jagħmel il-persunal debitament awtorizzat tagħha.
3.  
Ir-reġistrazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-protezzjoni tad-data, inkluża l-verifika tal-ammissibbiltà ta' tfittxija u tal-legalità tal-ipproċessar ta' data, u għall-iżgurar tas-sigurtà tad-data u l-integrità. Dawk ir-reġistrazzjonijiet għandhom ikunu protetti permezz ta' miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u għandhom jitħassru sena wara li jinħolqu. Jekk madankollu, huma jkunu rikjesti għal proċeduri ta' monitoraġġ li jkunu diġà bdew, huma għandhom jitħassru ladarba l-proċeduri ta' monitoraġġ ma jkunux għadhom jirrikjedu r-reġistrazzjonijiet.

KAPITOLU VI

Miżuri li jappoġġaw l-interoperabbiltà

Artikolu 37

Kwalità tad-data

1.  
Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-kwalità tad-data mdaħħla fis-sistemi, l-eu-LISA għandha tistabbilixxi mekkaniżmi u proċeduri awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data fuq id-data maħżuna fis-SIS, il-Eurodac, l-ECRIS-TCN, il-BMS kondiviż u s-CIR.
2.  
L-eu-LISA għandha timplimenta mekkaniżmi għall-evalwazzjoni tal-preċiżjoni tal-BMS kondiviż, indikaturi komuni tal-kwalità tad-data u l-istandards minimi tal-kwalità biex tinħażen id-data fis-SIS, il-Eurodac, l-ECRIS-TCN, il-BMS kondiviż u s-CIR.

Unikament id-data li tissodisfa l-istandards minimi ta' kwalità tista' tiddaħħal fis-SIS, fil-Eurodac, fl-ECRIS-TCN, fil-BMS kondiviż, fis-CIR u fl-MID.

3.  
L-eu-LISA għandha tipprovdi rapporti regolari dwar il-mekkaniżmi u l-proċeduri awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data u l-indikaturi komuni tal-kwalità tad-data lill-Istati Membri. L-eu-LISA għandha tipprovdi wkoll rapport regolari lill-Kummissjoni li jkopri l-kwistjonijiet iffaċċjati u l-Istati Membri kkonċernati. L-eu-Lisa għandha wkoll tgħaddi dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq talba. L-ebda rapport ipprovdut skont dan il-paragrafu ma għandu jkun fih data personali.
4.  
Id-dettalji dwar il-mekkaniżmi u l-proċeduri awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data, l-indikaturi komuni tal-kwalità tad-data u l-istandards minimi tal-kwalità għall-ħżin tad-data fis-SIS, il-Eurodac, l-ECRIS-TCN, il-BMS kondiviż u s-CIR, b'mod partikolari rigward id-data bijometrika, għandhom jiġu stabbiliti f'atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 70(2).
5.  
Sena wara li jiġu stabbiliti l-mekkaniżmi u l-proċeduri awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data u l-indikaturi komuni tal-kwalità tad-data u l-istandards minimi tal-kwalità tad-data, u kull sena wara dan, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-kwalità tad-data u tagħmel kull rakkomandazzjoni neċessarja. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bi pjan ta' azzjoni biex tirrimedja għal kull nuqqas identifikat fir-rapport ta' evalwazzjoni u, b'mod partikolari, kwistjonijiet ta' kwalità tad-data li jirriżultaw minn data żbaljata fis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw regolarment lill-Kummissjoni dwar kull progress fl-isfond ta' dan il-pjan ta' azzjoni sakemm jiġi implimentat bis-sħiħ.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali stabbilita permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 ( 7 ).

Artikolu 38

Format universali ta' messaġġ

1.  
B'dan hu stabbilit l-istandard tal-format universali ta' messaġġ (UMF). L-UMF jiddefinixxi standards għal ċerti elementi tal-kontenut tal-iskambju transfruntier ta' informazzjoni bejn is-sistemi ta' informazzjoni, l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet fil-qasam tal-Ġustizzja u tal-Affarijiet interni
2.  
L-istandard tal-UMF għandu jintuża fl-iżvilupp tal-Eurodac, l-ECRIS-TCN, l-ESP, s-CIR, l-MID u, jekk xieraq, fl-iżvilupp mill-eu-LISA jew minn kwalunkwe aġenzija oħra tal-Unjoni ta' mudelli ġodda ta' skambju ta' informazzjoni u ta' sistemi ta' informazzjoni fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni.
3.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi u tiżviluppa l-istandard tal-UMF imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 70(2).

Artikolu 39

Repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika

1.  
Repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika (CRRS) hu stabbilit għall-finijiet ta' għoti ta' appoġġ għall-objettivi tas-SIS, tal-Eurodac u tal-ECRIS-TCN, f'konformità mal-istrumenti legali rispettivi li jirregolaw dawk is-sistemi, u biex tiġi pprovduta data statistika bejn is-sistemi u rapportar analitiku għall-finijiet ta' politika, operazzjonali u ta' kwalità tad-data.
2.  
L-eu-LISA għandha tistabbilixxi, timplimenta u tospita fis-siti tekniċi tagħha lis-CRRS li fihom id-data u l-istatistika msemmija fl- Artikolu 74 tar-Regolament (UE) 2018/1862 u l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2019/816 isseparati loġikament mis-sistema ta' informazzjoni tal-UE. L-aċċess għas-CRRS għandu jingħata permezz ta' aċċess sikur b'kontroll u profili ta' utenti speċifiċi, unikament għall-fini ta' rapportar u statistika, lill-awtoritajiet imsemmija fl- Artikolu 74 tar-Regolament (UE) 2018/1862 u l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2019/816.
3.  
L-eu-LISA għandha trendi d-data anonima u għandha tirreġistra t-tali data anonimizzata fis-CRRS. Il-proċess biex trendi d-data anonima għandu jiġi awtomatizzat.

Id-data li tinsab fis-CRRS ma għandhiex tippermetti l-identifikazzjoni ta' individwi.

4.  

Is-CRRS għandu jkun magħmul minn:

(a) 

l-għodod neċessarji għall-anonimizzazzjoni tad-data;

(b) 

infrastruttura ċentrali, li tikkonsisti f'repożitorju tad-data ta' data anonima;

(c) 

infrastruttura ta' komunikazzjoni sikura biex is-CRRS jiġi kkollegat mas-SIS, il-Eurodac u l-ECRIS-TCN, kif ukoll l-infrastrutturi ċentrali tal-BMS kondiviż, is-CIR u l-MID.

5.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 69 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-operat tas-CRRS, inklużi salvagwardji speċifiċi għall-ipproċessar ta' data personali taħt il-paragrafi 2 u 3 u r-regoli dwar is-sigurtà applikabbli għar-repożitorju.

KAPITOLU VII

Protezzjoni tad-data

Artikolu 40

Il-kontrollur tad-data

1.  
B'rabta mal-ipproċessar ta' data fil-BMS kondiviż, l-awtoritajiet tal-Istati Membri li huma kontrolluri għall--Eurodac, is-SIS u l-ECRIS-TCN rispettivament, għandhom ikunu kontrolluri f'konformità mal-punt (7) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew mal-punt (8) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2016/680 b'rabta mal-mudelli bijometriċi miksuba mid-data msemmija fl-Artikolu 13 li huma jdaħħlu fis-sistemi sottostanti u għandu jkollhom ir-responsabbiltà għall-ipproċessar tal-mudelli bijometriċi fil-BMS kondiviż.
2.  
B'rabta mal-ipproċessar ta' data fis-CIR, l-awtoritajiet tal-Istati Membri li huma kontrolluri għall-Eurodac u l-ECRIS-TCN, rispettivament, għandhom ikunu kontrolluri f'konformità mal-punt (7) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew mal-punt (8) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2016/680 b'rabta mad-data msemmija fl-Artikolu 18 li huma jdaħħlu fis-sistemi sottostanti u għandu jkollhom ir-responsabbiltà għall-ipproċessar ta' dik id-data personali fis-CIR.
3.  

B'rabta mal-ipproċessar ta' data fl-MID:

(a) 

l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tkun kontrollur skont it-tifsira tal-punt (8) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1725 b'rabta mal-ipproċessar ta' data personali fl-Unità Ċentrali tal-ETIAS;

(b) 

l-awtoritajiet tal-Istati Membri li jżidu jew jimmodifikaw id-data fil-fajl ta' konferma tal-identità għandhom ikunu kontrolluri f'konformità mal-punt (7) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew mal-punt (8) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2016/680 u għandu jkollhom ir-responsabbiltà għall-ipproċessar ta' data personali fl-MID.

4.  
Għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-protezzjoni tad-data, inkluża l-verifika tal-ammissibbiltà ta' tfittxija u l-legalità tal-ipproċessar tad-data, il-kontrolluri tad-data għandu jkollhom aċċess għar-reġistrazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 10, 16, 24 u 36 għall-awtomonitoraġġ kif imsemmi fl-Artikolu 44.

Artikolu 41

Il-proċessur tad-data

B'rabta mal-ipproċessar ta' data personali fil-BMS kondiviż, fis-CIR u fl-MID, l-eu-LISA għandha tkun il-proċessur tad-data skont it-tifsira tal-punt (12)(a) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 42

Sigurtà tal-ipproċessar

1.  
L-eu-LISA, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS, il- Europol u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jiżguraw is-sigurtà tal-ipproċessar ta' data personali li sseħħ skont dan ir-Regolament. L-eu-LISA, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS, il-Europol u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw dwar kompiti relatati mas-sigurtà.
2.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eu-LISA għandha tieħu l-miżuri neċessarji biex tiżgura s-sigurtà tal-komponenti tal-interoperabbiltà u l-infrastruttura tal-komunikazzjoni relatata tagħhom.
3.  

B'mod partikolari, l-eu-LISA għandha tadotta l-miżuri neċessarji, inklużi pjan għas-sigurtà, pjan tal-kontinwità tan-negozju u pjan ta' rkupru minn diżastru, biex:

(a) 

tipproteġi fiżikament id-data, inkluż billi toħloq pjanijiet ta' kontinġenza għall-protezzjoni ta' infrastruttura kritika;

(b) 

iċċaħħad lill-persuni mhux awtorizzati mill-aċċess għat-tagħmir u l-installazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data;

(c) 

timpedixxi l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tneħħija tal-mezzi tad-data minn persuni mhux awtorizzati;

(d) 

timpedixxi l-input mhux awtorizzat ta' data u l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta' data personali rreġistrata;

(e) 

timpedixxi l-ipproċessar mhux awtorizzat ta' data u kull ikkupjar, modifika jew tħassir mhux awtorizzati ta' data;

(f) 

tipprevjeni l-użu ta' sistemi tal-ipproċessar tad-data awtomatizzati minn persuni mhux awtorizzati li jużaw tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data;

(g) 

tiżgura li persuni awtorizzati biex jaċċedu għall-komponenti tal-interoperabbiltà jkollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni tal-aċċess tagħhom, permezz ta' identitajiet tal-utenti individwali u permezz ta' modalitajiet ta' aċċess kunfidenzjali biss;

(h) 

tiżgura li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit lil liema korpi tista' tintbagħat data personali bl-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data;

(i) 

tiżgura li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit liema data tkun ġiet ipproċessata fil-komponenti tal-interoperabbiltà, meta, minn min u għal liema skop;

(j) 

timpedixxi l-qari, l-ikkuppjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta' data personali matul it-trażmissjoni ta' data personali lejn jew mill-komponenti tal-interoperabbiltà jew matul it-trasport tal-mezzi tad-data, b'mod partikolari permezz ta' tekniki xierqa ta' kriptaġġ;

(k) 

tiżgura li, fil-każ ta' interruzzjoni, is-sistemi installati jkunu jistgħu jitreġġgħu lura għall-operat normali;

(l) 

tiggarantixxi l-affidabbiltà billi tiżgura li kwalunkwe difett fil-funzjonament tal-komponenti tal-interoperabbiltà jiġi rappurtat kif xieraq;

(m) 

timmonitorja l-effikaċja tal-miżuri tas-sigurtà msemmija f'dan il-paragrafu u tieħu l-miżuri organizzazzjonali meħtieġa marbuta mal-monitoraġġ intern biex tiżgura l-konformità ma' dan ir-Regolament u biex tivvaluta dawk il-miżuri ta' sigurtà fid-dawl ta' żviluppi teknoloġiċi ġodda.

4.  
L-Istati Membri, il-Europol u l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandhom jieħdu miżuri ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 3 fir-rigward tas-sigurtà b'rabta mal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet li jkollhom dritt li jaċċedu għal kwalunkwe wieħed mill-komponenti tal-interoperabbiltà.

Artikolu 43

Inċidenti marbuta mas-sigurtà

1.  
Kull avveniment li għandu jew li jista' jkollu impatt fuq is-sigurtà tal-komponenti tal-interoperabbiltà u li jista' jikkawża dannu jew telf ta' data maħżuna fihom għandu jitqies li hu inċident marbut mas-sigurtà, b'mod partikolari meta jista' jkun li kien hemm aċċess mhux awtorizzat għad-data jew meta d-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data ġew kompromessi jew setgħu ġew kompromessi.
2.  
L-inċidenti marbuta mas-sigurtà għandhom jiġu mmaniġġati biex jiġi żgurat rispons rapidu, effettiv u xieraq.
3.  
Mingħajr preġudizzju għan-notifika u għall-komunikazzjoni ta' ksur tad-data personali skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) 2016/680, jew it-tnejn, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-eu-LISA, lill-awtoritajiet superviżorji kompetenti u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar kwalunkwe inċident marbut mas-sigurtà mingħajr dewmien.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 34 u 35 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2016/794, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Europol għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-eu-LISA u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar kwalunkwe inċidenti marbutin mas-sigurtà mingħajr dewmien.

Fil-każ ta' inċident marbut mas-sigurtà fir-rigward tal-infrastruttura ċentrali tal-komponenti tal-interoperabbiltà, l-eu-LISA għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data mingħajr dewmien.

4.  
L-informazzjoni dwar inċident marbut mas-sigurtà li jkollu jew jista' jkollu impatt fuq l-operat tal-komponenti tal-interoperabbiltà jew fuq id-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data għandha tingħata lill-Istati Membri, lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS u lill-Europol mingħajr dewmien u tiġi rrapportata f'konformità mal-pjan ta' ġestjoni tal-inċidenti li għandu jiġi pprovdut mill-eu-LISA.
5.  
L-Istati Membri kkonċernati, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS, il-Europol u l-eu-LISA għandhom jikkooperaw fil-każ ta' inċident marbut mas-sigurtà. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet ta' din il-proċedura ta' kooperazzjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 70(2).

Artikolu 44

Awtomonitoraġġ

L-Istati Membri u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni għandhom jiżguraw li kull awtorità intitolata għall-aċċess tal-komponenti tal-interoperabbiltà tieħu l-miżuri meħtieġa biex timmonitorja l-konformità tagħha ma' dan ir-Regolament u tikkoopera, fejn meħtieġ, mal-awtoritajiet superviżorji.

Il-kontrolluri tad-data msemmija fl-Artikolu 40 għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jimmonitorjaw il-konformità tal-ipproċessar tad-data skont dan ir-Regolament, inkluża permezz ta' verifika frekwenti tar-reġistrazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 10, 16, 24 u 36, u jikkooperaw, fejn meħtieġ, mal-awtoritajiet superviżorji u mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Artikolu 45

Penali

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe użu ħażin tad-data, ipproċessar ta' data jew skambju ta' data li jmur kontra dan ir-Regolament ikun punibbli f'konformità mad-dritt nazzjonali. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 46

Responsabbiltà

1.  

Mingħajr preġudizzju għad-dritt għal kumpens mill-kontrollur jew il-proċessur, u r-responsabbiltà tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2016/679, id-Direttiva (UE) 2016/680 u r-Regolament (UE) 2018/1725:

(a) 

kwalunkwe persuna jew Stat Membru li jkunu sofrew danni materjali jew mhux materjali bħala riżultat ta' operat ta' pproċessar illegali ta' data personali jew kwalunkwe att ieħor mhux kompatibbli ma' dan ir-Regolament minn Stat Membru għandhom ikunu intitolati li jirċievu kumpens minn dak l-Istat Membru;

(b) 

kwalunkwe persuna jew Stat Membru li jkunu sofrew danni materjali jew mhux materjali bħala riżultat ta' kwalunkwe att mill-Europol, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jew l-eu-LISA li jkun inkompatibbli ma' dan ir-Regolament għandhom ikunu intitolati li jirċievu kumpens mill-aġenzija inkwistjoni.

L-Istat Membru kkonċernat, il-Europol, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jew l-eu-LISA għandhom jiġu eżentati mir-responsabbiltà tagħhom taħt l-ewwel subparagrafu, bis-sħiħ jew parzjalment, jekk jagħtu prova li ma jkunux responsabbli għall-azzjoni li wasslet għad-dannu.

2.  
Jekk xi nuqqas min-naħa ta' Stat Membru milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu taħt dan ir-Regolament jikkawża dannu lill-komponenti tal-interoperabbiltà, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli għal tali dannu, dejjem jekk u sa fejn l-eu-LISA jew Stat Membru ieħor parteċipanti marbuta b'dan ir-Regolament ikunu naqsu milli jieħdu miżuri raġonevoli sabiex jipprevjenu li jseħħ dannu jew biex jimminimizzaw l-impatt tiegħu.
3.  
It-talbiet għal kumpens kontra Stat Membru għad-dannu msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu regolati mid-dritt nazzjonali tal-Istat Membru konvenut. It-talbiet għal kumpens kontra l-kontrollur jew l-eu-LISA għad-danni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet previsti fit-Trattati.

Artikolu 47

Id-dritt għall-informazzjoni

1.  
L-awtorità li tiġbor id-data personali li se tiġi maħżuna fil-BMS kondiviż, fis-CIR jew fl-MID għandha tipprovdi lill-persuni li dwarhom inġabret data bl-informazzjoni rikjesta skont l-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva (UE) 2016/680 u l-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725. L-awtorità għandha tipprovdi l-informazzjoni fil-ħin meta tinġabar tali data.
2.  
L-informazzjoni kollha għandha tkun disponibbli, permezz ta' lingwaġġ ċar u sempliċi, f'verżjoni lingwistika li l-persuna kkonċernata tifhem jew li tkun raġonevolment mistennija li tifhem. Dan għandu jinkludi l-għoti ta' informazzjoni b'mod adattat għall-età tas-suġġetti tad-data li huma minorenni.
3  
Ir-regoli dwar id-dritt għall-informazzjoni li jinsab fir-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data għandhom japplikaw għad-data personali rreġistrata fl-ECRIS-TCN u pproċessata għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 48

Dritt ta' aċċess għal data personali maħżuna fl-MID, ir-rettifika u t-tħassir tagħha u r-restrizzjoni għall-ipproċessar tagħha

1.  
Biex teżerċita d-drittijiet tagħha skont l-Artikoli 15 sa 18 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-Artikoli 17sa 20 tar-Regolament (UE) 2018/1725, u l-Artikoli 14, 15 u 16 tad-Direttiva (UE) 2016/680, kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt li tindirizza hi stess lill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru, li għandu jeżamina u jwieġeb tali talba.
2.  
L-Istat Membru li eżamina tali talba għandu jwieġeb mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien 45 jum minn meta jirċievi t-talba. Dak il-perjodu jista' jiġi estiż bi 15-il jum ieħor meta jkun meħtieġ, filwaqt li jitqiesu l-kumplessità u l-għadd tat-talbiet. L-Istat Membru li eżamina t-talba għandu jinforma lis-suġġett tad-data dwar kwalunkwe estensjoni fi żmien 45 jum minn meta jirċievi t-talba, flimkien mar-raġunijiet għad-dewmien. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li t-tweġibiet għandhom jingħataw minn uffiċċji ċentrali.
3.  
Jekk issir talba għal rettifika jew tħassir ta' data personali lil Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandu jikkuntattja lill-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti fi żmien sebat ijiem. L-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti għandu jivverifika l-preċiżjoni tad-data u l-legalità tal-ipproċessar tad-data mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien 30 jum mit-tali kuntatt. Dak il-perjodu jista' jiġi estiż bi 15-il jum ieħor meta jkun meħtieġ, filwaqt li jitqiesu l-kumplessità u l-għadd tat-talbiet. L-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti għandu jinforma lill-Istat Membru li kuntattjah dwar kwalunkwe tali estensjoni flimkien mar-raġunijiet għad-dewmien. Il-persuna kkonċernata għandha tiġi informata mill-Istat Membru li kkuntattja lill-awtorità tal-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti għall-proċedura ulterjuri.
4.  
Jekk talba għal rettifika jew tħassir ta' data personali ssir lil Stat Membru fejn l-Unità Ċentrali tal-ETIAS kienet responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandu jikkuntattja lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS fi żmien sebat ijiem sabiex jitlob għall-opinjoni tagħha. L-Unità Ċentrali ETIAS għandha tagħti l-opinjoni tagħha mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien 30 jum minn meta tiġi kkuntattjatha. Dak il-perjodu jista' jiġi estiż bi 15-il jum ieħor meta jkun meħtieġ, filwaqt li jitqiesu l-kumplessità u l-għadd tat-talbiet. Il-persuna kkonċernata għandha tiġi informata mill-Istat Membru li kkuntattja lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS dwar il-proċedura ulterjuri.
5.  
Meta, wara eżami, jinstab li d-data maħżuna fl-MID ma tkunx preċiża jew tkun ġiet irreġistrata b'mod illegali, l-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti jew, fejn ma kien hemm l-ebda Stat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti jew fejn l-Unità Ċentrali tal-ETIAS kienet responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandu jirrettifika jew iħassar dik id-data mingħajr dewmien żejjed. Il-persuna kkonċernata għandha tiġi informata bil-miktub li d-data tagħha ġiet rettifikata jew imħassra.
6.  
Meta data maħżuna fl-MID tiġi emendata minn Stat Membru matul il-perjodu ta' żamma tagħha, dak l-Istat Membru għandu jwettaq l-ipproċessar stabbilit fl-Artikolu 27 u, fejn rilevanti, fl-Artikolu 29 biex jiddetermina jekk id-data emendata għandhiex tiġi llinkjata. Meta l-ipproċessar ma jirrapporta ebda konkordanza, dak l-Istat Membru għandu jħassar id-data mill-fajl ta' konferma tal-identità. Meta l-ipproċessar awtomatizzat jirrapporta konkordanza waħda jew aktar, dak l-Istat Membru għandu joħloq jew jaġġorna l-link rilevanti f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament.
7.  
Meta l-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti, jew, fejn applikabbli, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba ma jaqbilx li d-data maħżuna fl-MID mhijiex preċiża jew tkun ġiet reġistrata b'mod illegali, dak l-Istat Membru għandu jadotta deċiżjoni amministrattiva fejn mingħajr dewmien jispjega bil-miktub lill-persuna kkonċernata r-raġuni għaliex mhux lest li jirrettifika jew iħassar id-data relatata magħha.
8.  
Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 7 għandha tipprovdi wkoll lill-persuna kkonċernata bl-informazzjoni li tispjega l-possibbiltà li tikkontesta d-deċiżjoni li ttieħdet fir-rigward tat-talba għall-aċċess għal, rettifika, tħassir jew restrizzjoni tal-ipproċessar ta' data personali u fejn rilevanti, informazzjoni dwar kif għandha tinġieb azzjoni jew isir ilment quddiem l-awtoritajiet jew il-qrati kompetenti, u kull assistenza, inkluża dik mill-awtoritajiet superviżorji.
9.  
Kwalunkwe talba għal aċċess għal, rettifika, tħassir, jew restrizzjoni tal-ipproċessar ta' data personali għandu jkun fiha l-informazzjoni neċessarja biex tiġi identifikata l-persuna kkonċernata. Din l-informazzjoni għandha tintuża esklużivament biex tippermetti l-eżerċizzju tad-drittijiet imsemmija f'dan l-Artikolu u għandha titħassar immedjatament wara.
10.  
L-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti jew, fejn applikabbli, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba, għandu jżomm rekord bil-miktub li saret talba għal aċċess għal, rettifika, tħassir jew restrizzjoni tal-ipproċessar ta' data personali u kif din ġiet indirizzata, u għandu jagħmel dak ir-rekord disponibbli għall-awtoritajiet superviżorji mingħajr dewmien.
11.  
Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe limitazzjoni u restrizzjoni għad-drittijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (UE) 2016/680.

Artikolu 49

Portal web

1.  
Portal web huwa stabbilit għall-finijiet ta' faċilitazzjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet ta' aċċess għal, rettifika, tħassir jew restrizzjoni tal-ipproċessar ta' data personali.
2.  
Il-portal web għandu jkun fih l-informazzjoni dwar id-drittijiet u l-proċeduri msemmija fl-Artikoli 47 u 48 kif ukoll interfaċċa mal-utent li tippermetti lil dawk il-persuni li d-data tagħhom hija pproċessata fl-MID u li ġew informati bil-preżenza ta' link ħamra f'konformità mal-Artikolu 32(4) biex jirċievu informazzjoni ta' kuntatt tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti.
3.  
Biex tikseb l-informazzjoni ta' kuntatt tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti, il-persuna li d-data tagħha hija pproċessata fl-MID għandha ddaħħal ir-referenza lill-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti msemmija fl-Artikolu 34(d). Il-portal web għandu juża din ir-referenza biex isib l-informazzjoni ta' kuntatt tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli mill-verifika manwali ta' identitajiet differenti. Il-portal web għandu wkoll jinkludi mudell ta' e-mail biex jiffaċilita komunikazzjoni bejn l-utent tal-portal u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli mill-verifika manwali ta' identitajiet differenti. Tali e-mail għandu jinkludi qasam għan-numru uniku ta' identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 34(c) biex l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli mill-verifika manwali ta' identitajiet differenti tkun tista' tidentifika d-data kkonċernata.
4.  
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-eu-LISA bid-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet kollha li huma kompetenti biex jeżaminaw u jwieġbu għal kwalunkwe talba msemmija fl-Artikoli 47 u 48 u għandhom jagħmlu rieżami b'mod regolari biex jivvalutaw jekk dawk id-dettalji tal-kuntatt humiex aġġornati.
5.  
L-eu-LISA għandha tiżviluppa l-portal web u tiżgura l-ġestjoni teknika tiegħu.
6.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 69 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-operat tal-portal web, inklużi l-interfaċċa tal-utent, il-lingwi li bihom il-portal web ikun disponibbli u l-mudell ta' e-mail.

Artikolu 50

Komunikazzjoni ta' data personali lil pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u partijiet privati

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, għall-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament (UE) 2016/794, għall-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2017/2226, għall-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2018/1240 u għal meta jsiru tfittxijiet fil-bażijiet tad-data tal-Interpol permezz tal-ESP f'konformità mal-Artikolu 9(5) ta' dan ir-Regolament li huma konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2018/1725 u tal-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679, id-data personali maħżuna fil-komponenti tal-interoperabbiltà, jew li dawn il-komponenti jipproċessaw jew li jaċċedu għaliha, m'għandhiex tiġi ttrasferita u m'għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-ebda pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew parti privata.

Artikolu 51

Superviżjoni mill-awtoritajiet superviżorji

1.  
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet superviżorji jimmonitorjaw b'mod indipendenti l-legalità tal-ipproċessar ta' data personali taħt dan ir-Regolament min-naħa tal-Istat Membru kkonċernat, inkluża t-trażmissjoni tagħha lejn u mill-komponenti tal-interoperabbiltà.
2.  
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali adottati skont id-Direttiva (UE) 2016/680 ikunu applikabbli wkoll, meta rilevanti, għall-aċċess għall-komponenti tal-interoperabbiltà mill-awtoritajiet tal-pulizija u mill-awtoritajiet maħtura, inkluż f'dak li jirrigwarda d-drittijiet tal-persuni li d-data tagħhom isir aċċess għaliha b'dan il-mod.
3.  
L-awtoritajiet superviżorji għandhom jiżguraw li jsir awditjar tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data personali mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-finijiet ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-awditjar rilevanti tal-anqas kull erba' snin.

L-awtoritajiet superviżorji għandhom jippubblikaw kull sena l-għadd ta' talbiet għal rettifika, tħassir jew restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data personali, l-azzjoni meħuda sussegwentement u l-għadd ta' rettifiki, tħassir u restrizzjonijiet tal-ipproċessar magħmula bi tweġiba għal talbiet mill-persuni kkonċernati.

4.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji tagħhom ikollhom biżżejjed riżorsi u għarfien espert biex iwettqu l-kompiti fdati lilhom taħt dan ir-Regolament.
5.  
L-Istati Membri għandhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 u għandhom, b'mod partikolari, jipprovdulha informazzjoni dwar l-attivitajiet imwettqa f'konformità mar-responsabbiltajiet tagħhom taħt dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtoritajiet superviżorji msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 aċċess għar-reġistrazzjonijiet tagħhom kif imsemmi fl-Artikoli 10, 16, 24 u 36 ta' dan ir-Regolament, għall-ġustifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(2) ta' dan ir-Regolament u jippermettulhom aċċess għall-bini kollu tagħhom użat għall-finijiet ta' interoperabbiltà f'kull ħin.

Artikolu 52

Awditjar mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li jsir awditjar tal-operazzjonijiet ta' proċessar ta' data personali min-naħa tal-eu-LISA, tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS u tal-Europol għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-awditjar rilevanti mill-inqas kull erba' snin. Rapport ta' dak l-awditjar għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-eu-LISA, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-aġenzija kkonċernata tal-Unjoni. L-eu-LISA, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Europol għandhom jingħataw opportunità li jikkummentaw qabel jiġu adottati r-rapporti.

L-eu-LISA, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Europol għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, jagħtuh aċċess għad-dokumenti kollha li jitlob u għar-reġistrazzjonijiet tagħhom imsemmija fl-Artikoli 10, 16, 24 u 36 u jippermettu lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data aċċess għall-bini kollu tagħhom f'kwalunkwe ħin.

Artikolu 53

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

1.  
L-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, jikkooperaw b'mod attiv fil-qafas tar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom u jiżguraw superviżjoni koordinata tal-użu tal-komponenti tal-interoperabbiltà u l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet oħra ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari jekk il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew awtorità superviżorja jsibu diskrepanzi kbar bejn prattiki tal-Istati Membri jew isibu trasferimenti potenzjalment illegali fl-użu tal-kanali ta' komunikazzjoni tal-komponenti tal-interoperabbiltà.
2.  
Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, is-superviżjoni koordinata għandha tiġi żgurata f'konformità mal-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2018/1725.
3.  
Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jibgħat rapport konġunt tal-attivitajiet tiegħu taħt dan l-Artikolu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Europol, lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u lill-eu-LISA sat-12 ta' Ġunju 2021 u kull sentejn minn hemm 'il quddiem. Dak ir-rapport għandu jinkludi kapitolu dwar kull Stat Membru mħejji mill-awtorità superviżorja tal-Istat Membru kkonċernat.

KAPITOLU VIII

Responsabbiltajiet

Artikolu 54

Responsabilitajiet tal-eu-Lisa matul il-fażijiet tat-tfassil u tal-iżvilupp

1.  
L-eu-LISA għandha tiżgura li l-infrastrutturi ċentrali tal-komponenti tal-interoperabbiltà jiġu operati f'konformità ma' dan ir-Regolament.
2.  
Il-komponenti tal-interoperabbiltà għandhom ikunu ospitati mill-eu-LISA fis-siti tekniċi tagħha u għandhom jipprovdu l-funzjonalitajiet stabbiliti f'dan ir-Regolament f'konformità mal-kundizzjonijiet tas-sigurtà, tad-disponibbiltà, tal-kwalità u tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(1).
3.  
L-eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp tal-komponenti tal-interoperabbiltà, għal kull adattament meħtieġ għall-istabbiliment tal-interoperabbiltà bejn is-sistemi ċentrali tal-EES, tal-VIS, tal- ETIAS, tas-SIS, tal-Eurodac, u tas- sistema ECRIS-TCN, u tal-ESP, tal-BMS kondiviż, tas-CIR, tal-MID u tas-CRRS.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 62, l-eu-LISA ma għandu jkollha aċċess għall-ebda data personali pproċessata permezz tal-ESP, tal-BMS kondiviż, tas-CIR jew tal-MID.

L-eu-LISA għandha tiddefinixxi d-disinn tal-arkitettura fiżika tal-komponenti tal-interoperabbiltà inklużi l-infrastrutturi tal-komunikazzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom u l-evoluzzjoni tagħhom fir-rigward tal-infrastruttura ċentrali u tal-infrastruttura ta' komunikazzjoni sikura, li għandu jiġi adottat mill-Bord tat-Tmexxija, soġġett għal opinjoni favorevoli tal-Kummissjoni. L-eu-LISA għandha timplimenta wkoll kwalunkwe adattament neċessarju għas-SIS, il-Eurodac jew l-ECRIS-TCN li jirriżulta mill-istabbiliment tal-interoperabbiltà u li huwa previst minn dan ir-Regolament.

L-eu-LISA għandha tiżviluppa u timplimenta l-komponenti tal-interoperabbiltà mill-aktar fis possibbli wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-miżuri previsti fl-Artikoli 8(2), 9(7), 28(5) u (7), 37(4), 38(3), 39(5), 43(5) u 74(10).

L-iżvilupp għandu jikkonsisti fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, fl-ittestjar u fil-ġestjoni u fil-koordinazzjoni ġenerali tal-proġett.

4.  
Matul il-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp, għandu jitwaqqaf Bord tat-Tmexxija tal-Programm li jkun magħmul minn massimu ta' 10 membri. Dan għandu jkun magħmul minn seba' membri maħtura mill-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA minn fost il-membri jew il-membri supplenti tagħha, il-president tal-Grupp Konsultattiv dwar l-Interoperabbiltà msemmi fl-Artikolu 71, membru li jirrappreżenta lill-eu-LISA maħtur mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, u membru wieħed maħtur mill-Kummissjoni. Il-membri maħtura mill-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA għandhom jiġu eletti biss minn dawk l-Istati Membri li huma marbuta b'mod sħiħ skont id-dritt tal-Unjoni bl-istrumenti legali li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistemi kollha ta' informazzjoni tal-UE u li se jipparteċipaw fil-komponenti tal-interoperabbiltà.
5.  
Il-Bord tat-Tmexxija tal-Programm għandu jiltaqa' regolarment u tal-inqas tliet darbiet kull trimestru. Dan għandu jiżgura l-ġestjoni adegwata tal-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp tal-komponenti tal-interoperabbiltà.

Kull xahar, il-Bord tat-Tmexxija tal-Programm għandu jissottometti rapporti bil-miktub dwar il-progress tal-proġett lill-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA. Il-Bord tat-Tmexxija tal-Programm ma għandu jkollu l-ebda setgħa, li jieħu deċiżjonijiet u lanqas mandat biex jirrappreżenta lill-membri tal-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA.

6.  

Il-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tal-Bord tat-Tmexxija tal-Programm li b'mod partikolari għandhom jinkludu regoli dwar:

(a) 

il-presidenza;

(b) 

il-postijiet tal-laqgħat;

(c) 

it-tħejjija tal-laqgħat;

(d) 

l-ammissjoni ta' esperti għal-laqgħat;

(e) 

il-pjanijiet ta' komunikazzjoni biex jiġi żgurat li l-Membri mhux parteċipanti tal-Bord tat-Tmexxija jingħataw l-informazzjoni kollha.

Il-presidenza għandha tkun f'idejn Stat Membru li jkun marbut b'mod sħiħ bid-dritt tal-Unjoni permezz tal-istrumenti legali li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, l-operat u l-użu tas-sistemi kollha ta' informazzjoni tal-UE u li se jipparteċipaw fil-komponenti tal-interoperabilità.

L-ispejjeż kollha tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza mġarrba mill-membri tal-Bord tat-Tmexxija tal-Programm għandhom jitħallsu mill-eu-LISA, u l-Artikolu 10 tar-Regoli ta' Proċedura tal-eu-LISA għandu japplika mutatis mutandis. L-eu-LISA għandha tipprovdi segretarjat lill-Bord tat-Tmexxija tal-Programm.

Il-Grupp Konsultattiv dwar l-Interoperabbiltà msemmi fl-Artikolu 71 għandu jiltaqa' b'mod regolari sakemm jibda l-operat tal-komponenti tal-interoperabbiltà. Wara kull laqgħa huwa għandu jirrapporta lill-Bord tat-Tmexxija tal-Programm. Dan għandu jipprovdi l-għarfien espert tekniku b'appoġġ għall-kompiti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Programm u għandu jsegwi l-istat ta' tħejjija tal-Istati Membri.

Artikolu 55

Responsabilitajiet tal-eu-Lisa wara l-bidu tal-operat

1.  
Wara l-bidu tal-operat ta' kull komponent tal-interoperabbiltà, l-eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni teknika tal-infrastruttura ċentrali tal-komponenti tal-interoperabbiltà, inklużi l-manutenzjoni u l-iżviluppi teknoloġiċi tagħhom. F'kooperazzjoni mal-Istati Membri, din għandha tiżgura li tintuża l-aħjar teknoloġija disponibbli, soġġetta għal analiżi tal-benefiċċji fil-konfront tal-ispejjeż magħmula. L-eu-LISA għandha tkun responsabbli wkoll għall-ġestjoni teknika tal-infrastruttura ta' komunikazzjoni msemmija fl-Artikoli 6, 12, 17, 25 u 39.

Il-ġestjoni teknika tal-komponenti tal-interoperabbiltà għandha tikkonsisti fil-kompiti u fis-soluzzjonijiet tekniċi kollha neċessarji biex il-komponenti tal-interoperabbiltà jiffunzjonaw u jipprovdu, mingħajr interruzzjoni, servizzi lill-Istati Membri u lill-aġenziji tal-Unjoni 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa f'konformità ma' dan ir-Regolament. Hija għandha tinkludi x-xogħol ta' manutenzjoni u l-iżviluppi tekniċi neċessarji biex ikun żgurat li l-komponenti jiffunzjonaw f'livell sodisfaċenti ta' kwalità teknika, b'mod partikulari fir-rigward tal-ħin tar-rispons għall-interrogazzjoni tal-infrastrutturi ċentrali f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

Il-komponenti kollha tal-interoperabbiltà għandhom jiġu żviluppati u ġestiti b'tali mod li jkunu żgurati l-aċċess veloċi, mingħajr intoppi, effiċjenti u kkontrollat, id-disponibbiltà sħiħa u mingħajr interruzzjoni tal-komponenti u tad-data maħżuna fl-MID, fil-BMS kondiviż u fis-CIR, u żmien għar-reazzjoni konformi mal-ħtiġijiet operattivi tal-awtoritajiet tal-Istati Membri u tal-aġenziji tal-Unjoni.

2.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-eu-LISA għandha tapplika regoli adatti ta' segretezza professjonali jew dmirijiet oħra ekwivalenti tal-kunfidenzjalità għall-persunal tagħha li hu meħtieġ jaħdem bid-data maħżuna fil-komponenti tal-interoperabbiltà. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll wara li dawn il-membri tal-persunal iħallu l-kariga jew l-impjieg jew wara t-tmiem ta' l-attivitajiet tagħhom.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 56, l-eu-LISA ma għandha jkollha aċċess għall-ebda data personali pproċessata permezz tal-ESP, tal-BMS kondiviż, tas-CIR u tal-MID.

3.  
L-eu-LISA għandha tiżviluppa u żżomm mekkaniżmi u proċeduri għat-twettiq tal-verifiki tal-kwalità fuq id-data maħżuna fil-BMS kondiviż u fis-CIR f'konformità mal-Artikolu 37.
4.  
L-eu-LISA għandha twettaq ukoll il-kompiti relatati mal-provvista ta' taħriġ dwar l-użu tekniku tal-komponenti tal-interoperabbiltà.

Artikolu 56

Responsabbiltajiet tal-Istati Membri

1.  

Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għal:

(a) 

il-konnessjoni mal-infrastruttura ta' komunikazzjoni tal-ESP u tas-CIR;

(b) 

l-integrazzjoni tas-sistemi utal-infrastrutturi nazzjonali eżistenti mal-ESP, mas-CIR u mal-MID;

(c) 

l-organizzazzjoni, il-ġestjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni tal-infrastruttura nazzjonali eżistenti u tal-konnessjoni tagħha mal-komponenti tal-interoperabbiltà;

(d) 

il-ġestjoni tal-aċċess u l-arranġamenti għall-aċċess għall-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-ESP, is-CIR u l-MID f'konformità ma' dan ir-Regolament u l-ħolqien u l-aġġornament regolari ta' lista ta' dawk il-membri tal-persunal u l-profili tagħhom;

(e) 

l-adozzjoni tal-miżuri leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 20(5) u (6) biex jiġi aċċessat is-CIR għall-finijiet ta' identifikazzjoni;

(f) 

il-verifika manwali ta' identitajiet differenti msemmija fl-Artikolu 29;

(g) 

konformità mar-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-data stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni;

(h) 

konformità mar-regoli ta' kull sistema ta' informazzjoni tal-UE rigward is-sigurtà u l-integrità tad-data personali;

(i) 

ir-rimedjar ta' kwalunkwe nuqqas identifikat fir-rapport ta' evalwazzjoni tal-Kummissjoni rigward il-kwalità tad-data msemmija fl-Artikolu 37(5).

2.  
Kull Stat Membru għandu jipprevedi kollegament tal-awtoritajiet maħtura tiegħu mas-CIR.

Artikolu 57

Responsabbiltajiet tal-Europol

1.  
L-Europol għandu jiżgura l-ipproċessar tat-tfittxijiet tad-data tal-Europol mill-ESP. L-Europol għandu jadatta l-interfaċċa tiegħu tas-Sistemi ta' Tfittxija tal-Europol (QUEST) għal data b'livell bażiku ta' protezzjoni (BPL) kif xieraq.
2.  
L-Europol għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni tal-persunal debitament awtorizzat, u għall-arranġamenti għal dan, meta jiġi biex juża u jaċċessa l-ESP u s-CIR taħt dan ir-Regolament u għall-ħolqien u għall-aġġornament regolari ta' lista ta' dak il-persunal u tal-profili tiegħu.

Artikolu 58

Responsabbiltajiet tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS

L-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tkun responsabbli:

(a) 

għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti f'konformità mal-Artikolu 29;

(b) 

għad-detezzjoni ta' identitajiet multipli bejn id-data maħżuna fl-EES, fil-VIS, fil-Eurodac u fis-SIS, kif imsemmi fl-Artikolu 65.

KAPITOLU IX

Emendi għal strumenti oħra tal-Unjoni

Artikolu 59

Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1726

Ir-Regolament (UE) 2018/1726 huwa emendat kif ġej:

(1) 

l-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 12

Il-kwalità tad-data

1.  
Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tad-data mdaħħla fis-sistemi taħt ir-responsabbiltà operazzjonali tal-Aġenzija, l-Aġenzija, bl-involviment mill-qrib tal-Gruppi Konsultattivi tagħha, għandha tistabbilixxi, għas-sistemi kollha taħt ir-responsabbiltà operazzjonali tagħha, mekkaniżmi u proċeduri awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data kif ukoll indikaturi komuni tal-kwalità tad-data u standards minimi tal-kwalità għall-ħżin tad-data, skont id-dispożizzjonijiet relevanti tal-istrumenti legali li jirregolaw dawk is-sistemi ta' informazzjoni u tal-Artikolu 37 tar-Regolamenti (UE) 2019/817 ( *1 ) u (UE) 2019/818 ( *2 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
2.  
L-Aġenzija għandha tistabbilixxi repożitorju ċentrali li jkun fih biss data anonimizzata għar-rapportar u għall-istatistika f'konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolamenti (UE) 2019/817 u (UE) 2019/818, suġġetta għad-dispożizzjonijiet speċifiċi fl-istrumenti legali li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira ġestiti mill-Aġenzija.
(2) 

fl-Artikolu 19, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a) 

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(eea) jadotta r-rapporti dwar l-istat attwali tal-iżvilupp tal-komponenti ta' interoperabbiltà skont l-Artikolu 78(2) tar-Regolament (UE) 2019/817 u l-Artikolu 74(2) tar-Regolament (UE) 2019/818;”;

(b) 

il-punt (ff) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(ff) jadotta r-rapporti dwar il-funzjonament tekniku tas-SIS skont l-Artikolu 60(7) tar-Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *3 ) u l-Artikolu 74(8) tar-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *4 ), tal-VIS skont l-Artikolu 50(3) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u l-Artikolu 17(3) tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI, tal-EES skont l-Artikolu 72(4) tar-Regolament (UE) 2017/2226, tal-ETIAS skont l-Artikolu 92(4) tar-Regolament (UE) 2018/1240, tal-ECRIS-TCN u tal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS skont l-Artikolu 34(8) tar-Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *5 ) u tal-komponenti ta' interoperabbiltà skont l-Artikolu 78(3) tar-Regolament (UE) 2019/817 u l-Artikolu 74(3) tar-Regolament (UE) 2019/818;

(c) 

il-punt (hh) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(hh) jadotta kummenti formali dwar ir-rapporti tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-awditi tiegħu skont l-Artikolu 56(2)tar-Regolament (UE) 2018/1861, l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, l-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) Nru 603/2013, Artikolu 56(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) 2018/1240, l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (UE) 2019/816 u l-Artikolu 52 tar-Regolamenti (UE) 2019/817 u (UE) 2019/818 u jiżgura segwitu xieraq ta' dawk l-awditi;”;

(d) 

il-punt (mm) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(mm) jiżgura l-pubblikazzjoni annwali tal-lista tal-awtoritajiet kompetenti awtorizzati li jfittxu direttament id-data li tinsab fis-SIS skont l-Artikolu 41(8) tar-Regolament (UE) 2018/1861 u l-Artikolu 56(7) tar-Regolament (UE) 2018/1862, flimkien mal-lista tal-Uffiċċji tas-sistemi nazzjonali ta' SIS (N.SIS) u l-Uffiċċji SIRENE skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2018/1861 u l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2018/1862 rispettivament, kif ukoll il-lista tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226, il-lista tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 87(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240, il-lista tal-awtoritajiet ċentrali skont l-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) 2019/816 u l-lista tal-awtoritajiet skont l-Artikolu 71(1) tar-Regolament (UE) 2019/817 u l-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) 2019/818;”;

(3) 

fl-Artikolu 22, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'li ġej:

“4.  
L-Europol u l-Eurojust jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservaturi meta fuq l-aġenda jkun hemm kwistjoni li tikkonċerna s-SIS II, fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI.

L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tista' tattendi l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservatur meta fuq l-aġenda jkun hemm kwistjoni dwar is-SIS fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/1624.

L-Europol tista' tattendi l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservatur meta fuq l-aġenda jkun hemm kwistjoni dwar il-VIS, fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI, jew jkun hemm kwistjoni li tikkonċerna l-Eurodac, fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 603/2013.

L-Europol tista' tattendi l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservatur meta fuq l-aġenda jkun hemm kwistjoni li tikkonċerna lill-EES fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/2226 jew meta jkun hemm kwistjoni lill-ETIAS fir-rigward tar-Regolament (UE) 2018/1240 fuq l-aġenda.

L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tista' tattendi l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservatur meta jkun hemm mistoqsija dwar l-ETIAS fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1240 fuq l-aġenda.

L-Eurojust, l-Europol u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservaturi meta jkun hemm kwistjoni li tirrigwarda r-Regolament (UE) 2019/816 fuq l-aġenda.

L-Europol, l-Eurojust u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservaturi meta jkun hemm kwistjoni li tirrigwarda r-Regolamenti (UE) 2019/817 u (UE) 2019/818 fuq l-aġenda.

Il-Bord tat-Tmexxija jista' jistieden lil kwalunkwe persuna oħra, li l-opinjoni tagħha tista' tkun ta' interess, sabiex tattendi l-laqgħat tiegħu bħala osservatur.”;

(4) 

fl-Artikolu 24(3), il-punt (p) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(p) mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal Uffiċjali, li jistabbilixxi rekwiżiti ta' kunfidenzjalità bl-għan li jkun hemm konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006, l-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, l-Artikolu 26(9) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 603/2013, l-Artikolu 37(4) tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-Artikolu 74(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240, l-Artikolu 11(16) tar-Regolament (UE) 2019/816 u l-Artikolu 55(2) tar-Regolamenti (UE) 2019/817 u (UE) 2019/818;”

(5) 

l-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

▼C1

(a) 

fil-paragrafu 1, jiddaħħal il-punt li ġej:

“(db) Grupp Konsultattiv dwar l-Interoperabbiltà;”;

▼B

(b) 

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.  
L-Europol, l-Eurojust u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jistgħu jaħtru rappreżentant kull wieħed fil-Grupp Konsultattiv tas-SIS II.

L-Europol tista' taħtar ukoll rappreżentant fil-Gruppi Konsultattivi tal-VIS, tal-Eurodac u tal-EES-ETIAS.

L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tista' taħtar ukoll rappreżentant fil-Grupp Konsultattiv tal-EES-ETIAS.

L-Eurojust, l-Europol, u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jistgħu jaħtru rappreżentant fil-Grupp Konsultattiv tal-ECRIS-TCN.

L-Europol, l-Eurojust u l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jistgħu jaħtru rappreżentant kull wieħed fil-Grupp Konsultattiv dwar l-Interoperabbiltà.”.

Artikolu 60

Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1862

Ir-Regolament (UE) 2018/1862 huwa emendat kif ġej:

(1) 

fl-Artikolu 3, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(18) 

“ESP” tfisser portal Ewropew ta' tfittxija stabbilit mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *6 );

(19) 

“BMS kondiviż” tfisser servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku stabbilit mill-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/818;

(20) 

“CIR” tfisser repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità stabbilit mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 2019/818;

(21) 

“MID” tfisser id-detettur ta' identitajiet multipli stabbilit mill-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2019/818;

(2) 

l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a) 

fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(b) 

sistema nazzjonali (N.SIS) f'kull Stat Membru, li tkun magħmula mis-sistemi ta' data nazzjonali li jikkomunikaw mas-SIS Ċentrali, li tinkludi tal-inqas backup wieħed nazzjonali jew kondiviż tal-N.SIS;

(c) 

infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-CS-SIS, il-backup tas-CS-SIS u l-NI-SIS (“l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni”) li tipprovdi netwerk virtwali kriptat iddedikat għad-data tas-SIS u għall-iskambju ta' data bejn l-Uffiċċji SIRENE, kif imsemmi fl-Artikolu 7(2); u

(d) 

infrastruttura ta' komunikazzjoni sigura bejn is-CS-SIS u l-infrastrutturi ċentrali tal-ESP, il-BMS kondiviż u l-MID.”;

(b) 

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“8.  
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 sa 5, id-data tas-SIS dwar persuni u dokumenti tal-identità tista' tiġi mfittxija wkoll permezz tal-ESP.
9.  
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 sa 5, id-data tas-SIS dwar persuni u dokumenti tal-identità tista' tiġi mibgħuta wkoll permezz tal-infrastruttura ta' komunikazzjoni sigura msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1. Dawn it-trażmissjonijiet għandhom jiġu limitati sal-punt li d-data tkun meħtieġa għall-iskopijiet tar-Regolament (UE) 2019/818”;
(3) 

fl-Artikolu 7, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.  
L-Uffiċċji SIRENE għandhom jiżguraw ukoll il-verifika manwali ta' identitajiet differenti skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2019/818. L-Uffiċċji SIRENE, sa fejn ikun meħtieġ biex iwettqu dan il-kompitu, għandu jkollhom aċċess għad-data maħżuna fis-CIR u fl-MID għall-finijiet stabbiliti fl-Artikoli 21 u 26 tar-Regolament (UE) 2019/818.”;
(4) 

fl-Artikolu 12(1), jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull aċċess għad-data personali permezz tal-ESP jkun rreġistrat bil-għan li jiġi vverifikat jekk it-tfittxija kinitx skont il-liġi, filwaqt li jiġu monitorjati l-legalità tal-ipproċessar tad-data, l-awtomonitoraġġ u l-integrità tad-data u s-sigurtà.”;

(5) 

fl-Artikolu 44(1), jiżdied il-punt li ġej:

“(f) 

il-verifika ta' identitajiet differenti u l-ġlieda kontra l-frodi tal-identità skont il-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2019/818.”.

(6) 

fl-Artikolu 74, il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“7.  
Għall-finijiet tal-Artikolu 15(4) u tal-paragrafi 3, 4 u 6 ta' dan l-Artikolu, l-eu-LISA għandha taħżen id-data msemmija fl-Artikolu 15(4) u fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu li ma għandux jippermetti l-identifikazzjoni ta' individwi fir-repożitorju ċentrali għar-rapportar u l-istatistika msemmija fl-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2019/818.

L-eu-LISA għandha tippermetti lill-Kummissjoni u lill-korpi msemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu biex jiksbu rapporti u statistika personalizzati. Fuq talba, l-eu-LISA għandha tagħti aċċess għar-repożitorju ċentrali għar-rapportar u l-istatistika msemmija fl-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2019/818 lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, lill-Europol u lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta”.

Artikolu 61

Emendi għar-Regolament (UE) 2019/816

Ir-Regolament (UE) 2019/816 huwa emendat kif ġej:

(1) 

fl-Artikolu 1, jiżdied il-punt li ġej:

“(c) il-kundizzjonijiet li taħthom l-ECRIS-TCN tikkontribwixxi biex tiġi ffaċilitata u assistita l-identifikazzjoni korretta ta' persuni rreġistrati fl-ECRIS-TCN taħt il-kundizzjonijiet u għall-finijiet tal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *7 ), billi jinħażnu data tal-identità, data tad-dokumenti tal-ivvjaġġar u data bijometrika fis-CIR.

(2) 

l-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta' informazzjoni dwar l-identità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ġew suġġetti għal kundanni fi Stati Membri, bil-għan li jiġu identifikati l-Istati Membri fejn ngħataw dawn il-kundanni. Bl-eċċezzjoni tal-punt (b)(ii) tal-Artikolu 5(1), id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li japplikaw għal ċittadini ta' pajjiżi terzi japplikaw ukoll għal ċittadini tal-Unjoni li għandhom ukoll in-nazzjonalità ta' pajjiż terz u li kienu suġġetti għal kundanni fl-Istati Membri. Dan ir-Regolament ukoll jiffaċilita u jassisti fl-identifikazzjoni korretta ta' persuni f'konformità ma' dan ir-Regolament u mar-Regolament (UE) 2019/818.”;

(3) 

l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a) 

il-punt (8) huwa mħassar;

(b) 

jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(19) 

“CIR” tfisser repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità stabbilit mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 2019/818;

(20) 

“data tal-ECRIS-TCN” tfisser id-data kollha maħżuna fis-sistema ċentrali u fis-CIR f'konformità mal-Artikolu 5.;

(21) 

“ESP” tfisser il-portal ta' tfittxija Ewropew stabbilit bl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2019/818;”;

(4) 

l-Artikolu 4(1) huwa emendat kif ġej:

(a) 

il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a) sistema ċentrali;”;

(b) 

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(aa) is-CIR;”;

(c) 

jiżdied il-punt li ġej:

“(e) infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-sistema ċentrali u l-infrastrutturi ċentrali tal-ESP u s-CIR;”;

(5) 

l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a) 

fil-paragrafu 1, il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

“1.  
Għal kull ċittadin ta' pajjiż terz ikkundannat, l-awtorità ċentrali tal-Istat Membru li jikkundanna għandu joħloq rekord tad-data fl-ECRIS-TCN. Ir-rekord tad-data għandu jinkludi:”;
(b) 

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.  
Is-CIR għandu jkollu d-data msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u d-data li ġejja tal-punt (a) tal-paragrafu 1: il-kunjom (isem tal-familja); l-ewwel ismijiet (ismijiet mogħtija), id-data tat-twelid, il-post tat-twelid (belt u pajjiż), in-nazzjonalità jew nazzjonalitajiet, is-sess, l-ismijiet preċedenti, jekk applikabbli, fejn disponibbli, laqmijiet jew psewdonimi, fejn disponibbli, it-tip u n-numru tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tal-persuna, kif ukoll isem l-awtorità emittenti. Is-CIR jista' jkun fih id-data msemmija fil-paragrafu (3). Il-bqija tad-data tal-ECRIS-TCN għandha tinħażen fis-sistema ċentrali.”;
(6) 

l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a) 

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.  
Kull rekord tad-data għandu jinħażen fis-sistema ċentrali u fis-CIR sakemm id-data marbuta mal-kundanni tal-persuna kkonċernata tkun maħżuna fir-rekords kriminali.”;
(b) 

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.  
Malli jiskadi l-perjodu ta' żamma msemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità ċentrali tal-Istat Membru li jikkundanna għandha tħassar ir-rekord tad-data, inklużi kwalunkwe data tal-marki tas-swaba' jew immaġni tal-wiċċ, mis-sistema ċentrali u mis-CIR. It-tħassir għandu jsir b'mod awtomatiku, fejn possibbli, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn xahar wara l-iskadenza tal-perjodu ta' żamma.”;
(7) 

l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a) 

fil-paragrafu 1, il-kelma “ECRIS-TCN” hija sostitwita bil-kliem “is-sistema ċentrali u s-CIR”;

(b) 

fil-paragrafi (2), (3) u (4), il-kliem “sistema ċentrali” huwa sostitwit bil-kliem “is-sistema ċentrali u s-CIR”;

(8) 

fl-Artikolu 10(1), il-punt (j) huwa mħassar;

(9) 

fl-Artikolu 12(2), il-kliem “sistema ċentrali” huwa sostitwit bil-kliem “is-sistema ċentrali u s-CIR”;

(10) 

fl-Artikolu 13(2), il-kliem “sistema ċentrali” huwa sostitwit bil-kliem “is-sistema ċentrali u s-CIR”;

(11) 

fl-Artikolu 23(2), il-kliem “sistema ċentrali” huwa sostitwit bil-kliem “is-sistema ċentrali u s-CIR”;

(12) 

l-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:

(a) 

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.  
Id-data mdaħħlat fis-sistema ċentrali u fis-CIR għandha tkun ipproċessata biss għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-Istati Membri li jkollhom informazzjoni dwar ir-rekords kriminali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi. Id-data mdaħħla fis-CIR għandha wkoll tiġi pproċessata f'konformità mar-Regolament (UE) 2019/818 biex tiffaċilita u tassisti fl-identifikazzjoni korretta ta' persuni rreġistrati fl-ECRIS-TCN, f'konformità ma' dan ir-Regolament.”;
(b) 

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.  
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-aċċess għall-finijiet tal-konsultazzjoni tad-data maħżuna fis-CIR għandu jiġi rriżervat ukoll għall-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet nazzjonali ta' kull Stat Membru u għall-persunal debitament awtorizzat tal-aġenziji tal-Unjoni li jkunu kompetenti għall-finijiet stabbiliti fl-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament (UE) 2019/818. Tali aċċess għandu jkun limitat skont sa fejn tkun meħtieġa d-data għat-twettiq tal-kompiti tagħhom għal dawk il-finijiet, u għandu jkun proporzjonat għall-għanijiet li jridu jintlaħqu.”;
(13) 

fl-Artikolu 32, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.  
Għall-fini tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-eu-LISA għandha taħżen id-data msemmija f'dak il-paragrafu fir-repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika msemmija fl-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2019/818”;
(14) 

fl-Artikolu 33(1) il-kliem “sistema ċentrali” huwa sostitwit bil-kliem “is-sistema ċentrali u s-CIR u” ;

(15) 

fl-Artikolu 41, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.  

Għall-kundanni li jkunu ngħataw qabel id-data tal-bidu tad-dħul tad-data f'konformità mal-Artikolu 35(1), l-awtoritajiet ċentrali għandhom joħolqu r-rekords tad-data individwali fis-sistema ċentrali u s-CIR kif ġej:

(a) 

data alfanumerika li għandha tiddaħħal fis-sistema ċentrali u s-CIR sa tmiem il-perijodu msemmi fl-Artikolu 35(2);

(b) 

data tal-marki tas-swaba' li għandha tiddaħħal fis-CIR fi żmien sentejn wara l-bidu tat-tħaddim f'konformità mal-Artikolu 35(4).”.

KAPITOLU X

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 62

Rapportar u statistika

1.  
Il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni u tal-eu-LISA għandu jkollu aċċess biex jikkonsulta, esklużivament għall-finijiet tar-rapportar u tal-istatistika, in-numru ta' tfittxijiet għal kull utent tal-profil tal-ESP.

Ma għandux ikun possibbli li jiġu identifikati individwi mid-data.

2.  

Il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni u tal-eu-LISA għandu jkollu aċċess biex jikkonsulta d-data li ġejja relatata mas-CIR, esklużivament għall-finijiet tar-rapportar u tal-istatistika:

(a) 

l-għadd ta' tfittxijiet għall-finijiet tal-Artikoli 20, 21 u 22;

(b) 

in-nazzjonalità, is-sess u s-sena tat-twelid tal-persuna;

(c) 

it-tip ta' dokument tal-ivvjaġġar u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż emittenti;

(d) 

in-numru ta' tfittxijiet magħmula b'data bijometrika u mingħajrha.

Ma għandux ikun possibbli li jiġu identifikati individwi mid-data.

3.  

Il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni u tal-eu-LISA għandu jkollu aċċess biex jikkonsulta d-data li ġejja relatata mal-MID, esklużivament għall-finijiet tar-rapportar u tal-istatistika:

(a) 

l-għadd ta' tfittxijiet magħmula b'data bijometrika u mingħajrha;

(b) 

in-numru ta' kull tip ta' link u s-sistemi ta' informazzjoni tal-UE li fihom id-data llinkjata;

(c) 

il-perjodu ta' żmien li matulu link safra u ħamra tkun baqgħet fis-sistema.

Ma għandux ikun possibbli li jiġu identifikati individwi mid-data

4.  
Il-persunal debitament awtorizzat tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandu jkollu aċċess biex jikkonsulta d-data msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għall-finijiet ta' twettiq ta' analiżi tar-riskju u ta' valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà kif imsemmija fl-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ).
5.  
Il-persunal debitament awtorizzat tal-Europol għandu jkollu aċċess biex jikkonsulta d-data msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għall-finijiet tat-twettiq ta' analiżijiet ta' natura strateġika, tematika u operattiva kif imsemmi fl-Artikolu 18(2)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2016/794.
6.  
Għall-fini tal-paragrafi 1, 2 u 3, l-eu-LISA għandha taħżen id-data msemmija f'dawk il-paragrafi fis-CRRS. M'għandux ikun possibbli li jiġu identifikati individwi mid-data inkluża fis-CRRS, iżda d-data għandha tippermetti lill-awtoritajiet elenkati fil-paragrafi 1, 2 u 3 jiksbu rapporti u statistika personalizzabbli biex isaħħu l-effiċjenza tal-verifiki fil-fruntieri, biex jgħinu lill-awtoritajiet fl-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għal viża u biex jappoġġaw it-tfassil tal-politiki fuq il-bażi tal-evidenza dwar il-migrazzjoni u s-sigurtà fl-Unjoni.
7.  
Fuq talba, il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-informazzjoni rilevanti għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali sabiex tevalwa l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq id-drittijiet fundamentali.

Artikolu 63

Perjodu tranżizzjonali għall-użu tal-portal Ewropew tat-tfittxija

1.  
Għal perjodu ta' sentejn mid-data li fiha jibda jopera l-ESP, l-obbligi msemmija fl-Artikolu 7(2) u (4) m'għandhomx japplikaw u l-użu tal-ESP għandu jkun fakultattiv.
2.  
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta att delegat, f'konformità mal-Artikolu 69 sabiex temenda dan ir-Regolament, billi testendi darba l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, b'mhux aktar minn sena, meta valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-ESP tkun uriet il-ħtieġa ta' tali estensjoni speċjalment fid-dawl tal-impatt li jkollu d-dħul fis-seħħ tal-ESP fuq l-organizzazzjoni u t-tul tal-verifiki fil-fruntieri.

Artikolu 64

Perjodu tranżizzjonali applikabbli għad-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għar-repożitorju komuni ta' informazzjoni għall-finijiet ta' prevenzjoni, detezzjoni jew investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħrajn

L-Artikolu 22 għandu japplika mid-data tal-bidu tat-tħaddim tas-CIR imsemmija fl-Artikolu 68(3).

Artikolu 65

Perjodu tranżizzjonali għad-detezzjoni ta' identitajiet multipli

1.  
Għal perjodu ta' sena wara n-notifika mill-eu-LISA tat-tlestija tat-test tal-MID imsemmi fl-Artikolu 68(4)(b) u qabel ma jibda jopera l-MID, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tkun responsabbli għat-twettiq ta' detezzjoni ta' identitajiet multipli bl-użu tad-data maħżuna fl-EES, fil-VIS, fil-Eurodac u fis-SIS. Id-detezzjonijiet ta' identitajiet multipli għandhom jitwettqu billi tintuża biss data bijometrika.
2.  
Meta t-tfittxija tirrapporta konkordanza waħda jew diversi u d-data tal-identità tal-fajls illinkjati tkun l-istess jew simili, għandha tinħoloq link bajda f'konformità mal-Artikolu 33.

Meta t-tfittxija tirrapporta konkordanza waħda jew diversi u d-data tal-identità lil-fajls illinkjati ma tkunx tista titqies bħala simili, għandha tinħoloq link safra f'konformità mal-Artikolu 30, u għandha tkun tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 29.

Meta jiġu rrapportati diversi konkordanzi, għandha tinħoloq link bejn kull data li tiskatta l-konkordanza.

3.  
Meta tinħoloq link safra, l-MID għandu jagħti aċċess għad-data tal-identità preżenti fis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE differenti lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS.
4.  
Meta tinħoloq link għal allert fis-SIS, għajr allert maħluq taħt l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1860, l-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament (UE) 2018/1861 jew l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) 2018/1862, l-MID għandu jagħti aċċess għad-data tal-identità preżenti fis-sistemi ta' informazzjoni differenti lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li ħoloq l-allert.
5.  
L-Unità Ċentrali tal-ETIAS jew, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li ħolqu l-allert, għandu jkollhom aċċess għad-data li tinsab fil-fajl ta' konferma tal-identità u għandhom jivvalutaw l-identitajiet differenti u għandhom jaġġornaw il-link f'konformità mal-Artikoli 31, 32 u 33 u jżiduha mal-fajl ta' konferma tal-identità.
6.  
L-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tinnotifika lill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 67(3) ladarba biss il-links sofor kollha jkunu ġew ivverifikati manwalment u l-istatus tagħhom aġġornati bħala links ħodor, bojod jew ħomor.
7.  
L-Istati Membri għandhom jassistu lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS meta jkun meħtieġ, fit-twettiq tad-detezzjoni ta' identitajiet multipli msemmija taħt dan l-Artikolu.
8.  
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta att delegat, f'konformità mal-Artikolu 69 sabiex temenda dan ir-Regolament, billi tipproroga l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu b'sitt xhur, li jiġġedded darbtejn b'sitt xhur kull darba. Tali estensjoni għandha tingħata biss wara valutazzjoni tal-istima taż-żmien tat-tlestija għad-detezzjoni ta' identitajiet multipli taħt dan l-Artikolu, li turi li d-detezzjoni ta' identitajiet multipli ma tistax titlesta qabel l-iskadenza tal-perjodu li jibqa' taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew kwalunkwe estensjoni kurrenti għal raġunijiet indipendenti mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS u li l-ebda miżura korrettiva ma tista' tiġi applikata. Il-valutazzjoni għandha ssir mhux aktar tard minn tliet xhur qabel l-iskadenza ta' tali perjodu jew tal-estensjoni kurrenti.

Artikolu 66

Spejjeż

1.  
L-ispejjeż magħmula b'rabta mal-istabbiliment u mat-tħaddim tal-ESP, il-BMS kondiviż, is-CIR u l-MID għandhom jiġġarrbu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.
2.  
L-ispejjeż magħmula b'rabta mal-integrazzjoni tal-infrastrutturi nazzjonali eżistenti u l-konnessjoni tagħhom mal-interfaċċi uniformi nazzjonali kif ukoll b'rabta mall-'hosting' tal-interfaċċi uniformi nazzjonali għandhom jiġġarrbu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

L-ispejjeż li ġejjin għandhom ikunu esklużi:

(a) 

l-uffiċċju tal-Istati Membri għall-ġestjoni tal-proġetti (laqgħat, missjonijiet, uffiċċji);

(b) 

il-'hosting' ta' sistemi tal- IT nazzjonali (spazju, implimentazzjoni, elettriku, tkessiħ);

(c) 

it-tħaddim ta' sistemi tal-IT nazzjonali (operaturi u kuntratti ta' appoġġ);

(d) 

id-disinn, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta' netwerks nazzjonali ta' komunikazzjoni.

3.  
Mingħajr preġudizzju għal finanzjament ulterjuri għal dan l-iskop minn sorsi oħrajn tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi mobilizzat ammont ta' EUR 32 077 000 mill-pakkett finanzjarju ta' EUR 791 000 000 previst fl-Artikolu 5(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 biex ikopri l-ispejjeż tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, kif previst fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.
4.  
Mill-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 3, għandhom jiġu allokati EUR 22 861 000 għall-eu-LISA, EUR 9 072 000 għall-Europol u EUR 144 000 għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ dwar l-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) bħala appoġġ lil dawn l-aġenziji fil-qadi tal-kompiti rispettivi tagħhom taħt dan ir-Regolament. Tali finanzjament għandu jkun implimentat f'ambitu ta' ġestjoni indiretta.
5.  
L-ispejjeż magħmula mill-awtoritajiet maħtura għandhom jiġġarrbu minn kull Stat Membru, rispettivament. L-ispejjeż għall-konnessjoni ta' kull awtorità maħtura mas-CIR għandhom jiġġarrbu minn kull Stat Membru.

L-ispejjeż magħmula mill-Europol, inklużi dawk għall-konnessjoni mas-CIR, għandhom jiġġarrbu mill-Europol.

Artikolu 67

Notifiki

1.  
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-eu-LISA dwar l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikoli 7, 20, 21 u 26 li jistgħu jużaw jew ikollhom aċċess għall-ESP, għas-CIR u għall-MID rispettivament.

Lista konsolidata ta' dawn l-awtoritajiet għandha tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi żmien tliet xhur mid-data li fiha kull komponent tal-interoperabbiltà jkun beda bl-operat tiegħu f'konformità mal-Artikolu 68. Jekk ikun hemm emendi għal-lista, l-eu-LISA għandha tippubblika lista konsolidata aġġornata darba fis-sena.

2.  
L-eu-LISA għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar it-tlestija b'suċċess tat-test imsemmi fl-Artikolu 68(1)(b), (2)(b), (3)(b), (4)(b), (5)(b) u (6)(b).
3.  
L-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-konklużjoni b'suċċess tal-perjodu tranżizzjonali stabbilit fl-Artikolu 65.
4.  
Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni notifikata skont il-paragrafu 1 għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u tal-pubbliku, billi taġġorna b'mod kostanti s-sit web pubbliku.

Artikolu 68

Bidu tat-tħaddim

1.  

Il-Kummissjoni għandha tiddetermina d-data minn meta l-ESP għandu jibda jitħaddem permezz ta' att ta' implimentazzjoni, ladarba jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ikunu ġew adottati l-miżuri msemmija fl-Artikoli 8(2), 9(7) u 43(5);

(b) 

l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b'suċċess ta' test komprensiv tal-ESP, li hija tkun wettqet b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni li jistgħu jużaw l-ESP;

(c) 

l-eu-LISA tkun ivvalidat l-arranġamenti tekniċi u legali biex tiġbor u tibgħat id-data msemmija fl-Artikolu 8(1) u tkun innotifikathom lill-Kummissjoni;

L-ESP għandu jfittex biss fil-bażijiet tad-data tal-Interpol ladarba l-arranġamenti tekniċi jippermettukonformità mal-Artikolu 9(5). Kwalunkwe impossibbiltà ta' konformità mal-Artikolu 9 (5) għandha twassal biex l-ESP ma jfittixx fil-bażijiet tad-data tal-Interpol, iżda ma għandhiex iddewwem il-bidu tat-tħaddim tal-ESP.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu biex din tkun fi żmien 30 jum mill-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni.

▼M1

1a.  

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-ESP għandu jibda jopera, għall-finijiet tal-ipproċessar awtomatizzat skont l-Artikoli 9a u 22b tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 biss, mid-data tal-bidu tal-operazzjonijiet tal-VIS skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/1134 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ).

▼M3

1b.  
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-ESP għandu jibda jopera, għall-finijiet tal-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20, l-Artikolu 23, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6), l-Artikolu 41 u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240 biss, ladarba l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 88 ta’ dak ir-Regolament ikunu ġew issodisfati.

▼B

2.  

Il-Kummissjoni għandha tiddetermina d-data minn meta l-BMS kondiviż għandu jibda jitħaddem permezz ta' att ta' implimentazzjoni, ladarba jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ikunu ġew adottati l-miżuri msemmija fl-Artikoli 13(5) u 43(5);

(b) 

l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b'suċċess ta' test komprensiv tal-BMS kondiviż, li hija tkun wettqet b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri;

(c) 

l-eu-LISA tkun ivvalidat l-arranġamenti tekniċi u legali biex tiġbor u tibgħat id-data msemmija fl-Artikolu 13 u tkun innotifikathom lill-Kummissjoni;

(d) 

l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b'suċċess tat-test imsemmi fil-paragrafu 5(b).

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu biex din tkun fi żmien 30 jum mill-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni.

3.  

Il-Kummissjoni għandha tiddetermina d-data minn meta s-CIR għandu jibda jitħaddem permezz ta' att ta' implimentazzjoni, ladarba jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ikunu ġew adottati l-miżuri msemmija fl-Artikoli 43(5) u 74(10);

(b) 

l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b'suċċess ta' test komprensiv tas-CIR, li hija tkun wettqet b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri;

(c) 

l-eu-LISA tkun ivvalidat l-arranġamenti tekniċi u legali biex tiġbor u tibgħat id-data msemmija fl-Artikolu 18 u tkun innotifikathom lill-Kummissjoni;

(d) 

l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b'suċċess tat-test imsemmi fil-paragrafu 5(b).

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu biex din tkun fi żmien 30 jum mill-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni.

4.  

Il-Kummissjoni għandha tiddetermina d-data minn meta l-MID għandu jibda jitħaddem permezz ta' att ta' implimentazzjoni, ladarba jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ikunu ġew adottati l-miżuri msemmija fl-Artikoli 28(5) u (7), 32(5), 33(6), 43(5) u 49(6);

(b) 

l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b'suċċess ta' test komprensiv tal-MID, li hija tkun wettqet b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri u mal-Unità Ċentrali tal-ETIAS;

(c) 

l-eu-LISA tkun ivvalidat l-arranġamenti tekniċi u legali biex tiġbor u tibgħat id-data msemmija fl-Artikolu 34 u tkun innotifikathom lill-Kummissjoni;

(d) 

l-Unità Ċentrali tal-ETIAS tkun innotifikat lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 67(3);

(e) 

l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b'suċċess tat-testi msemmijin fil-paragrafi 1(b), 2(b), 3(b) u 5(b).

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu biex din tkun fi żmien 30 jum mill-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni.

5.  

Il-Kummissjoni għandha tiddetermina permezz ta' atti ta' implimentazzjonid-data minn meta l-mekkaniżmi u l-proċeduri awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data, l-indikaturi komuni tal-kwalità tad-data u l-istandards minimi tal-kwalità tad-data għandhom jintużaw, ladarba jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ikunu ġew adottati l-miżuri msemmija fl-Artikolu 37(4);

(b) 

l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b'suċċess ta' test komprensiv tal-mekkaniżmi u l-proċeduri awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data, l-indikaturi komuni tal-kwalità tad-data u l-istandards minimi tal-kwalità tad-data, li hija tkun wettqet b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu biex din tkun fi żmien 30 jum mill-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni.

6.  

Il-Kummissjoni għandha tiddetermina d-data minn meta s-CRRS għandu jibda jitħaddem permezz ta' att ta' implimentazzjoni, ladarba jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ikunu ġew adottati l-miżuri msemmija fl-Artikoli 39(5) u 43(5);

(b) 

l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b'suċċess ta' test komprensiv tas-CRRS, li hija tkun wettqetb'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri;

(c) 

l-eu-LISA tkun ivvalidat l-arranġamenti tekniċi u legali biex tiġbor u tibgħat id-data msemmija fl-Artikolu 39 u tkun innotifikathom lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu biex din tkun fi żmien 30 jum mill-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni.

7.  
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultati tat-testijiet imwettqa skont il-paragrafi 1(b), 2(b), 3(b), 4(b), 5(b) u 6(b).
8.  
L-Istati Membri, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Europol għandhom jibdew jużaw kull wieħed mill-komponenti tal-interoperabbiltà mid-data ddeterminata mill-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafi 1, 2, 3 u 4 rispettivament.

Artikolu 69

Eżerċitar tad-delega

1.  
Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2.  
Is-setgħa għall-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 28(5), 39(5), 49(6), 63(2) u 65(8) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-11 ta' Ġunju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3.  
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 28(5), 39(5), 49(6), 63(2) u 65(8) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Hi ma għandha taffettwa l-validità ta' ebda att delegat diġà fis-seħħ.
4.  
Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  
Att delegat adottat skont l-Artikoli 28(5), 39(5), 49(6), 63(2) u 65(8) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 70

Proċedura ta' kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni m'għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni, u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 71

Grupp Konsultattiv

Għandu jiġi stabbilit Grupp Konsultattiv ta' Interoperabilità mill-eu-LISA. Matul il-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp tal-komponenti tal-interoperabbiltà, għandu jkun japplika l-Artikolu 54(4), (5) u (6).

Artikolu 72

Taħriġ

L-eu-LISA għandha twettaq il-kompiti relatati mal-provvista ta' taħriġ dwar l-użu tekniku tal-komponenti tal-interoperabbiltà f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1726.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni għandhom jipprovdu lill-persunal tagħhom li jkun awtorizzat jipproċessa data bl-użu tal-komponenti tal-interoperabbiltà programmi ta' taħriġ xieraq li jikkonċerna s-sigurtà tad-data, il-kwalità tad-data, ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, il-proċeduri applikabbli għall-ipproċessar tad-data u l-obbligi ta' informazzjoni taħt l-Artikoli 32(4), 33(4) u 47.

Meta jkun il-każ, għandhom jiġu organizzati fil-livell tal-Unjoni korsijiet ta' taħriġ konġunti dwar dawn it-temi sabiex jitjiebu l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn il-persunal tal-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni awtorizzati biex jipproċessaw data bl-użu tal-komponenti tal-interoperabbiltà. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-proċess ta' detezzjoni ta' identitajiet multipli, inklużi l-verifika manwali ta' identitajiet differenti u l-bżonn li jmur magħha biex jinżammu s-salvagwardji xierqa tad-drittijiet fundamentali.

Artikolu 73

Manwal prattiku

Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, l-eu-LISA u aġenziji relevanti oħra tal-Unjoni, għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni manwal prattiku għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-komponenti tal-interoperabbiltà. Il-manwal prattiku għandu jipprovdi linji gwida tekniċi u operazzjonali, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-manwal prattiku fil-forma ta' rakkomandazzjoni.

Artikolu 74

Monitoraġġ u evalwazzjoni

1.  
L-eu-LISA għandha tiżgura li jkun hemm proċeduri fis-seħħ biex jiġi ssorveljat l-iżvilupp tal-komponenti tal-interoperabbiltà u l-konnessjoni tagħhom mal-interfaċċa uniformi nazzjonali fid-dawl tal-għanijiet relatati mal-ippjanar u mal-ispejjeż u li jiġi ssorveljat il-funzjonament tal-komponenti tal-interoperabbiltà fid-dawl tal-għanijiet relatati mar-rendiment tekniku, mal-kosteffettività, mas-sigurtà u mal-kwalità tas-servizz.
2.  
Sat-12 ta' Diċembru 2019 u kull sitt xhur wara dan matul il-fażi tal-iżvilupp tal-komponenti tal-interoperabbiltà, l-eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni attwali tal-iżvilupp tal-komponenti ta' interoperabbiltà, kif ukoll il-konnessjoni tagħhom mal-interfaċċa uniformi nazzjonali. Ladarba jiġi finalizzat l-iżvilupp, għandu jiġi ppreżentat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jispjega fid-dettall kif ikunu intlaħqu l-għanijiet, b'mod partikolari dawk marbuta mal-ippjanar u mal-ispejjeż, kif ukoll ġustifikazzjoni għal kull diverġenza.
3.  
Erba' snin wara li kull komponent tal-interoperabbiltà jkun beda jopera f'konformità mal-Artikolu 68 u kull erba' snin minn hemm 'il quddiem, l-eu-LISA għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar il-funzjonament tekniku tal-komponenti tal-interoperabbiltà, inkluża s-sigurtà tagħhom.
4.  

Barra minn hekk, sena wara kull rapport mill-eu-LISA, il-Kummissjoni għandha tipproduċi evalwazzjoni ġenerali tal-komponenti ta' interoperabilità, inklużi:

(a) 

valutazzjoni tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;

(b) 

eżami tar-riżultati miksuba meta mqabbla mal-għanijiet ta' dan ir-Regolament u l-impatt tiegħu fuq id-drittijiet fundamentali, inkluż, b'mod partikolari, valutazzjoni tal-impatt tal-komponenti tal-interoperabbiltà fuq id-dritt ta' nondiskriminazzjoni;

(c) 

valutazzjoni tal-funzjonament tal-portal web, li tinkludi ċifri rigward l-użu tal-portal web u l-għadd ta' talbiet riżolti;

(d) 

valutazzjoni tal-validità kontinwa tar-raġunament li fuqu huma msejsa l-komponenti tal-interoperabbiltà;

(e) 

valutazzjoni tas-sigurtà tal-komponenti tal-interoperabbiltà;

(f) 

valutazzjoni tal-użu tas-CIR għall-identifikazzjoni;

(g) 

valutazzjoni tal-użu tas-CIR għall-prevenzjoni, detezzjoni jew investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra;

(h) 

valutazzjoni ta' kull implikazzjoni, inkluż kull impatt sproporzjonat fuq il-fluss tat-traffiku f'punti ta' qsim tal-fruntieri u dawk l-implikazzjonijiet b'impatt baġitarju fuq il-baġit ġenerali tal-Unjoni.

(i) 

valutazzjoni tat-tfittxija tal-bażijiet ta' data tal-Interpol permezz tal-ESP, inkluża informazzjoni dwar in-numru ta' konkordanzi fuq il-bażijiet ta' data tal-Interpol u informazzjoni dwar kwalunkwe problema li setgħet ġiet iffaċċjata.

L-evalwazzjonijiet ġenerali taħt l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jinkludu kwalunkwe rakkomandazzjoni meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport tal-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali.

5.  
Sat-12 ta' Ġunju 2020 u sussegwentement kull sena sa meta jiġu adottati l-atti ta' implimetazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 68, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni attwali tat-tħejjijiet għall-implimentazzjoni sħiħa ta' dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jkun fih informazzjoni dettaljata dwar l-ispejjeż imġarrba u informazzjoni dwar kwalunkwe riskju li jista' jkollu impatt fuq l-ispejjeż totali.
6.  
Sentejn wara l-bidu tat-tħaddim tal-MID f'konformità mal-Artikolu 68(4), il-Kummissjoni għandha tipproduċi eżami tal-impatt tal-MID fuq id-dritt ta' nondiskriminazzjoni. Wara dan l-ewwel rapport, l-eżami tal-impatt tal-MID fuq id-dritt ta' nondiskriminazzjoni għandu jkun parti mill-eżami msemmi fil--paragrafu 4(b) ta' dan l-Artikolu.
7.  
L-Istati Membri u l-Europol għandhom jipprovdu lill-eu-LISA u lill-Kummissjoni l-informazzjoni neċessarja biex jabbozzaw ir-rapporti msemmijin fil-paragrafi 3 sa 6. Din l-informazzjoni ma għandhiex tipperikola l-metodi ta' ħidma u lanqas ma għandha tinkludi informazzjoni li tiżvela s-sorsi, il-membri tal-persunal jew l-investigazzjonijiet tal-awtoritajiet maħtura.
8.  
L-eu-LISA għandha tipprovdi lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa biex tipproduċi l-evalwazzjonijiet ġenerali msemmija fil-paragrafu 4.
9.  

Filwaqt li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali dwar il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni sensittiva, u mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet neċessarji għall-protezzjoni tas-sigurtà u tal-ordni pubbliku, għall-prevenzjoni tal-kriminalità u għall-garanzija li l-ebda investigazzjoni nazzjonali ma tkun kompromessa, kull Stat Membru u l-Europol għandhom iħejju rapporti annwali dwar l-effettività tal-aċċess għad-data maħżuna fis-CIR għall-finijiet ta' prevenzjoni, detezzjoni jew investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra, li jkun fihom informazzjoni u statistika dwar:

(a) 

l-iskopijiet preċiżi tal-konsultazzjoni inklużI t-tipi ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħrajn;

(b) 

ir-raġunijiet raġonevoli mogħtija għal suspett sostanzjat li persuna suspettata, awtur jew vittma huma koperti mir-Regolament (UE) Nru 603/2013;

(c) 

l-għadd ta' talbiet għall-aċċess għas-CIR għall-finijiet ta' prevenzjoni, detezzjoni jew investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħrajn;

(d) 

l-għadd u t-tipi ta' każijiet li rriżultaw f'identifikazzjonijiet pożittivi;

(e) 

il-ħtieġa u l-użu magħmul mill-eċċezzjonijiet għall-każijiet ta' urġenza inklużi dawk il-każijiet li fihom dik l-urġenza ma ġietx aċċettata mill-verifika ex post magħmula mill-punt ta' aċċess ċentrali.

Ir-rapporti annwali ppreparati mill-Istati Membri u tal-Europol għandhom jiġu trażmessi lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara.

10.  
Għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri soluzzjoni teknika għall-ġestjoni tat-talbiet għal aċċess mingħand l-utenti msemmijin fl-Artikolu 22 u għall-faċilitazzjoni tal-ġbir tal-informazzjoni taħt il-paragrafi 7 u 9 ta' dan l-Artikolu għall-finijiet tal-ġenerazzjoni tar-rapporti u l-istatistika msemmija f'dawk il-paragrafi. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet tas-soluzzjoni teknika. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 70(2).

Artikolu 75

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li huma relatati mal-ESP għandhom japplikaw mid-data stabbilita mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 68(1).

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li huma relatati mal-BMS kondiviż għandhom japplikaw mid-data stabbilita mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 68(2).

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li huma relatati mas-CIR għandhom japplikaw mid-data stabbilita mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 68(3).

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li huma relatati mal-MID għandhom japplikaw mid-data stabbilita mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 68(4).

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li huma relatati mal-mekkaniżmi u l-proċeduri awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data, mal-indikaturi komuni tal-kwalità tad-data, mal-istandards minimi tal-kwalità tad-data għandhom japplikaw rispettivament mid-dati stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 68(5).

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li huma relatati mas-CRRS għandhom japplikaw mid-data stabbilita mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikoli 68(6).

L-Artikoli 6, 12, 17, 25, 38, 42, 54, 56, 58, 66, 67, 69, 70, 71, 73 u 74(1) għandhom japplikaw mill-11 ta' Ġunju 2019.

Dan ir-Regolament għandu japplika, b'relazzjoni mal-Eurodac, mid-data meta ssir applikabbli r-riformulazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 603/2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.



( 1 ) Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam ta' fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (Ara l-paġna 27 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

( 2 ) Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).

( 3 ) Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).

( 4 ) Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).

( 5 ) Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema ta' l-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).

( 6 ) Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal- “Eurodac” għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma' data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1).

( 7 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1).

( *1 ) Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam ta' fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27).

( *2 ) Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85).”;

( *3 ) Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-28 ta' Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 14).

( *4 ) Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56).

( *5 ) Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta' Stati Membri fil-pussess ta' informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 1).”;

( *6 ) Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85).”.

( *7 ) Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85).”;

( 8 ) Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).

( 9 ) Ir-Regolament (UE) 2021/1134 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-7 ta’ Lulji 2021 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, għall-fini tar-riforma tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (ĠU L 248, 13.7.2021, p. 11).”.

Top