EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02010R1095-20220812
Regulation (EU) No 1095/2010 of the European Parliament and of the Council of 24 November 2010 establishing a European Supervisory Authority (European Securities and Markets Authority), amending Decision No 716/2009/EC and repealing Commission Decision 2009/77/EC
Consolidated text: Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE
Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE
In force
)
Dan it-test ikkonsolidat jista’ ma jinkludix l-emendi li ġejjin:
Att li jemenda | Tip ta’ emenda | Is-subdiviżjoni kkonċernata | Data tal-effett |
---|---|---|---|
32023R1114 | Emendata minn | artikolu 1 paragrafu 2 paragrafu mhux numerat 1 | 30/12/2024 |
02010R1095 — MT — 12.08.2022 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) Nru 1095/2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-24 ta’ Novembru 2010 (ĠU L 331 15.12.2010, p. 84) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DIRETTIVA 2011/61/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-8 ta’ Ġunju 2011 |
L 174 |
1 |
1.7.2011 |
|
DIRETTIVA 2014/51/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta' April 2014 |
L 153 |
1 |
22.5.2014 |
|
REGOLAMENT (UE) 2019/2175 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta’ Diċembru 2019 |
L 334 |
1 |
27.12.2019 |
|
REGOLAMENT (UE) 2021/23 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta’ Diċembru 2020 |
L 22 |
1 |
22.1.2021 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1095/2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-24 ta’ Novembru 2010
li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE
KAPITOLU I
STABBILIMENT U STATUS ĠURIDIKU
Artikolu 1
Stabbiliment u ambitu tal-azzjoni
L-Awtorità għandha tikkontribwixxi għall-ħidma tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) relatata mal-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-Awtorità għandha tiddeċiedi fuq il-qbil tagħha f’konformità mal-Artikolu 9a(9) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
L-għan tal-Awtorità għandu jkun li tipproteġi l-interess pubbliku billi tikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-effettività fuq żmien qasir, medju u twil tas-sistema finanzjarja, għall-ekonomija tal-Unjoni, iċ-ċittadini u n-negozji tagħha. L-Awtorità għandha, fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħha, tikkontribwixxi sabiex:
jitjieb l-operat tas-suq intern, inkluż b’mod partikolari livell sod, effikaċi u konsistenti ta’ regolamentazzjoni u superviżjoni,
jiġu żgurati l-integrità, it-trasparenza, l-effikaċja u l-operat ordnat tas-swieq finanzjarji,
tissaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali,
jiġi evitat l-arbitraġġ regolatorju u tingħata promozzjoni għal kondizzjonijiet ugwali tal-kompetizzjoni,
jiġi żgurat li t-teħid ta’ riskji ta’ investiment u riskji oħrajn ikunu regolati u sorveljati adegwatament,
tissaħħaħ il-protezzjoni tal-klijenti u tal-investituri,
tittejjeb il-konverġenza superviżorja fis-suq intern kollu.
Għal dawk il-finijiet, l-Awtorità għandha tikkontribwixxi sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, tkattar il-konverġenza superviżorja, u tipprovdi opinjonijiet f’konformità mal-Artikolu 16a lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni.
Fl-eżerċizzju tal-kompiti konferiti lilha permezz ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħti attenzjoni partikolari lil kwalunkwe riskju sistemiku ppreżentat mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, altrimenti dan jista’ jxekkel l-operat tas-sistema finanzjarja jew l-ekonomija reali.
Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Awtorità għandha taġixxi indipendentement, oġġettivament u b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju, fl-interessi tal-Unjoni kollha kemm hi u għandha tirrispetta, kull fejn ikun rilevanti, il-prinċipju tal-proporzjonalità. L-Awtorità għandha tagħti rendikont u taġixxi b’integrità u għandha tiżgura li l-partijiet interessati kollha jiġu trattati b’mod ġust.
Il-kontenut u l-forma tal-azzjonijiet u tal-miżuri tal-Awtorità, b’mod partikolari l-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet, l-opinjonijiet, il-mistoqsijiet u t-tweġibiet, l-abbozzi ta’ standards regolatorji u l-abbozzi ta’ standards ta’ implimentazzjoni, għandhom jirrispettaw b’mod sħiħ id-dispożizzjonijiet applikabbli ta’ dan ir-Regolament u tal-atti leġislattivi msemmija fil-paragrafu 2. Sa fejn huwa permess u rilevanti taħt dawk id-dispożizzjonijiet, l-azzjonijiet u l-miżuri tal-Awtorità għandhom, f’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, iqisu kif dovut in-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti għan-negozju ta’ parteċipant fis-swieq finanzjarji, impriża, suġġett ieħor jew attività finanzjarja oħra, li jkunu milquta mill-azzjonijiet u mill-miżuri tal-Awtorità.
Artikolu 2
Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja
Is-SEFS għandha tinkludi dawn li ġejjin:
il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), bħall-finijiet tal-kompiti kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 ( 6 ) u dan ir-Regolament;
l-Awtorità;
l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorita Bankarja Ewropea) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 );
l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 );
il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (“Kumitat Konġunt”) għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti kif speċifikat fl-Artikoli 54 sa 57 ta’ dan ir-Regolament, tar-Regolement (UE) Nru 1093/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010;
l-awtoritajiet kompetenti jew superviżorji fl-Istati Membri kif speċifikati fl-atti tal-Unjoni imsemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi nazzjonali, ir-referenzi f’dan ir-Regolament għal superviżjoni għandhom jinkludu l-attivitajiet rilevanti kollha tal-awtoritajiet kompetenti kollha li jridu jitwettqu skont l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).
Artikolu 3
Responsabbiltà tal-Awtoritajiet
Artikolu 4
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“parteċipant fis-swieq finanzjarji” tfisser kwalunkwe persuna li għaliha japplika rekwiżit fl-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) jew liġi nazzjonali li timplimenta dawk l-atti;
“parteċipant ewlieni fis-swieq finanzjarji” tfisser parteċipant fis-swieq finanzjarji li l-attività regolari jew il-vijabbiltà finanzjarja tiegħu jkollha jew x’aktarx jista’ jkollha effett sinifikanti fuq l-istabbiltà, l-integrità jew l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni;
“awtoritajiet kompetenti” tfisser:
awtoritajiet kompetenti u/jew awtoritajiet superviżorji kif iddefinit fl-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2);
fir-rigward tad-Direttiva 2002/65/KE, l-awtoritajiet u korpi kompetenti biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva minn ditti li jipprovdu servizzi ta’ investiment u impriżi ta’ investiment kollettiv li jikkummerċjalizzaw l-unitajiet jew l-ishma tagħhom;
fir-rigward tal-iskemi ta’ kumpens għall-investitur, korpi li jamministraw skemi nazzjonali ta’ kumpens skont id-Direttiva 97/9/KE, jew fil-każ fejn l-operat tal-iskema ta’ kumpens għall-investitur hi amministrata minn kumpannija privata, l-awtorità pubblika li tissorvelja dawk l-iskemi skont dik id-Direttiva;
fir-rigward tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ), awtorità ta’ riżoluzzjoni kif definita fil-punt (3) tal-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 5
Status ġuridiku
Artikolu 6
Kompożizzjoni
L-Awtorità għandha tinkludi:
Bord tas-Superviżuri, li għandu jwettaq il-kompiti stipulati fl-Artikolu 43;
Bord Maniġerjali, li għandu jwettaq il-kompiti stipulati fl-Artikolu 47;
President, li għandu jwettaq il-kompiti stipulati fl-Artikolu 48;
Direttur Eżekuttiv, li għandu jwettaq il-kompiti stipulati fl-Artikolu 53;
Bord tal-Appell li għandu jwettaq il-kompiti mniżżlin fl-Artikolu 60.
Artikolu 7
Sede
L-Awtorità għandu jkollha s-sede tagħha f’Pariġi.
Il-post tas-sede tal-Awtorità ma għandux jaffettwa l-eżekuzzjoni mill-Awtorità tal-kompiti u s-setgħat tagħha, l-organizzazzjoni tal-istruttura ta’ governanza tagħha, l-operat tal-organizzazzjoni prinċipali tagħha, jew il-finanzjament prinċipali tal-attivitajiet tagħha, filwaqt li jippermetti, fejn ikun applikabbli, il-kondiviżjoni ma’ aġenziji tal-Unjoni ta’ servizzi ta’ appoġġ amministrattiv u ta’ ġestjoni tal-faċilitajiet li ma jkunux relatati mal-attivitajiet ewlenin tal-Awtorità.
KAPITOLU II
KOMPITI U SETGĦAT TAL-AWTORITÀ
Artikolu 8
Kompiti u setgħat tal-Awtorità
L-Awtorità għandu jkollha l-kompiti li ġejjin:
abbażi tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ standards u prattiki regolatorji u superviżorji komuni ta’ kwalità għolja, b’mod partikolari billi tiżviluppa abbozzi ta’ standards regolatorji u ta’ implimentazzjoni, linji gwida, rakkomandazzjonijiet, u miżuri oħra, inklużi opinjonijiet;
li tiżviluppa u żżomm aġġornat manwal ta’ superviżjoni tal-Unjoni dwar is-superviżjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji fl-Unjoni li għandu jistipula l-aħjar prattiki superviżorji u metodoloġiji u proċessi ta’ kwalità għolja u li jqis, fost l-oħrajn, il-prattiki kummerċjali u l-mudelli kummerċjali li qegħdin jinbidlu u d-daqs tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u tas-swieq;
li tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti, b’mod partikolari billi tikkontribwixxi lejn kultura superviżorja komuni, tiżgura applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), timpedixxi l-arbitraġġ regolatorju, trawwem l-indipendenza superviżorja u twettaq monitoraġġ tagħha, timmedja u ssolvi nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, tiżgura s-superviżjoni effikaċi u konsistenti tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, tiżgura funzjonament koerenti tal-kulleġġi tas-superviżuri u tieħu azzjonijiet, inter alia, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza;
li tistimula u tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet fost l-awtoritajiet kompetenti;
li tikkoopera mill-qrib mal-BERS, b’mod partikolari billi tipprovdi lill-BERS l-informazzjoni meħtieġa sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu u billi tiżgura segwitu xieraq għat-twissijiet u għar-rakkomandazzjonijiet tal-BERS;
li torganizza u twettaq reviżjonijiet bejn il-pari tal-awtoritajiet kompetenti u, f’dak il-kuntest, li toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet u li tidentifika l-aħjar prattiki, bl-għan li tissaħħaħ il-konsistenza fl-eżiti superviżorji;
li timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenzi tagħha, inklużi, fejn rilevanti, l-iżviluppi relatati max-xejriet fis-servizzi finanzjarji innovattivi filwaqt li tikkunsidra kif dovut l-iżviluppi relatati ma’ fatturi ambjentali, soċjali u dawk relatati mal-governanza;
li tagħmel analiżijiet tas-suq biex tinforma l-proċedura ta’ kwittanza għall-funzjonijiet tal-Awtorità;
li trawwem, fejn ikun rilevanti, il-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-investituri, b’mod partikolari fir-rigward tan-nuqqasijiet f’kuntest transfruntier u b’kunsiderazzjoni tar-riskji relatati;
li tikkontribwixxi għall-funzjonament konsistenti u koerenti tal-kulleġġi tas-superviżuri, il-monitoraġġ, il-valutazzjoni u l-kejl tar-riskju sistemiku, l-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-pjani ta’ rkupru u riżoluzzjoni, l-għoti ta’ protezzjoni ta’ livell għoli tal-investituri madwar l-Unjoni u l-iżvilupp ta’ metodi għar-riżoluzzjoni tal-problemi ta’ parteċipanti fis-swieq finanzjarji li qegħdin ifallu u valutazzjoni tal-ħtieġa għal strumenti ta’ finanzjament adegwati, konformement mal-Artikoli 21 sa 26;
li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ strateġija komuni tal-Unjoni dwar data finanzjarja;
li twettaq kwalunkwe kompitu speċifiku ieħor stipulat f’dan ir-Regolament jew f’atti leġislattivi oħra;
li tippubblika fil-website tagħha, u taġġorna b’mod regolari, l-informazzjoni relatata mal-qasam tal-attivitajiet tagħha, b’mod partikolari fi ħdan il-kompetenzi tagħha, dwar parteċipanti fis-swieq finanzjarji reġistrati, sabiex tiżgura li l-informazzjoni tkun faċilment aċċessibbli mill-pubbliku;
li tippubblika fil-website tagħha, u li taġġorna b’mod regolari, l-istandards tekniċi regolatorji, l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni, il-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-mistoqsijiet u tweġibiet kollha għal kull att leġiżlattiv imsemmi fl-Artikolu 1(2), inklużi ħarsiet ġenerali li jikkonċernaw is-sitwazzjoni attwali tal-ħidma li tkun għaddejja u l-iskeda ta’ żmien ippjanata għall-adozzjoni ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni.
▼M3 —————
Meta tkun qed twettaq il-kompiti tagħha f’konformità ma’ dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha:
tuża s-setgħat sħaħ disponibbli għaliha;
filwaqt li jitqies kif dovut l-objettiv li jiġu żgurati s-sigurtà u solidità tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, tikkunsidra b’mod sħiħ it-tipi differenti, il-mudelli differenti ta’ negozju u d-daqsijiet differenti tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji; u
tikkunsidra l-innovazzjoni teknoloġika, il-mudelli ta’ negozju innovattivi u sostenibbli, u l-integrazzjoni ta’ fatturi ambjentali, soċjali u dawk relatati mal-governanza.
Biex taqdi l-kompiti mniżżlin fil-paragrafu 1, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat stipulati f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari s-setgħa li:
tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 10;
tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 15;
toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet, kif stipulat fl-Artikolu 16;
toħroġ rakkomandazzjonijiet kif stipulat fl-Artikolu 29a;
toħroġ rakkomandazzjonijiet f’każijiet speċifiċi, kif imsemmija fl-Artikolu 17(3);
toħroġ avviżi f’konformità mal-Artikolu 9(3);
tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikoli 18(3) u 19(3);
f’każijiet li jirrigwardaw il-liġi tal-Unjoni applikabbli direttament, tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 17(6), fl-Artikolu 18(4), u fl-Artikolu 19(4);
toħroġ opinjonijiet għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill, jew għall-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 16a;
toħroġ tweġibiet għal mistoqsijiet, kif stipulat fl-Artikolu 16b;
tieħu azzjoni f’konformità mal-Artikolu 9a;
tiġbor l-informazzjoni meħtieġa rigward il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji kif previst fl-Artikolu 35;
tiżviluppa metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett tal-karatteristiċi tal-prodott u tal-proċessi tad-distribuzzjoni fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u fuq il-protezzjoni tal-konsumatur;
tipprovdi database aċċessibbli ċentralment tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji rreġistrati fil-qasam tal-kompetenza tagħha, fejn speċifikat fl-atti msemmija fl-Artikolu 1(2).
Il-konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa msemmija fl-Artikoli 10, 15, 16 u 16a għandhom isiru bl-aktar mod wiesa’ possibbli sabiex jiġi żgurat approċċ inklużiv lejn il-partijiet interessati kollha u għandhom jippermettu żmien raġonevoli sabiex il-partijiet interessati jwieġbu. L-Awtorità għandha tippubblika sommarju tar-rispons li jaslilha mingħand il-partijiet interessati u ħarsa ġenerali lejn kif l-informazzjoni u l-opinjonijiet miġbura mill-konsultazzjonijiet intużaw f’abbozz ta’ standard tekniku regolatorju u f’abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni.
Artikolu 9
Kompiti relatati mal-protezzjoni tal-konsumatur u l-attivitijiet finanzjarji
L-Awtorità għandu jkollha rwol minn ta’ quddiem fil-promozzjoni tat-trasparenza, tas-sempliċità u tal-ġustizzja fis-suq għall-prodotti jew servizzi finanzjarji fis-suq intern kollu, inkluż permezz ta’:
il-ġbir, l-analiżi u r-rappurtar dwar tendenzi tal-konsumaturi, bħall-iżvilupp tal-ispejjeż u l-imposti ta’ servizzi u prodotti finanzjarji fil-livell tal-konsumaturi fl-Istati Membri;
it-twettiq ta’ rieżamijiet tematiċi fil-fond tal-imġiba tas-suq, u l-bini ta’ fehim komuni tal-prattiki tas-swieq sabiex jiġu identifikati l-problemi potenzjali u jiġi analizzat l-impatt tagħhom;
l-iżvilupp ta’ indikaturi tar-riskju fil-livell tal-konsumaturi għall-identifikazzjoni f’waqtha tal-kawżi potenzjali ta’ detriment għall-konsumaturi u għall-investituri;
ir-reviżjoni u l-koordinazzjoni ta’ inizjattivi dwar il-litteriżmu u l-edukazzjoni fil-qasam finanzjarju mill-awtoritajiet kompetenti;
l-iżvilupp ta’ standards tat-taħriġ għall-industrija; u
il-kontribut għall-iżvilupp ta’ reġoli ta’ żvelar komuni;
il-kontribuzzjoni għal kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-suq intern fejn il-konsumaturi u utenti oħra ta’ servizzi finanzjarji jkollhom aċċess ġust għas-servizzi u l-prodotti finanzjarji; u
il-koordinazzjoni ta’ attivitajiet ta’ xiri bil-moħbi ta’ awtoritajiet kompetenti, jekk dan ikun applikabbli.
L-Awtorità għandha tirrevedi d-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’intervalli adatti u mill-inqas kull sitt xhur. Wara mill-inqas żewġ tiġdidiet konsekuttivi u abbażi ta’ analiżi xierqa li għandha l-għan li tivvaluta l-impatt fuq il-klijent jew il-konsumatur, l-Awtorità tista’ tiddeċiedi fuq it-tiġdid annwali tal-projbizzjoni.
Stat Membru jista’ jitlob lill-Awtorità biex terġa’ tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha. F’dak il-każ, l-Awtorità għandha tiddeċiedi, f’konformità mal-proċedura stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44(1), jekk iżżommx tali deċiżjoni.
L-Awtorità tista’ wkoll tivvaluta l-ħtieġa li tipprojbixxi jew tirrestrinġi ċerti tipi ta’ attività jew prattika finanzjarja u, fejn ikun hemm tali bżonn, tinforma lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti sabiex tiffaċilita l-adozzjoni ta’ kwalunkwe tali projbizzjoni jew restrizzjoni.
Artikolu 9a
Ittri biex ma titteħidx azzjoni
L-Awtorità għandha tieħu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu f’ċirkustanzi eċċezzjonali biss meta tikkunsidra li l-applikazzjoni ta’ wieħed mill-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) jew ta’ kwalunkwe att delegat jew ta’ implimentazzjoni bbażat fuq dawk l-atti leġislattivi, probabbilment tqajjem kwistjonijiet sinifikanti, għal waħda minn dawn ir-raġunijiet:
l-Awtorità tikkunsidra li d-dispożizzjonijiet li jinsabu f’tali att jistgħu jkunu f’kunflitt dirett ma’ att ieħor rilevanti;
fejn l-att ikun wieħed mill-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), in-nuqqas ta’ atti delegati jew ta’ implimentazzjoni li jikkomplementaw jew jispeċifikaw l-att inkwistjoni jqajjem dubji leġittimi rigward il-konsegwenzi legali li jirriżultaw mill-att leġislattiv jew mill-applikazzjoni proprja tiegħu;
in-nuqqas ta’ linji gwida u rakkomandazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16 iqajjem diffikultajiet prattiċi rigward l-applikazzjoni tal-att leġislattiv rilevanti.
Fil-każijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-Awtorità għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’opinjoni dwar kwalunkwe azzjoni li hija tqis xierqa, fil-forma ta’ proposta leġislattiva ġdida jew ta’ proposta għal att ġdid, delegat jew ta’ implimentazzjoni, u dwar l-urġenza li, skont l-Awtorità, tkun marbuta mal-kwistjoni. L-Awtorità għandha tagħmel l-opinjoni tagħha pubblika.
Fil-każ imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tevalwa mill-aktar fis possibbli l-ħtieġa li tadotta linji gwida jew rakkomandazzjonijiet rilevanti f’konformità mal-Artikolu 16.
L-Awtorità għandha taġixxi bil-ħeffa, partikolarment bil-ħsieb li tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-kwistjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 1, kull meta jkun possibbli.
Artikolu 10
Standards tekniċi regolatorji
Fejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiddelegaw is-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fl-oqsma speċifikament stipulati fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji. L-Awtorità għandha tissottometti l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji tagħha lill-Kummissjoni għall-adozzjoni. Fl-istess ħin, l-Awtorità għandha tgħaddi dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
L-istandards tekniċi regolatorji għandhom ikunu tekniċi, m’għandhomx jinvolvu deċiżjonijiet strateġiċi jew għażliet ta’ politika u l-kontenut tagħhom għandu jkun delimitat mill-atti leġislattivi li fuqhom huma bbażati.
Qabel ma tippreżentahom lill-Kummissjoni, l-Awtorità għandha tagħmel konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u għandha tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati, sakemm tali konsultazzjonijiet u analiżijiet ma jkunux ferm sproporzjonati fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-impatt tal-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni. L-Awtorità għandha titlob ukoll il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq imsemmi fl-Artikolu 37.
▼M3 —————
Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi abbozz ta’ standard tekniku regolatorju, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tadottahx. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien debitu meta l-adozzjoni ma tistax isseħħ fi żmien il-perjodu ta’ tliet xhur. Il-Kummissjoni tista’ tadotta abbozz ta’ standard tekniku regolatorju parzjalment biss, jew b’emendi, fejn l-interessi tal-Unjoni jirrikjedu dan.
Fejn il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li ma tadottax abbozz ta’ standard tekniku regolatorju jew li tadottah parzjalment jew b’emendi, hi għandha tibgħat l-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju lura lill-Awtorità, fejn tispjega għalfejn hija ma tadottahx, jew fejn tispjega r-raġunijiet għall-emendi tagħha. Il-Kummissjoni għandha tibgħat kopja tal-ittra tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fi żmien perjodu ta’ sitt ġimgħat, l-Awtorità tista’ temenda l-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju fuq il-bażi tal-emendi proposti mill-Kummissjoni u terġa’ tressqu lill-Kummissjoni fil-forma ta’ opinjoni formali. L-Awtorità għandha tibgħat kopja tal-opinjoni formali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Jekk, mal-iskadenza ta’ dak il-perijodu ta’ sitt ġimgħat, l-Awtorità ma tkunx ippreżentat abbozz ta’ standard tekniku regolatorju emendat, jew tkun ippreżentat abbozz ta’ standard tekniku regolatorju li ma jkunx emendat b’mod konsistenti mal-emendi proposti tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista’ tadotta l-istandard tekniku regolatorju bl-emendi li tikkunsidra li jkunu rilevanti, jew tirrifjutah.
Il-Kummissjoni ma tistax tbiddel il-kontenut ta’ abbozz ta’ standard tekniku regolatorju mħejji mill-Awtorità mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Awtorità, kif stipulat f’dan l-Artikolu.
Huwa biss fejn l-Awtorità ma tressaqx abbozz ta’ standard tekniku regolatorju lill-Kummissjoni fil-limiti ta’ żmien f’konformità mal-paragrafu 2, li l-Kummissjoni tkun tista’ tadotta standard tekniku regolatorju permezz ta’ att delegat mingħajr abbozz mill-Awtorità.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati, sakemm tali konsultazzjonijiet u analiżijiet ma jkunux sproporzjonati fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-impatt tal-istandards tekniċi regolatorji kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni. Il-Kummissjoni għandha titlob ukoll il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq imsemmi fl-Artikolu 37.
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju immedjatament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju tagħha lill-Awtorità. Fi żmien perijodu ta’ sitt ġimgħat, l-Awtorità tista’ temenda l-abbozzi ta’ standard tekniku regolatorju u tressqu lill-Kummissjoni fil-forma ta’ opinjoni formali. L-Awtorità għandha tibgħat kopja tal-opinjoni formali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Jekk mal-iskadenza tal-perijodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fir-raba’ subparagrafu, l-Awtorità ma tkunx ippreżentat abbozz ta’ standard tekniku regolatorju emendat, il-Kummissjoni tista’ tadotta l-istandards tekniċi regolatorji.
Jekk l-Awtorità tkun ippreżentat abbozz ta’ standard tekniku regolatorju emendat fil-perijodu ta’ sitt ġimgħat, il-Kummissjoni tista’ temenda l-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju abbażi tal-emendi proposti tal-Awtorità jew tadotta l-istandard tekniku regolatorju bl-emendi li hija tqis bħala rilevanti. Il-Kummissjoni m’għandhiex tbiddel il-kontenut tal-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju mħejji mill-Awtorità mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Awtorità, kif stipulat f’dan l-Artikolu.
Artikolu 11
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 12
Revoka tad-delega
Artikolu 13
Oġġezzjonijiet għall-istandards tekniċi regolatorji
▼M3 —————
Jekk, meta jiskadi l-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkun oġġezzjona għall-istandard tekniku regolatorju, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih.
L-istandard tekniku regolatorju għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jista’ jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.
Artikolu 14
Nuqqas ta’ approvazzjoni jew emendar ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji
Artikolu 15
Standards tekniċi ta’ implimentazzjoni
Qabel ma tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni, l-Awtorità għandha tagħmel konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa u għandha tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji relatati potenzjali, sakemm dawk il-konsultazzjonijiet u analiżijiet ma jkunux ferm sproporzjonati fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-impatt tal-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni. L-Awtorità għandha titlob ukoll il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq imsemmi fl-Artikolu 37.
Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tadottahx. Il-Kummissjoni tista’ testendi dak il-perjodu b’xahar. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien debitu fejn ma tkunx tista’ ssir l-adozzjoni fi żmien il-perjodu ta’ tliet xhur. Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni parzjalment biss, jew b’emendi, fejn l-interessi tal-Unjoni jirrikjedu dan.
Fejn il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li ma tadottax abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni jew ikollha l-intenzjoni li tadottah parzjalment jew b’emendi, hi għandha tibagħtu lura lill-Awtorità fejn tispjega għalfejn hija ma għandhiex l-intenzjoni li tadottah jew fejn tispjega r-raġunijiet għall-emendi tagħha. Il-Kummissjoni għandha tibgħat kopja tal-ittra tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. F’perjodu ta’ sitt ġimgħat, l-Awtorità tista’ temenda l-abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni fuq il-bażi tal-emendi proposti mill-Kummissjoni u terġa’ tressqu lill-Kummissjoni fil-forma ta’ opinjoni formali. L-Awtorità għandha tibgħat kopja tal-opinjoni formali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Jekk, mal-iskadenza tal-perjodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fir-raba’ subparagrafu, l-Awtorità ma tkunx ippreżentat abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni emendat, jew tkun ippreżentat abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni li ma jkunx emendat b’mod konsistenti mal-emendi proposti mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista’ tadotta l-istandard bl-emendi li tikkunsidra li jkunu rilevanti jew tirrifjutah.
Il-Kummissjoni ma għandhiex tbiddel il-kontenut ta’ abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni mħejji mill-Awtorità mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Awtorità, kif stipulat f’dan l-Artikolu.
Huwa biss fejn l-Awtorità ma tressaqx abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fil-limiti ta’ żmien f’konformità mal-paragrafu 2, li l-Kummissjoni tkun tista’ tadotta standard tekniku ta’ implimentazzjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni mingħajr abbozz mill-Awtorità.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati, sakemm tali konsultazzjonijiet u analiżijiet ma jkunux sproporzjonati fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-impatt tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni. Il-Kummissjoni għandha titlob ukoll il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq imsemmi fl-Artikolu 37.
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standard tekniku immedjatament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni lill-Awtorità. Fi żmien perijodu ta’ sitt ġimgħat, l-Awtorità tista’ temenda l-abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni u tressqu lill-Kummissjoni fil-forma ta’ opinjoni formali. L-Awtorità għandha tibgħat kopja tal-opinjoni formali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Jekk, mal-iskadenza tal-perijodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fir-raba’ subparagrafu, l-Awtorità ma tkunx ippreżentat abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni emendat, il-Kummissjoni tista’ tadotta l-istandard tekniku ta’ implimentazzjoni.
Jekk l-Awtorità tkun ippreżentat abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni emendat fil-perijodu ta’ sitt ġimgħat, il-Kummissjoni tista’ temenda l-abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni abbażi tal-emendi proposti tal-Awtorità jew tadotta l-istandard tekniku ta’ implimentazzjoni bl-emendi li hija tqis bħala rilevanti.
Il-Kummissjoni m’għandhiex tbiddel il-kontenut tal-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni mħejjija mill-Awtorità mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Awtorità, kif stipulat f’dan l-Artikolu.
Artikolu 16
Linji gwida u rakkomandazzjonijiet
Il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu skont l-għotjiet ta’ setgħa mill-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) jew f’dan l-Artikolu.
L-awtoritajiet kompetenti u l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma’ dawk il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet.
Fi żmien xahrejn mill-ħruġ ta’ linja gwida jew rakkomandazzjoni, kull awtorità kompetenti għandha tikkonferma jekk tikkonformax jew jekk hijiex biħsiebha tikkonforma ma’ dik il-linja gwida jew rakkomandazzjoni. F’każ li awtorità kompetenti ma tikkonformax jew ma tkunx biħsiebha tikkonforma, għandha tinforma lill-Awtorità u tagħti r-raġunijiet tagħha.
L-Awtorità għandha tippubblika l-fatt li awtorità kompetenti ma tikkonformax jew li ma tkunx biħsiebha tikkonforma ma’ dik il-linja gwida jew rakkomandazzjoni. L-Awtorità tista’ tiddeċiedi wkoll, skont il-każ, li tippubblika r-raġunijiet provduti mill-awtorità kompetenti għan-nuqqas ta’ konformità ma’ dik il-linja gwida jew rakkomandazzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tirċievi notifika bil-quddiem dwar tali pubblikazzjoni.
Jekk ikun meħtieġ minn din il-linja gwida jew rakkomandazzjoni, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jirrappurtaw, b’mod ċar u dettaljat, jekk jikkonformawx jew le ma’ din il-linja gwida jew rakkomandazzjoni.
Artikolu 16a
Opinjonijiet
Artikolu 16b
Mistoqsijiet u tweġibiet
Qabel ma jippreżentaw mistoqsija lill-Awtorità, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jikkunsidraw jekk għandhomx jindirizzaw il-mistoqsija fl-ewwel lok lill-awtorità kompetenti tagħhom.
Qabel ma tippubblika tweġibiet għal mistoqsijiet ammissibbli, l-Awtorità tista’ tfittex kjarifika ulterjuri dwar mistoqsijiet mingħand il-persuna fiżika jew ġuridika msemmija f’dan il-paragrafu.
Artikolu 17
Ksur tal-liġi tal-Unjoni
Fuq talba minn awtorità kompetenti waħda jew aktar, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq, jew fuq inizjattiva tagħha stess, inkluż meta din ikun ibbażata fuq informazzjoni ssostanzjata tajjeb minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, u wara li tinforma lill-awtorità kompetenti kkonċernata, l-Awtorità għandha tiddeskrivi kif beħsiebha tipproċedi bil-każ u, fejn xieraq, tinvestiga l-ksur jew nuqqas ta’ applikazzjoni allegat tal-liġi tal-Unjoni.
Bla ħsara għas-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 35, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien, tipprovdi lill-Awtorità bl-informazzjoni kollha li l-Awtorità tikkunsidra neċessarja għall-investigazzjoni tagħha, anke fir-rigward ta' kif l-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) huma applikati f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 35, l-Awtorità tista’, wara li tkun infurmat lill-awtorità kompetenti kkonċernata, tindirizza talba debitament ġustifikata u motivata għall-informazzjoni direttament lil awtoritajiet kompetenti oħrajn, kull meta t-talba għal informazzjoni mingħand l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun irriżultat, jew titqies bħala, mhux suffiċjenti biex tinkiseb l-informazzjoni meqjusa neċessarja għall-fini tal-investigazzjoni ta’ ksur allegat jew nuqqas ta’ applikazzjoni allegat tal-liġi tal-Unjoni.
Id-destinatarju ta’ tali talba għandu jipprovdi lill-Awtorità b’informazzjoni ċara, preċiża u kompleta mingħajr dewmien bla bżonn.
L-Awtorità tista’, mhux aktar tard minn xahrejn mill-bidu tal-investigazzjoni tagħha, tindirizza rakkomandazzjoni lill-awtorità kompetenti konċernata, li tistabbilixxi l-azzjoni meħtieġa sabiex tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni.
L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi r-rakkomandazzjoni, tinforma lill-Awtorità bil-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tiżgura l-konformità mal-liġi tal-Unjoni.
Fejn l-awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-liġi tal-Unjoni fi żmien xahar minn meta tkun irċeviet ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni tista’, wara li tkun ġiet infurmata mill-Awtorità, jew fuq inizjattiva tagħha stess, toħroġ opinjoni formali li tirrikjedi li l-awtorità kompetenti tieħu l-azzjoni meħtieġa biex tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni. L-opinjoni formali tal-Kummissjoni għandha tqis ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità.
Il-Kummissjoni għandha toħroġ din l-opinjoni formali mhux iżjed tard minn tliet xhur wara l-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni tista’ testendi dan il-perijodu b’xahar.
L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa.
Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun konformi mal-opinjoni formali maħruġa mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4.
Meta jieħdu azzjoni b’rabta ma’ kwistjonijiet li jkunu soġġetti għal opinjoni formali skont il-paragrafu 4 jew għal deċiżjoni skont il-paragrafu 6, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonformaw mal-opinjoni formali jew mad-deċiżjoni, skont kif ikun il-każ.
Artikolu 17a
Protezzjoni tal-persuni li jirrappurtaw
Artikolu 18
Azzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza
Fil-każ ta’ żviluppi negattivi li jistgħu jipperikolaw serjament il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni, l-Awtorità għandha tiffaċilita b’mod attiv u, fejn tqis meħtieġ, tikkoordina kwalunkwe azzjoni mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali superviżorji kompetenti rilevanti.
Bil-għan li tkun tista’ twettaq dak ir-rwol ta’ faċilitar u koordinament, l-Awtorità għandha tkun infurmata bis-sħiħ bi kwalunkwe żvilupp rilevanti, u għandha tkun mistiedna tipparteċipa bħala osservatriċi fi kwalunkwe laqgħa rilevanti mill-awtoritajiet superviżorji kompetenti nazzjonali rilevanti.
Il-Kunsill, f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni u mal-BERS u, fejn adatt, l-ASE, jista’ jadotta deċiżjoni indirizzata lill-Awtorità, li tiddetermina l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, wara talba mill-Awtorità, il-Kummissjoni jew il-BERS. Il-Kunsill għandu jirrevedi dik id-deċiżjoni f’intervalli adatti u mill-inqas darba fix-xahar. Jekk id-deċiżjoni ma tiġix imġedda fil-tmiem tal-perijodu ta’ xahar, hija għandha tiskadi awtomatikament. Il-Kunsill jista’ jiddikjara l-waqfien tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza fi kwalunkwe ħin.
Meta l-BERS iqis jew l-Awtorità tqis li tista’ tqum sitwazzjoni ta’ emerġenza, huwa għandu joħroġ jew hija għandha toħorġ rakkomandazzjoni kunfidenzjali indirizzata lill-Kunsill u jirrpovdih/tipprovdih b’valutazzjoni tas-sitwazzjoni. Sussegwentement, il-Kunsill għandu jivvaluta l-ħtieġa għal laqgħa. F’dak il-proċess, għandha tiġi garantita l-attenzjoni debita għall-kunfidenzjalità.
Jekk il-Kunsill jiddetermina l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza, huwa għandu jinforma b’dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.
Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 4 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni.
Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ kwistjonijiet li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 3 jew 4 għandha tkun kompatibbli ma’ dawk id-deċiżjonijiet.
Artikolu 19
Riżoluzzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti f’sitwazzjonijiet transkonfinali
Fil-każijiet speċifikati fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u mingħajr preġudizzju għas-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 17, l-Awtorità tista’ tgħin lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jilħqu ftehim f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu f’waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
fuq talba ta’ waħda jew aktar mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati fejn awtorità kompetenti ma taqbilx mal-proċedura jew mal-kontenut ta’ azzjoni, azzjoni proposta jew inattività ta’ awtorità kompetenti oħra;
f’każijiet fejn l-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) jipprevedu li l-Awtorità tkun tista’ tgħin fuq inizjattiva tagħha stess fejn, abbażi ta’ raġunijiet oġġettivi, ikun jista’ jiġi stabbilit nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti.
F’każijiet fejn l-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) jesiġu li tittieħed deċiżjoni konġunta mill-awtoritajiet kompetenti u fejn, skont dawk l-atti, l-Awtorità tkun tista’ tgħin, fuq inizjattiva tagħha stess, lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati biex jintlaħaq qbil f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu, għandu jkun preżunt nuqqas ta’ ftehim fin-nuqqas ta’ teħid ta’ deċiżjoni konġunta minn dawk l-awtoritajiet fil-limiti ta’ żmien stabbiliti f’dawk l-atti.
L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom, fil-każijiet li ġejjin, jinnotifikaw lill-Awtorità, mingħajr dewmien bla bżonn, li ma ntlaħaq ebda ftehim:
fejn ikun ġie previst limitu ta’ żmien sabiex jintlaħaq ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), u jseħħ kwalunkwe minn fost dawn li ġejjin:
il-limitu ta’ żmien ikun skada; jew
mhux inqas minn żewġ awtoritajiet kompetenti kkonċernati jikkonkludu li jeżisti nuqqas ta’ ftehim fuq il-bażi ta’ raġunijiet oġġettivi;
fejn ma jkun ġie previst ebda limitu ta’ żmien sabiex jintlaħaq ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), u meta jseħħ kwalunkweminn fost dawn li ġejjin:
mhux inqas minn żewġ awtoritajiet kompetenti kkonċernati jikkonkludu li jeżisti nuqqas ta’ ftehim fuq il-bażi ta’ raġunijiet oġġettivi; jew
ikunu għaddew xahrejn mid-data li fiha awtorità kompetenti rċeviet talba minn awtorità kompetenti oħra sabiex tieħu ċerta azzjoni bil-għan li tikkonforma ma’ dawk l-atti u l-awtorità rikjesta tkun għadha ma adottat ebda deċiżjoni li tissodisfa t-talba.
Sa meta tittieħed id-deċiżjoni tal-Awtorità f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 44(4), f’każijiet fejn l-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) jesiġu li tittieħed deċiżjoni konġunta, l-awtoritajiet kompetenti kollha involuti fid-deċiżjoni konġunta għandhom jiddiferixxu d-deċiżjonijiet individwali tagħhom. Fejn l-Awtorità tiddeċiedi li taġixxi, l-awtoritajiet kompetenti kollha involuti fid-deċiżjoni konġunta għandhom jiddiferixxu d-deċiżjonijiet tagħhom sa meta tiġi konkluża l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 20
Riżoluzzjoni ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti fi kwistjonijiet transsettorjali
Il-Kumitat Konġunt, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19 u fl-Artikolu 56, għandu jirriżolvi nuqqas ta’ qbil transsettorjali li jista’ jinħoloq bejn awtoritajiet kompetenti kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament, tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 rispettivament.
Artikolu 21
Kulleġġi tas-superviżuri
L-Awtorità għandha tmexxi b’mod li jkun żgurat funzjonament konsistenti u koerenti tal-kulleġġi ta’ superviżuri għal istituzzjonijiet transkonfinali fl-Unjoni kollha, b’kont meħud tar-riskju sistemiku ppreżentat mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji msemmija fl-Artikolu 23, u għandha, fejn xieraq, torganizza laqgħa ta’ kulleġġ.
Għall-iskop ta’ dan il-paragrafu u tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha titqies bħala “awtorità kompetenti” skont it-tifsira tal-leġislazzjoni rilevanti.
L-Awtorita’ tista’:
tiġbor u tikkondividi l-informazzjoni rilevanti kollha f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-kulleġġ u tistabbilixxi u tmexxi sistema ċentrali biex tagħmel din l-informazzjoni aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti fil-kulleġġ;
tagħti bidu għal, u tikkoordina, testijiet tal-istress fl-Unjoni kollha f’konformità mal-Artikolu 32 biex tivvaluta r-reżiljenza tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, b’mod partikolari r-riskju sistemiku ppreżentat mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 23, għal żviluppi negattivi fis-swieq, u tivvaluta l-potenzjal li jikber ir-riskju sistemiku li jistgħu jippreżentaw il-parteċipanti ewlenin fis-swieq finanzjarji f’sitwazzjonijiet ta’ stress, waqt li jiġi żgurat li tiġi applikata metodoloġija konsistenti fil-livell nazzjonali għal tali testijiet u, fejn adatt, tindirizza rakkomandazzjoni lill-awtorità kompetenti biex jiġu korretti kwistjonijiet identifikati fit-test tal-istress, inkluża rakkomandazzjoni biex jitwettqu valutazzjonijiet speċifiċi; tista’ tirrakkomanda lill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu spezzjonijiet fuq il-post, u tista’ tipparteċipa f’tali spezzjonijiet fuq il-post, sabiex tiżgura l-komparabbiltà u l-affidabbiltà tal-metodi, prattiki u riżultati tal-valutazzjonijiet fl-Unjoni kollha;
tippromwovi attivitajiet superviżorji effettivi u effiċjenti, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji huma jew jistgħu jkun esposti għalihom f’sitwazzjonijiet ta’ stress;
tissorvelja, f’konformità mal-kompiti u s-setgħat speċifikati f’dan ir-Regolament, il-kompiti mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti, u
titlob aktar deliberazzjonijiet ta’ kulleġġ fi kwalunkwe każ fejn hija tikkunsidra li d-deċiżjoni tirriżulta f’applikazzjoni inkorretta tal-liġi tal-Unjoni jew ma tikkontribwixxix għall-għan ta’ konverġenza tal-prattiki superviżorji. Hija tista’ tirrikjedi wkoll li ssir laqgħa tal-kulleġġ jew iżżid punt mal-aġenda ta’ laqgħa.
Artikolu 22
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar ir-riskji sistemiċi
L-Awtorità għandha tikkunsidra b’mod debitu r-riskju sistemiku kif definit mir-Regolament (UE) Nru 1092/2010. Hija għandha tindirizza kwalunkwe riskju ta’ tħarbit fis-servizzi finanzjarji li:
ikun ikkawżat minn dgħufija tas-sistema finanzjarja kollha jew ta’ partijiet minnha; u
li jkollu l-potenzjal ta’ konsegwenzi negattivi serji għas-suq intern u għall-ekonomija reali.
L-Awtorità għandha tikkunsidra, fejn adatt, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni ta’ riskju sistemiku kif żviluppati mill-BERS u l-Awtorità u tirrispondi għal twissijiet u rakkomandazzjonijiet mill-BERS skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010.
L-Awtorità għandha, f’kollaborazzjoni mal-BERS, u f’konformità mal-Artikolu 23 tiżviluppa approċċ komuni għall-identifikazzjoni u l-kejl tar-riskju sistemiku ppreżentat mill-parteċipanti ewlenin fis-swieq finanzjarji, inklużi indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi kif inhu xieraq.
Dawn l-indikaturi għandhom ikunu element kritiku fid-determinazzjoni ta’ azzjonijiet supervizorji xierqa. L-Awtorità għandha tagħmel monitoraġġ tal-livell ta’ konverġenza fid-determinazzjonijiet li jsiru, bil-ħsieb li tippromwovi approċċ komuni.
Mingħajr preġudizzju għall-atti msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità għandha tfassal, kif mehtieġ, linji gwida u rakkomandazzjonijiet addizzjonali għall-parteċipanti ewlenin fis-swieq finanzjarji, biex jittieħed kont tar-riskju sistemiku ppreżentat minnhom.
L-Awtorità għandha tiżgura li r-riskju sistemiku ppreżentat mill-parteċipanti ewlenin fis-swieq finanzjarji jiġi kkunsidrat fl-iżvilupp tal-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni fl-oqsma stabbiliti fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).
Wara inkjesta mwettqa skont l-ewwel subparagrafu, il-Bord tas-Superviżuri jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa għal azzjoni lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.
Għal dawk il-finijiet, l-Awtorità tista’ tuża s-setgħat mogħtija lilha skont dan ir-Regolament, inkluż l-Artikolu 35.
Artikolu 23
Identifikazzjoni u kejl ta’ riskju sistemiku
Artikolu 24
Kapaċità permanenti li tirrispondi għal riskji sistemiċi
Artikolu 25
Proċeduri ta’ rkupru u riżoluzzjoni
Artikolu 26
Sistema Ewropea ta’ Skemi Nazzjonali ta’ Kumpens għall-Investitur
Artikolu 27
Sistema Ewropea għar-riżoluzzjoni u arranġamenti ta’ finanzjament
L-Awtorità għandha tikkontribwixxi għall-ħidma fil-kwistjonijiet ta’ kuntest ekwu u impatti kumulattivi ta’ kwalunkwe sistema ta’ tariffi u kontribuzzjonijiet fuq istituzzjonijiet finanzjarji li jistgħu jiġu introdotti biex tkun żgurata kondiviżjoni ġusta tal-piż u inċentivi biex jiġi mrażżan riskju sistemiku bħala parti minn qafas ta’ riżoluzzjoni koerenti u kredibbli.
▼M3 —————
Artikolu 28
Delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-Awtorità bil-ftehimiet ta’ delega li jkunu biħsiebhom jagħmlu. Huma għandhom idaħħlu fis-seħħ il-ftehimiet mhux qabel xahar li jkunu infurmaw lill-Awtorità.
L-Awtorità tista’ tagħti opinjoni dwar il-ftehim intenzjonat fi żmien xahar li tiġi infurmata.
L-Awtorità għandha tippubblika, bil-mezzi xierqa, kwalunkwe ftehim ta’ delega kif konkluż mill-awtoritajiet kompetenti, sabiex tiżgura li l-partijiet kollha konċernati jkunu infurmati b’mod xieraq.
Artikolu 29
Kultura superviżorja komuni
L-Awtorità għandu jkollha rwol attiv fil-bini ta’ kultura superviżorja komuni tal-Unjoni u prattiki superviżorji konsistenti, kif ukoll fl-iżgurar ta’ proċeduri uniformi u approċċi konsistenti madwar l-Unjoni. L-Awtorità, bħala minimu, għandha twettaq l-attivitajiet li ġejjin:
li tipprovdi opinjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti;
li tistabbilixxi prijoritajiet superviżorji strateġiċi tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 29a;
li tistabbilixxi gruppi ta’ koordinazzjoni skont l-Artikolu 45b biex tiġi promossa l-konverġenza superviżorja u jiġu identifikati l-aħjar prattiki;
li tippromwovi skambju bilaterali u multilaterali effettiv ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, relattivament għall-kwistjonijiet rilevanti kollha, inklużi ċ-ċibersigurtà u l-attakki ċibernetiċi, b’rispett sħiħ għad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data previsti fl-atti leġislattivi rilevanti tal-Unjoni;
li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ standards superviżorji uniformi u ta’ kwalità għolja, fosthom standards tar-rapportar, u standards internazzjonali tal-kontabilità skont l-Artikolu 1(3);
li tirrevedi l-applikazzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni rilevanti adottati mill-Kummissjoni, u tal-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Awtorità u tipproponi emendi fejn xieraq; u
li tistabbilixxi programmi ta’ taħriġ settorjali u transsettorjali, inkluż fir-rigward tal-innovazzjoni teknoloġika, tiffaċilita skambji tal-persunal u tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jintensifikaw l-użu ta’ skemi tal-issekondar u għodod oħrajn, u
li tistabbilixxi sistema ta’ monitoraġġ biex tivvaluta r-riskji materjali ambjentali, soċjali u dawk marbuta mal-governanza, filwaqt li tqis il-Ftehim ta’ Pariġi għall-Konvenzjoni ta’ Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.
Għall-fini tal-istabbiliment ta’ kultura superviżorja komuni, l-Awtorità għandha tiżviluppa u żżomm manwal superviżorju aġġornat tal-Unjoni dwar is-superviżjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji fl-Unjoni, li jqis kif xieraq in-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji, il-prattiki ta’ negozju, il-mudelli ta’ negozju u d-daqs tal-istituzzjonijiet finanzjarji u tas-swieq finanzjarji, inklużi bidliet minħabba l-innovazzjoni teknoloġika, tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u tas-swieq finanzjarji. Il-manwal superviżorju tal-Unjoni għandu jistabbilixxi l-aħjar prattiki u għandu jispeċifika metodoloġiji u proċessi ta’ kwalità għolja.
L-Awtorità, fejn xieraq, għandha tagħmel konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-opinjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, u l-għodod u l-istrumenti msemmija f’dan il-paragrafu. Hija għandha wkoll, fejn xieraq, tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati. Tali konsultazzjonijiet u analiżijiet għandhom ikunu proporzjonati fir-rigward tal-ambitu, in-natura u l-impatt tal-għodod u tal-istrumenti. L-Awtorità, fejn xieraq, għandha titlob ukoll pariri mill-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq.
Artikolu 29a
Prijoritajiet superviżorji strateġiċi tal-Unjoni
Wara diskussjoni fil-Bord tas-Superviżuri u filwaqt li jitqiesu l-kontribuzzjonijiet riċevuti mingħand l-awtoritajiet kompetenti, il-ħidma eżistenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u l-analiżi, it-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet ippubblikati mill-BERS, l-Awtorità għandha, mill-inqas kull tliet snin u sal-31 ta’ Marzu, tidentifika massimu ta’ żewġ prijoritajiet ta’ rilevanza għall-Unjoni kollha li għandhom jirriflettu żviluppi u xejriet futuri. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu dawk il-prijoritajiet meta jfasslu l-programmi ta’ ħidma tagħhom u għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità dwar dan. L-Awtorità għandha tiddiskuti l-attivitajiet rilevanti fis-sena ta’ wara mill-awtoritajiet kompetenti, u tislet konklużjonijiet. L-Awtorità għandha tiddiskuti segwitu possibbli li jista’ jinkludi linji gwida, rakkomandazzjonijiet lil awtoritajiet kompetenti u reviżjonijiet bejn il-pari fil-qasam rispettiv.
Il-prijoritajiet ta’ rilevanza għall-Unjoni kollha identifikati mill-Awtorità ma għandhomx jipprevjenu lill-awtoritajiet kompetenti milli japplikaw l-aħjar prattiki tagħhom, filwaqt li jaġixxu fuq prijoritajiet u żviluppi nazzjonali addizzjonali, u għandhom jitqiesu speċifiċitajiet nazzjonali.
Artikolu 30
Reviżjonijiet bejn il-pari tal-awtoritajiet kompetenti
Ir-reviżjoni bejn il-pari għandha tinkludi valutazzjoni ta’, iżda ma għandhiex tkun limitata għal:
l-adegwatezza tar-riżorsi, il-grad ta’ indipendenza u l-arranġamenti ta’ governanza tal-awtorità kompetenti, b’attenzjoni partikolari għall-applikazzjoni effettiva tal-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u għall-kapaċità li tirrispondi għall-iżviluppi tas-suq;
l-effettività u l-grad ta’ konverġenza milħuq fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u fil-prattika superviżorja, inklużi l-istandards tekniċi regolatorji u l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikoli 10 sa 16, u kemm il-prattika superviżorja tilħaq l-għanijiet stipulati fil-liġi tal-Unjoni;
l-applikazzjoni tal-aħjar prattiki żviluppati minn awtoritajiet kompetenti li l-adozzjoni tagħhom tista’ tkun ta’ benefiċċju għal awtoritajiet kompetenti oħra;
l-effettività u l-grad ta’ konverġenza milħuq fir-rigward tal-infurzar tad-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, inklużi s-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn imposti kontra persuni responsabbli fejn ma kienx hemm konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet.
F’konformità mal-Artikolu 16(3), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma’ kwalunkwe linja gwida u rakkomandazzjoni maħruġa.
Meta tkun qed tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji jew abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikoli 10 sa 15, jew linji gwida jew rakkomandazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 16, l-Awtorità għandha tqis l-eżitu tar-reviżjoni bejn il-pari, flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni oħra miksuba mill-Awtorità fit-twettiq tal-kompiti tagħha, sabiex tiġi żgurata l-konverġenza tal-prattiki superviżorji tal-ogħla kwalità.
Artikolu 31
Funzjoni ta’ koordinament
L-Awtorità għandha tippromwovi rispons koordinat tal-Unjoni, fost l-oħrajn billi:
tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti;
tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni u, fejn ikun possibbli u adatt, tivverifika l-affidabbiltà tal-informazzjoni li għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha;
mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19, twettaq medjazzjoni mhux vinkolanti fuq talba mill-awtoritajiet kompetenti jew fuq inizjattiva tagħha stess;
tinnotifika mingħajr dewmien lill-BERS bi kwalunkwe sitwazzjoni potenzjali ta’ emerġenza;
tieħu l-miżuri xierqa f’każ ta’ żviluppi li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tas-swieq finanzjarji bl-għan tal-koordinament tal-azzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti;
tieħu l-miżuri xierqa biex tikkoordina azzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat id-dħul fis-suq ta’ atturi jew prodotti li jiddependu fuq l-innovazzjoni teknoloġika;
tiċċentralizza l-informazzjoni li tasal għand l-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikoli 21 u 35 bħala riżultat tal-obbligi ta’ rappurtar regolatorju għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji attivi f’aktar minn Stat Membru wiehed. L-Awtorità għandha taqsam dik l-informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħra.
Artikolu 31a
Skambju ta’ informazzjoni dwar l-idoneità u l-adegwatezza
L-Awtorità għandha, flimkien mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tal-idoneità u l-adegwatezza ta’ detenturi ta’ parteċipazzjonijiet kwalifikanti, diretturi u detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin ta’ parteċipanti fis-swieq finanzjarji minn awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).
Artikolu 31b
Il-funzjoni ta’ koordinazzjoni fir-rigward ta’ ordnijiet, tranżazzjonijiet u attivitajiet b’effetti transfruntieri sinifikanti
Fejn awtorità kompetenti jkollha evidenza jew indikazzjonijiet ċari minn diversi sorsi differenti sabiex tissuspetta li ordnijiet, tranżazzjonijiet jew kwalunkwe attività oħra b’effetti transfruntieri sinifikanti jheddu l-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni, hija għandha tinnotifika minnufih lill-Awtorità u tipprovdi l-informazzjoni rilevanti. L-Awtorità tista’ toħroġ opinjoni dwar is-segwitu xieraq lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn seħħet l-attività suspettata.
Artikolu 32
Valutazzjoni ta’ żviluppi tas-suq, inklużi t-testijiet tal-istress
L-Awtorità għandha tagħti bidu għal, u tikkoordina, valutazzjonijiet madwar l-Unjoni kollha tar-reżiljenza tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għal żviluppi negattivi tas-suq. Għal dak l-għan, hija għandha tiżviluppa:
metodoloġiji komuni biex jiġi vvalutat l-effett ta’ xenarji ekonomiċi fuq il-pożizzjoni finanzjarja ta’ parteċipant fis-swieq finanzjarji, filwaqt li jitqiesu, fost oħrajn, riskji li jirriżultaw minn żviluppi ambjentali avversi;
metodoloġiji komuni għall-identifikazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji li għandhom jiġu inklużi fil-valutazzjonijiet mal-Unjoni kollha;
approċċi komuni għall-komunikazzjoni dwar l-eżiti ta’ dawn il-valutazzjonijiet tar-rezistenza tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji;
metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett ta’ prodotti partikolari jew tal-proċessi ta’ distribuzzjoni fuq il-pożizzjoni finanzjarja ta’ parteċipant fis-swieq finanzjarji u fuq l-informazzjoni tal-investituri u tal-konsumaturi;
metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett tar-riskji ambjentali fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-Awtorità għandha tikkoopera mal-BERS.
Mingħajr preġudizzju għall-kompiti tal-BERS stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1092/2010, l-Awtorità għandha, darba fis-sena, u aktar ta’ spiss fejn ikun meħtieġ, tipprovdi valutazzjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-BERS dwar ix-xejriet, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet fil-qasam tal-kompetenza tagħha, flimkien mal-indikaturi msemmija fl-Artikolu 22(2) ta’ dan ir-Regolament.
L-Awtorità għandha tinkludi klassifikazzjoni tar-riskji u l-vulnerabbiltajiet prinċipali f’dawn il-valutazzjonijiet u, fejn ikun meħtieġ, tirrakkomanda azzjonijiet ta’ prevenzjoni jew ta’ rimedju.
Artikolu 33
Relazzjonijiet internazzjonali inkluża l-ekwivalenza
Fejn pajjiż terz, skont att delegat, li jkun fis-seħħ, adottat mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849, ikun fuq il-lista ta’ ġurisdizzjonijiet li għandhom nuqqasijiet strateġiċi fir-reġimi tagħhom kontra l-ħasil tal-flus u għall-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu li joħolqu theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, l-Awtorità ma għandhiex tikkonkludi arranġamenti amministrattivi mal-awtoritajiet regolatorji u superviżorji ta’ dak il-pajjiż terz. Dan m’għandux jipprekludi forom oħra ta’ kooperazzjoni bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet rispettivi tal-pajjiż terz bil-ħsieb li jitnaqqas it-theddid għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni.
Barra minn hekk, hija għandha tivverifika jekk il-kriterji, li abbażi tagħhom ittieħdu dawk id-deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza u kwalunkwe kondizzjoni stabbilita fihom, għadhomx issodisfati.
L-Awtorità tista’ tikkomunika mal-awtoritajiet rilevanti f’pajjiżi terzi. L-Awtorità għandha tissottometti rapport kunfidenzjali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) li jiġbor fil-qosor il-konstatazzjonijiet mill- monitoraġġ tal-pajjiżi terzi ekwivalenti kollha. Ir-rapport għandu jiffoka b’mod partikolari fuq l-implikazzjonijiet għall-istabbiltà finanzjarja, l-integrità tas-suq, il-protezzjoni tal-investituri jew il-funzjonament tas-suq intern.
Fejn l-Awtorità tidentifika żviluppi rilevanti fir-rigward tar-regolamentazzjoni u tas-superviżjoni jew tal-prattiki ta’ infurzar fil-pajjiżi terzi msemmija f’dan il-paragrafu li jistgħu jaffettwaw l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru tagħha jew aktar, l-integrità tas-suq jew il-protezzjoni ta’ investituri jew il-funzjonament tas-suq intern, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fuq bażi kunfidenzjali u mingħajr dewmien bla bżonn.
Mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tikkoopera, fejn possibbli, mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti, ta’ pajjiżi terzi li r-reġimi regolatorji u superviżorji tagħhom kienu rikonoxxuti bħala ekwivalenti. Fil-prinċipju, dik il-kooperazzjoni għandha sseħħ abbażi ta’ arranġamenti amministrattivi konklużi mal-awtoritajiet rilevanti ta’ dawk il-pajjiżi terzi. Meta tinnegozja tali arranġamenti amministrattivi, l-Awtorità għandha tinkludi dispożizzjonijiet dwar dawn li ġejjin:
il-mekkaniżmi li jippermettu lill-Awtorità tikseb informazzjoni rilevanti, inkluża informazzjoni dwar ir-reġim regolatorju, l-approċċ superviżorju, l-iżviluppi tas-suq rilevanti u kwalunkwe bidla li tista’ taffettwa d-deċiżjoni ta’ ekwivalenza;
sa fejn ikun neċessarju għas-segwitu ta’ tali deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza, il-proċeduri li jikkonċernaw il-koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji, inklużi, fejn meħtieġa, spezzjonijiet fuq il-post.
L-Awtorità għandha tinforma lill-Kummissjoni fejn awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz tirrifjuta li tikkonkludi tali arranġamenti amministrattivi jew meta tirrifjuta li tikkoopera b’mod effettiv.
Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43(5), l-Awtorità għandha tinkludi informazzjoni dwar l-arranġamenti amministrattivi maqbula ma’ awtoritajiet superviżorji, organizzazzjonijiet internazzjonali jew amministrazzjonijiet f’pajjiżi terzi, l-assistenza pprovduta mill-Awtorità lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza u fil-monitoraġġ mill-Awtorità f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
▼M3 —————
Artikolu 35
Ġbir ta’ informazzjoni
Fejn l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ma tkunx disponibbli skont il-paragrafu 1 jew 5 f’waqtha, l-Awtorità tista’ tindirizza talba debitament ġustifikata u motivata direttament lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji rilevanti. It-talba motivata għandha tispjega għaliex hi meħtieġa l-informazzjoni dwar il-parteċipanti individwali rispettivi fis-swieq finanzjarji.
L-Awtorità għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti bit-talbiet f’konformità ma’ dan il-paragrafu u mal-paragrafu 5.
Fuq it-talba tal-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jassistu lill-Awtorità fil-ġbir tal-informazzjoni.
Artikolu 36
Relazzjoni mal-BERS
▼M3 —————
Hija għandha tiddeċiedi, permezz tal-proċedura rilevanti għat-teħid ta’ deċiżjonijiet, dwar kwalunkwe azzjoni li jkollha tittieħed skont is-setgħat mogħtija lilha b’dan ir-Regolament, biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet identifikati fit-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet.
Jekk l-Awtorità ma taġixxix fuq twissija jew rakkomandazzjoni, hija għandha tispjega lill-BERS ir-raġunijiet tagħha għaliex ma għamlitx dan. Il-BERS għandu jinforma lill-Parlament Ewropew b’dan f’konformità mal-Artikolu 19(5) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010. Il-BERS għandu wkoll jinforma lill-Kunsill b’dan.
Fejn id-destinatarju ma jkunx biħsiebu jsegwi r-rakkomandazzjoni tal-BERS, hu għandu jinforma u jiddiskuti mal-Bord tas-Superviżuri r-raġunijiet tiegħu għan-nuqqas ta’ azzjoni.
Fejn l-awtorità kompetenti, f’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, tgħarraf lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-BERS bl-azzjonijiet li tkun ħadet bi tweġiba għal rakkommandazzjoni tal-BERS, hija għandha tqis kif dovut il-fehmiet tal-Bord tas-Superviżuri.
▼M3 —————
Artikolu 37
Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq
Biex jgħin fil-faċilitazzjoni ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati f’oqsma rilevanti għall-kompiti tal-Awtorità, għandu jiġi stabbilit Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq. Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandu jkun ikkonsultat dwar azzjonijiet meħuda f’konformità mal-Artikoli 10 sa 15 dwar l-istandards tekniċi regolatorji u l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni, u, sal-punt li dawn ma jikkonċernawx lill-parteċipanti individwali fis-swieq finanzjarji, l-Artikolu 16 dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet. Jekk ikunu jridu jittieħdu azzjonijiet b’mod urġenti u l-konsultazzjoni ssir impossibbli, il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandu jiġi mgħarraf kemm jista’ jkun malajr.
Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandu jiltaqa’ mill-anqas erba’ darbiet fis-sena.
Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandu jkun magħmul minn 30 membru. Dawk il-membri għandhom ikunu magħmula minn:
13-il membru li jirrappreżentaw, b’mod proporzjonat, lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji li joperaw fl-Unjoni;
13-il membru li jirrappreżentaw lir-rappreżentati tal-impjegati tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji li joperaw fl-Unjoni, lill-konsumaturi, lill-utenti tas-servizzi finanzjarji u lir-rappreżentanti tal-SMEs; u
erba’ membri li huma akkademiċi indipendenti fl-ogħla karigi.
Il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-President tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq biex jagħmel dikjarazzjoni quddiemu u jwieġeb kwalunkwe mistoqsija mill-membri tiegħu kull meta jintalab jagħmel dan.
L-Awtorità għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa soġġett għas-segretezza professjonali, kif stipulat fl-Artikolu 70 ta’ dan ir-Regolament, u tiżgura appoġġ segretarjali adegwat għall-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq. Għandu jiġi pprovdut kumpens adegwat lill-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq li jirrappreżentaw organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, bl-esklużjoni ta’ rappreżentanti tal-industrija. Dan il-kumpens għandu jqis il-ħidma preparatorja u ta’ segwitu tal-membri u għandu mill-inqas ikun ekwivalenti għar-rati ta’ rimborż ta’ uffiċjali skont it-Titolu V, Kapitolu 1, Taqsima 2 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 ( 12 ) (ir-Regolamenti tal-Persunal). Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq jista’ jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma dwar kwistjonijiet tekniċi. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandhom iservu għal perjodu ta’ erba’ snin, u wara dan issir proċedura ġdida tal-għażla.
Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq jistgħu jservu zewġ termini wara xulxin.
Fejn il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq ma jkunux jistgħu jaqblu dwar il-pariri, terz tal-membri tiegħu jew il-membri li jirrappreżentaw grupp wieħed ta’ partijiet interessati għandhom jitħallew joħorġu parir separat.
Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq, il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati, il-Grupp ta’ Partijiet Interessati fl-Oqsma tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u l-Grupp ta’ Partijiet Interessati tal-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol jistgħu joħorġu parir konġunt dwar kwistjonijiet relatati mal-ħidma tal-ASE taħt l-Artikolu 56 dwar il-pożizzjonijiet konġunti u l-atti komuni.
Artikolu 38
Salvagwardji
Fejn Stat Membru jħoss li deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 19(3) taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu, huwa jista’ jinnotifika lill-Awtorità u lill-Kummissjoni sa ġimgħatejn wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-Awtorità lill-awtorità kompetenti li d-deċiżjoni mhijiex ser tiġi implimentata mill-awtorità kompetenti.
Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru għandu jispjega b’mod ċar u speċifiku għaliex u kif id-deċiżjoni taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu.
F’każ ta’ tali notifika, id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tiġi sospiża.
Fi żmien xahar min-notifika mill-Istat Membru, l-Awtorità għandha tinforma lill-Istat Membru jekk tkunx sejra żżomm id-deċiżjoni tagħha jew tkunx sejra temendaha jew tirrevokaha. Jekk id-deċiżjoni tinżamm jew tiġi emendata, l-Awtorità għandha tiddikjara li r-responsabbiltajiet fiskali mhumiex affettwati.
Meta l-Awtorità żżomm id-deċiżjoni tagħha, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni b’maġġoranza tal-voti mitfugħin, f’waħda mil-laqgħat tiegħu mhux aktar tard minn xahrejn wara li l-Awtorità tkun informat lill-Istat Membru kif stabbilit fir-raba’ subparagrafu, dwar jekk inżammitx id-deċiżjoni tal-Awtorità.
Meta l-Kunsill, wara li jkun ikkunsidra l-kwistjoni, ma jiħux deċiżjoni biex iżomm id-deċiżjoni tal-Awtorità, f’konformità mal-ħames subparagrafu, id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tintemm.
Meta Stat Membru jikkunsidra li deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 18(3) taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu, huwa jista’ jinnotifika lill-Awtorità, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-Awtorità lill-awtorità kompetenti, li d-deċiżjoni ma tkunx ser tiġi implimentata mill-awtorità kompetenti.
Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru għandu jispjega b’mod ċar u speċifiku għaliex u kif id-deċiżjoni taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu.
F’każ ta’ tali notifika, id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tiġi sospiża.
Il-Kunsill għandu, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol isejjaħ laqgħa u jieħu deċiżjoni, b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu, dwar jekk id-deċiżjoni tal-Awtorità hijiex revokata.
Fejn il-Kunsill, wara li jkun ikkunsidra l-kwistjoni, ma jiħux deċiżjoni biex jirrevoka d-deċiżjoni tal-Awtorità konformement mar-raba’ subparagrafu, is-sospensjoni tad-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tintemm.
Fejn il-Kunsill ikun ħa deċiżjoni skont il-paragrafu 3 biex ma jirrevokax deċiżjoni tal-Awtorità fir-rigward tal-Artikolu 18(3), u l-Istat Membru kkonċernat xorta jikkunsidra li d-deċiżjoni tal-Awtorità taffettwa r-responsabbilitajiet fiskali tiegħu, dak l-Istat Membru jista’ jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Awtorità u jitlob lill-Kunsill biex jeżamina mill-ġdid il-kwistjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi b’mod ċar ir-raġunijiet għaliex ma jaqbilx mad-deċiżjoni tal-Kunsill.
F’perijodu ta’ erba’ ġimgħat wara n-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kunsill għandu jikkonferma d-deċiżjoni oriġinali tiegħu jew jieħu deċiżjoni ġdida f’konformità mal-paragrafu 3.
Il-perijodu ta’ erba’ ġimgħat jista’ jiġi estiż b’erba’ ġimgħat oħra mill-Kunsill, jekk iċ-ċirkostanzi partikolari jkunu jeħtieġu hekk.
Artikolu 39
Proċeduri għat-teħid ta’ deċiżjonijiet
KAPITOLU III
ORGANIZZAZZJONI
TAQSIMA 1
Bord tas-Superviżuri
Artikolu 40
Kompożizzjoni
Il-Bord tas-Supervizuri għandu jkun magħmul minn:
il-President;
il-Kap tal-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti għas-supervizjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji f’kull Stat Membru, li għandhom jiltaqgħu personalment tal-inqas darbtejn fis-sena;
rapprezentant wieħed tal-Kummissjoni li m’għandux ikollu vot;
rappreżentant wieħed tal-BERS li m’għandux ikollu vot;
rappreżentant wieħed ta’ kull wieħed mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra, li m’għandux ikollhom vot.
Għall-fini li jaġixxi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/23, il-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jista’, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn rappreżentant mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni f’kull Stat Membru, li ma għandux ikollu dritt tal-vot.
Il-Bord tas-Superviżuri jista’ jiddeċiedi li jdaħħal osservaturi.
Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri mingħajr id-dritt li jivvota.
Artikolu 41
Kumitati interni
Kull membru tal-panel għandu jkollu vot wieħed.
Id-deċiżjonijiet tal-panel għandhom jittieħdu meta tal-anqas erba’ membri jivvutaw favur.
Kull membru tal-panel għandu jkollu vot wieħed.
Id-deċiżjonijiet tal-panel għandhom jittieħdu meta tal-anqas erba’ membri jivvutaw favur.
Kull membru tal-panel għandu jkollu vot wieħed.
Id-deċiżjonijiet tal-panel għandhom jittieħdu meta tal-anqas erba’ membri jivvutaw favur.
Artikolu 42
Indipendenza tal-Bord tas-Superviżuri
Artikolu 43
Kompiti
▼M3 —————
Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta, qabel it-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, abbażi ta’ proposta mill-Bord Maniġerjali, il-programm ta’ ħidma tal-Awtorità għas-sena sussegwenti, u għandu jittrażmettih għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Il-programm ta’ ħidma għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali u għandu jsir pubbliku.
Il-Bord tas-Superviżuri għandu jodotta l-programm ta’ ħidma multiannwali tal-Awtorità, u għandu jgħaddih għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Il-programm ta’ ħidma multiannwali għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali u għandu jsir pubbliku.
Artikolu 43a
Trasparenza tad-deċiżjonijiet adottati mill-Bord tas-Superviżuri
Minkejja l-Artikolu 70, fi żmien sitt ġimgħat minn kull laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri, l-Awtorità għandha, tal-anqas, tipprovdi lill-Parlament Ewropew b’rekord komprensiv u sinifikanti tal-proċedimenti ta’ dik il-laqgħa li jippermetti fehim sħiħ tad-diskussjonijiet, inkluża lista annotata tad-deċiżjonijiet. Tali rekord ma għandux jirrifletti diskussjonijiet fi ħdan il-Bord tas-Superviżuri relatati ma’ parteċipanti individwali fis-swieq finanzjarji, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-Artikolu 75(3) jew fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).
Artikolu 44
Teħid ta’ deċiżjonijiet
Fir-rigward tal-atti speċifikati fl-Artikoli 10 sa 16 ta’ dan ir-Regolament u l-miżuri u d-deċiżjonijiet adottati taħt it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(5) ta’ dan ir-Regolament u l-Kapitolu VI ta’ dan ir-Regolament u, b’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Bord tas-Superviżuri għandu jieħu deċiżjonijiet abbażi ta’ maġġoranza kkwalifikata tal-membri tiegħu, kif definit fl-Artikolu 16(4) tat-TUE u fl-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji.
Il-President ma għandux jivvota dwar id-deċiżjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu.
Fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-panels skont l-Artikolu 41(2), (3) u (4), u l-membri tal-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari msemmija fl-Artikolu 30(2), il-Bord tas-Superviżuri, meta jkunu qed jikkunsidraw il-proposti mill-President, għandhom jirsistu għal konsensus. Fin-nuqqas ta’ konsensus, id-deċiżjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jittieħdu minn maġġoranza ta’ tliet kwarti tal-membri votanti tiegħu. Kull membru votanti għandu jkollu vot wieħed.
Fir-rigward ta’ deċiżjonijiet adottati taħt l-Artikolu 18(3) u (4), u b’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Bord tas-Superviżuri għandu jieħu deċiżjonijiet abbażi ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri votanti tiegħu.
Il-membri mingħajr dritt tal-vot u l-osservaturi, bl-eċċezzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, ma għandhom jattendu għal ebda diskussjoni fi ħdan il-Bord tas-Superviżuri dwar parteċipanti individwali fis-swieq finanzjarji, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-Artikolu 75(3) jew fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).
TAQSIMA 2
Bord Maniġerjali
Artikolu 45
Kompożizzjoni
Minbarra l-President, kull membru tal-Bord Maniġerjali għandu jkollu membru supplenti, li jista’ jissostitwixxih jekk ma jkunx jista’ jattendi.
Artikolu 45a
Teħid ta’ deċiżjonijiet
Artikolu 45b
Gruppi ta’ Koordinazzjoni
Artikolu 46
Indipendenza tal-Bord Maniġerjali
Il-membri tal-Bord Maniġerjali għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi u la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mill-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, minn xi gvern jew minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor.
L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni u kwalunkwe korp ieħor pubbliku jew privat m’għandhomx ifittxu li jinfluwenzaw lill-membri tal-Bord Maniġerjali fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.
Artikolu 47
Kompiti
TAQSIMA 3
President
Artikolu 48
Ħatra u kompiti
L-Awtorità għandha tkun irrappreżentata minn President, li għandu jkun professjonista indipendenti b’impjieg sħiħ.
Il-President għandu jkun responsabbli għat-tħejjija tal-ħidma tal-Bord tas-Superviżuri, inkluż l-istabbiliment tal-aġenda li għandha tiġi adottata mill-Bord tas-Superviżuri, jorganizza l-laqgħat u jressaq punti għal deċiżjoni, u għandu jippresiedi l-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri.
Il-President għandu jkun responsabbli biex jistabbilixxi l-aġenda tal-Bord Maniġerjali, li għandha tiġi adottata mill-Bord Maniġerjali, u għandu jippresiedi l-laqgħat tal-Bord Maniġerjali.
Il-President jista’ jistieden lill-Bord Maniġerjali biex jikkunsidra li jistabbilixxi grupp ta’ koordinazzjoni skont l-Artikolu 45b.
Fejn il-President ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 49 jew ikun instab ħati ta’ mġiba ħażina serja, il-Kunsill jista’, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni li tkun ġiet approvata mill-Parlament Ewropew, jadotta deċiżjoni sabiex ineħħih mill-kariga.
Il-Bord tas-Superviżuri għandu jeleġġi wkoll, minn fost il-membri tiegħu, Viċi-President li għandu jwettaq il-funzjonijiet tal-President fl-assenza tal-President. Dak il-Viċi-President m’għandux jiġi elett minn fost il-membri tal-Bord Maniġerjali.
Matul id-disa’ xhur li jippreċedu t-tmiem tal-mandat ta’ ħames snin tal-President, il-Bord tas- Superviżuri għandu jivvaluta:
ir-riżultati miksuba fl-ewwel mandat u kif inkisbu;
id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-Awtorità fis-snin ta’ wara.
Għall-fini tal-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-kompiti tal-President għandhom jitwettqu mill-Viċi President.
Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Bord tas-Superviżuri u bl-assistenza tal-Kummissjoni u wara li jikkunsidra l-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, jista’ jestendi l-mandat tal-President darba.
Artikolu 49
Indipendenza tal-President
Mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Bord tas-Superviżuri fir-rigward tal-kompiti tal-President, il-President la għandu jfittex u lanqas ma għandu jieħu struzzjonijiet mill-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, minn xi gvern jew mingħand xi entità pubblika jew privata oħra.
La l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, u lanqas ebda entità pubblika jew privata oħra m’għandhom ifittxu li jinfluwenzaw lill-President fil-qadi ta’ dmirijietu.
F’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal msemmija fl-Artikolu 68, il-President għandu, wara li jitlaq mis-servizz, jibqa’ marbut bid-dover tiegħu li jaġixxi b’integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċerti ħatriet jew benefiċċji.
Artikolu 49 a
Spejjeż
Il-President għandu jippubblika l-laqgħat kollha li jsiru mal-partijiet interessati esterni fi żmien ġimagħtejn wara l-laqgħa u kwalunkwe ospitalità riċevuta. L-ispejjeż għandhom jiġu rreġistrati pubblikament f’konformità mar-Regolamenti dwar il-Persunal.
▼M3 —————
TAQSIMA 4
Direttur Eżekuttiv
Artikolu 51
Ħatra
Matul id-disa’ xhur li jippreċedu t-tmiem tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord tas-Superviżuri għandu jivvaluta b’mod partikolari:
ir-riżultati miksuba fl-ewwel mandat u kif inkisbu;
id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-Awtorità fis-snin ta’ wara.
Il-Bord tas-Superviżuri, fid-dawl tal-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, jista’ jestendi għal darba l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv.
Artikolu 52
Indipendenza
Mingħajr preġudizzju għar-rwoli rispettivi tal-Bord Maniġerjali u tal-Bord tas-Superviżuri fir-rigward tal-kompiti tad-Direttur Eżekuttiv, id-Direttur Eżekuttiv m’għandux ifittex jew jieħu struzzjonijiet mill-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, minn kwalunkwe gvern ta’ Stat Membru jew minn kwalunkwe korp ieħor pubbliku jew privat.
La l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, u lanqas ebda entità pubblika jew privata oħra m’għandhom ifittxu li jinfluwenzaw lid-Direttur Eżekuttiv fil-qadi ta’ dmirijietu.
F’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal msemmija fl-Artikolu 68, wara li jitlaq mis-servizz, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibqa’ marbut bid-dover tiegħu li jaġixxi b’integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċerti ħatriet jew benefiċċji.
Artikolu 53
Kompiti
KAPITOLU IV
KORPI KONĠUNTI TAL-AWTORITAJIET SUPERVIŻORJI EWROPEJ
TAQSIMA 1
Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej
Artikolu 54
Stabbiliment
Il-Kumitat Konġunt għandu jservi bħala forum li fih, l-Awtorità għandha tikkoopera regolarment u mill-qrib biex tiżgura konsistenza transsettorjali, filwaqt li tqis speċifiċitajiet settorjali, mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), b’mod partikolari fir-rigward ta’:
Artikolu 55
Kompożizzjoni
Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura. Ir-regoli jistgħu jispeċifikaw aktar parteċipanti fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt.
Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ mill-anqas darba kull tliet xhur.
Artikolu 56
Pożizzjonijiet konġunti u atti komuni
Fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompiti tagħha stabbiliti fil-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE, fejn rilevanti, l-Awtorità għandha tasal għal pożizzjonijiet konġunti b’konsensus ma’, kif adatt, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea).
Fejn meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, il-miżuri taħt l-Artikoli 10 sa 16, u d-deċiżjonijiet taħt l-Artikoli 17, 18 u 19 ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE u ta’ kwalunkwe att leġislattiv ieħor imsemmi fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament li jaqa’ wkoll fi ħdan il-qasam ta’ kompetenza tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) jew tal-Awtorità Superviżorja Ewropea l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) għandhom jiġu adottati, b’mod parallel, minn, kif adatt, l-Awtorità, mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol).
Artikolu 57
Sottokumitati
TAQSIMA 2
Bord tal-Appell
Artikolu 58
Kompożizzjoni u operat
Il-Bord tal-Appell għandu jkun magħmul minn sitt membri u sitt membri supplenti, li għandhom ikunu individwi ta’ reputazzjoni tajba b’rekord ippruvat ta’ għarfien rilevanti tal-liġi tal-Unjoni u li jkollhom esperjenza professjonali internazzjonali, fuq livell għoli biżżejjed fl-oqsma tas-swieq bankarji, tal-assigurazzjoni, tal-pensjonijiet tax-xogħol, tat-titoli jew ta’ servizzi finanzjarji oħrajn, għajr il-persunal kurrenti tal-awtoritajiet kompetenti jew ta’ istituzzjonijiet jew korpi oħrajn, nazzjonali jew tal-Unjoni, involuti fl-attivitajiet tal-Awtorità u membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq. Il-membri u s-supplenti għandhom ikunu ċittadini ta’ Stat Membru u għandu jkollhom għarfien profond ta’ mill-inqas żewġ lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Il-Bord tal-Appell għandu jkollu biżżejjed għarfien espert legali biex jipprovdi konsulenza legali esperta dwar il-legalità, inkluża l-proporzjonalità, tal-eżerċizzju mill-Awtorità tas-setgħat tagħha.
Il-Bord tal-Appell għandu jaħtar il-President tiegħu.
Wara li jirċievi l-lista mqassra, il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-kandidati għal membri u membri supplenti jagħmlu dikjarazzjoni quddiemu u jwieġbu kwalunkwe mistoqsija mill-Membri tiegħu.
Il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-membri tal-Bord tal-Appell biex jagħmlu dikjarazzjoni quddiemu u biex iwieġbu kwalunkwe mistoqsija mill-Membri tiegħu kull meta mitluba, bl-esklużjoni ta’ dikjarazzjonijiet, mistoqsijiet jew tweġibiet li jkollhom x’jaqsmu ma’ każijiet individwali deċiżi minn, jew pendenti quddiem, il-Bord tal-Appell.
Artikolu 59
Indipendenza u imparzjalità
Kwalunkwe parti fil-proċedimenti ta’ appell tista’ toġġezzjona għall-parteċipazzjoni ta’ membru tal-Bord tal-Appell għal kwalunkwe raġuni minn dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, jew jekk tkun suspettata b’favoreġġamenti.
L-ebda oġġezzjoni ma tista’ tkun ibbażata fuq in-nazzjonalità tal-membri u lanqas m’għandha tkun ammissibbli jekk, filwaqt li tkun konxja ta’ raġuni għall-oġġezzjoni, il-parti fil-proċedimenti ta’ appell tkun xorta waħda ħadet pass proċedurali għajr dak li toġġezzjona għall-kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell.
Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi fuq l-azzjoni li għandha tittieħed fil-każijiet speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 mingħajr il-parteċipazzjoni tal-membru konċernat.
Għall-finijiet li tittieħed dik id-deċiżjoni, il-membru konċernat għandu jiġi sostitwit fuq il-Bord tal-Appell mill-membru supplenti tiegħu. Fejn il-membru supplenti nnifsu jkun f’sitwazzjoni simili, il-President tal-Awtorità għandu jaħtar membru supplenti minn fost il-membri supplenti disponibbli.
Il-membri tal-Bord tal-Appell għandhom jimpenjaw rwieħhom li jaġixxu b’mod indipendenti u fl-interess pubbliku.
Għal dak il-għan, għandhom jagħmlu dikjarazzjoni tal-impenji u dikjarazzjoni tal-interessi fejn jindikaw jew in-nuqqas ta’ kwalunkwe interess li jista’ jitqies bħala preġudizzjali għall-indipendenza tagħhom jew ta’ kwalunkwe interess dirett jew indirett li jista’ jitqies bħala preġudizzjali għall-indipendenza tagħhom.
Dawk id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru pubbliċi, annwalment u bil-miktub.
KAPITOLU V
RIMEDJI
Artikolu 60
Appelli
Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi fuq l-appell fi żmien tliet xhur minn meta l-appell ikun ġie ppreżentat.
Appell li jiġi ppreżentat skont il-paragrafu 1 m’għandux ikollu effett suspensiv.
Madankollu, il-Bord tal-Appell jista’, jekk iqis li ċ-ċirkustanzi jeħtieġu dan, jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.
Artikolu 60a
Kompetenza maqbuża mill-Awtorità
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’ tibgħat parir motivat lill-Kummissjoni jekk dik il-persuna tkun tal-opinjoni li l-Awtorità tkun qabżet il-kompetenza tagħha, inkluż li tkun naqset milli tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità msemmi fl-Artikolu 1(5), meta taġixxi taħt l-Artikoli 16 u 16b, u dak ikun jikkonċerna direttament u individwalment lil dik il-persuna.
Artikolu 61
Rikorsi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI
Artikolu 62
Baġit tal-Awtorità
Id-dħul tal-Awtorità, korp Ewropew skont l-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ) (ir-“Regolament Finanzjarju”), għandu jikkonsisti, b’mod partikolari, fi kwalunkwe taħlita ta’ dawn li ġejjin:
kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji li għandhom isiru konformement ma’ formola bbażata fuq il-piż tal-voti mniżżel fl-Artikolu 3(3) tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 3(3) tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji għandu jkompli japplika lil hinn mill-iskadenza tal-31 ta’ Ottubru 2014 stabbilita fih;
sussidju mill-Unjoni, li jiddaħħal fil-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (it-Taqsima tal-Kummissjoni);
kwalunkwe tariffa mħallsa lill-Awtorità fil-każijiet speċifikati fl-istrumenti rilevanti tal-liġi tal-Unjoni;
kwalunkwe kontribuzzjoni volontarja minn Stati Membri jew osservaturi;
tariffi miftiehma għal pubblikazzjonijiet, taħriġ jew kwalunkwe servizz ieħor provdut mill-Awtorità fejn dawn ġew mitluba speċifikament minn awtorità kompetenti waħda jew aktar.
Ebda kontribuzzjoni volontarja minn Stati Membri jew osservaturi msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ma għandha tiġi aċċettata jekk tali aċċettazzjoni tqajjem dubju dwar l-indipendenza u l-imparzjalità tal-Awtorità. Il-kontribuzzjonijiet volontarji li jikkostitwixxu kumpens għall-ispiża tal-kompiti delegati minn awtorità kompetenti lill-Awtorità ma għandhomx jitqiesu bħala li jqajmu dubju dwar l-indipendenza ta’ din tal-aħħar.
Artikolu 63
Stabbiliment tal-baġit
Artikolu 64
Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit
L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat ukoll, sal-15 ta’ Ġunju kull sena, pakkett ta’ rapporti lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, f’format standardizzat kif stabbilit mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għall-finijiet ta’ konsolidazzjoni.
Artikolu 65
Regoli finanzjarji
Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità għandhom jiġu adottati mill-Bord Maniġerjali wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Dawk ir-regoli ma jistgħux jitbiegħdu mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 ( 14 ) sakemm il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi għall-funzjonament tal-Awtorità ma jkunux jirrikjedu dan u biss bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni.
Artikolu 66
Miżuri kontra l-frodi
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 67
Privileġġi u immunitajiet
Il-Protokoll (Nru 7) dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-TFUE għandu japplika għall-Awtorità u għall-persunal tagħha.
Artikolu 68
Persunal
Artikolu 69
Responsabbiltà tal-Awtorità
Artikolu 70
Obbligu tas-segretezza professjonali
Mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mil-liġi kriminali, kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li tasal għand persuni msemmija fil-paragrafu 1 waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, ma tistax tiġi żvelata lil xi persuna jew awtorità oħra tkun xi tkun, għajr f’forma mqassra jew aggregata, b’tali mod li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati.
L-obbligu taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux iżomm lill-Awtorità u lill-awtoritajiet kompetenti milli jużaw l-informazzjoni għall-infurzar tal-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u, b’mod partikolari, għall-proċeduri legali għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet.
L-istess rekwiżiti għas-segretezza professjonali għandhom japplikaw ukoll għall-osservaturi li jattendu l-laqgħat tal-Bord Maniġerjali, u tal-Bord tas-Superviżuri u li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-Awtorità.
Dik l-informazzjoni għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet tas-segretezza professjonali msemmija fil-paragrafi 1 u 2. L-Awtorità għandha tistabbilixxi fir-regoli proċedurali interni tagħha l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-regoli ta’ kunfidenzjalità msemmija fil-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 71
Protezzjoni tad-data
Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-ipproċessar minnhom ta’ data personali taħt ir-Regolament (UE) 2016/679 jew għall-obbligi tal-Awtorità relatati mal-ipproċessar minnha ta’ data personali taħt ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 ) waqt il-qadi tar-responsabbiltajiet tagħha.
Artikolu 72
Aċċess għad-dokumenti
Artikolu 73
Arranġamenti lingwistiċi
Artikolu 74
Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali
L-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li trid tiġi pprovduta għall-Awtorità fl-Istat Membru fejn tkun tinsab is-sede tagħha u l-faċilitajiet li għandhom isiru disponibbli minn dak l-Istat Membru, kif ukoll ir-regoli speċifiċi applikabbli f’dak l-Istat Membru għall-persunal tal-Awtorità u għall-membri tal-familji tagħhom, għandhom jiġu stipulati fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Awtorità u dak l-Istat Membru li huma jkunu kkonkludu wara li tkun inkisbet l-approvazzjoni tal-Bord Maniġerjali.
Dak l-Istat Membru għandu jipprovdi l-aqwa kondizzjonijiet possibbli sabiex jiżgura l-funzjonament adatt tal-Awtorità, inkluż skola multilingwi, b’orjentazzjoni Ewropea u l-konnessjonijiet xierqa tat-trasport.
Artikolu 75
Parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi
KAPITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
Artikolu 76
Relazzjoni mal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli
L-Awtorità għandha titqies bħala s-suċċessur legali tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (KRET). Sad-data tal-istabbiliment tal-Awtorità, l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha u l-operazzjonijiet kollha pendenti tal-KRET għandhom jiġu ttrasferiti awtomatikament lill-Awtorità. Il-KRET għandu jistabbilixxi dikjarazzjoni li turi s-sitwazzjoni fl-għeluq tal-assi u l-obbligazzjonijiet tiegħu sa mid-data ta’ dak it-trasferiment. Dik id-dikjarazzjoni għandha tiġi vverifikata u approvata mill-KRET u mill-Kummissjoni.
Artikolu 77
Dispożizzjonijiet tranżitorji dwar il-persunal
Il-membri kollha tal-persunal taħt kuntratti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu offruti l-possibbiltà li jikkonkludu kuntratti ta’ aġenti temporanji skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Uffiċjali Oħrajn fil-gradi varji, hekk kif stabbilit fil-pjan ta’ stabbiliment tal-Awtorità.
Għandha ssir għażla interna limitata għal persunal li għandu kuntratti mal-KRET jew is-Segretarjat tiegħu, wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mill-awtorità awtorizzata sabiex tikkonkludi kuntratti sabiex tiġi ċċekkjata l-abbiltà, l-effiċjenza u l-integrità ta’ dawk li jkunu ser jiġu reklutati. Il-proċedura ta’ għażla interna għandha tqis bis-sħiħ il-ħiliet u l-esperjenza murija mill-prestazzjoni tal-individwi qabel ir-reklutaġġ.
Artikolu 78
Dispożizzjonijiet nazzjonali
L-Istati Membri għandhom jagħmlu d-dispożizzjonijiet adatti biex jiżguraw l-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 79
Emendi
Id-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE hija bil-preżenti emendata billi l-KRET qiegħed jitneħħa mil-lista ta’ benefiċjarji stabbilita fit-Taqsima B tal-Anness għal dik id-Deċiżjoni.
Artikolu 80
Tħassir
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE, li tistabbilixxi l-KRET, qiegħda bil-preżenti titħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011.
Artikolu 81
Reviżjoni
Sal-31 ta’ Diċembru 2021, u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ġenerali dwar l-esperjenza miksuba bħala riżultat tal-operat tal-Awtorità u l-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa, fost affarijiet oħra:
l-effettività u l-konverġenza fil-prattiki superviżorji miksuba mill-awtoritajiet kompetenti:
l-indipendenza tal-awtoritajiet kompetenti u l-konverġenza fl-istandards ekwivalenti għall-governanza korporattiva;
l-imparzjalità, l-oġġettività u l-awtonomija tal-Awtorità;
il-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri;
il-progress miksub fit-triq għall-konverġenza fl-oqsma tal-prevenzjoni, il-ġestjoni u r-riżoluzzjoni tal-kriżijiet, inklużi mekkaniżmi relatati mal-finanzjament tal-Unjoni;
ir-rwol tal-Awtorità fir-rigward tar-riskju sistemiku;
l-applikazzjoni tal-klawsola ta’ salvagwardja stabbilita fl-Artikolu 38;
l-applikazzjoni tar-rwol ta’ medjazzjoni vinkolanti stabbilita fl-Artikolu 19;
il-funzjonament tal-Kumitat Konġunt.
Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jeżamina wkoll jekk:
huwiex adatt li titkompla s-superviżjoni separata tas-settur banjarju, tal-assigurazzjoni, tal-pensjonijiet tax-xogħol, tat-titoli u tas-swieq finanzjarji;
huwiex xieraq li titwettaqsuperviżjoni prudenzjali u li jiġi ssorveljat it-twettiq tan-negozju separatament jew mill-istess superviżur;
huwiex xieraq li tiġi semplifikata u rinforzata l-istruttura tas-SESF sabiex tiżdied il- koerenza bejn il-livelli makro u mikro u bejn l-ASE;
l-evoluzzjoni tas-SESF tkunx konsistenti mal-evoluzzjoni globali;
hemmx diversità suffiċjenti u eċċellenza fi ħdan is-SESF;
ir-responsabbiltà u t-trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti għall- pubblikazzjoni humiex xierqa;
ir-riżorsi tal-Awtorità humiex adegwati biex hija twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha;
huwiex adegwat li s-sede tal-Awtorità tinżamm jew jekk l-ASE jitmexxewx f’sede unika biex tittejjeb il-koordinazzjoni aħjar bejniethom.
Artikolu 82
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 76 u l-Artikolu 77(1) u (2), li għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
L-Awtorità għandha tkun stabbilita fl-1 ta’ Jannar 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
( 2 ) Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
( 3 ) Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall- kummerċ f’suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12).
( 4 ) Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
( 5 ) Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
( 6 ) Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
( 7 ) Ara paġna 12 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
( 8 ) Ara paġna 48 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
( 9 ) Ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 (ĠU L022, 22.1.2021, p. 1).
( 10 ) Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
( 11 ) Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).
( 12 ) ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.
( 13 ) Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
( 14 ) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1).
( 15 ) Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
( 16 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).
( 17 ) Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
( 18 ) ĠU 17, 6.10.1958, p. 385.