EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CJ0565

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ April 2018.
Kawża mressqa minn Alessandro Saponaro u Kalliopi-Chloi Xylina.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri – Regolament (KE) Nru 2201/2003 – Ġurisdizzjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru adita b’talba għal awtorizzazzjoni ġudizzjarja ta’ rinunzja ta’ wirt f’isem wild minuri – Ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri – Estensjoni tal-ġurisdizzjoni – Artikolu 12(3)(b) – Aċċettazzjoni tal-ġurisdizzjoni – Kundizzjonijiet.
Kawża C-565/16.

Kawża C‑565/16

Proċedura mibdija minn Alessandro Saponaro u Kalliopi-Chloi Xylina

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Eirinodikeio Lerou)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri – Regolament (KE) Nru 2201/2003 – Ġurisdizzjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru adita b’talba għal awtorizzazzjoni ġudizzjarja ta’ rinunzja ta’ wirt f’isem wild minuri – Ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri – Estensjoni tal-ġurisdizzjoni – Artikolu 12(3)(b) – Aċċettazzjoni tal-ġurisdizzjoni – Kundizzjonijiet”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ April 2018

  1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili–Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri–Regolament Nru 2201/2003–Kamp ta’ applikazzjoni–Kunċett ta’ “kwistjonijiet ċivili”–Miżuri relattivi għall-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri–Awtorizzazzjoni ġudizzjarja ta’ rinunzja ta’ wirt f’isem wild minuri–Inklużjoni–Nuqqas ta’ applikabbiltà tar-Regolament Nru 650/2012

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 650/2012; Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003, Artikolu 1(1)(b), (2)(e), u (3)(f))

  2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili–Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri–Regolament Nru 2201/2003–Ġurisdizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri–Estensjoni tal-ġurisdizzjoni–Aċċettazzjoni ta’ ġurisdizzjoni b’mod espress jew inekwivokabbli mill-partijiet–Portata–Talba konġunta taż-żewġ ġenituri ta’ wild minuri mressqa quddiem l-istess qorti–Inklużjoni

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003, Artikolu 12(3)(b))

  3. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili–Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri–Regolament Nru 2201/2003–Ġurisdizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri–Estensjoni tal-ġurisdizzjoni–Aċċettazzjoni ta’ ġurisdizzjoni b’mod espress jew inekwivokabbli mill-partijiet–Kunċett ta’ “partijiet”–Prosekutur li, skont id-dritt nazzjonali, għandu legalment il-kwalità ta’ parti fil-proċedura–Inklużjoni

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003, Artikolu 12(3)(b))

  4. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili–Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri–Regolament Nru 2201/2003–Ġurisdizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri–Estensjoni tal-ġurisdizzjoni–Aċċettazzjoni ta’ ġurisdizzjoni b’mod espress jew inekwivokabbli mill-partijiet–Aċċettazzjoni għandha tkun eżistenti qabel il-preżentata tar-rikors promotur–Fatti sussegwenti għad-data li fiha l-qorti ġiet adita li jistgħu jipprovaw l-assenza tal-aċċettazzjoni f’din id-data–Oppożizzjoni tal-prosekutur li huwa legalment parti fil-proċedura

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003, Artikolu 12(3)(b))

  5. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili–Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri–Regolament Nru 2201/2003–Ġurisdizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri–Estensjoni tal-ġurisdizzjoni–Aċċettazzjoni ta’ ġurisdizzjoni b’mod espress jew inekwivokabbli mill-partijiet–Portata–Talba għal awtorizzazzjoni ta’ rinunzja ta’ wirt f’isem wild minuri mressqa b’mod konġunt mill-ġenituri tiegħu–Inklużjoni–Kundizzjonijiet

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003, Artikolu 12(3)(b))

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 16-19)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 25)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 26-29)

  4.  Għal dak li jikkonċerna d-data li fiha l-aċċettazzjoni tal-partijiet fil-proċedura għandha tingħata, jiġifieri d-data li fiha l-qorti hija adita, mill-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 2201/2003 jirriżulta li din id-data tikkorrispondi, fil-prinċipju, għal dik li fiha r-rikors promotur jew att ekwivalenti huwa ppreżentat quddiem il-qorti (sentenzi tal-1 ta’ Ottubru 2014, E., C‑436/13, EU:C:2014:2246, punt 38, u tat-12 ta’ Novembru 2014, L, C‑656/13, EU:C:2014:2364, punt 55).

    L-okkorrenza ta’ ċerti fatti wara d-data li fiha l-qorti tkun ġiet adita tista’ madankollu turi li l-aċċettazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(3)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003 ma kinitx teżisti f’din id-data. Għaldaqstant, fis-sentenza tat-12 ta’ Novembru 2014, L (C‑656/13, EU:C:2014:2364, punti 5657), il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-eżistenza ta’ ftehim espress jew tal-inqas inekwivoku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni ma tistax tkun manifestament stabbilita meta l-qorti inkwistjoni tkun adita minn parti waħda fil-proċedura u meta, sussegwentement, parti oħra f’din il-proċedura tikkontesta, sa mill-ewwel pass meħtieġ minnha fil-kuntest ta’ din il-proċedura, il-ġurisdizzjoni tal-qorti adita.

    B’mod analogu, f’sitwazzjoni fejn prosekutur jitqies, skont id-dritt nazzjonali applikabbli, bħala legalment parti f’proċedura li tirrigwarda r-responsabbiltà tal-ġenituri, l-oppożizzjoni magħmula minn din il-parti fir-rigward tal-għażla tal-qorti magħmula mill-ġenituri tal-minuri kkonċernat wara d-data li fiha tkun ġiet adita l-qorti, tipprekludi l-aċċettazzjoni tal-estensjoni tal-ġurisdizzjoni għall-partijiet kollha fil-proċedura f’din id-data. Min-naħa l-oħra, fl-assenza ta’ tali oppożizzjoni, il-qbil ta’ din il-parti jista’ jitqies li huwa impliċitu u l-kundizzjoni ta’ aċċettazzjoni tal-estensjoni tal-ġurisdizzjoni, b’mod inekwivoku mill-partijiet kollha fil-proċedura fid-data li fiha tkun adita l-qorti, tista’ titqies li hija ssodisfatta.

    (ara l-punti 30-32)

  5.  F’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali fejn il-ġenituri ta’ wild minuri, li jirrisjedu b’mod abitwali ma’ dan tal-aħħar fi Stat Membru, ippreżentaw f’isem dan il-minuri talba għall-awtorizzazzjoni għar-rinunzja ta’ wirt quddiem il-qorti ta’ Stat Membru ieħor, l-Artikolu 12(3)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    il-preżentata konġunta tal-ġenituri tal-minuri quddiem il-qorti magħżula minnhom tikkostitwixxi aċċettazzjoni mhux ekwivoka ta’ din il-qorti minnhom;

    prosekutur li, skont id-dritt nazzjonali, huwa legalment parti fil-proċedura mibdija mill-ġenituri, huwa parti fil-proċedura, fis-sens tal-Artikolu 12(3)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003. L-oppożizzjoni magħmula minn din il-parti fir-rigward tal-għażla tal-qorti magħmula mill-ġenituri tal-minuri wara d-data li fiha tkun ġiet adita l-qorti, tipprekludi l-aċċettazzjoni tal-estensjoni tal-ġurisdizzjoni għall-partijiet kollha fil-proċedura f’din id-data. Fl-assenza ta’ tali oppożizzjoni, il-qbil ta’ din il-parti jista’ jitqies li huwa impliċitu u l-kundizzjoni ta’ aċċettazzjoni tal-estensjoni tal-ġurisdizzjoni, b’mod inekwivoku mill-partijiet kollha fil-proċedura fid-data li fiha tkun adita l-qorti, tista’ titqies li hija ssodisfatta, u

    il-fatt li r-residenza tal-mejjet fid-data tal-mewt tiegħu, il-patrimonju tiegħu li huwa s-suġġett tas-suċċessjoni, u l-passiv tas-suċċessjoni kienu jinsabu fl-Istat Membru fejn tinsab il-qorti magħżula jippermetti, fl-assenza ta’ provi li juru li l-estensjoni tal-ġurisdizzjoni jista’ jkollha impatt detrimentali għas-sitwazzjoni tal-minuri, li jitqies li tali estensjoni tal-ġurisdizzjoni hija fl-aħjar interess tal-minuri.

    (ara l-punt 40 u d-dispożittiv)

Top