EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CO0082

Nuova Invincibile

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta ’ Lulju 2015 – Nuova Invincibile

(Kawża C‑82/14) ( 1 )

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Sitt Direttiva 77/388/KEE”

1. 

Domandi preliminari — Risposta li tkun tista’ kjarament tiġi dedotta mill-ġurisprudenza — Applikazzjoni tal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura (Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 99) (ara l-punti 18, 19)

2. 

Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Obbligi tal-persuni responsabbli għall-ħlas — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, għall-persuni milquta minn terremot li laqat ċerti provinċji, rimbors tal-ammonti mħallsa fuq perijodu partikolari skont it-taxxa fuq il-valur miżjud — Inammissibbiltà (Artikolu 10 KE; Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikoli 2 u 22) (ara l-punti 22‑28 u d-dispożittiv)

Dispożittiv

L-Artikoli 2 u 22 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 9(17) tal-Liġi Nru 289, tas-27 ta’ Diċembru 2002, li tinkludi dispożizzjonijiet għat-tfassil tal-baġit annwali u multiannwali tal-Istat (liġi tal-finanzi għall-2003), li tipprevedi, fid-dawl ta’ terremot li kien laqat il-provinċji ta’ Catania, ta’ Ragusa u ta’ Siracusa, għall-benefiċċju tal-persuni milquta minnu, tnaqqis ta’ 90 % tat-taxxa fuq il-valur miżjud li normalment għandha titħallas għas-snin 1990 sa 1992, b’mod partikolari billi tagħti dritt għal rimbors, f’dan il-proporzjon, tal-ammonti diġà mħallsa skont it-taxxa fuq il-valur miżjud, sa fejn din id-dispożizzjoni ma tikkorrispondix mar-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, u ma tippermettix li jiġi żgurat li t-taxxa fuq il-valur miżjud li għandha titħallas fit-territorju Taljan tinġabar kollha.


( 1 ) ĠU C 142, 12.5.2014.

Top