EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CJ0004

Bohez

Kawża C‑4/14

Christophe Bohez

vs

Ingrid Wiertz

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikoli 1(2) u 49 — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Materji esklużi — Dritt tal-familja — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Artikolu 47(1) — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Deċiżjoni dwar id-dritt ta’ aċċess li timponi pagamenti ta’ penalità — Eżekuzzjoni tal-pagamenti ta’ penalità”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Settembru 2015

  1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Kamp ta’ applikazzjoni – Materji esklużi – Status u kapaċità ta’ persuni fiżiċi – Deċiżjoni li tordna pagamenti ta’ penalità fil-kuntest ta’ tilwima intiża li tiżgura r-rispett ta’ dritt ta’ aċċess – Esklużjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni – Deċiżjoni li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 2201/2003

    (Regolamenti tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 1(2)(a), u Nru 2201/2003)

  2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri – Regolament Nru 2201/2003 – Rikonoxximent u eżekuzzjoni – Deċiżjoni li tordna pagamenti ta’ penalità fil-kuntest ta’ tilwima intiża li tiżgura r-rispett ta’ dritt ta’ aċċess – Irkupru tal-pagamenti ta’ penalità li jaqa’ taħt l-istess sistema ta’ eżekuzzjoni bħad-deċiżjoni dwar id-dritt ta’ aċċess

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003, Artikoli 28(1), 41(1) u 47(1))

  3. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri – Regolament Nru 2201/2003 – Rikonoxximent u eżekuzzjoni – Deċiżjoni li tordna pagamenti ta’ penalità fil-kuntest ta’ tilwima intiża li tiżgura r-rispett ta’ dritt ta’ aċċess – Eżekuzzjoni – Kundizzjoni – Ammont iffissat definittivament mill-qrati tal-Istat Membru ta’ oriġini

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003)

  1.  L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ir-regolament ma japplikax għall-eżekuzzjoni fi Stat Membru ta’ pagamenti ta’ penalità ordnati f’sentenza, mogħtija fi Stat Membru ieħor, li tikkonċerna d-dritt ta’ kustodja u d-dritt ta’ aċċess sabiex jiġi żgurat ir-rispett ta’ dan id-dritt ta’ aċċess mid-detentur tad-dritt ta’ kustodja.

    Fil-fatt, il-pagamenti ta’ penalità għandhom natura aċċessorja meta mqabbla mal-obbligu tad-detentur tad-dritt ta’ kustodja li jikkoopera mal-implementazzjoni tad-dritt ta’ aċċess mogħti fl-istess sentenza.

    Issa, l-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament Nru 44/2001 jeskludi espressament mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament l-istatus ta’ persuni fiżiċi, kunċett li jinkludi l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri fuq il-persuna ta’ wild.

    Konsegwentement, l-imsemmija pagamenti ta’ penalità li tintalab l-eżekuzzjoni tagħhom huma miżura aċċessorja intiża li tiżgura s-salvagwardja ta’ dritt li jaqa’ mhux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 44/2001, iżda taħt dak tar-Regolament Nru 2201/2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000.

    (ara l-punti 35-37, 39, 40 u d-dispożittiv 1)

  2.  L-irkupru ta’ pagamenti ta’ penalità ordnati mill-qorti tal-Istat Membru tal-oriġini li tat deċiżjoni dwar il-mertu fuq id-dritt ta’ aċċess għall-finijiet li tiġi żgurata l-effettività ta’ dan id-dritt, jaqa’ taħt l-istess sistema ta’ eżekuzzjoni bħad-deċiżjoni dwar id-dritt ta’ aċċess li jiggarantixxi l-imsemmija pagamenti ta’ penalità u li dawn tal-aħħar għandhom, għalhekk, jiġu ddikjarati eżekuttivi skont ir-regoli definiti mir-Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000.

    Fil-fatt, tali pagamenti ta’ penalità ma jistgħux jiġu kkunsidrati b’mod iżolat, iżda għandhom jiġu kkunsidrati b’mod indissoċjabbli mid-dritt ta’ aċċess li tiegħu jiżguraw is-salvagwardja. Fuq din il-bażi, l-irkupru tal-imsemmija pagamenti ta’ penalità għandu jaqa’ taħt l-istess sistema ta’ eżekuzzjoni bħad-dritt ta’ aċċess li għandu jiġi ssalvagwardat, jiġifieri taħt ir-regoli previsti fl-Artikoli 28(1) u 41(1) tar-Regolament Nru 2201/2003.

    Jekk is-sistema ta’ eżekuzzjoni tal-pagamenti ta’ penalità tiġi sseparata minn dik applikabbli għad-dritt ta’ aċċess sabiex tkun tiddependi mill-proċedura ta’ eżekuzzjoni stess, li, skont l-Artikolu 47(1) tar-Regolament Nru 2201/2003, hija rregolata mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, dan ikun iwassal sabiex il-qorti ta’ dan l-Istat tkun tista’ tivverifika hija stess l-eżistenza ta’ nuqqas tad-dritt ta’ aċċess.

    Issa, tali stħarriġ, li għandu jitwettaq skont ir-regoli tal-Istat ta’ eżekuzzjoni u li jimplika evalwazzjoni, mill-qorti ta’ dan l-Istat, taċ-ċirkustanzi tal-każ, imur kontra l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jistabbilixxi, għas-sentenzi mogħtija f’dan il-qasam, sistema ta’ eżekuzzjoni uniformi u ssemplifikata, li tipprojbixxi kull interferenza tal-qorti ta’ eżekuzzjoni dwar il-mertu u li hija bbażata fuq il-fiduċja fil-qorti tal-Istat tal-oriġini bħala l-qorti meqjusa li għandha l-ġurisdizzjoni sabiex tagħti sentenza dwar id-dritt ta’ aċċess.

    (ara l-punti 49-53 u d-dispożittiv 2)

  3.  Fil-kuntest tar-Regolament Nru 2201/2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, sentenzi barranin li jordnaw pagamenti ta’ penalità huma eżekuttivi fl-Istat Membru li fih tkun imfittxija l-eżekuzzjoni biss jekk l-ammont ikun ġie ffissat definittivament mill-qrati tal-Istat Membru ta’ oriġini.

    Fil-fatt, fl-ipoteżi fejn id-detentur ta’ dritt ta’ aċċess mogħti fi Stat Membru jitlob, billi jagħmel użu min-nuqqas ta’ osservanza ta’ dan id-dritt, l-eżekuzzjoni fi Stat Membru ieħor ta’ pagamenti ta’ penalità li l-ammont definittiv tagħhom ma jkunx ġie iffissat mill-qorti tal-Istat ta’ oriġini, id-determinazzjoni tas-somma finali li għandha titħallas timplika stħarriġ tan-nuqqasijiet allegati mid-detentur tad-dritt ta’ aċċess. Issa, tali stħarriġ, li huwa tal-ikbar importanza għall-interess superjuri tal-wild, ma jimplikax biss il-konstatazzjoni tan-numru ta’ okkażjonijiet li fihom il-wild ma kienx preżenti, iżda wkoll l-evalwazzjoni tar-raġunijiet li wasslu għal dawn in-nuqqasijiet. Hija biss il-qorti tal-Istat ta’ oriġini, bħala qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tal-mertu, li hija awtorizzata tagħmel evalwazzjonijiet ta’ din in-natura.

    Konsegwentement, f’tali sitwazzjoni, huwa l-benefiċjarju tal-pagamenti ta’ penalità li għandu juża r-rimedji proċedurali disponibbli fl-Istat Membru ta’ oriġini sabiex jinkiseb titolu li jiffissa l-ammont definittiv tal-pagamenti ta’ penalità.

    (ara l-punti 59-61 u d-dispożittiv 3)

Top