EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CJ0538

Sommarju tas-sentenza

Keywords
Summary

Keywords

1. Dispożizzjonijiet fiskali — Armonizzazzjoni tal-liġijiet — Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Esklużjonijiet mid-dritt għal tnaqqis — Possibbiltà għall-Istati Membri li jżommu l-esklużjonijiet eżistenti fil-mument tad-dħul fis-seħħ tas-Sitt Direttiva

(Direttivi tal-Kunsill 67/228, Artikolu 11(4), u 77/388, Artikolu 17(6))

2. Dispożizzjonijiet fiskali — Armonizzazzjoni tal-liġijiet — Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Esklużjonijiet mid-dritt għal tnaqqis — Possibbiltà għall-Istati Membri li jżommu l-esklużjonijiet eżistenti fil-mument tad-dħul fis-seħħ tas-Sitt Direttiva

(Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikolu 17(6))

3. Dispożizzjonijiet fiskali — Armonizzazzjoni tal-liġijiet — Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Esklużjonijiet mid-dritt għal tnaqqis — Possibbiltà għall-Istati Membri li jżommu l-esklużjonijiet eżistenti fil-mument tad-dħul fis-seħħ tas-Sitt Direttiva

(Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikolu 17(6))

Summary

1. L-Artikolu 11(4) tat-Tieni Direttiva 67/228, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, u l-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva 77/388, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru, applikabbli meta s-Sitt Direttiva daħlet fis-seħħ, li teskludi t-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud marbut mal-kategoriji tal-ispejjeż li jirrigwardaw, minn naħa, il-provvista ta’ “mezz ta’ trasport individwali”, ta’ “ikel”, ta’ “xorb”, ta’ “akkomodazzjoni”, kif ukoll “offerta ta’ attività ta’ rikreazzjoni” lill-membri tal-persunal tal-persuna taxxabbli, u min-naħa l-oħra, il-provvista ta’ “rigali ta’ negozju” jew “rigali oħra”, meta dawn il-kategoriji ta’ spejjeż esklużi mid-dritt għal tnaqqis huma ddefiniti b’mod suffiċjentement preċiż mill-imsemmija leġiżlazzjoni. Il-possibbiltà mogħtija lill-Istati Membri mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva tippresupponi, fil-fatt, li dawn tal-aħħar għandhom jippreċiżaw suffiċjentement in-natura jew l-għan tal-oġġetti jew tas-servizzi li huma esklużi mid-dritt għat-tnaqqis u dan sabiex jiġi ggarantit li din il-possibbiltà ma twassalx għal esklużjonijiet ġenerali minn din is-sistema.

(ara l-punti 44, 45, 57 u d-dispożittiv 1)

2. L-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva 77/388, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, għandu jiġu interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, li ġiet adottata qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva, li tistabbilixxi li persuna taxxabbli tista’ tnaqqas, mhux kompletament imma proporzjonalment, il-VAT imħallsa meta oġġetti jew servizzi li jaqgħu taħt waħda mill-kategoriji inkwistjoni jiġu akkwistati u użati parzjalment għal skopijiet privati u parzjalment għal skopijiet professjonali.

Fil-fatt, għalkemm, fid-dawl tal-firxa tal-possibbiltà mogħtija lill-Istati Membri mill-imsemmija dispożizzjoni, huma għandhom is-setgħa li jżommu l-esklużjonijiet kollha tad-dritt għat-tnaqqis li jirrigwarda kategoriji ta’ spejjeż suffiċjentement preċiżi, l-Istati Membri jistgħu legalment ukoll jistabbilixxu limitazzjoni għall-portata tal-esklużjoni tad-dritt għat-tnaqqis fir-rigward ta’ kategoriji ta’ spejjeż bħal dawn, għaliex din il-leġiżlazzjoni hija konformi mal-għan imfittex minn din id-direttiva u dan huwa rifless b’mod partikolari fl-Artikolu 17(2) tagħha.

(ara l-punti 59-61 u d-dispożittiv 2)

3. L-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva 77/388, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru, wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva, milli jintroduċi emenda, fir-rigward tal-esklużjoni tad-dritt għat-tnaqqis, li hija intiża, bħala regola, li tirrestrinġilha l-portata, iżda li ma jistax jiġi eskluż, f’każ individwali u għal sena finanzjarja partikolari, li twessgħalha l-portata minħabba n-natura fissa tas-sistema emendata. Is-sempliċi possibbiltà li t-tali effett sfavorevoli jista’ jseħħ ma jistax iwassal sabiex din l-emenda leġiżlattiva, li saret wara d-dħul fis-seħħ tas-Sitt Direttiva, titqies li tmur kontra l-Artikolu 17(6) tal-imsemmija direttiva, meta din l-emenda hija, b’mod ġenerali, favorevoli għall-persuni taxxabbli meta mqabbla mas-sistema li kien hemm qabel. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-eżistenza, anki jekk stabbilita, ta’ każ bħal dan iżolat jew eċċezzjonali ma taffettwax il-prinċipju li l-emenda għal-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata wara d-dħul fis-seħħ tas-Sitt Direttiva naqqset il-kamp tal-esklużjonijiet tad-dritt għat-tnaqqis li kienu jeżistu qabel.

(ara l-punti 70, 71 u d-dispożittiv 3)

Top