EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CJ0201

Sommarju tas-sentenza

Kawża C-201/08

Plantanol GmbH & Co. KG

vs

Hauptzollamt Darmstadt

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hessisches Finanzgericht)

“Direttiva 2003/30/KE — Promozzjoni tal-użu tal-bijokarburanti jew karburanti oħra rinnovabbli għat-trasport — Direttiva 2003/96/KE — Qafas Komunitarju dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku — Taħlita ta’ żejt veġetali, ta’ additiv u ta’ karburant — Bijokarburanti — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Eżenzjoni fiskali — Sostituzzjoni tal-eżenzjoni b’obbligu ta’ osservanza ta’ parti minima ta’ bijokarburant fil-karburanti — Konformità mad-Direttivi 2003/30/KE u 2003/96/KE — Prinċipji ġenerali ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi”

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009   I ‐ 8346

Sommarju tas-sentenza

  1. Ambjent – Promozzjoni tal-użu tal-bijokarburanti jew karburanti oħra rinnovabbli għat-trasport – Direttiva 2003/30

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/30, Artikolu 3)

  2. Ambjent – Promozzjoni tal-użu tal-bijokarburanti jew karburanti oħra rinnovabbli għat-trasport – Direttiva 2003/30

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/30)

  1.  L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/30, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-bijokarburanti jew karburanti oħra rinnovabbli għat-trasport, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi mis-sistema ta’ eżenzjoni fiskali prevista minn din favur il-bijokarburanti prodott li jirriżulta minn taħlita ta’ żejt veġetali, nafta fossili u addittivi speċifiċi.

    Fill-fatt, minn naħa, mill-premessa 19 ta’ din id-direttiva jirriżulta li, jekk sistema ta’ eżenzjoni fiskali tikkostitwixxi wieħed mill-mezzi għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri sabiex jilħqu l-għanijiet previsti mill-imsemmija direttiva, mezzi oħrajn huma wkoll possibbli, bħall-għajnuna finanzjarja lill-industrija tal-ipproċessar jew l-iffissar ta’ perċentwali obbligatorju ta’ bijokarburanti għall-kumpanniji taż-żejt.

    Min-naħa l-oħra, mill-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2003/30 jirriżulta li l-Istati Membri għandhom ukoll setgħa diskrezzjonali wiesgħa rigward il-prodotti li huma jixtiequ jippromwovu sabiex jintlaħqu l-għanijiet previsti minnha, u peress li l-imsemmija Stati jistgħu jagħżlu li jagħtu prijorità lil ċerti tipi ta’ bijokarburanti fid-dawl tal-bilanċ globali tagħhom klimatiku u ambjentali, ta’ kemm huma profittabbli kif wkoll tal-kompetittività u s-sigurtà tal-provvisti.

    (ara l-punti 36, 37, 41 u d-dispożittiv 1)

  2.  Fil-kuntest tad-Direttiva 2003/30, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-bijokarburanti jew karburanti oħra rinnovabbli għat-trasport, il-prinċipji ġenerali ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi bħala prinċipju ma jipprekludux lil Stat Membru milli, fir-rigward ta’ prodott li jirriżulta minn taħlita ta’ żejt veġetali, nafta fossili u addittivi speċifiċi, jħassar, qabel id-data tal-iskadenza prevista inizjalment mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, is-sistema ta’ eżenzjoni fiskali li kienet applikabbli għalih. Fi kwalunkwe każ, tali tħassir ma jeżiġix l-eżistenza ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali. Madankollu hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina, fil-kuntest ta’ evalwazzjoni globali li għandha ssir in concreto, jekk l-imsemmija prinċipji ġewx irrispettati fid-dawl taċ-ċirkustanzi rilevanti.

    (ara l-punt 68 u d-dispożittiv 2)

Top