EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Regolamenti tekniċi nazzjonali u moviment liberu tal-merkanzija

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated. See 'Ir-rikonoxximent reċiproku tal-merkanzija' for an updated information about the subject.

Regolamenti tekniċi nazzjonali u moviment liberu tal-merkanzija

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (KE) Nru 764/2008 — proċeduri relatati mal-applikazzjoni ta’ ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti legalment kummerċjalizzati f’pajjiż ieħor tal-UE

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • L-għan tiegħu huwa li jtejjeb il-moviment liberu tal-merkanzija fl-UE.
  • Jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-awtoritajiet tal-pajjiżi tal-UE, meta jieħdu jew ikollhom l-intenzjoni li jieħdu deċiżjoni li tista’ ttellef il-moviment liberu ta’ prodott legalment ikkummerċjalizzat f’pajjiż ieħor tal-UE u mhux kopert mir-regoli armonizzati fuq livell tal-UE.

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-regolament japplika għal deċiżjonijiet amministrattivi bbażati fuq regola teknika li għandha l-effett dirett jew indirett ta’:

  • il-projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq ta’ prodott;
  • il-modifika jew l-ittestjar addizzjonali ta’ dak il-prodott qabel dan ikun jista’ jitqiegħed fis-suq;
  • l-irtirar mis-suq ta’ dak il-prodott.

Dan ir-regolament ma japplikax għal:

Proċeduri

Dan ir-regolament jifformula l-valutazzjoni tal-konformità tal-prodott skont ir-regoli tekniċi nazzjonali. L-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiżi tal-UE għandhom jikkonformaw ruħhom mar-regoli u l-proċeduri dwar:

  • il-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-prodott ikkonċernat
  • ir-rikonoxximent ta’ ċertifikati jew ta’ rapporti ta’ testijiet maħruġin minn korp akkreditat ta’ valutazzjoni tal-konformità skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 (akkreditazzjoni u sorveljanza tas-suq): Il-pajjiżi tal-UE ma jistgħux jirrifjutaw ċertifikati jew rapporti ta’ testijiet għal raġunijiet relatati mal-kompetenzi ta’ dak il-korp;
  • evalwazzjoni tal-ħtieġa ta’ applikazzjoni ta’ regola teknika: id-deċiżjoni għandha tkun ibbażata fuq elementi tekniċi jew xjentifiċi li jagħtu prova tal-proporzjonalità tal-miżura prevista, għandha tiġi nnotifikata lill-intrapriża kkonċernata u tista’ tiġi kkontestata legalment;
  • is-sospensjoni temporanja tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott: din hija pprojbita waqt il-proċedura tal-evalwazzjoni, għajr f’każijiet fejn il-prodott huwa ta’ riskju serju jew huwa pprojbit f’pajjiż tal-UE għal raġunijiet ta’ moralità pubblika jew ta’ sigurtà pubblika.

Punti ta’ kuntatt għall-prodotti

Kull pajjiż tal-UE għandu jaħtar punt ta’ kuntatt wieħed jew aktar għall-prodotti fit-territorju tagħhom u jikkomunika d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom lill-Kummissjoni Ewropea u lill-pajjiżi tal-UE l-oħrajn. Dawn il-punti jipprovdu informazzjoni dwar:

  • ir-regoli tekniċi applikabbli fit-territorju fejn ikunu stabbiliti;
  • dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti; u
  • r-rimedji disponibbli.

Rapporti u reviżjoni

Kull sena, il-pajjiżi tal-UE għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regolament. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament kull 5 snin u għandha tippubblika lista ta’ prodotti li mhumiex soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-armonizzazzjoni.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Huwa ilu japplika mit-13 ta’ Mejju 2009.

SFOND

Dan ir-regolament jirrevoka u jissostitwixxi d-Deċiżjoni 3052/95/KE.

Għal aktar informazzjoni, ara:

ID-DOKUMENT EWLIENI

Regolament (KE) Nru 764/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi l-proċeduri relatati ma’ l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti legalment kummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 3052/95/KE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 21-29)

l-aħħar aġġornament 01.08.2018

Top