EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Strateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Roma: qafas komuni Ewropew

Strateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Roma: qafas komuni Ewropew

 

SOMMARJU TA’:

Komunikazzjoni dwar qafas tal-UE għall-Istrateġija Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-2020 (KUMM(2011) 173 finali)

X’INHU L-GĦAN TAL-KOMUNIKAZZJONI?

Tistieden lill-pajjiżi tal-UE biex jadottaw strateġiji nazzjonali bil-għan li titjieb is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tar-Roma sal-2020.

PUNTI EWLENIN

Il-Kummissjoni Ewropea tippreżenta għanijiet komuni fir-rigward tal-inklużjoni tal-komunità tar-Roma li jikkumplimentaw l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020.

Sabiex jitnaqqsu d-disparitajiet eżistenti mal-bqija tal-popolazzjoni, qabel l-aħħar tal-2011, il-pajjiżi tal-UE kellhom jipproponu strateġiji ta’ integrazzjoni jew pakketti ta’ miżuri politiċi bil-għan li jitjieb l-aċċess tar-Roma:

  • għall-edukazzjoni, sabiex kull tifel u tifla jtemmu talanqas l-iskola primarja;
  • l-impjiegi,
  • il-kura tas-saħħa;
  • għall-akkomodazzjoni;
  • għas-servizzi bażiċi (b’mod partikolari għan-networks pubbliċi tal-ilma, tal-gass u tal-elettriku).

Valutazzjoni tal-istrateġiji

Fl-2012, il-Kummissjoni kellha twettaq valutazzjoni ta’ dawn l-istrateġiji u timmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom, permezz ta’ mekkaniżmu ta’ monitoraġġ li jinvolvi diversi gruppi. F’dan ir-rigward, kellha tippreżenta rapporti annwali ta’ monitoraġġ lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew.

Fl-aħħar nett, il-komunikazzjoni fittxet li tħeġġeġ riformi u ssaħħaħ il-Pjattaforma Ewropea għall-Inklużjoni tar-Roma.

L-implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali

Kellhom jiġu stabbiliti objettivi nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Roma, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet, il-limitazzjonijiet u s-sitwazzjonijiet diversi f’kull pajjiż tal-UE.

L-istrateġiji ta’ integrazzjoni kellhom jitħejjew bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati, b’mod partikolari l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-soċjetà ċivili u rappreżentanti tar-Roma.

F’kull pajjiż tal-UE kellu jinħoloq punt uniku ta’ kuntatt nazzjonali għall-monitoraġġ tal-azzjonijiet.

Finanzjar

Is-sorsi ta’ finanzjament għall-istrateġiji nazzjonali kellhom jiġu identifikati b’mod ċar. Dan il-finanzjament jista’ jiġi mill-baġits nazzjonali, minn fondi strutturali jew minn finanzjament ieħor tal-UE (bħall-Istrument ta’ Mikrofinanzjament Progress jew l-inizjattiva Ewropea favur l-Innovazzjoni Soċjali) jew minn għotjiet internazzjonali.

Tkabbir tal-UE

L-għanijiet Ewropej għall-integrazzjoni tar-Roma japplikaw għall-pajjiżi kkonċernati mill-politika dwar it-tkabbir tal-UE. Il-Kummissjoni tintrabat li tappoġġja l-isforzi ta’ dawk il-pajjiżi, inkluż billi żżid il-finanzjament disponibbli.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni timmonitorja l-progress ta’ kull pajjiż u tippreżentah fir-rapporti annwali dwar it-tkabbir.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill

Fl-2013, il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni dwar miżuri effettivi għall-integrazzjoni tar-Roma. Din kienet tkopri azzjonijiet biex tissaħħaħ l-integrazzjoni tar-Rom f’dawn l-oqsma:

Indirizzat ukoll kwistjonijiet bħalma huma:

  • il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni;
  • il-ħarsien tat-tfal u tan-nisa tar-Roma;
  • it-traduzzjoni ta’ impenji nazzjonali f’azzjoni lokali permezz tat-tisħiħ tal-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;
  • il-monitoraġġ tal-impatt tal-politiki;
  • it-teħid inkunsiderazzjoni tal-ħidma tal-“korpi ta’ ugwaljanza”;
  • it-tisħiħ tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali tar-Rom; u
  • l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni transnazzjonali.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-2020 (KUMM(2011) 173 finali, 5.4.2011)

DOKUMENTI RELATATI

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Unjoni ta’ Ugwaljanza: Qafas strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni (COM (2020) 620 final, 7.10.2020)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom — 2019 (COM(2019) 406 final, 5.9.2019)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill — Rapport dwar l-evalwazzjoni tal-Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom sal-2020 (COM(2018) 785 final, 4.12.2018)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Rieżami ta’ nofs it-terminu tal-qafas tal-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom (COM(2017) 458 final tal-30.8.2017)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Evalwazjoni tal-implimentazzjoni tal-Qafas tal-UE għal strateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar miżuri effettivi fl-Istati Membri għall-integrazzjoni tar-Rom — 2016 (COM(2016) 424 final, 27.6.2016)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom tal-2015 (COM(2015) 299 final, 17.6.2015)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom (COM(2014) 209 final, 2.4.2014)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Passi ’l quddiem fl-implimentazzjoni tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom (COM(2013) 454 final, 26.6.2013).

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2013 dwar miżuri ta’ integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri (ĠU C 378, 24.12.2013, pp. 1-7)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — “Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom: l-ewwel pass fl-implimentazzjoni tal-Qafas tal-UE” (COM (2012) 226 final, 21.5.2012)

l-aħħar aġġornament 03.06.2021

Top