EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0801

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/801/PESK tas- 17 ta' Novembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

ĠU L 331, 18.11.2014, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/801/oj

18.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 331/26


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/801/PESK

tas-17 ta' Novembru 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1).

(2)

L-informazzjoni għal persuna waħda elenkata taħt id-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandha tiġi emendata.

(3)

L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).


ANNESS

L-entrata għall-persuna li ġejja stipulata fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK hija sostitwita bl-entrata ta' hawn taħt.

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

Data tal-elenkar

 

“Vladimir Volfovich ZHIRINOVSKY

Владимир Вольфович Жириновский

Imwieled fil-25.4.1946 f'Almaty (qabel magħruf ukoll bħala Alma-Ata), il-Kazakistan.

Membru tal-Kunsill tad-Duma tal-Istat; mexxej tal-partit LDPR. Appoġġa b'mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukraina u l-annessjoni tal-Krimea. Appella b'mod attiv li tinqasam l-Ukraina. Iffirma, f'isem il-partit LDPR li huwa jippresiedi, ftehim mal-hekk imsejħa ‘Repubblika Popolari ta' Donetsk’.

12.9.2014”


Top