EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0848

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/848/PESK tas- 16 ta’ Diċembru 2011 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo

ĠU L 335, 17.12.2011, p. 83–84 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/848/oj

17.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/83


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/848/PESK

tas-16 ta’ Diċembru 2011

li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/788/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

(2)

Fit-12 ta’ Ottubru u t-28 ta’ Novembru 2011, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1533 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo aġġorna l-lista tal-individwi u l-entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/788/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

T. NALEWAJK


(1)  ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30.


ANNESS

Persuni msemmijin fl-Artikolu 1

Isem

Psewdonimu

Data tat-twelid/post tat-twelid

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni

Jamil MUKULU

Professur Musharaf

Steven Alirabaki

David Kyagulanyi

Musezi Talengelanimiro

Mzee Tutu

Abdullah Junjuaka

Alilabaki Kyagulanyi

1965

Data alternattiva tat-twelid: 1 ta’ Jannar 1964

Il-Villaġġ ta’ Ntoke,

Sotto Kontea ta’ Ntenjeru,

Distrett ta’ Kayunga,

Uganda.

Ugandaniż

Kap tal-Allied Democratic Forces (ADF)

Kmandant tal-Allied Democratic Forces (ADF).

Skont rappurtar minn sorsi miftuħa u rappurtar uffiċjali, inklużi r-rapporti tal-Grupp ta’ Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet RDK tal-KSNU, is-Sur Jamil Mukulu huwa l-mexxej militari tal-Allied Democratic Forces (ADF), grupp armat barrani li jopera fir-RDK li jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja jew is-sistemazzjoni mill-ġdid ta’ kombattenti tal-ADF, kif deskritt fil-paragrafu 4(b) tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008).

12.10.2011

Hussein Muhammad

Nicolas Luumu

Talengelanimiro

 

 

Il-Grupp ta’ Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet RDK tal-KSNU irrapporta li Jamil Mukulu pprovda tmexxija u appoġġ materjali lill-ADF, grupp armat li jopera fit-territorju tar-RDK.

Skont bosta sorsi, inklużi r-rapporti tal-Grupp ta’ Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet RDK tal-KSNU, Jamil Mukulu kompla wkoll ikollu influwenza fuq il-linji ta’ politika, ipprovda finanzjament u żamm kmand dirett u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-ADF fuq il-post, inkluża s-superviżjoni ta’ rabtiet ma’ netwerks terroristiċi internazzjonali.

Ntabo Ntaberi SHEKA

 

fl-4 ta’ April 1976.

It-Territorju ta’ Walikale,

Repubblika Demokratika tal-Kongo

Kongoliż

Kap Kmandant, Nduma Defence of Congo, grupp Mayi Mayi Sheka

Ntabo Ntaberi Sheka, Kap Kmandant tal-fergħa politika tal-Mayi Mayi Sheka, huwa l-mexxej politiku tal-grupp armat Kongoliż li jimpedixxi d-diżarm, id-demobilizzazzjoni, jew ir-reintegrazzjoni tal-kombattenti. Il-Mayi Mayi Sheka huwa grupp ta’ milizzja bbażat fil-Kongo, li jopera minn bażijiet fit-territorju ta’ Walikale fil-lvant tal-RDK.

Il-grupp Mayi Mayi Sheka għamel attakki fuq minjieri fil-lvant tal-RDK, inklużi t-teħid tal-kontroll tal-minjieri ta’ Bisiye u l-estorsjoni fuq persuni tal-lokal.

Ntabo Ntaberi Sheka wettaq ukoll vjolazzjonijiet serji tal-liġi internazzjonali li kellhom it-tfal bħala l-mira tagħhom. Ntabo Ntaberi Sheka ppjana u ordni serji ta’ attakki fit-territorju ta’ Walikale mit-30 ta’ Lulju sat-2 ta’ Awwissu 2010, biex jikkastiga l-popolazzjonijiet lokali akkużati li kkollaboraw mal-forzi tal-Gvern Kongoliż. Matul l-attakki, tfal ġew stuprati u maħtufin, soġġetti għal xogħol furzat u soġġetti għal trattament krudili, inuman jew degradanti. Il-grupp ta’ milizzja Mayi Mayi Sheka wkoll jirrekluta bil-forza lis-subien u jżomm tfal fl-iskjeramenti tagħhom mill-azzjonijiet ta’ reklutaġġ.

28.11.2011


Top