EUR-Lex De toegang tot het recht van de Europese Unie

Terug naar de EUR-Lex homepage

Dit document is overgenomen van EUR-Lex

Document 52011AP0313

Skemi ta’ kumpens għall-investitur ***I Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal- 5 ta’ Lulju 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur (COM(2010)0371 – C7-0174/2010 – 2010/0199(COD))
P7_TC1-COD(2010)0199 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil- 5 ta' Lulju 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/9/KE dwar skemi ta' kumpens għall-investitur Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 33E, 5.2.2013, blz. 328–350 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 33/328


It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
Skemi ta’ kumpens għall-investitur ***I

P7_TA(2011)0313

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur (COM(2010)0371 – C7-0174/2010 – 2010/0199(COD))

2013/C 33 E/37

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0371),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 53(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0174/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati, ippreżentati mill-Parlament Svediż u mill-House of Commons tar-Renju Unit, fil-qafas tal-Protokol (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarita' u proporzjonalita' , li tgħid li l-abbożż tal-att leġisalttiv mhux f' konformita' mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0167/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 99, 31.3.2011, p. 1.


It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
P7_TC1-COD(2010)0199

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Lulju 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/9/KE dwar skemi ta' kumpens għall-investitur

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara tal-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħatlill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Fuq talba tal-Kummissjoni, rapport ippubblikat fil-25 ta' Frar 2009 minn grupp ta' esperti ta' livell għoli ppreseduti minn J. de Larosière kkonkluda li l-qafas superviżorju għandu jissaħħaħ biex inaqqas ir-riskju u s-severità ta' kriżijiet finanzjarji futuri u rrakkomanda riformi kbar għall-istruttura tas-superviżjoni tas-settur finanzjarju fl-Ewropa, inkluż il-ħolqien ta' Sistema Ewropea ta' Superviżuri Finanzjarji, li tkopri tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, waħda għas-settur tat-titoli, waħda għas-settur tal-assigurazzjoni u l-pensjonijiet okkupazzjonali u waħda għas-settur bankarju, u l-ħolqien ta' Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Marzu 2009, "Nixprunaw l-irkupru Ewropew", ipproponiet li ssaħħaħ il-qafas regolatorju tal-Unjoni għas-servizzi finanzjarji, u, b'mod partikolari biex ittejjeb il-protezzjoni tal-investitur. F'Settembru tal-2009, il-Kummissjoni ppreżentat il-pakkett leġiżlattiv għall-ħolqien tal-awtoritajiet ġodda, inkluż l-Awtorita' Superviżorja Ewropea (l-Awtorita' Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (AETS) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), b'mod partikolari biex jikkontribwixxu għal applikazzjoni konsistenti tal-liġi tal-Unjoni u għall-istabiliment ta' standards u prattiċi regolatorji u superviżorji komuni ta' kwalità għolja.

(2)

Jeħtieġ li d-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Marzu 1997 dwar skemi ta' kumpens għall-investitur (4) tiġi emendata sabiex tinżamm il-fiduċja fis-sistema finanzjarja u biex l-investituri jiġu protetti aħjar minħabba l-iżviluppi fil-qafas legali tal-Unjoni, l-evoluzzjoni fis-swieq finanzjarji u l-problemi esperjenzati fl-applikazzjoni ta' dik id-Direttiva fl-Istati Membri fejn ditti ta' investiment ma jkunux jistgħu jirritornaw assi miżmuma f'isem il-klijenti.

(3)

Filwaqt tal-adozzjoni tagħha, id-Direttiva 97/9/KE kkumplimentat lid-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE tal-10 ta' Mejju 1993 dwar servizzi ta' investiment fil-qasam tat-titoli (5) biex tiżgura li kull Stat Membru jistabilixxi sistema ta' kumpens għall-investitur li tiggarantixxi livell minimu armonizzat ta' protezzjoni, ta' lanqas għal investituri żgħar, fil-każ li xi ditta tal-investiment ma tkunx tista' tissodisfa l-obbligi tagħha lejn il-klijenti tagħha. Meta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 t'April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (6), irrevokat id-Direttiva 93/22/KEE, hija introduċiet lista ġdida ta' servizzi ta' investiment u attivitajiet sabiex tkopri l-firxa sħiħa ta' attivitajiet orjentati lejn l-investitur, u biex tipprovdi għall-grad ta' armonizzazzjoni meħtieġ biex tagħti lill-investituri livell għoli ta' protezzjoni u biex tippermetti lil ditti ta' investiment sabiex jipprovdu servizzi ġewwa l-Unjoni kollha. Għalhekk, jeħtieġ li d-Direttiva 97/9/KE tiġi allinjata mad-Direttiva 2004/39/KE sabiex jiġi żgurat li l-għoti tas-servizzi u l-attivitajiet kollha ta' investiment jibqgħu jkunu koperti b'mod adegwat taħt l-iskemi.

(4)

Fil-ħin tal-adozzjoni tagħha, id-Direttiva 97/9/KE qieset il-kopertura u l-iffunzjonar ta' skemi ta' garanzija tad-depożitu kif irregolati bid-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar Skemi ta' Garanzija għal Depożiti (7). Konsegwentament, huwa xieraq li titqies kull emenda għad-Direttiva 94/19/KE.

(5)

L-investituri jistgħu ma jkunux konxji tal-limiti tal-awtorizzazzjonijiet tan-nuqqas ta' jew tal-limiti tal-awtorizzazzjonijiet tad-ditti ta' investiment, b'hekk huwa neċessarju li dawn jiġu protetti f'sitwazzjonijiet li fihom ditti ta' investiment jaġixxu mingħajr jew bi ksur tal-awtorizzazzjoni tagħhom, b'mod partikolari billi jżommu l-assi tal-klijenti jew billi jipprovdu servizzi lil xi tip partikolari ta' klijent mingħajr jew għall-ksur tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tagħhom. Għalhekk, l-iskemi għandhom ikopru l-assi tal-klijenti li de facto jinżammu minn ditti ta' investiment b'konnessjoni ma' kull negozju ta' investiment. [Em. 1]

(6)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE tal-10 t'Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzanizzazzjonali u l-kundizzjonijiet operatorji tal-kumpaniji tal-investiment u l-patti ddefiniti għall-għanjiet ta' dik id-Direttiva (8), tippermetti lil ditti ta' investiment sabiex jiddepożitaw strumenti finanzjarji miżmuma f'isem il-klijenti f'kontijiet miftuħa ma' parti terza. Il-parti terza mhijiex neċessarjament soġġetta għal regolazzjoni u superviżjoni speċifiċi. Minkejja l-konformità mad-Direttiva 2006/73/KE, għalhekk, in-nuqqas tal-parti terza jista' jafettwa d-drittijiet tal-investituri jekk dik il-parti terza ma tkunx tista' tirritorna l-istrumenti finanzjarji lid-ditta tal-investiment. Sabiex tissaħħaħ il-fiduċja tal-investitur, jixraq li l-kumpens taħt id-Direttiva 97/9/KE jiġi estiż, mingħajr preġudizzju għar-reġimi nazzjonali ta' responsabbiltà, għall-inabbiltà ta' xi ditta tal-investiment biex tirritorna l-istrumenti finanzjarji tal-klijenti minħabba n-nuqqas ta' parti terza, meta l-istrumenti finanzjarji jkunu ġew iddepożitati mid-ditta tal-investiment jew mill-kustodji tagħha.

(7)

Id-Direttiva 2006/73/KE titlob lid-ditti ta' investiment biex ipoġġu kwalunkwe fond tal-klijenti li huma jirċievu f'kont wieħed jew aktar miftuħin ma' parti terza. Dawk il- partijiet terzi jinkludu banek ċentrali, istituzzjonijiet ta' kreditu jew banek awtorizzati f'pajjiż terz, jew fond tas-suq tal-flus kwalifikanti. Ir-reġim strett żgurat bid-Direttiva 2006/73/KE ma jagħmilhiex neċessarju li jiġu estiżi l-koperturi għan-nuqqas ta' parti terza fejn il-fondi jkunu ġew iddepożitati.

(8)

Minħabba li l-kopertura tal-kumpens skont id-Direttiva 94/19/KE llum hija ogħla minn dik skont din id-Direttiva, jeħtieġ li tingħata l-ogħla protezzjoni lill-investituriF'każijiet fejn iż-żewġ Direttivi 94/19/KE u 97/9/KE jistgħu jkopru assi miżmuma minn banek. Għalhekk, f'dawk il-każijiet, l-investitur għandu jkun ikkumpensat jistgħu jiġu koperti mid-Direttivi 94/19/KE jew 97/9/KE, l-investituri għandhom jingħataw kumpens skont id-Direttiva 94/19/KE. [Em. 2]

(9)

Sabiex ikunu jistgħu jirkupraw il-fondi mħallsa bħala kumpens, l-iskemi li jħallsu biex jikkumpensaw lill-investituri għall-inadempjenza ta' depożitarju jew parti terza, għandu jkollhom id-dritt ta' surrogazzjoni tad-drittijiet tal-investitur, jew tad-ditta tal-investiment jew tal-impriżi għall-investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (minn issa 'l quddiem imsejħa "UCITS") fi proċedimenti ta' likwidazzjoni għal ammonti daqs il-ħlasijiet tagħhom. Din id-Direttiva ma għandhiex tintuża biex tnaqqas ir-responsabbiltà ta' ditti ta' investiment jew tal-UCITS biex jirkupraw assi minn depożitarju jew kustodju. [Em. 3]

(10)

Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (9) teżiġi biex l-assi tal-UCITS jinżammu protetti minn depożitarju. Jekk Tul l-2011, il-Kummissjoni sejra tressaq proposti ta' emenda għad-Direttiva 2009/65/KE biex tiċċara r-responsabilità tad-depożitarju meta, id-depożitarju jew xi wieħed mis-sotto kustodji tiegħu jonqos milli jħallas u ma jkunx jista' jirritorna l-istrumenti finanzjarji miżmuma fil-kustodja. dan jaffettwa l-valur tal-unitajiet jew l-ishma tal-UCITS. Sabiex tiżdied il-protezzjoni f'din is-sitwazzjoni, detenturi ta' unitajiet u ishma f'UCITS għandhom jibbenefikaw mill-istess livell ta' protezzjoni bħallikieku kienu qed jinvestu direttament fl-istrumenti finanzjarji rispettivi, fil-każ li l-entità li jkollha fil-pussess tagħha l-istrumenti finanzjarji ma tkunx tista' tirritornahom. Detenturi ta' unitajiet u ishma fil-UCITS għandhom jirċievu kumpens għat-telf fil-valur tal-UCITS. Fl-istess ħin, għandhom ikunu jistgħu jibqgħu jżommu l-unitajiet jew l-ishma fil-UCITS sabiex jippreżervaw id-dritt tagħhom li jifduhom meta jqisu li dan ikun adegwat. Wara li ttemm ir-rieżami tad-Direttiva 2009/65/KE, il-Kummissjoni għandha tanalizza f'liema sitwazzjonijiet il-falliment ta' depożitarju jew ta' sottokustodju tal-UCITS jista' jaffettwa l-valur tal-unitajiet jew l-ishma tal-UCITS. Rapport dwar dik l-analiżi għandha tkun ippreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposti leġislattivi jekk meħtieġ. [Em. 4]

(11)

Id-Direttiva 97/9/KE teskludi diġà minn kull skema ta' kumpens għall-investitur, pretensjonijiet li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet fejn tkun ingħatat kundanna ta' ħtija kriminali fuq ħasil tal-flus skont it-tifsira tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 t'Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni ta' l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (10). Jixraq ukoll li tiġi eskluża kull pretensjoni għal kumpens fejn l-assi rispettivi jirriżultaw minn imġiba pprojbita skont id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (11) li fiha jkun involut l-attur.

(12)

Il-livell minimu ta' kumpens kien stabilit fl-1997 u ma nbidilx minn dak iż-żmien 'l hawn. Dan il-livell għandu jiżdied għal EUR 50 000 EUR 100 000 sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u fil-qafas leġiżlattiv tal-Unjoni. Dan l-ammont iqis l-effetti tal- inflazzjoni fl-Unjoni u l-bżonn biex wieħed jallinja aħjar il-livell ta' kumpens mal-valur medju ta' investimenti miżmuma minn klijenti komuni fl-Istati Membri. Sabiex tiżdied il-protezzjoni mogħtija lill-investituri, jeħtieġ li titneħħa l-għażla eżistenti għall-Istati Membri biex ikunu limitati jew esklużi fondi ta' kopertura f'valuti oħra minbarra dawk tal-Istati Membri. [Em. 5]

(13)

Sabiex jiġi żgurat li l-investituri jirċievu l-kumpens mogħti taħt id-Direttiva 97/9/KE u livell imqabbel ta' protezzjoni tal-investitur mal-Istati Membri kollha, jeħtieġ li jiġu introdotti regoli komuni li jirregolaw il-finanzjament tal-iskemi ta' kumpens għall-investitur. L-iskemi għandhom ikunu ffinanzjatji fi proporzjon skont l-obbligazzjonijiet tagħhom. Għandu jiġi żgurat livell xieraq ta' finanzjament minn qabel, u l-iskemi għandu jkollhom arranġamenti adegwati biex jivvalutaw u jilħqu l-livell indikat ta' finanzjament qabel ma jseħħ xi każ ta' telf relevanti skont id-Direttiva 97/9/KE. Għandu jintlaħaq livell minimu indikat tal-fond malajr kemm jista' jkun u f'kull każ fi żmien għaxar ħames snin. [Em. 6]

(14)

Fejn ikun hemm bżonn, sejħa eċċezzjonali għall-kontribuzzjonijiet lill-membri tal-iskema jew aċċess għal sorsi ta' self, bħal minn banek kummerċjali jew istituzzjonijiet pubbliċi għal raġunijiet kummerċjali, għandha tiżgura kopertura propizja ta' kull bżonn li ma jkunx kopert mill-fondi miġbura minn membri qabel ma jseħħu l-avvenimenti ta' telf.

(15)

Bħalissa l-iffunzjonar tal-iskemi jvarja ħafna bejn l-Istati Membri, u din id-Direttiva timmira biex tintroduċi aktar armonizzazzjoni filwaqt li tħalli ftit flessibbiltà lill-Istati Membri rigward l-organizzazzjoni dettaljati tal-iskemi. Is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandha tkun delegata lill- Kummissjoni għandu tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati dwar ċerti karatteristiċi essenzjali tal-iffunzjonar tal-iskemi. skont l-Artikolu 290 tat-Trattat. B'mod partikolari, l-atti delegati għandhom jiġu adottati fir-rigward tal-metodu sabiex jiġu stabiliti r-responsabbiltajiet potenzjali tal-iskemi, il-fatturi li għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni tal-abbiltà tal-kontribuzzjonijiet addizzjonali biex l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja ta' xi Stati Membru ma tiġix ippreġudikata, l-arranġamenti alternattivi ta' finanzjament li l-iskemi għandu jkollhom biex ikunu jistgħu, fejn meħtieġ, jiksbu finanzjament għal żmien qasir u l-kriterji sabiex jiġu stabiliti l-kontribuzzjonijiet mill-entitajiet koperti mill-iskemi. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat. B'mod partikolari, l-atti delegati għandhom jiġu adottati Is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandha tkun ukoll delegata lill-Kummissjoni għad-determinazzjoni tal-metodu li permezz tiegħu jsir il-kalkolu tal-livell tal-fond indikat li għandu jiġi stabilit mill-iskemi, u dwar il-modifika tal-livell tal-fond fil-mira, il-perċentwal tal-livell massimu stabilit tal-fondi disponibbli għas-self, bejn l-iskemi nazzjonali ta' kumpens, il-proċeduri li bihom jiġu indirizzati l-pretensjonijiet tal-investituri u l-kriterji tekniċi sabiex jiġi kkalkolat it-telf fil-valur ta' UCITS fiċ-ċirkostanzi koperti b'din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll is-setgħa l-emendi permezz ta' atti delegati, għall-perċentwali ta' fondi disponibbli għas-self, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji. [Em. 7 u Em. 12]

(15a)

Sabiex jiżguraw kundizzjonijiet tal-applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet rigward il-finanzjament tal-iskemi, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar id-dettalji li għandhom jiġu ppubblikati mill-iskemi. [Em. 7]

(16)

Sabiex jiġi żgurat li l-investituri jirċievu kumpens fil-ħin, għandu jiġi stabilit mekkaniżmu ta' self fost skemi ta' kumpens għall-investitur fl-Unjoni bħala għodda tal-aħħar rikors. Is-sistema għandha tinkludi l-possibbiltà għall-iskemi ta' kumpens għall-investitur biex jisselfu fondi minn skemi oħrajn fil-każ eċċezzjonali li huma jiffaċċjaw nuqqas temporanju ta' fondi. Għal dan l-iskop, porzjon ta' finanzjament ex ante f'kull skema għandu jkun disponibbli għal self lil skemi ta' kumpens għall-investitur oħra.

(16a)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib ma' xulxin u mal-AETS għad-detezzjoni u l-prevenzjoni ta' frodi, prattika amministrattiva ħażina u żbalji operattivi ta' ditti tal-investiment fl-Unjoni. [Em. 8]

(16b)

L-Istati Membri għandhom iħeġġu djalogu istituzzjonalizzat bejn organizzazzjonijiet u awtoritajiet għall-protezzjoni tal-konsumatur, awtoritajiet kompetenti superviżorji u l-iskemi ta' kumpens għall-investitur sabiex jipprevjenu każijiet ta' kumpens oħrajn. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas ta' djalogu għad-detezzjoni tal-problemi fi stadju bikri u għandhom jirrapportaw problemi bħal prattiki tas-suq li ma jaħdmux sewwa, fornituri suspettużi, prodotti jew strutturi ta' kumpanija għas-superviżjoni u skemi ta' kumpens għall-investitur. [Em. 9]

(17)

Il-mekkaniżmu tas-self m'għandux imiss xi responsabbiltà fiskali tal-Istati Membri. L-iskemi ta' self għandhom ikunu jistgħu jirrikorru għall-possibbiltà ta' self stabilita f'din id-direttiva wara li jeżawrixxu l-fondi miġbura biex jilħqu l-livell indikat tal-fond fil-mira u s-sejħiet addizzjonali għal kontribuzzjonijiet mill-membri tagħhom. Filwaqt li tirrispettais-superviżjoni tal-iskemi ta' kumpens għall-investitur mill-Istati Membri, l-AETS għandha tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-mira li tkun magħmula aktar faċli għad-ditti ta' investiment u għall-UCITS sabiex ikomplu jwettqu l-attivitajiet tagħhom filwaqt li fl-istess ħin jiżguraw protezzjoni effikaċi għall-investituri. Għal dak il-għan, l-AETS għandha tikkonferma li l-kundizzjonijiet ta' self bejn skemi ta' kumpens għall-investitur stabiliti fid-Direttiva 97/9/KE jiġu ssodisfati u għandha tiddikjara, fi ħdan il-limiti stretti stabiliti minn dik id-Direttiva, l-ammonti li għandhom jiġu mislufa minn kull skema, ir-rata ta' imgħax inizjali kif ukoll it-tul ta' żmien tas-self. F'dan ir-rigward, l-AETS għandha tiġbor informazzjoni dwar skemi ta' kumpens għall-investitur, b'mod partikolari fuq l-ammont ta' flus koperti u l-istrumenti finanzjarji f'kull skema, ikkonfermati mill-awtoritajiet kompetenti. Għandha tinforma lill-iskemi ta' kumpens għall-investituri oħrajn dwar l-obbligi tagħhom għas-self. [Em. 10]

(18)

Sabiex jiġi ssimplifikat il-proċess ta' self, jekk tiġi stabilita aktar minn skema waħda fi Stat Membru, l-Istat Membru għandu jindika skema waħda li taġixxi bħala l-iskema ta' self ta' dak l-Istat Membru, u jinforma b'dan lill-AETS. Is-self għandu jkun limitat għall-kopertura tal-kumpens li joħroġ mid-Direttiva 97/9/KE.

(19)

Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-fondi globali disponibbli għas-self ikunu jistgħu jintużaw biex jiġu ssodisfati aktar minn talba waħda mill-iskemi ta' self. Għal dan l-iskop, l-ebda self ma għandu jaqbeż livell minimu determinat minn qabel ta' fondi disponibbli għas-self.

(20)

Sabiex jiġi aċċellerat il-proċess ta' kumpens, id-determinazzjoni minn awtorità kompetenti dwar il-fatt li xi ditta tal-investiment ma tkunx f'qagħda li tissodisfa l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-pretensjonijiet tal-investituri, għandha ssir kemm jista' jkun malajr.

(21)

Il-proċeduri meħtieġa biex tiġi stabilita l-validita' u l-ammont ta' pretensjoni tal-kumpens, ħafna drabi jiddependu mil-liġijiet nazzjonali amministrattivi u dwar l-insolvenza, jistgħu jikkawżaw dewmien kbir fil-ħlasijiet lill-investituri. Sabiex jitqassar dan id-dewmien fil-ħlasijiet, jinħtieġ li jiġi żgurat li, f'sistemi jew sitwazzjonijiet fejn il-validita' u l-ammont tal-pretensjoni jiddependu minn proċeduri ta' insolvenza jew ġudizzjali rigward l-entitajiet li jonqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom, l-iskemi għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw f'dawk il-proċeduri. Barra minn hekk, għandu jkun hemm il-possibbiltà tal-obbligu li jingħata żborż provviżorju ta' kumpens parzjali fil-każ ta' dewmien itwal minn 12-il xahar, sabiex l-investituri jitħallew jirċievu porzjon tal-kumpens mitlub. Għandhom jiġu previsti mekkaniżmi biex jintraddu lura l-flejjes lill-iskemi fil-każ li jiġi stabilit li l-pretensjoni ma kinitx valida.

(22)

Id-Direttiva 97/9/KE tippermetti lill-Istati Membri biex jeskludu investituri professjonali u istituzzjonali mill-kopertura iżda l-lista relevanti mhijiex allinjata mal-klassifikazzjoni ta' klijenti ta' ditti ta' investiment skont id-Direttiva 2004/39/KE. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn id-Direttivi 97/9/KE u 2004/39/KE, biex tiġi ssimplifikata l-valutazzjoni għall-iskemi ta' kumpens u biex tiġi limitata l-esklużjoni possibbli, fil-każ ta' intrapriżi, għall-impriżi kbar, id-Direttiva 97/9/KE għandha tirreferi għall-investituri li jitqiesu klijenti professjonali skont id-Direttiva 2004/39/KE. Sabiex jiġi żgurat livell adegwat ta' protezzjoni għall-investituri rilevanti kollha, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jġibu mikroentitajiet, organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ u awtoritajiet pubbliċi lokali f'konformita' mal-ambitu tad-Direttiva 97/9/KE. [Em. 11]

(23)

[Kontenut tal-Premessa 23 jitressaq fil-Premessa 15]

(24)

Għalhekk id-Direttiva 97/9/KE għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi tad-Direttiva 97/9/KE

Id-Direttiva 97/9/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punti 2, 3 u 4 huma sostitwiti b'li ġej:

"2.

‧negozju ta' investiment‧ għandha tfisser servizzi ta' investiment u attivitajiet kif iddefiniti fl-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (12) u s-servizz anċillari msemmi fil-punt 1 tas-Sezzjoni B tal-Anness I għal dik id-Direttiva;

3.

‧strumenti‧ għandha tfisser l-istrumenti elenkati fis-Sezzjoni C tal-Anness 1 tad-Direttiva 2004/39/KE; [Em. 13]

4.

‧investitur‧ għandha tfisser, b'rabta man-negozju ta' investiment, kull persuna fiżika jew ġuridika, inklużi mikroentitajiet, organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ u awtoritajiet pubbliċi lokali, li tkun fdat flus jew strumenti lil ditta tal-investiment u fir-rigward tal-attivitajiet tal-UCITS, detentur ta' unitajiet jew ta' ishma f'UCITS (minn issa 'l quddiem "detentur ta' unitajiet"); [Em. 14]

(b)

[Kontenut tal-punt (b) jitressaq fil-punt (a)]

(c)

Il-punt 7 huwa sostitwit b'li ġej:

"7.

‧awtoritajiet kompetenti‧ għandha tfisser ‧awtorita‧ kompetenti' kif definit fl-Artikolu 4 (1) 22 tad-Direttiva 2004/39/KE fl-Artiklu 2(1) (h) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). [Em. 15]

Fejn din id-Direttiva tirreferi għar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (14) (AETS) skemi ta' kumpens għall-investituri għandhom, għall-għanijiet ta' dak ir-Regolament, jitqiesu bħala awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 4(3)(iii) tiegħu;

(d)

Il-punti li ġejjin huma miżjudin:

"8.

‧UCITS‧ tfisser intrapriża kif iddefinita fl-Artikolu 1(2) u (3) tad-Direttiva 2009/65/KE; [Em. 15]

9.

‧depożitarju‧ tfisser, rigward l-attivitajiet tal-UCITS, istituzzjoni kif iddefinita fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2009/65/KE;" [Em. 16]

"10.

‧parti terza‧ għandha tfisser, rigward in-negozju ta' investiment, istituzzjoni li magħha ditta tal-investiment tkun iddepożitat strumenti finanzjarji miżmuma minnha jew f'isem il-klijenti tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE tal-10 ta' Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet ta' ħidma tal-kumpaniji tal-investiment u t-termini definiti għall-għanjiet ta' dik id-Direttiva (15) jew li magħha dik l-istituzzjoni tkun issottodepożitat l-istrumenti finanzjarji; fir-rigward tan-negozju tal-UCITS, istituzzjoni li magħha depożitarju tal-UCITS ikun ħalla assi f'isem il-UCITS; [Em. 17]

11.

‧assi b'riskju baxx‧ għandha tfisser entrati ta' assi li jaqgħu f'waħda mill-kategoriji stabiliti fl-ewwel u t-tieni kategorija tat-Tabella 1 ta' punt 14 tal-Anness I mad-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta' Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta' kumpaniji ta' l-investiment u istituzzjonijiet ta' kreditu (16), iżda li jeskludu entrati ta' assi definiti bħala entrati kwalifikanti fil-punt 15 ta' dak l-Anness.

(e)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

"2.

Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li japplikaw għal ditti ta' investiment għandhom japplikaw għal kumpaniji maniġerjali awtorizzati skont id-Direttiva 2009/65/KE, fejn l-awtorizzazzjoni li jingħataw tkopri wkoll is-servizzi mniżżla fl-Artikolu 6(3), ta' dik id-Direttiva.". [Em. 15]

(2)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b'li ġej:

"1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li ġewwa t-territorju tiegħu tiġi introdotta skema waħda jew aktar ta' kumpens għall-investituri u li dawn ikunu rikonoxxuti uffiċjalment. Ħlief għaċ-ċirkostanzi previsti fit-tieni subparagrafu u ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 5(3), l-ebda ditta tal-investiment awtorizzata f'dak l-Istat Membru jew UCITS awtorizzat f'dak l-Istat Membru, ma għandha twettaq negozju ta' investiment jew twettaq attivitajiet bħala UCITS, sakemm din tkun tappartjeni għal dik l-iskema."; [Em. 18]

(b)

paragrafu 2 huwa sostitwit b'li ġej:

"2.   Skema ta' kumpens għall-investitur għandha tipprovdi kopertura għall-investituri fir-rigward ta' negozju ta' investiment skont l-Artikolu 4 fejn waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfata:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti jkunu ddeterminaw li ditta tal-investiment tidher, minħabba raġunijiet relatati direttament maċ- ċirkostanzi finanzjarji tad-ditta tal-investiment jew maċ-ċirkostanzi finanzjarji ta' kull parti terza li magħha d-ditta tal-investiment tkun iddepożitat strumenti finanzjarji jew flus li ma jaqgħux fl-ambitu tad-Direttiva 94/19/KE , li ma tistax tissodisfa l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-pretensjonijiet tal-investituri u li m'għandha l-ebda prospett bikri li tista' tagħmel dan; jew

(b)

awtorità ġudizzjali tkun tat deċiżjoni, għal raġunijiet relatati direttament maċ-ċirkostanzi finanzjarji tad-ditta tal-investiment, jew iċ-ċirkostanzi finanzjarji ta' kull parti terza li magħha jew flus li ma jaqgħux fl-ambitu tad-Direttiva 94/19/KE jkunu ġew depożitati strumenti finanzjarji mid-ditta tal-investiment, li jkollha l-effett li tissospendi l-abbiltà tal-investituri biex jagħmlu pretensjonijiet kontra d-ditta jew l-abbiltà tad-ditta biex tagħmel pretensjonijiet kontra l-parti terza. [Em. 19]

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu d- determinazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu kemm jista' jkun malajr, u f'kull każ fi żmien tliet xhur, wara li l-ewwel isiru jafu li d-ditta tal-investiment tkun naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-pretensjonijiet tal-investituri.

2a.   Il-kopertura msemmija fil-paragrafu 2 għandha tingħata skont il-kundizzjonijiet kuntrattwali u legali applikabbli għal pretensjonijiet li jirriżultaw mill-inabbiltà ta' ditta tal-investiment biex twettaq xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

tħallas lura flejjes dovuti jew li jappartjenu għall-investituri u miżmuma f'isimhom b'konnessjoni ma' negozju ta' investiment;

(b)

tirritorna lill-investituri kull strument li jappartjeni lilhom, miżmum, amministrat jew immaniġjat f'isimhom b'konnessjoni ma' negozju ta' investiment, sakemm jintwera li n-nuqqas ta' kapaċità tad-ditta tal-investiment jew ta' parti terza jkun kaġun ta' frodi, prattika amministrattiva ħażina, żball operattiv jew parir ħażin rigward it-twettiq ta' obbligi kummerċjali fil-forniment ta' servizzi ta' investiment lill-klijenti . [Em. 20]

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta' kumpens għall-investituri jipprovdu kopertura fejn jinżammu l-istrumenti finanzjarji jew il-flejjes, amministrati jew immaniġjati f'isem investitur, irrispettivament mit-tip ta' negozju ta' investiment li jkun qed isir mid-ditta u irrispettivament minn jekk id-ditta tkunx qed taġixxi skont xi restrizzjoni stabilita fl-awtorizzazzjoni tagħha.

2b.   Skema għandha tipprovdi wkoll kopertura għal detenturi ta' unitajiet ta' UCITS skont l-Artikolu 4 fejn tiġi ssodisfata l-ewwel xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

l-awtorità kompetenti tkun iddeterminat li depożitarju jew parti terza, li l-assi tal-UCITS jkunu ġew fdati lilhom, ma jkunux f'qagħda li jissodisfaw l-obbligi tagħhom lejn il-UCITS, għal dak iż-żmien, minħabba raġunijiet relatati direttament maċ-ċirkostanzi finanzjarji tad-depożitarju jew il-parti terza, u ma jkun hemm l-ebda prospett bikri li jsir xi ħlas;

(b)

awtorità ġudizzjali tkun tat deċiżjoni, għal raġunijiet relatati direttament maċ-ċirkostanzi finanzjarji tad-depożitarju jew il-parti terza li magħhom ikunu fdati l-assi tal-UCITS, li għandha l-effett li tissospendi l-abbiltà tal-UCITS li tagħmel pretensjonijiet kontra d-depożitarju jew il-parti terza.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu d-determinazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu kemm jista' jkun malajr u f'kull każ fi żmien 3 xhur, mill-ewwel wara li jsiru jafu li xi depożitarju jew parti terza, li magħhom ikunu fdati l-assi tal-UCITS, naqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mill-pretensjonijiet tal-UCITS. [Em. 21]

2c.   Il-kopertura msemmija fil-paragrafu 2b għandha tingħata skont il-kundizzjonijiet kuntrattwali u legali applikabbli għal pretensjoni minn detentur tal-unitajiet tal-UCITS, għat-telf tal-valur tal-unità tal-UCITS minħabba l-inabbiltà ta' depożitarju jew persuna li miegħu jkunu ġew fdati l-assi tal-UCITS, biex twettaq xi wieħed milli ġejjin:

(a)

tħallas lura flus dovuti jew li jappartjenu lill-UCITS u miżmuma f'isimha b'konnessjoni mal-attivitajiet tal-UCITS,

(b)

tirritorna lill-UCITS kull strument li jappartjeni lilha, u miżmum jew amministrat f'isimha b'konnessjoni mal-attivitajiet tal-UCITS." [Em. 22]

(c)

[Kontenut tal-punt (c) kif emendat jitressaq fil-punt (b)]

(d)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'li ġej:

"3.   Kull pretensjoni msemmija fil-paragrafu 2a dwar istituzzjoni ta' kreditu li, f'xi Stat Membru partikolari tkun valida kemm taħt din id-Direttiva u taħt id-Direttiva 94/19/KE, għandha tiġi ttrattata taħt id-Direttiva 94/19/KE biss. L-ebda pretensjoni ma għandha tkun valida aktar minn darba skont dawk id-direttivi.".

(3)

L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'li ġej:

"Artikolu 3

Il-pretensjonijiet li ġejjin għandhom jiġu esklużi minn kull kumpens skont l-iskemi ta' kumpens għall-investitur:

(a)

li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet b'konnessjoni ma' kundanna ta' ħtija kriminali li tkun ingħatat fuq ħasil tal-flus, kif iddefinit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni ta' l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal- money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu (17) , jew ;

(b)

dawk li jirriżultaw minn imġiba li hija pprojbita skont id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (18) għandhom ikunu esklużi minn kull kumpens taħt l-iskemi ta' kumpens għall-investitur ; u

(c)

dawk marbutin mal-finanzjament dirett jew indirett ta' gruppi terroristiċi li huma s-suġġett tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 1999 dwar il-koperazzjoni fil-ġlieda kontra l-iffinanzjar ta' gruppi terroristiċi (19).

(4)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'li ġej:

"1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta' kumpens għall-investitur jipprovdu kopertura ta' EUR 50 000 EUR 100 000 għal kull investitur fir-rigward tal-pretensjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2a) jew (2c).

L-Istati Membri li fihom il-kopertura hija ta' aktar minn EUR 50 000 EUR 100 000 fi … (20) jistgħu jżommu dak il-livell ta' kopertura għal mhux aktar tard minn 3 snin minn dik id-data. Wara dan, dawk l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-livell ta' kopertura huwa ta' EUR 50 000 EUR 100 000 .

L-Istati Membri li jeqilbu l-ammonti mfissra f'euro għall-valuta nazzjonali tagħhom, għandhom inizjalment jużaw fil-konverżjoni, ir-rata tal-kambju li tipprevali fi … (20)

L-Istati Membri jistgħu jqarrbu l-ammonti li jirriżultaw mill-konverżjoni, bil-kundizzjoni li dan it-tqarrib ma jaqbiżx l-EUR 2 500.

Mingħajr ħsara għar-raba' subparagrafu, l-Istati Membri għadhom jaġġustaw il-livelli ta' kopertura kovertiti f'valuta oħra għall-ammont imsemmi f'dan il-paragrafu għallinqas kull ħames snin sentejn . L-Istati Membri jistgħu jagħmlu aġġustamet bikri tal-livelli ta' kopertura, wara li jkunu kkonsultaw lill-Kummissjoni, meta jseħħu avvenimenti imprevvisti bħal flutwazzjonijiet tal-valuta."; [Em. 22, Em. 25, Em. 26 u punt 1 tal-corrigendum (21)]

(b)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

"1a.   Il-Kummissjoni tista' taġġusta permezz ta' għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 13a, biex taġġusta l-kopertura li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1, filwaqt li tqis il-parametri li ġejjin: [Em. 27]

(a)

inflazzjoni fl-Unjoni, abbażi ta' tibdil fl-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tal- konsumatur ippubblikat mill-Kummissjoni;

(b)

ammont medju ta' fondi u strumenti finanzjarji miżmuma minn ditti ta' investiment f'isem investituri komuni.";

(c)

paragrafu 2 huwa sostitwit b'li ġej:

"2.   Stat Membru jista' jipprovdi li ċerti investituri għandhom jiġu esklużi mill-kopertura mill-iskemi ta' kumpens għall-investitur għal pretensjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2a) jew (2c), jew biex jingħataw livell ta' kopertura iktar baxx. Dawk l-esklużjonijiet għandhom jitniżżlu fl-Anness I."; [Em. 22]

(d)

paragrafu 4 jitħassar.

(5)

Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

"Artikolu 4a

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta' kumpens għall-investitur jkollhom sistemi adegwati biex jiddeterminaw l-obbligazzjonijiet potenzjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta' kumpens għall-investitur jiġu ffinanzjati b'mod adegwat fi proporzjon għall-obbligazzjonijiet tagħhom. L-Istati Membri għandhom jipprovdu AETS fuq bażi regolari u b'informazzjoni rilevanti rigward ir-responsabilitajiet potenzjali u l-finanzjament potenzjali b'rabta magħhom. [Em. 28]

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull skema ta' kumpens għall-investitur tistabilixxi livell ta' mira tal-fondi ta' mhux inqas minn 0.5 % 0,3 % tal-valur tal-flejjes u l-istrumenti finanzjarji miżmuma, amministrati u mmaniġjati mid-ditti ta' investiment jew UCITS li jkunu koperti bil-protezzjoni tal-iskema ta' kumpens għall-investitur. Il-valur tal-flejjes u strumenti finanzjarji għandu jiġi kkalkolat kull sena fl-1 ta' Jannar fil-31 ta' Diċembru . [Em. 29]

Il-Kummissjoni għandha permezz ta' tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13a u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 13b u 13c, miżuri biex jiddeterminaw il- metodu li jikkalkola l-valur tal-flejjes u l-istrumenti finanzjarji koperti bil-protezzjoni tal-iskemi ta' kumpens għall-investitur, sabiex jiġi ddeterminat il-livell indikat tal-fond li għandu jiġi stabilit bl-iskemi, u sabiex jiġi mmodifikat il-livell indikat tal-fond waqt li jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji.

B'kunsiderazzjoni tal-valur ta' flejjes koperti kkalkulat ta' kull sena kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, u b'kunsiderazzjoni tal-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u tal-ħtieġa li jiġi żgurat kumpens effettiv għall-investituri, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa ukoll li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13a biex temenda l-valur minimu tal-livell indikat ta' fond. Sal- … (22). il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-ħtieġa ta' aġġustament tal-livell ta' fond indikat stipulat skont dan il-paragrafu.

Sabiex il-Kummissjoni titħalla tikkalkula livell indikat ta' fond adegwat kif imsemmi fit-tielet subparagrafu, kull Stat Membru għandu, fuq bażi annwali, jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-AETS bid-dejta meħtieġa rigward il-finanzjament ta' skemi ta' kumpens għall-investitur, sal-31 ta' Diċembru. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw din id-dejta lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll lill-Kummissjoni u lill-AETS bid-dejta li tikkonċerna:

(a)

l-ammont ta' sigurtajiet u flejjes koperti miżmuma minn ditti tal-investiment f'isem l-investituri;

(b)

il-valur tal-flejjes u tal-istrumenti finanzjarji koperti miżmuma jew ġestiti;

(c)

in-numru ta' klijenti;

(d)

id-dħul jew il-qligħ iġġenerat mill-intrapriżi ta' investiment;

(e)

il-livell ta' kapital għal kull ditta tal-investiment;

(f)

l-ammont massimu ta' kumpens għal kull klijent;

(g)

il-profitt medju ta' bejgħ ta' sigurtajiet u ta' transazzjonijiet ta' akkwist;

(h)

in-numru ta' persuni jew kummerċjanti approvati. [Em. 30]

3.   Il-livell indikat tal-fond għandu jkun iffinanzjat qabel u irrispettivament mill-okkorrenza ta' xi avveniment relevanti skont l-Artikolu 2(2) jew (2b). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-livell ta' finanzjament fil-mira għal kull skema ta' kumpens għall-investitur jintlaħaq f'perjodu ta' għaxar snin wara li din id-Direttiva tidħol fis-seħħ sa  (23), u li kull skema ta' kumpens għall-investitur tadotta u tikkonforma ma' ppjanar xieraq sabiex tilħaq dan l-għan. [Em. 21 u 31]

Il-kontribuzzjonijiet miġbura biex jintlaħaq il-livell indikat tal-fond għandhom ikunu investiti biss f'depożiti ta' flus kontanti u assi b'riskju baxx b'terminu residwali għall-maturita finanzjarja ta' 24 xahar jew inqas, li jistgħu jiġu likwidati f'limitu ta' żmien li ma jaqbiżx xahar.

3a.     Il-kontribut għal kull membru għal skema ta' kumpens għall-investitur għandu jiġi determinat skont il-grad ta' riskju involut. Sabiex jinkiseb ċertu livell ta' armonizzazzjoni fl-implimentazzjoni ta'dan il-paragrafu fost l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz tal-atti delegati, u skont l-Artikolu 13a u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 13a li jiċċaraw kif għandu jiġi kkalkolat il-kontribut ta' kull membru għal skema ta' kumpens għall-investitur. [Em. 32]

3b.     L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jnaqqsu l-kontribuzzjonijiet tal-membri tal-iskema ta' kumpens għall-investitur li volontarjament jieħdu miżuri addizzjonali biex inaqqsu r-riskju operattiv.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll inaqqsu l-kontribuzzjonijiet ta' membri tal-iskema ta' kumpens għall-investitur li jagħtu prova li s-sottokustodji użati minnhom jilħqu l-istess standards biex inaqqsu r-riskju operattiv.

Il-livell indikat tal-iskema ta' kumpens għall-investitur ma għandu jiġi affettwat minn ebda tip ta' tnaqqis. [Em. 33]

3c.     Sabiex tiżgura kundizzjonijiet ta' applikajoni uniformi għall-paragrafu 3b, L-AETS għandha tiżviluppa l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet biex jitnaqqsu l-kontribuzzjonijiet għal skema ta' kumpens għall-investitur, kif imsemmi fir-raba' subparagrafu.

L-AETS għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fuq bażi annwali.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjonimsemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Il-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet ta' tnaqqis skont ir-riskju għandhom jiġu bbażati fuq kriterji bħall-volum tal-flejjes u tal-istrumenti finanzjarji, l-adekwatezza tal-kapital u l-istabilità ta' kull membru b'kunsiderazzjoni tal-istatus legali tiegħu u tal-qafas legali applikabbli fis-sede tiegħu. [Em. 34]

4.   L-Istati Membri għandhom jippermettu li l-iskemi ta' kumpens għall-investitur jagħmlu sejħiet addizzjonali għal kontribuzzjonijiet mill-membri tal-iskema fejn il-livell indikat tal-fond ma jkunx biżżejjed biex iħallas il-pretensjonijiet għal kumpens imsemmija fl-Artikolu 9(2). Dawk il-kontribuzzjonijiet addizzjonali ma għandhomx jaqbżu 0.5 % 0,3 % tal-flejjes u tal-istrumenti finanzjarji koperti kif imsemmija fil-paragrafu 2. Dawk il-kontribuzzjonijiet addizzjonali ma għandhomx jippreġudikaw l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Istat Membru rispettiv u għandhom ikunu bbażati fuq kriterji ta' affordabbiltà. L-Istati Membri jistgħu jitolbu kontribuzzjonijiet addizzjonali wara li jikkonsultaw l-AETS u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (24). [Em. 35]

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta' kumpens għall-investitur jkollhom arranġamenti ta' finanzjament alternattiv adegwat biex jippermettilhom jiksbu finanzjament għal żmien qasir biex jissodisfaw il-pretensjonijiet kontra l-iskema ladarba l-ammont iffinanzjat minn qabel ikun ġie eżawrit. Dawk l-arranġamenti jistgħu jinkludu arranġamenti dwar self kummerċjali u faċilitajiet ta' self minn banek kummerċjali. Jistgħu jinkludu wkoll faċilitajiet ta' self minn u istituzzjonijiet pubbliċi, fosthom mill-Istati Membri kkonċernati, bil-kundizzjoni li dawk il-faċilitajiet ikunu bbażati fuq raġunijiet kummerċjali. [Em. 36]

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispiża tal-finanzjament tal-iskemi ta' kumpens għall-investitur għandha tiġi assorbita fl-aħħar mill-aħħar, fir-rigward tan-negozju ta' investiment, u biss mid-ditti ta' investiment jew il-kustodji minn partijiet terzi koperti mill-iskema, u fir-rigward tal-attivitajiet tal-UCITS, mill-UCITS jew id-depożitarji tagħhom jew partijiet terzi li huma koperti bl-iskema. Kull sena għandhom isiru kontribuzzjonijiet regolari mill-membri. [Em. 37]

Bħala għajnuna ulterjuri għall-operattività tal-iskema ta' kumpens għall-investitur, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

l-iskemi ikunu kapaċi jintaxxaw lill-membri tagħhom sabiex il-ħlasijiet iseħħu fil-perjodu stipulat fl-Artikolu 9(2), bi previżjoni tal-ħlasijiet u ħlasijiet ta' wara magħmula kif xieraq;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti ikollhom is-setgħa jieħdu azzjoni kontra kull ditta li tonqos milli tħallas pagament meta mitlub. [Em. 38]

7.   L-Istati Membri, ta' kull sena għandhom jinfurmaw lill-AETS bil-livell ta' finanzjament fil-mira, kif hemm referenza għalih fil-paragrafu 2, u l-livell ta' finanzjament, kif hemm referenza għalih fil-paragrafu 3 tal-iskemi ta' kumpens għall-investitur fit-territorju tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tiġi kkonfermata mill-awtoritajiet kompetenti u għandha, akkompanjata b'din il-konferma, tiġi trażmessa lill-AWTS kull sena sal-31 ta' Jannar.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fl-ewwel subparagrafu tiġi ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-iskemi ta' kumpens għall-investitur għallinqas fuq bażi annwali.

7a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta' kumpens, jirċievu mingħand il-membri tagħhom fi kwalunkwe ħin u fuq talba tagħhom, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jitħejja r-ripagament tal-investituri. [Em. 39]

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li 10 % 5 % tal-ammont tal-finanzjament ex ante tal-iskemi ta' kumpens għall-investitur msemmija fil-paragrafu 2 ikun disponibbli għal self lil skemi ta' kumpens għall-investitur oħrajn skont il-kundizzjonijiet stabiliti fl-Artikolu 4b . Dan il-metodu ta' finanzjament għandu jintuża biss meta l-mezzi ta' finanzjament ordinarji ma jkunux disponibbli fl-Artikolu 4ċ.

Il-Kummissjoni tista' temenda, permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 13a u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 13b u 13ċ, il-perċentwali tal-ammont ta' finanzjament ex ante li għandu jsir disponibbli għal self lil skemi oħrajn, waqt li jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji. [Em. 40]

9.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13a sabiex jiddeterminaw:

(a)

il-metodu li jiddetermina l-obbligazzjonijiet potenzjali tal-iskemi ta' kumpens għall-investitur kif imsemmi fil-paragrafu 1 u l-kontribuzzjonijiet bbażati fuq ir-riskju ; [Em. 41]

(b)

il-fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni tal-abbiltà ta' kontribuzzjonijiet addizzjonali kif hemm referenza għalihom fil-paragrafu 4 sabiex ma tiġix imħarbta l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja ta' Stat Membru;

(c)

l-arranġamenti alternattivi ta' finanzjament kif hemm referenza għalihom fil-paragrafu 5 li l-iskemi ta' kumpens għall-investitur għandu jkollhom stabilit sabiex ikunu jistgħu jiksbu finanzjament fuq perjodu ta' żmien qasir jekk ikun hemm bżonn;

(d)

il-kriterji sabiex jiġu stabiliti l-kontribuzzjonijiet mill-entitajiet koperti kif hemm referenza għal dan fil-paragrafu 6.

10.   Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 7, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex tispeċifika d-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata mill-iskemi.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2012.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. [Em. 42]

Artikolu 4b

1.    Wara … (25), skema ta' kumpens għall-investitur għandu jkollha d-dritt li tista' tissellef mill-iskemi ta' kumpens għall-investitur l-oħrajn kollha msemmija fl-Artikolu 2 ġewwa l-Unjoni suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin: [Em. 43]

(a)

l-iskema ta' kumpens għall-investitur ta' self ma tkunx f'qagħda li tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 2 (2a) jew (2c) minħabba ħlasijiet li jkunu saru qabel biex jissodisfaw dawk l-obbligi; [Em. 22]

(b)

l-iskema ta' kumpens għall-investitur li ssib lilha nnifisha fis-sitwazzjoni is-sitwazzjoni msemmija fil-punt (a) ta' dan is-subparagrafu hija minħabba nuqqas ta' fondi kienet laħqet qabel il-livell indikat tal-fond kif imsemmi fl-Artikolu 4a (3) fl-Artikolu 4a(2) ; [Em. 44]

(c)

l-iskema ta' kumpens għall-investitur ta' self tkun irrikorriet għal kontribuzzjonijiet addizzjonali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4a(4);

(d)

l-iskema ta' kumpens għall-investitur ta' self tikkommetti ruħha b'mod legali li l-fondi li tkun issellfet jintużaw biex iħallsu l-pretensjonijiet skont l-Artikolu 2 (2a) u (2c); [Em. 22]

(e)

[Punt isir it-tielet subparagrafu ġdid]

(f)

l-iskema ta' kumpens għall-investitur ta' self stabbiliet l-ammont ta' flus mitlub;

(g)

l-iskema ta' kumpens għall-investitur ta' self tinforma mingħajr dewmien lill-AETS li bi ħsiebha tissellef mingħajr dewmien minn skema ta' kumpens għall-investitur u tiddikkjara kif il-kondizzjonijiet imniżżla fil-punti (a) sa (f) huma sodisfatti u l-ammont ta' flus li bi ħsiebha tissellef.

L-ammont imsemmi fil-punt (f) tal-ewwl subparagrafu għandu jiġi stabilit kif ġej:

[ammont ta' pretensjonijiet li għandhom jitħallsu skont l-Artikolu 2(2a) u 2(2c)] – [livell ta' finanzjament kif imsemmi fl-Artikolu 4a(7)] + [ammont massimu ta' kontribuzzjonijiet addizzjonali msemmija fl-Artikolu 4a(4)] [Em. 22]

Skema ta' kumpens għall-investitur ta' self li ma tkunx ħallset lura self lil skemi oħrajn skont dan l-Artikolu għandha la tissellef minn u lanqas issellef lil skemi ta' kumpens għall-investitur oħra;

L-iskemi ta' kumpens għall-investitur l-oħrajn għandhom jaġixxu bħala skemi ta' self. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri li fihom ikun hemm stabilita aktar minn skema waħda, għandhom jindikaw skema waħda li taġixxi bħala l-iskema ta' self u għandhom jinformaw lill-AETS b'dan. L-Istati Membri għandhom iwettqu kull pass meħtieg biex jiżguraw li l-parteċipanti interessati jkunu infurmati dwar liema skema hi skema ta' self u kif taħdem. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk u kif l-iskema ta' self tiġi rimborżata minn skemi ta' kumpens għall-investitur oħra stabiliti fl-istess Stat Membru. [Em. 45]

2.   Is-self huwa mogħti soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

soġġett għal-limitu stabilit fit-tieni subparagrafu, kull skema ta' kumpens għall-investitur issellef l-ammont proporzjonat għall-ammont ta' flejjes u strumenti finanzjarji koperti f'kull skema mingħajr ma titqies l-iskema ta' kumpens għall-investitur ta' self u l-ammonti jiġu kkalkolati skont l-aħħar informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4a (2);

(b)

l-iskema ta' kumpens għall-investitur ta' self tħallas lura s-self fi żmien ħames snin; [It-tieni sentenza ssir it-tielet subparagrafu]

(c)

ir-rata tal-imgħax tul il-perjodu ta' self tkun ekwivalenti għar-rata tal-faċilità ta' self marġinali tal-Bank Ċentrali Ewropew matul il-perjodu ta' kreditu tal-bank ċentrali li joħroġ il-valuta li fiha sar is-self . [Em. 46]

L-ammont totali msellef lil kull skema ta' kumpens għall-investitur ta' self ma għandux jaqbeż l-20 % tal-ammont totali tal-fondi disponibbli fil-livell tal-Unjoni għas-self kif imsemmi fl-Artikolu 4a(8).

Tista' tħallas lura s-self taħt il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu fi pagamenti akkont annwali. L-imgħax għandu jintradd biss fil-ħin tal-ħlas lura;

3.   AETS għandha tikkonferma li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jkunu ġew sodisfatti, għandha tiddikkjara l-ammonti li għandhom jiġu missellfa minn kull skema ta' kumpens għall-investitur kif ikkalkolati skont il-paragrafu 2(a) u r-rata inizjali tal-imgħax skont il-paragrafu 2 (c), kif ukoll iż-żmien tas-self.

AETS għandha tittrażmetti l-konferma tagħha flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(g) lill-iskemi ta' self fi żmien 15-il jum tar-riċevuta ta' dik l-informazzjoni mill-iskemi ta' self. L-iskemi ta' self għandhom, mingħajr dewmien iżda f'kull każ fi 15-il jum ta' xogħol wara li jirċievu l-konferma u l-informazzjoni mill-AETS, iwettqu l-ħlas tas-self lill-iskema ta' kumpens għall-investitur ta' self.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet intaxxati mill-iskema ta' kumpens għall-investitur ta' self ikunu biżżejjed biex jirrimbursaw l-ammont missellef u biex jistabilixxu mill-ġdid livell ta' fond indikat kemm jista' jkun malajr u f'kull każ f'għaxar snin ħames snin wara li jiġi rċevut is-self. [Em. 47]

Kull pretensjoni oħra għandha tkun subordinata għal dik tal-iskema ta' kumpens għall-investitur li tkun ħarġet is-self. Tali skema ta' kumpens għall-investitur għandha titqies bħala kreditur preferut u għandu jkollha l-ogħla grad ta' prijorità fost il-kredituri. [Em. 48]

Bla ħsara għat-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu prijoritajiet oħra bi preferenza bejn kategoriji differenti ta' kredituri. [Em. 49]

5.   Sabiex tiġi ffaċilitata kooperazzjoni effikaċi bejn l-iskemi ta' kumpens għall-investitur, l-iskemi, jew, fejn jixraq, l-awtoritajiet kompetenti, għandu jkollhom ftehim għandhom jikkonkludu ftehimiet bil-miktub ta' kooperazzjoni. Dawn il-ftehimiet għandhom iqisu l-obbligi stabiliti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta  (26) . [Em. 50]

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-AETS bl-eżistenza u bil-kontenut tal-ftehimiet li hemm referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu. L-AETS tista' toħroġ opinjonijiet fuq dawn il-ftehimiet skont l-Artikolu 8(2)(g) u l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Jekk l-awtoritajiet kompetenti jew l-iskemi ta' kumpens għall-investitur ma jkunux jistgħu jaslu għal ftehim, jew jekk ikun hemm disgwit rigward l-interpretazzjoni ta' dan il-ftehim, AETS għandha ssolvi d-diżgwiti skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

In-nuqqas tal-ftehimiet li hemm referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu m'għandhomx jaffettwa l-pretensjonijiet tal-investituri skont l-Artikoli 2(2a) jew (2c). [Em. 22]

(6)

L-Artikoli 5 u 6 huma sostitwiti b'li ġej:

"Artikolu 5

1.   Jekk xi ditta tal-investiment, il-UCITS, depożitarju jew parti terza, meħtieġa bl-Artikolu 2(1) biex jappartjenu għal skema, ma jissodisfawx l-obbligi rispettivi tagħhom, dovuti minnhom bħala membri ta' dik l-iskema, l-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħarġu l-awtorizzazzjoni tad-ditta tal-investiment jew l-awtorizzazzjoni tal-UCITS, għandhom jiġu nnotifikati u, f'kooperazzjoni mal-iskema tal-kumpens għall-investitur, għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa, inkluż l-impożizzjoni ta' penali, biex jiżguraw li d-ditta tal-investiment il-UCITS, id-depożitarju jew il-parti terza, jissodisfaw l-obbligi tagħhom.

2.   Jekk il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jonqsu milli jiżguraw konformità min-naħa tad-ditta tal-investiment, il-UCITS, id-depożitarju jew parti terza, l-iskema ta' kumpens għall-investitur tista', soġġett għall-kunsens ċar tal-awtoritajiet kompetenti, tagħti notifika ta' mhux inqas minn 12-il xahar, sitt xhur, tal-intenzjoni tagħha li teskludi d-ditta tal-investiment, il-UCITS, id-depożitarju jew il-parti terza mis-sħubija fl-iskema. L-iskema ta' kumpens għall-investitur għandha tibqa' tipprovdi l-kopertura msemmija fl-Artikolu 2(2a) u (2c) fl-Artikolu 2(2) fir-rigward tan-negozju ta' investiment jew tal-attivitajiet tal-UCITS imwettqa matul dak il-perjodu. Jekk, mal-iskadenza ta' dak il-perjodu, id-ditta tal-investiment, il-UCITS, id-depożitarjujew il-parti terza ma jkunux issodisfaw l-obbligi tagħhom, l-iskema ta' kumpens għall-investitur tista', soġġett għall-ksib ta' kunsens ċar tal-awtoritajiet kompetenti, teskludi dik id-ditta tal-investiment.

3.   Ditta tal-investiment, UCITS, depożitarju jew parti terza, esklużi minn skema ta' kumpens għall-investitur, jistgħu jkomplu jagħmlu negozju ta' investiment, l-attivitajiet tagħha tal-UCITS jew tkun fdata bi strumenti finanzjarji ta' investituri u tal-UCITSskont il-kundizzjoijiet segwenti:

(a)

qabel l-esklużjoni, id-ditta tal-investiment jew parti terza tkun għamlet arranġamenti ta' kumpens alternattivi biex tiżgura li investituri u UCITSigawdu kopertura li għallinqas tkun ekwivalenti għal dik offruta mill-iskema rikonoxxuta uffiċjalment, u li l-karatteristiċi ekwivalenti ta' tali arranġamenti ta' kumpens alternattivi jkunu ekwivalenti għal dawk tal-iskemi rikonoxxuti uffiċjalment;

(b)

l-awtorità kompetenti responsabbli mill-awtorizzazzjoni tad-ditta tal-investiment jew UCITS, tkun ikkonfermat li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet imesmmija fil-punt (a).

4.   Jekk ditta tal-investiment jew UCITS, u li fir-rigward tagħhom jkun hemm proposta għal esklużjoni skont il-paragrafu 2, ma jkunux f'qagħda li jagħmlu arranġamenti alternattivi li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet imposti fil-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħarġu l-awtorizzazzjoni tagħhom, għandhom:

(a)

fir-rigward tad-ditta tal-investiment li dwarha tkun inħarġet l-awtorizzazzjoni, tirtira l-awtorizzazzjoni mingħajr dewmien;

(b)

fir-rigward tal-UCITS li huma jkunu approvaw, jirtiraw dik l-awtorizzazzjoni mingħajr dewmien.

5.   Jekk ta depożitarju jew parti terza, li fir-rigward tagħha jkun hemm proposta għal esklużjoni skont il-paragrafu 2, ma tkunx tista' tagħmel arranġamenti alternattivi li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet imposti fil-paragrafu 3, ma għandhiex titħalla tiġi fdata bl-assi tal-investituri jew tal-UCITS. [Em. 51]

Artikolu 6

Wara l-irtirar ta' awtorizzazzjoni ta' ditta tal-investiment jew ta' UCITS, il-kopertura msemmija fl-Artikolu 2(2) fl-Artikolu 2(2a) u (2c) għandha tibqa' tingħata fir-rigward tan-negozju ta' investiment imwettaq sal-ħin ta' dak l-irtirar.". [Em. 52]

(7)

L-Artikoli 8 u 9 huma sostitwiti b'li ġej:

"Artikolu 8

1.   Il-kopertura li għaliha hemm ipprovdut fl-Artikolu 4(1) u (3) għandha tapplika għall-pretensjoni aggregata tal-investitur fuq l-istess ditta tal-investiment jew l-istess UCITSskont din id-Direttiva, irrispettivament min-numru ta' kontijiet, il-valuta u l-post ġewwa l-Unjoni. [Em. 53]

2.   Għandu jitqies is-sehem ta' kull investitur f'negozju konġunt ta' investiment fil-kalkolu tal-kopertura mogħtija fl-Artikolu 4 (1) u (3).

Fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet speċjali, il-pretensjonijiet għandhom jiġu diviżi b'mod indaqs bejn l-investituri. [Em. 54]

Fil-każ ta' investitur li l-pretensjoni tiegħu ma tistax tiġi koperta bis-sħiħ, huwa għandu jibbenefika mill-istess rata ta' kopertura għall-pretensjoni aggregata. [Em. 55]

L-Istati Membri jistgħu jistabilixxu li pretensjonijiet relatati ma' negozju konġunt ta' investiment u li għalihom żewġ persuni jew aktar huma ntitolati bħala membri ta' assoċjazzjoni ta' negozju, assoċjazzjoni jew grupp ta' natura simili li m'għandha l-ebda personalità legali, għall-fini li jiġu kkalkolati l-limiti stabiliti fl-Artikolu 4(1) u (3), għandhom ikunu aggregati u ittrattati bħallikieku jirriżultaw minn investiment magħmul minn investitur wieħed.

3.   Meta investitur ma jkunx intitolat għas-somom jew titoli strumenti miżmuma, il-persuna li tkun intitolata għandha tirċievi l-kumpens, bil-kundizzjoni li dik il-persuna kienet ġiet jew tista' tkun identifikata qabel id-data tad-determinazzjoni jew deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 2(2) u (2b) fl-Artikolu 2(2) .

Jekk żewġ persuni jew aktar ikunu ntitolati, is-sehem ta' kull wieħed minnhom skont l-arranġamenti li jistipulaw kif is-somom jew titoli strumenti huma mmaniġjati, għandu jitqies meta l-limiti stabiliti fl-Artikolu 4(1) u (3) jiġu kkalkolati. [Em. 56]

Artikolu 9

1.   L-iskema ta' kumpens għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa biex tinforma lill-investituri bid-determinazzjoni jew bid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 2(2) u (2b) u, jekk għandhom jiġu kkumpensati, tikkumpensahom malajr kemm jista' jkun. Hija tista' tiffissa perjodu li matulu l-investituri għandhom jintalbu jissottomettu l-pretensjonijiet tagħhom. Dan il-perjodu ma jistax ikun inqas minn ħames xhur mid-data tad-determinazzjoni jew id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 2(2) u (2b) jew mid-data li fiha dik id-determinazzjoni jew deċiżjoni ssir pubblika. [Em. 21]

Il-fatt li l-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu jkun skada, ma għandhux jiġi invokat mill-iskema ta' kumpens għall-investitur biex tkun miċħuda kopertura sħiħa lil xi investitur li ma kienx f'qagħda li jikkonferma d-dritt tiegħu għal kumpens fil-ħin. [Em. 57]

Id-ditti ta' investiment għandhom jiżvelaw, fuq il-websajt tagħhom, l-informazzjoni kollha dwar it-termini u l-kundizzjonijiet fir-rigward tal-kopertura u l-passi li għandhom jittieħdu sabiex jiġi riċevut il-ħlas bi qbil ma' din id-Direttiva. [Em. 58]

2.   L-iskema ta' kumpens għall-investitur għandha tkun f'pożizzjoni li tħallas pretensjoni ta' investitur malajr kemm jista' jkun u f'kull każ fi tliet xhur mill-istabbilment tal-validita' u l-ammont tal-pretensjoni.

F'ċirkostanzi eċċezzjonali, skema ta' kumpens għall-investitur tista' tapplika mal-awtoritajiet kompetenti għal estensjoni tal-limitu taż-żmien. Estensjoni ta' dan it-tip m'għandhiex taqbeż it-tliet xhur. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw immedjatament lill-AETS b'kull estensjoni mogħtija lil xi skema ta' kumpens għall-investitur, u biċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw l-estensjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta' kumpens għall-investitur jistgħu jipparteċipaw fi proċeduri ta' insolvenza jew ġudizzjali li jistgħu jkunu rilevanti fl-iffissar tal-validita' u l-ammont tal-pretensjoni.

It-tielet subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-iskemi ta' kumpens għall-investitur li jkollhom kapaċita jadottaw metodi oħrajn biex jiddeterminaw il-validita' jew l-ammont tal-pretensjoni.

Jekk il-ħlas finali ma jkunx sar fi żmien disa' xhur mid-determinazzjoni jew mid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 2(2) jew (2b), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskema ta' kumpens għall-investitur tipprovdi, fi żmien tliet xhur minn dik id-determinazzjoni jew deċiżjoni, għal żborż provviżorju ta' kumpens parzjali ta' mhux inqas minn terz tal-pretensjoni bbażat fuq il-valutazzjoni inizjali tal-pretensjoni. Il-bilanċ għandu jitħallas fi żmien tliet xhur tal-istabbiliment tal-validita' u l-ammont tal-pretensjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskema ta' kumpens għall-investitur għandha l-mezzi biex tirkupra l-ammonti mħallsa provviżorjament jekk jiġi stabilit li l-pretensjoni ma kinitx valida. [Em. 21]

Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta'atti delegati skont l-Artikolu 13 u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 13b u 13c, miżuri li jistabilixxu l-proċedura biex tittratta l-pretensjonijiet tal-investituri u l-kriterji tekniċi biex jikkalkolaw it-telf fil-valur ta' UCITS, b'riżultat tal-każijiet imsemmija fl-Artikolu 2 (2b) u (2c). [Em. 59]

3.   Minkejja li l-limitu ta' żmien stabilit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, fejn investitur jew kull persuna oħra intitolata għal, jew li għandha interess f'negozju ta' investiment, tkun ġiet akkużata, b'rabta mal-flus li huma s-suġġett ta' din id-Direttiva, b'reat li jirriżulta minn jew jirrigwarda l-ħasil tal-flus kif iddefinit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2005/60/KE, li jirriżulta minn imġieba li hija projbita taħt id-Direttiva 2003/6/KE, jew b'rabta mal-finanzjament dirett jew indirett ta' gruppi terroristiċi skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 1999, l-iskema ta' kumpens għall-investitur tista' tissospendi kull ħlas, jiddependi fuq il-ġudizzju tal-qorti jew id-determinazzjoni ta' awtorità kompetenti.". [Em. 60]

(8)

Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'li ġej:

"1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull ditta tal-investiment jew UCITS jieħdu miżuri xierqa biex jgħaddu l-informazzjoni neċessarja, lil investituri fattwali u potenzjali, għall-identifikazzjoni tal-iskema ta' kumpens għall-investitur, li tagħha d-ditta tal-investiment jew il-UCITS u l-fergħat tagħha ġewwa l-Unjoni huma membri, jew kull arranġament alternattiv imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 (1) jew l-Artikolu 5 (3). L-investituri għandhom jiġu infurmati bid-dispożizzjonijiet tal-iskema ta' kumpens għall-investitur jew b'kull arranġament alternattiv applikabbli, inkluż l-ammont u l-ambitu tal-kopertura offrut mill-iskema ta' kumpens għall-investitur, u kull regola stabbilita mill-Istati Membri f'dan ir-rigward. Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli f'mod li jinftiehem. [Em. 61]

L-informazzjoni għandha tingħata wkoll meta mitluba rigward il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-kumpens u l-formalitajiet li għandhom jiġu ssodisfati biex jingħata l-kumpens.

L-informazzjoni mogħtija għandha tkun ġusta, ċara u mhux qarrieqa, u b'mod partikolari għandha tispjega s-sitwazzjonijiet u l-pretensjonijiet koperti mill-iskema ta' kumpens għall-investitur relevanti, u kif hija tapplika f'sitwazzjonijiet transkonfinali. L-informazzjoni mogħtija għandha tagħti wkoll eżempji tas-sitwazzjonijiet u l-pretensjonijiet mhux koperti mill-iskema.

1a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ammont imħallas minn investitur fi skema ta' kumpens għall-investitur ikun ċar u trasparenti. L-ammont li kull investitur individwali jkollu jħallas għal skema, kemm bħala persentaġġ tal-investiment tagħhom jew b'żieda mal-investiment għandu jkun dikjarat biċ-ċar lill-investitur reali jew prospettiv. ". [Em. 62]

(9)

L-Artikolu 12 huwa sostitwit b'li ġej:

"Artikolu 12

1.   Mingħajr preġudizzju għal drittijiet taħt id-dritt nazzjonali, l-iskemi ta' kumpens għall-investitur li jħallsu biex jikkumpensaw lill-investituri jistgħu jissurrogaw għad-drittijiet ta' dawk l-investituri involuti fi proċedimenti ta' likwidazzjoni għal ammonti daqs il-pagamenti tagħhom. [Em. 63]

2.   Fil-każ ta' telf minħabba ċ-ċirkostanzi finanzjarji ta' parti terza li jkollha strumenti finanzjarji li jappartjenu għal investitur fir-rigward ta' negozju ta' investiment, kif hemm referenza għalih fl-Artikolu 2(2), l-iskemi ta' kumpens għall-investitur li jħallsu biex jikkumpensaw lill-investituri jistgħu jissurrogaw id-drittijiet tal-investitur jew tad-ditta tal-investiment fi proċedimenti ta' likwidazzjoni għal ammonti daqs il-pagamenti tagħhom

3.   Fil-każ, stabilit fl-Artikolu 2(2c), ta' telf minħabba ċ-ċirkostanzi finanzjarji ta' depożitarju jew parti terza li magħhom ikunu ġew fdati l-assi tal-UCITS, l-iskemi li jħallsu biex jikkumpensaw lid-detenturi ta' unitajiet tal-UCITS għandu jkollhom id-dritt li jissurrogaw id-drittijiet tad-detentur tal-UCITS jew il-UCITS fi proċedimenti ta' likwidazzjoni għal ammonti daqs il-ħlasijiet tagħhom. [Em. 64]

4.   Jekk it-parti terza li jkollha fil-pussess tagħha strumenti finanzjarji li jappartjenu għal investitur fir-rigward ta' negozju ta' investiment, jew id-depożitarju jew parti terza li magħhom ikunu ġew fdati l-assi tal-UCITS, ikun qiegħed f'pajjiż terz fejn is-sistema ġudizzjarja ma tħallix lill-iskema ta' kumpens għall-investitur tissurroga d-drittijiet tad-ditta tal-investiment jew il-UCITS, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditta tal-investiment jew il-UCITS jirritornaw lejn l-iskema ta' kumpens għall-investitur ammonti daqs kwalunkwe ħlas li huma jirċievu fil-proċedimenti ta' likwidazzjoni.". [Em. 65]

(10)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 13a

1.   Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti delegati msemmija huma mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabiliti f'dan l-Artikolu.

1a.     Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(1a), is-subparagrafi 2 u 3 tal-Artikolu 4a(2), l-Artikolu 4a(3a), it-tielet paragrafu tal-Artikolu 4a(3c), l-Artikolu 4a(9) u s-sitt subparagrafu tal-Artikolu 9(2) għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta' żmien erba' snin minn …  (27) . Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar is-setgħa delegata, sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' erba' snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġġedded awtomatikament għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, sakemm l-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill ma jopponux dan it-tip ta' estensjoni.

1b.     Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(1a), is-subparagrafi 2 u 3 tal-Artikolu 4a(2), l-Artikolu 4a(3a), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4a(3c), l-Artikolu 4a(9) u s-sitt subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tista' tiġi revokata f'kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

2.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2a.     Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(1a), is-subparagrafi 2 u 3 tal-Artikolu 4a(2), l-Artikolu 4a(3a), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4a(3c), l-Artikolu 4a(9) u s-sitt subparagrafu tal-Artikolu 9(2) għandu jidħol fis-seħħ biss f'każ li ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew, jekk, qabel tmiem dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur.

3.   Is-setgħat biex tadotta atti delegati jiġu konferiti lill-Kummissjoni soġġett għall- kundizzjonijiet stabiliti fl-Artikoli 13b u 13ċ.

Artikolu 13b

1.   Id-delegazzjoni tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 4a(2), l-Artikolu 4a(8), l-Artikolu 4a(9) u l-Artikolu 9(2) tista' tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.   L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delegazzjoni tas-setgħat, għandha tagħmel mill-aħjar biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, u ssemmi s-setgħat delegati li jistgħu jkunu soġġetti għal revoka u r-raġunijiet għal revoka.

3.   Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir b'effett immedjat jew f'data aktar tard speċifikata. M'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13ċ

1.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahar.

2.   Jekk, malli jiskadi dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, l-att għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data msemmija hemmhekk.

L-att iddelegat jista' jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ qabel ma l-perjodu jiskadi jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma nfurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jkunux sejrin joġġezzjonaw.

3.   Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għall-att adottat delegat lilu, l-att m'għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tagħti r-raġunijiet l-għala oġġezzjonat għall-att delegat.". [Em. 66]

(11)

L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:

"Artikolu 14a

L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet ta' kooperazzjoni dwar skambju ta' informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi skont l-Artikolu 63 tad-Direttiva 2004/39/KE u l-Artikolu 102 tad-Direttiva 2009/65/KE.".

(12)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 1 huma sostitwit b'li ġej:

"1.

Investituri professjonali msemmija fil-punti 1 sa 4 tas-sezzjoni I tal-Anness II tad-Direttiva 2004/39/KE dwar swieq fl-istrumenti finanzjarji.";

(b)

Il-punti 2, 3 u 8 huma rrevokati.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa … (28), il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw mill-ewwel lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk il-miżuri u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri minn … (29) salvi dawk il-miżuri li jittrasponu l-Artikolu 4b li għandu jiġi applikat mill-31 ta' Diċembru 2013.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandom jiddeterminaw kif għandhom isiru dawn ir-referenzi.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

2a.     Permezz ta' deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri li jibbenefikaw skont it-Trattati ta' Adeżjoni minn perjodi tranżizzjonali fir-rigward tat-traspożizzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 97/9/KE għandhom ikunu konformi mal-paragrafi 1 u 2 mid-data meta l-perjodi tranżizzjonali rispettivi tagħhom jiskadu. [Em. 67]

Artikolu 2a

Rapport u reviżjoni

Sal-31 ta' Diċembru 2012, l-AETS għandha tevalwa l-ħtiġiijiet ta' persunal u riżorsi li jirriżultaw mit-teħid tas-setgħat u d-dmirijiet tagħha f'konformità ma' dan ir-Regolament u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Lulju 2012, wara konsultazzjoni ħielsa mal-parteċipanti interessati, tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li janalizza l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' introduzzjoni ta' sistema ta' kuntratti ta' assigurazzjoni bħala kumplimentari għal jew biex jibdlu l-iskema ta' kumpens għall-investitur.

Sabiex jiġi żgurat l-istess livell ta' ħarsien għall-investituri, kemm jekk jinvestu direttament permezz ta' ditti ta' investiment jew indirettament permezz tal-UCITS, ir-rapport għandu wkoll, fid-dawl tal-proposta tal-Kummissjoni li jmiss dwar id-depożitarji tal-UCITS, u wara konsultazzjoni ħielsa mal-parteċipanti interessati, tidentifika diskrepanzi regolatorji, fosthom dwar il-kumpens ekwivalenti u għandha tevalwa l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-estensjoni tal-ambitu tad-Direttiva 97/9/KE għall-UCITS. Jekk meħtieġ dan ir-rapport għandu jinkludi proposti leġiżlattivi dwar l-arranġamenti prattiċi għall-estensjoni tal-ambitu għall-UCITS. [Em. 68 u punt 2 tal-corrigendum (30)]

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi ppubblikata f'Il- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 99, 31.3.2011, p. 1.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2011.

(3)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(4)  ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22.

(5)  ĠU L 141, 11.6.1993, p. 27.

(6)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(7)  ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5.

(8)  ĠU L 241, 2.9.2006, p. 26.

(9)  ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.

(10)  ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

(11)  ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.

(12)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.";

(13)   ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.

(14)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.";

(15)  ĠU L 241, 2.9.2006, p. 26.

(16)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.".

(17)  ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

(18)   ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.

(19)   ĠU C 373, 23.12.1999, p. 1.". [Em. 23]

(20)  

(+)

Data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva emendatorja

(21)  P7_TA-PROV(2011)0313(COR01).

(22)  

(+)

Sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva emendatorja.

(23)  

(++)

Ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva emendatorja.

(24)   ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.

(25)  

(+++)

Ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva emendatorja.

(26)   ĠU L 084, 26/03/1997, p. 22. ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.".

(27)  

(+)

Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(28)  12-il xahar wara li din id-Direttiva tidħol fis-seħħ.

(29)  18-il xahar wara li din id-Direttiva tidħol fis-seħħ.

(30)  P7_TA-PROV(2011)0313(COR01).


Naar boven