EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Iż-żona Schengen

 

SOMMARJU TA’:

L-acquis ta’ Schengen — Ftehim bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija gradwali tal-kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom

L-acquis ta’ Schengen — Il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija gradwali tal-kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom

X’INHU L-GĦAN TAŻ-ŻONA SCHENGEN?

  • Din għandha l-għan li tippermetti lir-residenti tal-Unjoni Ewropea jivvjaġġaw bejn il-fruntieri interni tal-Istati Membri tal-UE mingħajr ma jiġu kkontrollati jew mingħajr ma jkollhom għalfejn juru l-passaporti tagħhom.
  • Il-ftuħ tal-fruntieri interni huwa naħa waħda tal-munita ta’ Schengen. L-oħra hija l-iżgurar tas-sikurezza taċ-ċittadini tagħha. Din tinvolvi l-applikazzjoni ta’ kriterji uniformi aktar stretti dwar kontrolli fuq ċittadini mhux Schengen li jidħlu fl-UE fil-fruntiera esterna komuni, l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni bejn il-gwardji tal-fruntieri, il-pulizija nazzjonali u l-awtoritajiet ġudizzjarji u permezz ta’ sistemi sofistikati ta’ skambju ta’ informazzjoni.
  • L-acquis ta’ Schengen ġie emendat hekk kif pajjiżi ġodda ssieħbu fiż-żona u peress li ġiet inkorporata leġiżlazzjoni ġdida tal-UE fih.

PUNTI EWLENIN

Koperazzjoni

Il-kooperazzjoni ta’ Schengen evolviet minn pjan inizjali bejn ftit gvernijiet f’qasam ta’ politika tal-UE żviluppat bis-sħiħ fl-istadji li ġejjin.

  • 1985. Il-Belġju, il-Ġermanja tal-Punent, Franza, il-Lussemburgu u n-Netherlands (5 mill-10 pajjiżi li kienu l-Komunità Ekonomika Ewropea, issa l-Istati Membri tal-UE) jiffirmaw ftehim, fil-villaġġ ta’ Schengen fil-Lussemburgu, dwar it-tneħħija gradwali tal-kontrolli fil-fruntieri interni tagħhom.
  • 1990. L-istess ħames pajjiżi jiffirmaw il-Konvenzjoni ta’ Schengen li tissupplimenta l-ftehim u tistabbilixxi l-miżuri u s-salvagwardji biex tidħol fis-seħħ il-politika ta’ ebda kontroll fil-fruntieri interni.
  • 1995. L-implimentazzjoni tal-aġenda ta’ Schengen tibda bil-parteċipazzjoni ta’ seba’ Stati Membri tal-UE.
  • 1997. It-Trattat ta’ Amsterdam ġab l-acquis ta’ Schengen fi ħdan il-qafas legali tal-UE.

Sħubija

  • Minn ħames membri fundaturi, iż-żona Schengen issa tinkludi l-Istati Membri kollha — għajr il-Bulgarija, l-Irlanda, Ċipru u r-Rumanija — flimkien ma’ erba’ pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles countries: l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera.
  • Mill-1 ta’ Jannar 2023, kontrolli fuq persuni fil-fruntieri interni tal-art u tal-baħar bejn il-Kroazja u l-pajjiżi l-oħra fiż-żona Schengen tneħħew u l- acquis ta’ Schengen applika bis-sħiħ għall-Kroazja (Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2451).

Fil-prattika, il-kontrolli fil-fruntieri interni

  • Kwalunkwe persuna, tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħha, tista’ taqsam fruntiera interna fi ħdan iż-żona Schengen mingħajr ma tiġi kkontrollata.
  • L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jwettqu kontrolli tal-pulizija fuq il-post jew fiż-żoni tal-fruntieri meta dawn ikunu bbażati fuq informazzjoni u esperjenza ġenerali u ma jkunux kontrolli sistematiċi tal-passaporti.
  • L-individwi huma meħtieġa jġorru ċerti dokumenti tal-ivvjaġġar, skont jekk ikunux ċittadini tal-UE, membri tal-familja mhux tal-UE jew ċittadini mhux tal-UE.
  • Pajjiż ta’ Schengen jista’ eċċezzjonalment jintroduċi mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri, inizjalment għal mhux aktar minn 30 jum, jekk ikun hemm theddida serja għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna. Huwa għandu jinforma lill-pajjiżi l-oħra ta’ Schengen, lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni Ewropea u lill-pubbliku.

Fruntieri esterni

Iż-żona Schengen gradwalment għamlet il-kontrolli fil-fruntieri esterni tagħha aktar stretti, filwaqt li kkonsolidathom f’sett ta’ regoli uniku. Dawn ir-regoli issa jkopru:

Is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS)

Din il-bażi ta’ data tal-kompjuter fuq skala kbira:

Sistema ta’ informazzjoni dwar il-viża (VIS)

Is-sistema ta’ informazzjoni dwar il-viża tippermetti lill-pajjiżi Schengen jaqsmu d-data dwar il-viża, speċjalment dwar l-applikazzjonijiet għall-viża għal soġġorn qasir. Bħas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen, din hija operata mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA).

Il-kundizzjonijiet għal sħubija

Il-pajjiżi li japplikaw biex jissieħbu fiż-żona Schengen għandhom jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet u jridu jkunu kapaċi:

  • jikkontrollaw il-fruntieri esterni tagħhom u joħorġu viżi uniformi ta’ Schengen;
  • jikkooperaw ma’ aġenziji nazzjonali oħra tal-infurzar tal-liġi biex jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà;
  • japplikaw is-sett komuni ta’ regoli ta’ Schengen (magħruf bħala l-acquis ta’ Schengen), relatat ma’ affarijiet bħat-twettiq ta’ kontrolli fuq l-art, il-baħar u l-fruntieri tal-ajru, il-ħruġ ta’ viżi, l-appoġġ tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-protezzjoni tad-data personali;
  • jużaw is-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen.

DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ

Il-Ftehim ta’ Schengen, li oriġinarjament kien jinvolvi seba’ Stati Membri, daħal fis-seħħ fis-26 ta’ Marzu 1995, u jabolixxi l-kontrolli fil-fruntieri interni.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI PRINĊIPALI

L- acquis ta’ Schengen — Ftehim bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija gradwali tal-kontroll fuq il-fruntieri komuni (ĠU L 239, 22.9.2000, pp. 13-18).

L-acquis ta’ Schengen — Il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija gradwali ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (ĠU L 239, 22.9.2000, pp. 19-62).

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (ĠU L 295, 14.11.2019, pp. 1-131).

Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, 22.5.2019, pp. 27-84).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2019/817 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Ir-Regolament (UE) 2018/1860 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’soġġorn illegali (ĠU L 312, 7.12.2018, pp. 1-13).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (ĠU L 312, 7.12.2018, pp. 14-55)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, 7.12.2018, pp. 56-106)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2018/1806 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (ĠU L 303, 28.11.2018, pp. 39-58).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 295, 21.11.2018, pp. 99-137).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, pp. 1-52).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998 i stabbiliet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, pp. 27-37).

Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, pp. 1-58).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, pp. 60-81).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 16.01.2023

Top