EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004L0095

Direttiva tal-Kummissjoni 2004/95/KE ta’ l- 24 ta' Settembru 2004 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE dwar l-ogħla livelli ta’ residwi tal-bifenthrin u l-famoxadone li huma ffissati fiha. Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 301, 28.9.2004, p. 42–50 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 183M, 5.7.2006, p. 210–218 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2008; Impliċitament imħassar minn 32005R0396

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/95/oj

5.7.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

210


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2004/95/KE

ta’ l-24 ta' Settembru 2004

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE dwar l-ogħla livelli ta’ residwi tal-bifenthrin u l-famoxadone li huma ffissati fiha.

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 fuq l-iffissar ta’ l-ogħla livelli għar-residwi ta’ pestiċida fuq jew f’ċerti prodotti li ġejjin mill-pjanti u li jinkludu l-frott u l-ħaxix (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tpoġġija fis-suq ta’ prodotti tal-ħarsien tal-pjanti (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1)(f) tagħha,

Billi:

(1)

Skond id-Direttiva 91/414/KEE, l-awtorizzazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-ħarsien tal-pjanti biex jintużaw fuq ħxejjex partikolari jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri. Dawn l-awtorizzazzjonijiet iridu jkunu bbażati fuq il-valutazzjoni ta’ l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-annimali kif ukoll fuq l-ambjent. L-elementi li jeħtieġ jitqiesu fit-tali valutazzjonijiet jinkludu l-espożizzjoni ta’ l-operatur u ta’ dawk li jkunu viċin, l-impatt tagħhom fuq l-ambjent ta’ l-art, ta’ l-ilma u ta’ l-ajru, kif ukoll l-impatt tagħhom fuq il-bnedmin u l-annimali bil-konsum tar-residwi fuq il-ħxejjex ittrattati.

(2)

L-ogħla livelli ta’ residwi (MRL) jirriflettu l-użu ta’ l-inqas kwantitajiet ta’ pestiċidi biex jinkiseb il-ħarsien effettiv tal-pjanti. Dawn ikunu applikati b’tali mod li l-għadd ta’ residwi jkun l-anqas possibbli, u għalhekk ikunu aċċettabbli tossikoloġikament, l-aktar f’termini tal-proċess mistenni fit-teħid ta’ l-ikel.

(3)

L-ogħla livelli ta’ residwi (MRL) għall-pestiċidi għandhom jibqgħu jiġu riveduti. Dawn jistgħu jinbidlu biex jitqiesu użi, tagħrif jew data ġodda.

(4)

L-ogħla livelli ta’ residwi (MRL) ġew iffissati skond l-iktar limitu baxx tad-determinazzjoni analitika, fejn l-użi awtorizzati tal-prodotti tal-ħarsien tal-pjanti ma wasslux biex ikun hemm livelli ta’ residwi ta’ pestiċida kbar fuq jew fil-prodott ta’ l-ikel, jew fejn ma kien hemm l-ebda użu awtorizzat, jew fejn l-użi li kienu ġew awtorizzati mill-Istati Membri ma kienux ġew appoġġjati bid-data meħtieġa, jew fejn l-użi ta’ dawn f’pajjiżi terzi, li fihom kienu nstabu residwi fuq jew fil-prodotti ta’ l-ikel li jistgħu jidħlu biex jitpoġġew fis-suq tal-Komunità, ma kienux ġew appoġġjati b’din id-data meħtieġa.

(5)

It-tagħrif fuq użi ġodda jew mibdula ta’ ċerti pestiċidi li huma koperti bid-Direttiva 90/642/KEE ġie nnotifikat lill-Kummissjoni. Dan jikkonċerna il-bifenthrin, li għalih l-ogħla livelli ta’ residwi (MRL) kienu ġew stabbiliti bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/79/KE, (3) u l-famoxadone, li għalih l-ogħla livelli ta’ residwi (MRL) kienu ġew stabbiliti bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/60/KE. (4)

(6)

L-espożizzjoni tal-konsumaturi tul ħajjithom kollha għal dawn il-pestiċidi bil-konsum ta’ prodotti ta’ l-ikel li jista’ jkun fihom residwi ta’ dawn il-pestiċidi, ġiet eżaminata skond il-proċeduri u l-prattiċi li jintużaw fil-Komunità Ewropea, waqt li tqiesu wkoll il-linji ta’ gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. (5) Kien ikkalkulat li l-ogħla livelli ta’ residwi (MRL) ikkonċernati se jiżguraw li l-livelli aċċettabbli tal-proċess tat-teħid ta’ kuljum mhux se jinqabżu.

(7)

Fil-każ tal-famoxadone, li għaliha teżisti doża ta’ referenza akuta (ARfD), l-espożizzjoni akuta tal-konsumaturi għal dawn il-pestiċidi, bil-konsum ta’ kull wieħed mill-prodotti ta’ l-ikel li jista’ jkun fihom residwi ta’ dawn il-pestiċidi, ġiet eżaminata skond il-proċeduri u l-prattiċi li jintużaw fil-Komunità Ewropea, waqt li tqiesu l-linji ta’ gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. L-opinjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku għall-Pjanti, l-aktar il-pariri u r-rakkomandazzjonijiet dwar il-ħarsien tal-konsumaturi mill-prodotti ta’ l-ikel li jkunu ġew ittrattati bil-pestiċidi, ġew ikkunsidrati wkoll. Il-valutazzjoni tal-proċess tat-teħid tal-famoxadone turi li, bit-twaqqif ta’ l-ogħla livell tar-residwu (MRL) ikkonċernat, l-ARfD mhux se jkun aktar milli suppost. Fil-każ tal-bifenthrin, il-valutazzjoni tat-tagħrif disponibbli wriet li l-ebda ARfD ma huwa meħtieġ, u għalhekk ma hija meħtieġa l-ebda valutazzjoni għall-perjodu ta’ żmien qasir.

(8)

Għalhekk, ikun xieraq li jiġu ffissati livelli massimi ġodda għar-residwi ta’ dawk il-pestiċidi.

(9)

Id-Direttiva 90/642/KEE għandha, għalhekk, tiġi emendata kif xieraq.

(10)

It-twaqqif jew il-modifikazzjoni fuq livell ta’ Komunità ta’ l-ogħla livelli ta’ residwi (MRL) temporanji ma jwaqqfux lill-Istati Membri milli dawn jistabbilixxu livelli massimi ta’ residwi (MRL) temporanji għall-famoxadone skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE u l-Anness VI miġjub fiha. Qed jitqies wkoll li perjodu ta’ erba’ snin huwa biżżejjed biex ikunu jistgħu jitħallew aktar użi tas-sustanza attiva kkonċernata. L-ogħla livelli ta’ residwi (MRL) temporanji għandhom isiru definittivi.

(11)

Il-miżuri li hemm f’din id-Direttiva jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-ogħla livelli ta’ residwi ta’ pestiċida għall-bifenthrin u l-famoxadone murija fl-Anness II għad-Direttiva 90/642/KEE qed jinbidlu b’dawk li huma murija fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn [sitt xhur wara l-pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex dawn ikunu jaqblu ma’ din id-Direttiva. Dawn għandhom jgħaddu minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, flimkien mat-tabella tat-tqabbil bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet minn [sitt xhur u jum wara l-pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, nhar l-24 ta' Settembru 2004.

Għall-Kummissjoni

David BYRNE

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 350, l-14.12.1990, p. 71. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/2/KE (ĠU L l-14, 21.1.2004, p. 10).

(2)  ĠU L 230, id-19.8.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/84/KE (ĠU L 247, it-30.9.2003, p. 20).

(3)  ĠU L 291, it-28.10.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 155, l-24.06.2003, p. 15.

(5)  Linjigwidi għat-tbassir tar-residwi ta’ pestiċida mistennija fl-ikel (riveduti), imħejjija mill-GEMS/Programm ta’ l-Ikel, flimkien mal-Kumitat tal-Kodiċi fuq ir-Residiwi ta’ Pestiċida, ippubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-1997 (WHO/FSF/FOS/97.7)


Anness

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom jistgħu japplikaw l-ogħla livelli ta’ residwu (MRL)

Residwu ta’ pestiċida u l-ogħla livell ta’ residwu (mg/kg)

Bifenthrin

Famoxadone

1.   

Frott, frisk, imnixxef jew mhux imsajjar, ippriservat bl-iffriżar, u li fih ma jkunx hemm zokkor miżjud; ġewż

(i)

FROTT TAĊ-ĊITRU

0.1

0.02 (*)  (1)

Grejpfrut

 

 

Lumi

 

 

Xkomp

 

 

Mandolin (inklużi l-klementina u ibridi oħra)

 

 

Larinġ

 

 

Pomelo

 

 

Oħrajn

 

 

(ii)

ĠEWŻ TAS-SIĠAR (bil-qoxra jew mingħajrha)

0.05 (*)

0.02 (*)  (1)

Lewż

 

 

Ġewż tal-Brażil

 

 

Ġewż ta’ l-anakardju

 

 

Qastan

 

 

Ġewż ta’ l-Indi

 

 

Ġellewż

 

 

Makadamja

 

 

Ġewż Amerikan

 

 

Ġewż ta’ l-arżnu

 

 

Pistaċċi

 

 

Ġewż

 

 

Oħrajn

 

 

(iii)

FROTT TAL-KARPELLI

0.3

0.02 (*)  (1)

Tuffieħ

 

 

Lanġas

 

 

Sfarġel

 

 

Oħrajn

 

 

(iv)

FROTT TA’ L-GĦADMA

0.2

0.02 (*)  (1)

Berquq

 

 

Ċirasa

 

 

Ħawħ (inkluż in-nuċiprisk u ibridi simili)

 

 

Għanbaqar

 

 

Oħrajn

 

 

(v)

FROTT ŻGĦIR MGERBEB BLA GĦADMA U FROTT ŻGĦIR

 

 

(a)

Għeneb ta’ l-ikel u għall-inbid

0.2

2 (1)

Għeneb ta’ l-ikel

 

 

Għeneb għall-inbid

 

 

(b)

Frawli (għajr is-salvaġġ)

0.5

0.02 (*)  (1)

(ċ)

Frott tal-qasab (għajr is-salvaġġ)

 

0.02 (*)  (1)

Tut

0.3

 

Dewberries

 

 

Għeneb kbir aħmar (loganberries)

 

 

Ċawsli

0.3

 

Oħrajn

0.05 (*)

 

(d)

Frott u frott żgħir bla għadam ieħor (għajr is-salvaġġ)

0.05 (*)

0.02 (*)  (1)

Mirtill

 

 

Cranberries

 

 

Passolina (ħamra, sewda u bajda)

 

 

Ribes

 

 

Oħrajn

 

 

(e)

Frott żgħir bla għadam salvaġġ u frott salvaġġ

0.05 (*)

0.02 (*)  (1)

(vi)

MIXXELLANJA

 

0.02 (*)  (1)

Avokado

 

 

Banana

0.1

 

Tamal

 

 

Tin

 

 

Kiwi

 

 

Kumquat

 

 

Litchi

 

 

Mangu

 

 

Żebbuġ

 

 

Il-frotta tal-fjura tal-Passjoni

 

 

Ananas

 

 

Rummien

 

 

Oħrajn

0.05 (*)

 

2.   

Ħaxix, frisk jew mhux imsajjar, iffriżat jew niexef

(i)

ĦAXIX BL-GĦERUQ U TAT-TUBERU

0.05 (*)

0.02 (*)  (1)

Pitravi

 

 

Karrotti

 

 

Krafes

 

 

L-għerq tal-mustarda

 

 

Patata ta’ Ġerusalemm

 

 

Zunnarija bajda

 

 

L-għerq tat-tursin

 

 

Ravanell

 

 

Sassefrika

 

 

Patata ħelwa

 

 

Swede

 

 

Nevew

 

 

Jam

 

 

Oħrajn

 

 

(ii)

ĦAXIX BIL-BASLA

0.05 (*)

0.02 (*)  (1)

Tewm

 

 

Basal

 

 

Shallot

 

 

Basal tar-rebbiegħa

 

 

Oħrajn

 

 

(iii)

ĦAXIX LI JAGĦMEL IL-FROTT

 

 

(a)

Solanaċja

0.2

 

Tadam

 

1 (1)

Bżar

 

 

Brunġiel

 

0.2 (1)

Oħrajn

 

0.02 (*)  (1)

(b)

Ħaxix tal-qara’ – bil-qoxra tajba għall-ikel

0.1

0.2 (1)

Ħjar

 

 

Ħjar żgħir

 

 

Zukkini

 

 

Oħrajn

 

 

(ċ)

Ħaxix tal-qara’ – bil-qoxra mhix tajba għall-ikel

0.05 (*)

 

Bettieħ

 

0.3 (1)

Squashes

 

 

Dulliegħ

 

 

Oħrajn

 

0.02 (*)  (1)

(d)

Qamħ ħelu

0.05 (*)

0.02 (*)  (1)

(iv)

IL-ĦAXIX BRASSICA

 

0.02 (*)  (1)

(a)

Brassica li jwarrad

0.2

 

Brokkoli (inkluż il-Calabrese)

 

 

Pastard

 

 

Oħrajn

 

 

(b)

Brassica bir-ras

1

 

Brussels sprouts

 

 

Kaboċċa tar-ras

 

 

Oħrajn

 

 

(ċ)

Brassica bil-weraq

0.05 (*)

 

Kaboċċa Ċiniża

 

 

Kale

 

 

Oħrajn

 

 

(d)

Ġdur

0.05 (*)

 

(v)

ĦAXIX BIL-WERAQ U ĦXEJJEX AROMATIĊI FRISKI

 

0.02 (*)  (1)

(a)

Ħass u bħalu

2

 

Krexxuni

 

 

Valerjanella

 

 

Ħass

 

 

Scarole (indivja b’weraq wesgħin)

 

 

Oħrajn

 

 

(b)

Spinaċi u bħalu

0.05 (*)

 

Spinaċi

 

 

Weraq tal-pitravi

 

 

Oħrajn

 

 

(ċ)

Krexxuni

0.05 (*)

 

(d)

Witloof

0.05 (*)

 

(e)

Ħxejjex aromatiċi

0.05 (*)

 

Maxxita

 

 

Kurrat

 

 

Tursin

 

 

Weraq tal-karfus

 

 

Oħrajn

 

 

(vi)

LEGUMI (frisk)

 

0.02 (*)  (1)

Fażola (bil-miżwed)

0.5

 

Fażola (bla miżwed)

 

 

Piżelli (bil-miżwed)

0.1

 

Piżelli (bla miżwed)

 

 

Oħrajn

0.05 (*)

 

(vii)

ĦAXIX BL-GĦERUQ (frisk)

0.05 (*)

0.02 (*)  (1)

Sfraġ

 

 

Kardun

 

 

Karfus

 

 

Bużbież

 

 

Qaqoċċ

 

 

Kurrat

 

 

Rabarbru

 

 

Oħrajn

 

 

(viii)

FAQQIEGĦ

0.05 (*)

0.02 (*)  (1)

(a)

Faqqiegħ ikkultivat

 

 

(b)

Faqqiegħ salvaġġ

 

 

3.

MŻIEWED

0.05 (*)

0.02 (*)  (1)

Fażola

 

 

Għażż

 

 

Piżelli

 

 

Oħrajn

 

 

4.

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT

0.1 (*)

0.05 (*)  (1)

Żerriegħa tal-kittien

 

 

Karawett

 

 

Żerriegħa tal-peprina

 

 

Żerriegħa tal-ġulġlien

 

 

Żerriegħa tal-ġirasol

 

 

Żerriegħa tal-lift

 

 

Fażola tas-sojja

 

 

Żerriegħa tal-mustarda

 

 

Żerriegħa tal-qoton

 

 

Oħrajn

 

 

5.

PATATA

0.05 (*)

0.02 (*)  (1)

Patata bikrija

 

 

Ware potatoes

 

 

6.

TE (weraq imnixxfa u zkuk, iffermentati jew mod ieħor, Camellia sinensis)

5

0.05 (*)  (1)

7.

ĦOPS (imnixxef), inklużi frak tal-ħops u trab mhux ikkonċentrat

10

0.05 (*)  (1)


(*)  Juri l-limitu l-aktar baxx tad-determinazzjoni analitika

(1)  Juri li l-ogħla livell ta’ residwu li ġie stabbilit b’mod proviżorju skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE.


Top