EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1198

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1198 tat-22 ta' Lulju 2016 li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2016/4622

ĠU L 198, 23.7.2016, p. 10–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1198/oj

23.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1198

tat-22 ta' Lulju 2016

li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-metilisotijażolinon huwa awtorizzat bħala preservattiv fil-prodotti kożmetiċi f'konċentrazzjonijiet sa 0,01 % piż/piż (100 ppm) permezz tal-entrata 57 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

(2)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS) adotta opinjoni dwar is-sikurezza tal-metilisotijażolinon (sensitizzazzjoni biss) fit-12 ta' Diċembru 2013 (2).

(3)

Is-SCCS ikkonkluda li d-dejta klinika attwali tindika li l-livell ta' konċentrazzjoni ta' metilisotijażolinon ta' 100 ppm fil-prodotti kożmetiċi mhuwiex sikur għall-konsumatur. Fil-każ tal-prodotti kożmetiċi li ma jitlaħalħux (inklużi l-wet wipes), ma ntweriet l-ebda konċentrazzjoni sikura ta' metilisotijażolinon, la għall-induzzjoni ta' allerġija b'riżultat ta' kuntatt u lanqas għall-eliċitazzjoni.

(4)

Fid-dawl tal-opinjoni tal-SCCS imsemmija hawn fuq, huwa importanti li tiġi indirizzata l-inċidenza ogħla ta' allerġiji minħabba l-metilisotijażolinon u din is-sustanza għandha għalhekk tiġi pprojbita fil-prodotti li ma jitlaħalħux.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(6)

L-applikazzjoni tal-projbizzjoni msemmija hawn fuq għandha tiġi ddifferita biex l-industrija tkun tista' tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa fil-formulazzjonijiet tal-prodotti. B'mod partikolari, l-impriżi għandhom jingħataw sitt xhur biex iqiegħdu fis-suq prodotti li jkunu konformi, u sabiex jirtiraw prodotti mhux konformi mis-suq wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Mit-12 ta' Frar 2017 il-prodotti kożmetiċi biss li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.

(2)  SCCS/1521/13 Reviżjoni tas-27 ta' Marzu 2014.


ANNESS

Fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, l-entrata 57 tinbidel b'dan li ġej:

In-numru ta' referenza

Identifikazzjoni tas-Sustanza

Kundizzjonijiet

Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

Isem kimiku/INN

Isem tal-Glossarju ta' Ingredjenti Komuni

Numru CAS

Numru KE

Tip ta' prodott, Partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima fi preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

 

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“57

2-Metil-2H-isotijażol-3-one

Metilisotijażolinon (1)

2682-20-4

220-239-6

Prodotti li jitlaħalħu

0,01 %

 

 


(1)  Il-metilisotijażolinon huwa rregolat ukoll bl-entrata Nru 39 tal-Annes V f'taħlita mal-metilkloroisotijażolinon. Iż-żewġ entrati jeskludu lil xulxin: l-użu tat-taħlita ta' Metilkloroisotijażolinon (u) Metilisotijażolinon huwa inkompatibbli mal-użu ta' Metilisotijażolinon waħdu fl-istess prodott.”


Top