EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0622

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/622 tal-21 ta' April 2016 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2016/2224

ĠU L 106, 22.4.2016, p. 7–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/622/oj

22.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 106/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/622

tal-21 ta' April 2016

li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Marzu 2014, il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (“SCCS”) ħareġ opinjoni xjentifika dwar l-idrossidu tal-potassju (2), li kkonkludiet li l-idrossidu tal-potassju huwa sikur biex jintuża bħala sustanza li jrattab/ineħħi l-kallijiet b'konċentrazzjoni massima ta' 1,5 % w/w.

(2)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur ikkonkluda wkoll li l-użu sikur tal-prodotti kożmetiċi li fihom l-idrossidu tal-potassju ħieles f'konċentrazzjonijiet minn 0,5 % w/w, jiddependi mill-ġestjoni responsabbli tar-riskji permezz ta' twissijiet u ta' gwida estensiva għall-użu tagħhom.

(3)

Wara l-opinjoni xjentifika tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur, il-Kummissjoni tqis li l-idrossidu tal-potassju għandu jitqies sikur għall-użu bħala sustanza li jrattab/ineħħi l-kallijiet b'konċentrazzjoni massima tal-użu ta' 1,5 % w/w.

(4)

Fid-dawl tal-konklużjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur dwar il-ġestjoni responsabbli tar-riskju għall-prodotti li fihom l-idrossidu tal-potassju ħieles f'konċentrazzjonijiet minn 0,5 % w/w, il-Kummissjoni tqis li l-prodotti kożmetiċi li fihom l-idrossidu tal-potassju għall-użu bħala sustanza li jrattab/ineħħi l-kallijiet għandu jkollhom avviż ta' twissija fl-istruzzjonijiet għall-użu.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.

(2)  SCCS/1527/14, http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_154.pdf.


ANNESS

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrata 15a hija sostitwita bl-entrata li ġejja:

Nru ta' referenza

Identifikazzjoni tas-sustanzi

Restrizzjonijiet

Kliem tal-kundizzjonijiet tal-użu u tat-twissijiet

Isem il-kimika/Isem Internazzjonali Mhux Proprjetarju (INN)

Isem il-Glossarju ta' Ingredjenti Komuni

Numru tas-Servizz tas-Sommarji dwar il-Kimiċi (CAS)

Numru tal-Komunità Ewropea (KE)

Tip ta' prodott, partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima fil-preparazzjoni lesta għall-użu

Oħra

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“15a

Idrossidu tal-potassju jew tas-sodju (*)

Idrossidu tal-potassju/idrossidu tas-sodju

1310-58-3/1310-73-2

215-181-3/215-185-5

(a)

Solvent tal-ġilda rqiqa tad-difer

(a)

5 % (**)

 

(a)

Fih l-alkali

Evita l-kuntatt mal-għajnejn

Jista' jikkawża l-agħma

Żommu 'l bogħod minn fejn jistgħu jilħquh it-tfal

(b)

Prodott li jillixxa x-xagħar

2 % (**)

Użu ġenerali

Fih l-alkali

Evita l-kuntatt mal-għajnejn

Jista' jikkawża l-agħma

Żommu 'l bogħod minn fejn jistgħu jilħquh it-tfal

4,5 % (**)

Użu professjonali

Għall-użu professjonali biss

Evita l-kuntatt mal-għajnejn

Jista' jikkawża l-agħma

(c)

Aġġustatur tal-pH għad-depilatorji

 

(c)

pH < 12,7

(c)

Żommu 'l bogħod minn fejn jistgħu jilħquh it-tfal

Evita l-kuntatt mal-għajnejn

(d)

Użi oħra bħala aġġustatur tal-pH

 

(d)

pH < 11

 

(2)

tiddaħħal l-entrata 15d:

Nru ta' referenza

Identifikazzjoni tas-sustanzi

Restrizzjonijiet

Kliem tal-kundizzjonijiet tal-użu u tat-twissijiet

Isem il-kimika/Isem Internazzjonali Mhux Proprjetarju (INN)

Isem il-Glossarju ta' Ingredjenti Komuni

Numru tas-Servizz tas-Sommarji dwar il-Kimiċi (CAS)

Numru tal-Komunità Ewropea (KE)

Tip ta' prodott, partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima fil-preparazzjoni lesta għall-użu

Oħra

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“15d

Idrossidu tal-potassju (***)

Idrossidu tal-potassju

1310-58-3

215-181-3

Prodott li jrattab/jneħħi l-kallijiet

1,5 % (****)

 

Fih l-alkali

Evita l-kuntatt mal-għajnejn

Żommu 'l bogħod minn fejn jistgħu jilħquh it-tfal

Aqra l-istruzzjonijiet tal-użu b'attenzjoni.


(*)  Għall-użi l-oħra tal-idrossidu tal-potassju, ara n-Nru 15d tal-Anness III.

(**)  Il-kwantità ta' idrossidu tas-sodju, tal-potassju jew tal-litju hija espressa bħala piż tal-idrossidu tas-sodju. Fil-każ ta' taħlitiet, l-ammont ma għandux jisboq il-limiti mogħtija fil-kolonna g.”

(***)  Għall-użi l-oħra tal-idrossidu tal-potassju, ara n-Nru 15a tal-Anness III.

(****)  Il-kwantità ta' idrossidu tas-sodju, tal-potassju jew tal-litju hija espressa bħala piż tal-idrossidu tas-sodju. Fil-każ ta' taħlitiet, l-ammont ma għandux jisboq il-limiti mogħtija fil-kolonna g.”


Top