EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1960

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1960 tal-11 ta’ Novembru 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2019/1890 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran

ST/13136/2021/INIT

ĠU L 400, 12.11.2021, p. 11–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1960/oj

12.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 400/11

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1960

tal-11 ta’ Novembru 2021

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2019/1890 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1890 tal-11 ta’ Novembru 2019 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-11 ta’ Novembru 2019, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2019/1890.

(2)

Abbażi ta’ rieżami tal-miżuri, l-entrati fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2019/1890 jenħtieġ li tiġi aġġornata.

(3)

L-Anness I għar-Regolament (UE) 2019/1890 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) 2019/1890 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

Z. POČIVALŠEK

(1)  ĠU L 291, 12.11.2019, p. 3.

ANNESS

Fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2019/1890, l-entrati 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“1.

Mehmet Ferruh AKALIN

Data tat-twelid: 9.12.1960

Numru tal-passaport jew tal-karta tal-identità: 13571379758

Nazzjonalità: Torka

Ġeneru: maskil

Mehmet Ferruh Akalın huwa Viċi President (Assistant General Manager) u membru tal-Bord tad-Diretturi tat-Turkish Petroleum Corporation (TPAO). Huwa l-kap tad-Dipartiment tal-Esplorazzjoni tat-TPAO.

Fil-kapaċità tiegħu bħala Viċi President tat-TPAO u kap tad-Dipartiment għall-Esplorazzjoni tagħha, Mehmet Ferruh Akalın huwa responsabbli għall-ippjanar, id-direzzjoni u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tat-TPAO għall-esplorazzjoni għall-idrokarburi fil-baħar. Dawk jinkludu l-attivitajiet ta’ tħaffir tat-TPAO li ma ġiex awtorizzat mir-Repubblika ta’ Ċipru, kif jidher hawn taħt.

Dawk l-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat twettqu minn:

(a)

il-bastiment tat-TPAO għat-tħaffir Yavuz fil-baħar territorjali tar-Repubblika ta’ Ċipru bejn Lulju u Settembru 2019;

(b)

il-bastiment tat-TPAO għat-tħaffir Yavuz f’parti miż-żona ekonomika esklussiva tar-Repubblika ta’ Ċipru nnotifikata minnha lin-Nazzjonijiet Uniti u delimitata fi ftehim mal-Eġittu, bejn Ottubru 2019 u Jannar 2020;

(c)

il-bastiment tat-TPAO għat-tħaffir Yavuz f’parti miż-żona ekonomika esklussiva tar-Repubblika ta’ Ċipru nnotifikata minnha lin-Nazzjonijiet Uniti u delimitata fi ftehim mal-Eġittu, kif ukoll fi ftehim mal-Iżrael, bejn Jannar u April 2020;

(d)

il-bastiment tat-TPAO għat-tħaffir Yavuz f’parti miż-żona ekonomika esklussiva tar-Repubblika ta’ Ċipru nnotifikata minnha lin-Nazzjonijiet Uniti u delimitata fi ftehim mal-Eġittu, bejn April u Ottubru 2020;

(e)

il-bastiment tat-TPAO għat-tħaffir Fatih f’parti miż-żona ekonomika esklużiva tar-Repubblika ta’ Ċipru nnotifikata minnha lin-Nazzjonijiet Uniti, qrib ħafna għall-baħar territorjali tagħha, bejn Novembru 2019 u Jannar 2020;

(f)

il-bastiment tat-TPAO għat-tħaffir Fatih f’parti tal-punent taż-żona ekonomika esklussiva tar-Repubblika ta’ Ċipru nnotifikata minnha lin-Nazzjonijiet Uniti, bejn Mejju u Novembru 2019.

27.2.2020

2.

Ali Coscun NAMOGLU

Data tat-twelid: 27.11.1956

Numru tal-passaport jew tal-karta tal-identità: 11096919534

Nazzjonalità: Torka

Ġeneru: maskil

Ali Coscun Namoglu huwa l-Viċi Direttur tad-Dipartiment għall-Esplorazzjoni tat-Turkish Petroleum Corporation (TPAO).

F’dik il-kapaċità, Ali Coscun Namoglu huwa involut fl-ippjanar, id-direzzjoni u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tat-TPAO għall-esplorazzjoni għall-idrokarburi fil-baħar. Dawk jinkludu l-attivitajiet ta’ tħaffir tat-TPAO, li ma ġewx awtorizzati mir-Repubblika ta’ Ċipru, kif jidher hawn taħt.

Dawk l-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat twettqu minn:

(a)

il-bastiment tat-TPAO għat-tħaffir Yavuz fil-baħar territorjali tar-Repubblika ta’ Ċipru bejn Lulju u Settembru 2019;

(b)

il-bastiment tat-TPAO għat-tħaffir Yavuz f’parti miż-żona ekonomika esklussiva tar-Repubblika ta’ Ċipru nnotifikata minnha lin-Nazzjonijiet Uniti u delimitata fi ftehim mal-Eġittu, bejn Ottubru 2019 u Jannar 2020;

(c)

il-bastiment tat-TPAO għat-tħaffir Yavuz f’parti miż-żona ekonomika esklussiva tar-Repubblika ta’ Ċipru nnotifikata minnha lin-Nazzjonijiet Uniti u delimitata fi ftehim mal-Eġittu, kif ukoll fi ftehim mal-Iżrael, bejn Jannar 2020 u April 2020;

27.2.2020”

Top